RAPPORT dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u l-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-katini ta' valur mondjali

20.7.2017 - (2016/2301(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Maria Arena

Proċedura : 2016/2301(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0269/2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u l-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-katini ta' valur mondjali

(2016/2301(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Kummerċ għal Kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment" (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment[1],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2010 tal-Parlament dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabilità korporattiva[2],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2017 dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni ta' prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu[3],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali[4],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabilità tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi[5],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ[6],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 dwar iż-żejt tal-palm u d-deforestazzjoni tal-foresti pluvjali[7],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)[8],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati għas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP)[9],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Patt dwar is-Sostenibilità fil-Bangladesh[10],

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina ta' provvista għall-importaturi fl-Unjoni ta' landa, tantalju u tungstenu, il-minerali tagħhom, u d-deheb li joriġina minn żoni milquta mill-kunflitt u żoni ta' riskju għoli (ir-Regolament dwar il-Minerali ta' Kunflitt)[11],

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (COM(2003)0251) u l-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarji dwar il-FLEGT,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ir-Regolament dwar l-Injam)[12],

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ir-Regolament tal-SĠP)[13],

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ir-Regolament Brussell I)[14],

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (id-Direttiva dwar ir-Rapportar Mhux Finanzjarju)[15],

–  wara li kkunsidra l-istrateġija konġunta tal-2007 tal-UE u tal-Istati Membri tagħha bit-titolu "Għajnuna għall-Kummerċ: It-tisħiħ tal-appoġġ tal-UE għall-ħtiġijiet relatati mal-kummerċ f'pajjiżi li qed jiżviluppaw",

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2017 dwar katini ta' valur tal-ħwejjeġ sostenibbli permezz ta' azzjoni tal-UE għall-iżvilupp (SWD(2017)0147),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-Rapport IV tal-105 Konferenza tal-ILO dwar xogħol deċenti fil-katini ta' provvista mondjali,

–  wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU għall-2030,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO dwar it-tħaddim tat-tfal, ix-xogħol furzat, id-diskriminazzjoni, u l-libertà ta' assoċjazzjoni u negozjar kollettiv,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-UE u dwar il-katini ta' valur mondjali responsabbli,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar strateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabilità Soċjali Korporattiva (COM(2011)0681),

–  wara li kkunsidra l-Att tar-Renju Unit tal-2015 dwar l-Iskjavitù Moderna u l-liġi Franċiża dwar id-dover tal-kura ta' kumpaniji multinazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt mondjali tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll il-ġdid tal-ILO dwar ix-Xogħol Furzat,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 26/9 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-26 ta' Ġunju 2014, li fiha l-UNHRC ddeċieda li jistabbilixxi grupp ta' ħidma intergovernattiv miftuħ inkarigat li jelabora strument ġuridikament vinkolanti f'livell internazzjonali dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u impriżi kummerċjali oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali u bosta linji gwida tal-OECD speċifiċi għas-settur (is-settur finanzjarju, agrikolu, minerali, tal-ħwejjeġ u taż-żraben),

–  wara li kkunsidra r-Rapporti tal-UNCTAD dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-2013 u l-2016,

–  wara li kkunsidra l-Qafas tal-Politika tal-Investiment tal-UNCTAD tal-2015 għall-Iżvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO TBT),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tad-WTO,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u l-Prinċipji tad-Drittijiet tat-Tfal u tan-Negozju żviluppati mill-UNICEF, il-Patt mondjali tan-NU u Save the Children[16],

–  wara li kkunsidra sħubijiet volontarji speċifiċi għall-pajjiżi, bħall-inizjattiva tal-Patt ta' Sostenibilità fil-Bangladesh u l-inizjattiva tad-Drittijiet tax-Xogħol fil-Myanmar,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2016 dwar it-Tħaddim tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0269/2017),

A.  billi l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-politika kummerċjali tal-UE trid tkun ibbażata fuq il-prinċipji u l-objettivi tal-politika esterna tal-UE; billi l-Artikolu 208 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju ta' koerenza politika għall-iżvilupp u jistabbilixxi l-eradikazzjoni tal-faqar bħala l-objettiv ewlieni; billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Kummerċ għal Kulħadd tibbaża l-politika kummerċjali tal-UE fuq tliet prinċipji ewlenin – l-effettività, it-trasparenza u l-valuri; billi din il-komunikazzjoni għandha taqsima dedikata għar-reazzjoni għaż-żieda ta' katini ta' valur mondjali u għall-ġestjoni responsabbli tal-katini ta' provvista, filwaqt li tfakkar il-kumplessità tagħha, il-ħtieġa fundamentali tal-ħsieb prospettiv, tal-involviment ta' medda wiesgħa ta' atturi pubbliċi, privati u tas-soċjetà ċivili u tal-użu ta' taħlita ta' għodod mhux vinkolanti u innovattivi u bidliet leġiżlattivi;

B.  billi dan l-aħħar il-kummerċ ħieles qed jiġi dejjem iktar taħt skrutinju tal-pubbliku u t-tħassib dwar id-distribuzzjoni inikwa tal-benefiċċji u l-piżijiet ta' kummerċ għamlu viżibbli l-fehma tal-maġġoranza li l-politika tal-kummerċ għandha bżonn tistabbilixxi valuri soċjali u ambjentali, kif ukoll it-trasparenza u r-responsabilità, fil-qalba tagħha;

C.  billi l-katini ta' valur mondjali (GVCs) huma realtà kumplessa, immexxija mit-teknoloġija li qed tinbidel b'ritmu mgħaġġel, li saru karatteristika ewlenija fl-ekonomija mondjali tal-lum u jistgħu jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jintegraw ruħhom fiha b'mod aħjar u biex inaqqsu l-faqar u joħolqu l-impjiegi, u, fl-istess ħin, iżidu l-kapaċità ta' produzzjoni; billi, minn naħa waħda, il-GVCs joffru prospettivi ġodda għat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli, l-involviment tas-soċjetà ċivili, il-ħaddiema u l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi, u għall-ħolqien tal-impjiegi għal kumpaniji fi ħdan il-katina tal-produzzjoni, billi jippermettulhom li jiffukaw fuq kompiti speċifiċi filwaqt li tiżdied l-interdipendenza tagħhom; billi, min-naħa l-oħra, in-natura estremament kumplessa tagħhom, in-nuqqas ta' trasparenza u d-dilwizzjoni tar-responsabilitajiet jistgħu jwasslu għal riskju akbar ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, l-impunità fattwali għal reati kontra l-ambjent u l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali fuq skala kbira;

D.  billi l-politika kummerċjali trid tikkontribwixxi għal proċess trasparenti ta' produzzjoni tul il-katina tal-valur kollha, kif ukoll konformità mal-istandards fundamentali fl-oqsma ambjentali, soċjali u ta' sikurezza;

E.  billi l-politika kummerċjali u ta' investiment tal-UE trid iżżomm is-sistema multilaterali bħala l-pedament tagħha u ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa fil-katini ta' provvista mondjali ġusti, iżda għandha tipprovdi wkoll għodod biex jistabbilixxu regoli ċari u r-responsabilitajiet tal-gvernijiet u l-kumpaniji sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-impenji internazzjonali bħalma huma l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs); billi s-sostenibilità u t-trasparenza mhumiex biss kwistjoni ta' valuri, iżda jenħtieġ li jitqiesu wkoll bħala muturi reali ta' valur miżjud ulterjuri fil-kummerċ u l-investiment mondjali fil-kuntest tal-GVCs;

F.  billi l-SMEs[17] jiffurmaw parti importanti tal-GVCs u jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli u l-impjiegi ta' kwalità u biex iżommu l-popolazzjonijiet lokali milli jitbiegħdu mir-reġjuni tagħhom;

G.  billi l-parteċipazzjoni fil-GVCs tagħmel ġid lill-SMEs f'termini ta' tkabbir u ta' internazzjonalizzazzjoni; billi skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2015 bit-titolu "Internationalisation of Small and Medium-sized Enterprises" (Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs), 31 % biss tal-SMEs fl-UE huma involuti f'negozju barra s-Suq Intern fit-tliet snin preċedenti; billi ħafna SMEs qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-GVCs ibbażati fl-UE u dawk internazzjonali; billi l-politika kummerċjali u l-ftehimiet kummerċjali jistgħu jgħinu biex jingħelbu l-ostakli u l-isfidi li l-SMEs qed jiffaċċjaw fil-preżent biex jaċċedu għall-GVCs;

H.  billi d-diliġenza dovuta volontarja u l-iskemi ta' trasparenza tal-GVCs qed jintużaw u jiġu promossi madwar id-dinja minn sħab ekonomiċi u soċjali u NGOs, li jipproduċu riżultati sostanzjali u pożittivi;

I.  billi fil-konklużjonijiet ta' Mejju 2016, il-Kunsill enfasizza "l-ħtieġa li titkompla l-promozzjoni tal-adozzjoni tal-prinċipji, il-linji gwida u l-inizjattivi dwar is-CSR/RBC miftehma f'livell internazzjonali, bħal pereżempju l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, il-Patt Globali tan-NU, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, inkluż f'pajjiżi li mhumiex membri tal-OECD, li tikkontribwixxi wkoll għall-isforzi kontra l-korruzzjoni billi toħloq ambjenti tan-negozju aktar liberi u trasparenti";

J.  billi ġestjoni mondjali responsabbli tal-GVCs hija essenzjali biex il-politika kummerċjali tiġi allinjata mal-valuri Ewropej minquxa fit-Trattati; billi kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri kienu fuq quddiem nett ta' dawn id-dibattiti madwar id-dinja;

K.  billi bosta konvenzjonijiet internazzjonali, linji gwida u regoli għandhom l-għan li jipprevjenu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-pajjiżi produtturi b'mod partikolari għandhom l-obbligu li jimplimentawhom u li joħolqu l-kundizzjonijiet ġuridiċi u ekonomiċi xierqa li fihom in-negozji jistgħu joperaw u jsibu posthom fil-katini ta' provvista mondjali; billi l-pajjiżi produtturi għandhom ikunu jistgħu jimplimentaw ukoll standards u normi internazzjonali, inklużi t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni xierqa, b'mod partikolari fil-qasam tal-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

L.  billi l-UE jenħtieġ li twieġeb b'mod saħansitra aktar effettiv għad-dumping soċjali u ambjentali u għal prattiki kummerċjali u ta' kompetizzjoni inġusti, u tiżgura kondizzjonijiet ta' parità;

M.  billi l-UE hija l-akbar esportatur u importatur mondjali tal-prodotti u tas-servizzi kkalkulati f'daqqa, l-akbar investitur dirett barrani u l-iktar destinazzjoni importanti għall-investiment dirett barrani (IDB); billi l-UE jenħtieġ li tuża din is-saħħa għall-benefiċċju kemm taċ-ċittadini tagħha stess kif ukoll dawk f'partijiet oħra tad-dinja, b'mod partikolari fl-ifqar pajjiżi tad-dinja;

N.  billi l-UE żviluppat regolamenti vinkolanti fil-qasam tad-diliġenza korporattiva dovuta f'setturi speċifiċi fejn hemm riskju għoli ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huma s-setturi tal-injam u l-minerali ta' kunflitt; billi xi Stati Membri żviluppaw ukoll leġiżlazzjoni, bħalma huma l-Att dwar l-Iskjavitù Moderna tar-Renju Unit, il-Liġi Franċiża dwar id-dover ta' kura ta' kumpaniji multinazzjonali (MNC), li tapplika għall-kumpaniji Franċiżi l-kbar li jħaddmu iktar minn 5 000 ruħ, u l-Abbozz ta' Liġi Netherlandiża tad-Diliġenza Dovuta dwar it-Tħaddim tat-Tfal; billi l-UE żviluppat inizjattivi biex tippromwovi d-diliġenza dovuta u diversi riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew talbu lill-UE biex tiżviluppa regoli vinkolanti dwar din il-kwistjoni;

O.  billi l-UE diġà ħadet passi importanti lejn ġestjoni iżjed responsabbli tal-GVCs madwar id-dinja bl-iżvilupp ta' sħubijiet speċifiċi, bħalma huma l-Patt għas-Sostenibilità fil-Bangladesh u l-Inizjattiva tad-Drittijiet tax-Xogħol mal-Myanmar, u dwar kwistjonijiet speċifiċi, bħall-inizjattiva dwar il-minerali ta' kunflitt, regolamenti dwar il-qtugħ illegali tas-siġar, kriterji ta' sostenibilità għall-bijokarburanti, ir-rappurtar korporattiv dwar kwistjonijiet dwar il-katina ta' provvista, it-trasparenza korporattiva dwar pagamenti li jsiru lil gvernijiet minn industriji estrattivi u tal-qtugħ tas-siġar, kif issottolinjat fil-komunikazzjoni Kummerċ għal Kulħadd;

P.  billi l-komunikazzjoni "Kummerċ għal Kulħadd" tgħid li l-Kummissjoni se tippromwovi kapitoli dwar kummerċ ambizzjuż u żvilupp sostenibbli (TSD) fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment kollha; billi ftehimiet kummerċjali u ta' investiment tal-UE konklużi reċentement jinkludu kapitoli dwar it-TSD, li fihom il-partijiet tll-ftehim huma mitluba jieħdu impenji dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards soċjali u ambjentali u r-responsabilità soċjali korporattiva; billi dawn il-kapitoli wrew differenzi fil-livell tal-ambizzjoni tagħhom fi ftehimiet kummerċjali suċċessivi tal-UE; billi l-istandards fil-qasam tax-xogħol u f'dak ambjentali mhumiex limitati għal kapitoli dwar it-TSD, iżda jridu jkunu effettivi fl-oqsma kollha tal-ftehimiet kummerċjali; billi l-approċċ iffukat fuq id-djalogu ma ppreveniex ksur serju tal-libertà ta' assoċjazzjoni f'xi Ftehimiet ta' kummerċ ħieles;

Q.  billi s-sitwazzjoni partikolari għaż-Żoni għall-Ipproċessar tal-Esportazzjoni (EPZs) hija tali li f'xi pajjiżi huma eżenti minn liġijiet tax-xogħol lokali u jipprojbixxu jew jillimitaw l-attività tat-trade unions, u li l-ħaddiema ma għandhom l-ebda rikors għal rimedju legali hemmhekk, fatt li jikkostitwixxi ksur ċar tal-istandards tal-ILO;

R.  billi n-nuqqas ta' mġiba etika fin-negozju huwa wkoll il-konsegwenza tan-nuqqas ta' governanza tajba, ta' impotenza jew tal-ineżistenza ta' awtoritajiet pubbliċi imparzjali li jaġixxu fl-interess ġenerali taċ-ċittadini; billi l-korruzzjoni, in-nuqqas ta' trasparenza tal-GVCs u l-eżenzjonijiet mil-liġijiet dwar ix-xogħol u t-tassazzjoni fl-EPZs, jista' jkollhom effett negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment billi jimminaw ix-xogħol deċenti u t-trade unions;

S.  billi skont l-ILO, 21 miljun persuna madwar id-dinja huma vittmi ta' xogħol furzat, u ħafna minnhom huma sfruttati fil-GVCs; billi x-xogħol furzat fl-ekonomija privata jiġġenera profitt illegali ta' USD 150 biljun kull sena;

T.  billi, minħabba l-mandat, il-kompetenzi u l-esperjenza mondjali tagħha, l-ILO, f'kollaborazzjoni mal-Membri tagħha, tinsab f'qagħda tajba biex tmexxi l-azzjoni mondjali għal xogħol deċenti fil-katini tal-provvista mondjali; billi l-Kumitat tal-ILO dwar Xogħol Deċenti fi katini tal-Provvista Mondjali talab valutazzjoni tan-nuqqasijiet li jwasslu għal defiċit fix-xogħol deċenti fil-katini tal-provvista mondjali u għal riflessjoni dwar l-inizjattivi u l-istandards meħtieġa għall-promozzjoni ta' xogħol deċenti u għall-faċilitazzjoni tat-tnaqqis tad-defiċits ta' xogħol deċenti fil-katini tal-provvista mondjali;

U.  billi huwa meħtieġ approċċ olistiku, mondjali u multilaterali għar-responsabilità korporattiva għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u s-sostenibilità ambjentali fil-kuntest tal-kummerċ mondjali fil-GVC; billi huwa importanti, għalhekk, li l-UE tkompli tmexxi dawn id-dibattiti madwar id-dinja; billi l-UE poġġiet lilha nfisha fuq quddiem nett f'dak li għandu x'jaqsam mar-riforma tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn investituri u stati, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' sistema ġurisdizzjonali multilaterali; billi huwa mistenni progress simili f'oqsma kritiċi oħra ta' tħassib bħal mhuma l-infurzar tal-obbligi tal-investituri b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem;

V.  billi l-produzzjoni fil-GVCs isseħħ f'diversi ġurisdizzjonijiet bi gradi differenti ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali, tax-xogħol u ambjentali; billi l-vittmi tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu lill-kumpaniji transnazzjonali jistgħu jiffaċċjaw ħafna ostakli fl-aċċess għal rimedji ġudizzjarji;

W.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-UE hija stabbilita sew fl-Artikolu 8 tat-TFUE; billi l-ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment għandhom ħabta jaffettwaw lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti minħabba l-inugwaljanzi strutturali bejn is-sessi; billi l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi spiss tiġi injorata fl-analiżi tal-GVCs; billi, skont l-ILO, fl-2012 21 miljun persuna fid-dinja, li 55 % minnhom kienu nisa u bniet, kienu l-vittmi ta' xogħol furzat, fejn 90 % minnhom ġew sfruttati fl-ekonomija privata minn individwi jew impriżi;

X.  billi n-nisa jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-ħaddiema f'ċerti taqsimiet tal-katini tal-provvista mondjali fis-setturi tal-ħwejjeġ, l-ortikultura, it-telefonija mobbli u t-turiżmu iżda, meta mqabbla mal-irġiel, għandhom it-tendenza li jkunu aktar ikkonċentrati f'forom ta' impjieg b'paga baxxa jew bi status baxx, u dan iwassal għal segregazzjoni bejn is-sessi fit-tipi ta' impjiegi u attivitajiet, diskrepanzi fil-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u restrizzjonijiet speċifiċi għas-sessi fl-aċċess għar-riżorsi produttivi, l-infrastruttura u s-servizzi;

Y.  billi skont l-Artikolu 3(3) tat-TUE, l-Unjoni għandha tipproteġi d-drittijiet tat-tfal; billi l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

Z.  billi s-servizzi qed ikollhom rwol akbar fil-GVCs, b'mod partikolari fil-produzzjoni tas-settur tal-manifattura; billi ż-żieda fl-integrazzjoni tas-servizzi fil-GVCs se teħtieġ ftehimiet li jappoġġaw l-ekonomija diġitali, inkluż il-fluss ħieles ta' data;

AA.  billi l-iżvilupp ta' katini ta' valur mondjali jikkontribwixxi wkoll għall-integrazzjoni tas-servizzi fil-produzzjoni ta' oġġetti; billi ammont sinifikanti mill-valur ta' oġġetti importati żdied permezz ta' servizzi mill-pajjiżi ta' importazzjoni;

AB  billi l-Istati Membri tal-UE huma l-akbar esportaturi tas-servizzi finanzjarji, u s-settur għandu importanza strateġika fil-politika kummerċjali tal-UE; billi l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji fil-Ftehimiet Esterni tal-UE, inklużi l-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles, qajmet xi tħassib leġittimu dwar l-effetti negattivi potenzjali tagħhom fejn jidħol il-ħasil tal-flus u l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u tenfasizza iktar l-importanza li jitqies l-użu tal-għodod li jindirizzawhom; billi l-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment joffru opportunità tajba biex tiżdied il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, u l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

AC.  billi tikkettar trasparenti u informattiv jista' jkun għodda utli li tippermetti lill-konsumaturi tal-UE jagħmlu għażliet iktar infurmati u adegwati; billi, barra mill-prezz u l-oriġini ta' prodott, kriterji soċjali u ambjentali għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-konsumaturi tal-UE; billi dawn il-kriterji jistgħu teknikament jiġu żviluppati skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-proċess ta' produzzjoni biex ikun permess il-bejgħ ta' prodott;

AD.  billi r-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem fil-katina tal-produzzjoni u konformità sħiħa mal-istandards tas-sikurezza tal-ikel ta' oġġetti rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa fis-suq Ewropew jenħtieġ li jiġu rrispettati kemm mill-istati kif ukoll mill-impriżi; billi l-piż tar-responsabilità jenħtieġ li ma jinġarx biss mill-konsumaturi, li l-għażla tagħhom hija limitata kemm minn riżorsi individwali (ekonomija, ħin, għarfien) kif ukoll minn elementi esterni (informazzjoni, offerti);

AE.  billi r-Regoli tal-Oriġini (RoO) saru dejjem aktar importanti fil-kuntest tal-GVCs, fejn il-produzzjoni għandha t-tendenza li tkun mifruxa f'bosta pajjiżi; billi r-regoli laxki tal-oriġini jistgħu joħolqu ostakoli addizzjonali biex tiġi stabbilita trasparenza u responsabilità sħiħa tul il-katini tal-provvista;

AF.  billi li proċeduri doganali aħjar, armonizzati u aktar effiċjenti fl-Ewropa u lil hinn minnha jiffaċilitaw il-kummerċ u jissodisfaw ir-rekwiżiti rispettivi ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ, kif ukoll jgħinu biex jevitaw il-falsifikazzjonijiet u l-oġġetti illegali, mormija u kontrafatti milli jidħlu fis-suq uniku, u dan idgħajjef it-tkabbir ekonomiku tal-UE u jikkomprometti lill-konsumaturi tal-UE b'mod serju; billi l-aċċess akbar għad-data doganali dwar l-importazzjonijiet deħlin fl-UE jżid it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-GVCs;

AG.  billi f'dinja ta' netwerks ta' produzzjoni frammentati, id-distinzjoni bejn l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet hija mċajpra, peress li l-elementi produttivi importati jammontaw għal proporzjon sinifikanti ta' esportazzjonijiet, u t-tariffi huma akkumulati kull darba li l-prodotti intermedjarji jiġu negozjati min-naħa għall-oħra tal-fruntieri; billi proċeduri doganali u tal-fruntieri, effiċjenti huma partikolarment importanti f'dan il-kuntest;

AH.  billi l-inċentivi kummerċjali SĠP u l-SĠP+ jipprovdu lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp b'aċċess aħjar għas-suq, u dan bi skambju għar-rispett tal-istandards tax-xogħol, ambjentali u soċjali;

AI.  billi l-SĠP+ hija strument importanti tal-politika kummerċjali tal-UE li tipprovdi aċċess aħjar għas-suq u hija akkumpanjata minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ strett għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-governanza t-tajba fil-pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw;

AJ.  billi l-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPRs) jistgħu jipprovdu għal integrazzjoni ulterjuri fil-GVCs;

Il-pożizzjoni tal-UE fil-GVCs

1.  Jenfasizza li l-politika kummerċjali u ta' investiment jenħtieġ li tipprovdi effett ta' lieva, biex toħloq kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għan-negozji Ewropej, tippromwovi l-kompetittività Ewropea u tiffaċilita l-konverġenza 'l fuq tal-istandards; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koerenza bejn il-politiki ambjentali, tas-saħħa pubblika, kummerċjali, ta' investiment u industrijali tal-UE, u tippromwovi l-istrateġija Ewropea tar-reindustrijalizzazzjoni u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju;

2.  Jemmen li l-integrazzjoni ulterjuri tal-UE fil-katini tal-valur mondjali m'għandhiex tkun ta' detriment għall-mudell soċjali u regolatorju Ewropew u l-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-għarfien u l-adozzjoni ta' skemi ta' kummerċ ġust eżistenti, kif imsemmi fl-istrateġija Kummerċ għal Kulħadd, kemm fi ħdan il-qafas tal-pjan tal-UE għas-sostenibilità kif ukoll il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp;

4.  Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw strumenti msaħħa tad-difiża tal-kummerċ sabiex jikkumbattu l-prattiki kummerċjali inġusti, b'kont meħud ta' dumping soċjali u ambjentali;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tal-użu tal-istrumenti ta' difiża tal-kummerċ, mill-UE u minn pajjiżi terzi, dwar l-integrazzjoni effettiva ta' negozji tal-UE fil-GVCs;

6.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' regoli armonizzati u koordinament u superviżjoni msaħħa tal-UE għall-applikazzjoni ta' dazji fuq l-importazzjoni mill-Istati Membri (inklużi dazji konvenzjonali, ta' anti-dumping u dawk kompensatorji) għat-tipi kollha ta' prodotti bażiċi u merkanzija, speċjalment bl-involviment ta' dikjarazzjonijiet foloz tal-oriġini (fir-reġim preferenzjali u mhux) u s-sottovalutazzjoni u deskrizzjoni ħażina tal-merkanzija;

Il-GVCs u l-multilateraliżmu

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem b'mod attiv fi ħdan id-WTO sabiex tiżdied it-trasparenza, u biex tiddefinixxi u tippromwovi regoli multilaterali għall-kummerċ, inkluż il-ġestjoni sostenibbli tal-GVCs, li b'mod partikolari, jenħtieġ li jinkludu dan li ġej:

–  rekwiżiti tad-diliġenza dovuta u tat-trasparenza obbligatorji fil-katina tal-provvista, fuq il-bażi tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

–  standards minimi tas-saħħa u tas-sikurezza, li jirrikonoxxu b'mod partikolari d-dritt tal-ħaddiema li jistabbilixxu kumitati tas-sikurezza,

–  bażi ta' protezzjoni soċjali u rispett għall-istandards tax-xogħol tal-ILO;

–  id-dritt ta' negozjar kollettiv;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jimpenjaw ruħhom b'mod attiv fil-fora multilaterali kollha dwar in-negozju, il-GVC, id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jippromwovu l-valuri Ewropej minquxa fit-Trattati u b'kont meħud tal-ħtieġa fundamentali li jiġu protetti l-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs;

9.  Jilqa' n-negozjati li għaddejjin dwar Trattat vinkolanti tan-NU għall-Kumpaniji Transnazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom b'mod kostruttiv f'dawn in-negozjati u biex jieħdu sehem attiv u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' proposti konkreti, inkluż l-aċċess għal rimedji, jinvestu l-isforzi kollha tagħhom fil-ksib ta' riżultat pożittiv u t-tħeġġiġ ta' sħab kummerċjali sabiex jiġu involuti b'mod ugwali; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, biex tikkunsidra l-possibilità ta' diliġenza dovuta obbligatorja estensiva, inkluż fuq il-livell mondjali;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jħaffu l-applikazzjoni u jżidu l-effettività tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (NAP) li jimplimentaw il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza li tmienja mit-13-il NAP li diġà ġew approvati huma minn Stati Membri tal-UE u jilqa' l-fatt li 11-il NAP tal-UE oħrajn qed jiġu abbozzati; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa u tippromwovi l-implimentazzjoni ta' dawn il-Prinċipji Gwida tan-NU;

11.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-konverġenza tal-istandards internazzjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari bejn il-Prinċipji Gwida tan-NU u l-Linji Gwida tal-OECD għal Impriżi Multinazzjonali;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni integrali ta' Xogħol Deċenti u l-erba' pilastri tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO dwar l-SDGs tan-NU; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex effettivament japplikaw dawn l-istandards u biex jaħdmu fi ħdan l-ILO lejn l-adozzjoni ta' standard internazzjonali tax-xogħol għal xogħol deċenti dwar il-GVCs, li se teħtieġ, b'mod partikolari, li l-kumpaniji kollha jwettqu ġestjoni tar-riskju kontinwa tal-impatt tal-attivitajiet tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-ħaddiema u tal-komunitajiet u biex jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu u jimmitigaw dawn l-attivitajiet u jipprovdu rimedju lil dawk milquta;

13.  Jappoġġa l-inizjattivi mondjali kollha kontra l-korruzzjoni, inkluża l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI), il-Proċess ta' Kimberley, il-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR), il-prinċipji stabbiliti fil-Patt Mondjali għan-Negozji tan-Nazzjonijiet Uniti, il-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-impriżi multinazzjonali u l-Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta għal katini ta' provvista responsabbli tal-minerali minn żoni milquta minn kunflitt u f'żoni ta' riskju għoli; ifakkar fl-obbligu li l-pajjiżi produtturi, b'mod partikolari, jimplimentaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni xierqa, anke fil-qasam tal-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

14.  Jirrimarka li, f'dan il-qasam, flimkien mal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' minerali u metalli, l-użu ta' arranġamenti trasparenti li jirregolaw id-drittijiet operattivi u d-dazji doganali hu essenzjali għall-iżvilupp ta' żoni ta' kunflitt jew b'riskju għoli; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jitfassal kompendju tal-miżuri eżistenti ta' responsabilità soċjali korporattiva li qed jiġu implimentati min-negozji Ewropej, u l-ħtieġa li jissaħħaħ il-koordinament u l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki, sabiex il-prattiki tajba jkunu jistgħu jiġu identifikati b'effikaċja u biex jingħata kontribut għall-ħolqien ta' qafas ta' azzjoni komuni fil-livell Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-inizjattivi relatati mar-responsabilità soċjali korporattiva u d-diliġenza dovuta tul il-katina tal-provvista kollha;

15.  Jirrimarka li l-aċċess affidabbli għall-materja prima huwa importanti għall-kompetittività mondjali;

16.  Jenfasizza l-importanza li l-liġijiet eżistenti jiġu implimentati, infurzati u trasposti għall-GVCs fil-livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

Responsabilità korporattiva

17.  Jenfasizza li l-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem isaħħu lil xulxin, u li l-komunità kummerċjali għandha rwol importanti xi twettaq biex toffri inċentivi pożittivi f'termini ta' promozzjoni tad-drittjiet tal-bniedem, id-demokrazija u r-responsabilità korporattiva;

18.  Jilqa' l-bosta inizjattivi promettenti meħuda mis-settur privat, bħall-kodiċijiet ta' kondotta, it-tikkettar, l-awtovalutazzjoni u awditi soċjali, li kkontribwixxew b'mod sinifikanti għal titjib reċenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-katini tal-provvista mondjali;

19.  Jinsab imħasseb sew b'każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u bit-theddid għas-sostenibilità ambjentali imwettqa bħala riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni ta' xi kumpaniji;

20.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-eżistenza ta' regoli internazzjonali ċari dwar ir-responsabilità soċjali korporattiva (CSR), GVC u d-diliġenza dovuta; jilqa' t-taħlita intelliġenti ("smart mix") ta' azzjonijiet regolatorji u dawk volontarji, li waslet għal xi riżultati pożittivi f'dawn l-aħħar ftit snin u għenet lin-negozji jsibu triqithom lejn miżuri dinamiċi u innovattivi; jenfasizza li l-koordinament, il-qsim tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki jistgħu jikkontribwixxu biex iżidu l-effiċjenza tal-inizjattivi tal-katina tal-valur privati u pubbliċi u jiksbu riżultati pożittivi; ifakkar, madankollu, li CSRs fuq bażi volontarja jistgħu wkoll iwasslu għal kompetizzjoni inġusta għall-fornituri li jkunu għażlu li jikkonformaw ma' standards internazzjonali tax-xogħol u tal-ambjent u mhuwiex biżżejjed fih innifsu li jiġi żgurat li kumpaniji li huma kompletament konformi ma' standards u obbligi internazzjonali li tiġi implimentata l-politika tad-diliġenza dovuta; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jitfassal kompendju ta' miżuri eżistenti ta' CSR li qed jiġu implimentati min-negozji Ewropej, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati prattiki tajba b'mod aktar effettiv u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' qafas ta' azzjoni komuni fil-livell Ewropew; jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha, mingħajr dewmien, tfittex modi biex tiżviluppa strateġiji u regoli ta' trasparenza għall-GVCs, inkluż li possibbilment tiġi kkunsidrata azzjoni immedjata lejn l-iżvilupp ta' regoli vinkolanti u infurzabbli, rimedji assoċjati u mekkaniżmi ta' monitoraġġ indipendenti li jinvolvu lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lis-soċjetà ċivili; jenfasizza li tali obbligi jenħtieġ li jsegwu l-passi rikjesti mill-Prinċipji Gwida tan-NU u l-Linji Gwida tal-OECD relatati mal-identifikazzjoni proattiva tar-riskji għad-drittijiet tal-bniedem, it-tfassil ta' pjanijiet ta' azzjoni rigorużi u verifikabbli li jipprevjenu jew itaffu dawn ir-riskji, reazzjoni adegwata għall-abbużi magħrufa u t-trasparenza;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar prominenza lil dawn id-dispożizzjonijiet u tippromwovi l-adozzjoni ta' linji gwida settorjali tal-OECD u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza l-ħtieġa li s-soċjetà ċivili tiġi involuta b'mod formali fil-proċess ta' implimentazzjoni permezz ta' strutturi stabbiliti taħt il-kapitoli dwar it-TSD; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-ħidma ta' entitajiet ta' standardizzazzjoni internazzjonali bħalma huma l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (inkluż ISO 2600) u l-Inizjattiva Globali ta' Rappurtar, sabiex tinkoraġġixxi lin-negozji jirrapportaw dwar is-sostenibilità u l-ħolqien ta' valur tul il-katina tal-provvista kollha;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità tal-kumpaniji Ewropej u internazzjonali mal-linji gwida tal-OECD dwar l-Impriżi Multinazzjonali u l-linji gwida tal-OECD speċifiċi għas-settur bħall-gwida dwar id-diliġenza dovuta għal katini ta' provvista responsabbli ta' minerali minn żoni milquta minn kunflitt; jirrakkomanda li jissaħħaħ ir-rwol tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tal-OECD u l-kooperazzjoni tagħhom ma' istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem nazzjonali u reġjonali bil-għan li tkompli titjieb il-governanza tal-GVCs;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-approċċ tagħha lejn is-CSR bl-għan li ssaħħaħ l-istandards tax-xogħol u dawk ambjentali u, b'mod partikolari, tinsisti fuq l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet ta' CSR fi ftehimiet kummerċjali u ta' investiment negozjati mill-UE;

24.  Jenfasizza li l-koordinament u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki jistgħu jgħinu sabiex l-inizjattivi tal-katina tal-valur privati u pubbliċi jkunu aktar effettivi;

25.  Ifakkar li fl-2010 l-Parlament talab li l-kumpaniji jenħtieġ li jippubblikaw il-bilanċi tagħhom tas-CSR, l-introduzzjoni ta' rekwiżiti ta' diliġenza dovuta għall-impriżi kollha, kif ukoll il-konsolidazzjoni tal-kunċett CSR fuq il-bażi ta' definizzjoni armonizzata tar-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji prinċipali sabiex tiġi stabbilita r-responsabilità legali ta' kull waħda minnhom; għalhekk jinnota b'sodisfazzjon li d-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità se tkun rikjesta minn kumpaniji kbar mill-2017, skont id-Direttiva dwar ir-Rappurtar mhux Finanzjarju; Jiddispjaċih, madankollu, li d-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja minn kumpaniji kbar għadha ma ġietx estiża biex tkopri lill-atturi kollha li joperaw fil-GVCs;

26.  Jinnota l-inizjattiva tal-'karta ħadra' mnedija minn xi parlamenti nazzjonali wara l-adozzjoni tal-liġi Franċiża dwar id-dmir ta' diliġenza tal-MNC; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-proposti għal diliġenza dovuta korporattiva għal kumpaniji li joperaw kemm fi ħdan kif ukoll barra l-UE, b'kunsiderazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Franċiża dwar il-liġi Franċiża, jiġifieri dwar il-proporzjonalità tas-sanzjonijiet;

27.  Ifakkar li l-politiki CSR għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċjali tal-SMEs, u jkunu flessibbli biżżejjed biex jiġi żgurat li dawn ma jkunux soġġetti għal piżijiet sproporzjonati; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tistabbilixxi helpdesk speċifiku għall-SME, b'attenzjoni speċjali għall-intrapriżi żgħar u mikro, u biex tappoġġahom bi programmi ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet imfassla apposta;

28.  Jenfasizza li GVCs ma jintemmux meta l-prodott jasal għand il-konsumatur, iżda jinkludu skart u kif dan jiġi trattat; iħeġġeġ li jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodotti u t-titwessa' l-perspettiva dwar il-GVCs biex tinkludi dispożizzjonijiet dwar ir-rimi tal-iskart mingħajr ma ssir ħsara lill-persuni jew lill-ambjent; jistieden lill-UE tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni internazzjonali u l-koerenza leġiżlattiva rigward prodotti u materjali fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom u tgħin lill-pajjiżi sħab biex jiżviluppaw regolamenti nazzjonali u kapaċitajiet ta' infurzar aktar b'saħħithom; jistieden lill-UE biex tiżgura li t-traċċabilità tapplika għal dan l-ispettru tal-ħajja tal-prodotti;

29.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi malajr, f'konformità mal-proposti dettaljati li jinsabu fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabilità tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi;

Il-ħolqien ta' rwol aktar prominenti għall-inizjattivi tas-settur privat

30.  Jenfasizza l-kisbiet ta' involviment tas-settur privat; jenfasizza li l-kumpaniji fis-settur privat għandhom isegwu strateġiji ta' sostenibilità, mhux biss sabiex jevitaw li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tagħhom, iżda wkoll minħabba li dan joffrilhom opportunitajiet ġodda u jnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq riżorsi skarsi;

31.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-konsumaturi (u l-effetti ta' pubbliċità ħażina); ifakkar li l-ebda konsumatur ma jrid ikompli jixtri prodotti magħmula mit-tfal jew minn irġiel u nisa sfruttati, jew prodotti li jkunu kkaġunaw ħsara ambjentali kbira;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni ssib modi ġodda biex tappoġġa l-isforzi tas-settur privat biex il-katini ta' valur mondjali jsiru aktar sostenibbli u jiġu żviluppati mudelli ta' negozju inklużivi u sħubijiet relatati b'diversi partijiet interessati mis-settur privat;

33.  Jenfasizza li taħlita intelliġenti bejn finanzjament pubbliku u privat hija meħtieġa għall-promozzjoni ta' katini ta' valur mondjali sostenibbli; jemmen li dan għandu jibni fuq strutturi u programmi eżistenti li rnexxu fil-promozzjoni ta' mġiba responsabbli fin-negozju;

34.  Jilqa' l-bosta inizjattivi promettenti meħuda mis-settur privat, bħal kodiċijiet ta' kondotta, tikkettar, awtovalutazzjoni u awditi soċjali, u jagħraf il-Patt Mondjali tan-NU, l-istandard ISO 26000 dwar ir-responsabilità soċjali, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali bħala strumenti li jistgħu jimmobilizzaw ir-responsabilità fl-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi; jistieden lill-kumpaniji, sew jekk Ewropej sew jekk mhux, japplikaw id-diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jintegraw il-konklużjonijiet tagħhom fil-politiki u fil-proċeduri interni, billi jallokaw konsegwentement ir-riżorsi u r-responsabilitajiet u jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza li dan jirrikjedi l-allokazzjoni ta' riżorsi suffiċjenti; jenfasizza li t-trasparenza u l-komunikazzjoni dwar il-miżuri meħudin biex jevitaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi huma kruċjali għall-eżerċizzju ta' kontroll demokratiku xieraq u biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla abbażi tal-fatti;

Il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTA) tal-UE u l-GVCs

35.  Jilqa' l-istrateġija l-ġdida tal-kummerċ u l-investiment għall-Unjoni Ewropea, il-Kummerċ għal Kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza, fil-politika kummerċjali u ta' investiment u fl-FTA tagħha, l-isfidi assoċjati maż-żieda fil-GVCs billi tqis il-miżuri li ġejjin:

a)  it-tisħiħ ex ante ta' Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-Kummerċ għas-Sostenibilità (TSIAs), billi jiżdiedu r-rekwiżiti ta' valutazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar is-sessi, u jkunu disponibbli għall-pubbliku b'mod obbligatorju TSIAs ex post, bil-kontribut tas-soċjetà ċivili;

b)  l-implimentazzjoni bis-sħiħ tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament tal-2010 u l-2016 fir-rigward tal-kapitoli dwar it-TSD fl-FTA, li jenħtieġ li jinkludu kapitoli dwar it-TSD komprensivi, infurzabbli u ambizzjużi u jitqiesu l-aspetti li ġejjin:

i) impenn minn kull parti biex jirratifikaw u jimplimentaw it-tmien Konvenzjonijiet ILO fundamentali u l-erba' Konvenzjonijiet ILO ta' prijorità kif ukoll il-ftehimiet ambjentali multilaterali internazzjonali;

ii) kopertura tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem u l-kapitoli dwar it-TSD mill-mekkaniżmi tas-soluzzjoni tat-tilwim ġenerali, b'kundizzjonijiet indaqs mal-partijiet l-oħra tal-ftehim;

iii) il-possibilità ta' appell u lta' rimedju permezz ta' proċedura għall-ilmenti għas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili;

iv) miżuri deterrenti effettivi: inkluż fil-forma ta' miżuri korrettivi pekunjarji, fil-każ ta' ksur gravi u ppruvat tad-dispożizzjonijiet dwar it-TSD;

c)  l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet infurzabbli kontra l-korruzzjoni u li jipproteġu lill-informaturi, fi ħdan il-kompetenza tal-UE, fl-FTA u l-ftehimiet ta' investiment futuri kollha; f'dan ir-rigward, jisħaq fuq il-fatt li l-partijiet firmatarji tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment jenħtieġ li jieħdu miżuri biex jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva tas-settur privat, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-gruppi konsultattivi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-programmi u tal-klawsoli relatati mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-ftehmijiet kummerċjali u ta' investiment internazzjonali;

d)  l-inklużjoni tal-klawsoli ta' sospensjoni li jiffissaw livell minimu ta' standards soċjali, ambjentali u ta' sikurezza, inklużi s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, fl-FTA kollha tal-UE, u b'hekk jiġi prevenut li l-partijiet inaqqsu l-istandards soċjali, ambjentali u ta' sikurezza sabiex jippromwovu l-esportazzjonijiet u jattiraw l-investimenti;

e)  l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza fiskali (inklużi l-istandards ta' trasparenza ewlenin tal-OECD) u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-frodi fiskali u l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fl-FTA, li għandhom ikunu riflessi kif xieraq fir-rekwiżiti għall-ftuħ tas-suq għas-servizzi finanzjarji;

f)  is-suppliment għad-dispożizzjonijiet imsemmija kollha b'miżuri ta' sostenn għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-monitoraġġ rigoruż tal-implimentazzjoni tagħhom, inkluż permezz ta' kontributi mill-parlamenti nazzjonali u partijiet interessati inkluża s-soċjetà ċivili;

g)  żieda fir-rabta tal-prijoritajiet maqbula fuq livell bilaterali għall-implimentazzjoni tal-kapitoli dwar it-TSD tal-FTA u appoġġ finanzjarju mill-programmi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE;

36.  Ifakkar fir-rwol ewlieni li jista' jkollhom l-SMEs fil-GVCs minn naħa waħda, u l-benefiċċji ta' iktar integrazzjoni tal-SMEs fil-GVCs min-naħa l-oħra; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi kapitoli dwar l-SMEs fil-ftehimiet kummerċjali futuri kollha; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, biex tevalwa l-istrutturi ta' appoġġ eżistenti li huma disponibbli għall-SMEs li jixtiequ jkollhom aċċess għall-GVCs, u biex tirrevedi u, jekk meħtieġ, taġġorna l-istrateġija "Negozju Żgħir, Dinja Kbira" mill-2011 sabiex tkompli tiffaċilita l-involviment tal-SMEs fil-GVCs;

37.  Jenfasizza li l-GVCs spiss jinkludu l-produzzjoni u s-servizzi fiż-Żoni għall-Ipproċessar tal-Esportazzjoni (EPZ), fejn l-istandards tax-xogħol u dawk ambjentali huma differenti mill-bqija tal-pajjiż ikkonċernat u ta' spiss jiġu ristretti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-istandards soċjali u ambjentali fl-FTA japplikaw mat-territorju kollu tas-sħab kummerċjali, inkluż f'EPZs;

It-tikkettar, it-traċċabilità u d-data doganali

38.  Jistieden lill-UE biex taħdem favur soluzzjonijiet adegwati u effiċjenti għall-introduzzjoni ta' sistema ta' tikkettar soċjalment u ambjentalment traċċabbli obbligatorja tul il-katina ta' produzzjoni kollha, f'konformità mal-Ftehim TBT tad-WTO, filwaqt li tiġi promossa azzjoni simili fuq livell internazzjonali;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni għal regoli ta' tikkettar dwar l-oriġini tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE, jew li tipproponi regoli li jiggarantixxu traċċabilità effettiva;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Istati Membri jfittxu modi li bihom il-partijiet li jkollhom l-interess pubbliku involut ikollhom aċċess, soġġett għal ġustifikazzjoni xierqa u fuq talba magħmula abbażi tal-interess pubbliku, għad-data doganali miġbura minn partijiet li jinnegozjaw fi prodotti jew oġġetti importati fl-UE;

Il-ġurisdizzjoni u l-aċċess għar-rimedji

41.  Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati b'mod effettiv l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-kumpaniji transnazzjonali meta jidhru, u li jiġu indirizzati l-problemi ġuridiċi li ġejjin mid-dimensjoni extraterritorjali ta' kumpaniji, b'mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta' responsabilità legali konġunt tul il-katini tal-provvista; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu passi xierqa biex jindirizzaw l-ostakoli finanzjarji u proċedurali li l-vittmi jħabbtu wiċċhom magħhom fil-litigazzjoni ċivili;

42.  Itenni s-sejħa tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrifletti fuq l-estensjoni tar-regoli ġuriżdizzjonali skont ir-Regolament Brussell I għall-konvenuti ta' pajjiż terz f'każijiet imressqa kontra kumpaniji b'rabta ċara ma' xi Stat Membru wieħed jew kontra kumpaniji li għalihom l-UE hija suq essenzjali u jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta malajr, jekk xieraq, proposta lill-Parlament u lill-Kunsill;

43.  Ifakkar li l-impriżi kummerċjali jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi ta' lment fil-livell operazzjonali għall-ħaddiema milquta mill-operazzjonijiet tagħhom, inkluż fl-EPZ; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jindirizzaw l-ostakli ġuridiċi, proċedurali u istituzzjonali ffaċċjati fl-aċċess għal rimedji effettivi;

L-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tat-tfal

44.  Ifakkar li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija stabbilita sew fil-politiki kollha tal-UE kif iddikjarat fl-Artikolu 8 tat-TFUE; jiddeplora l-fatt li l-ġeneru mhuwiex imsemmi fl-istrateġija Kummerċ għal Kulħadd, u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-istrateġija; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-perspettiva tal-ġeneru tiġi inkluża u integrata fil-politika kummerċjali u ta' investiment, fl-istrateġija tal-Għajnuna għall-Kummerċ, u fl-FTA u l-valutazzjonijiet tal-impatt futuri kollha; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiddiskuti u tinnegozja fi ħdan id-WTO sabiex jittieħed kont tal-ġeneru fil-politika tal-kummerċ u tal-investiment tad-WTO; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data diżaggregata skont il-ġeneru għal GVC, speċjalment fis-settur agrikolu, b'kont meħud tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa li tmur lil hinn minn kwistjonijiet ta' pagi, fatturi li jwasslu għall-vjolenza kontra n-nisa, u fatturi soċjali bħalma huma l-liv tal-ġenituri u s-saħħa, bl-għan li jinħolqu forom legali biex jingħelbu l-effetti sekondarji negattivi fil-GVC; jilqa' l-fatt li l-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi qed tiġi indirizzata fin-negozjati dwar l-aġġornament tal-ftehim bejn l-UE u ċ-Ċilì u ser tiġi indirizzata fil-ftehim aġġornat futur;

45.  Jitlob li ssir analiżi komprensiva tad-differenzi u l-inugwaljanzi fil-qafas tal-GVC, fir-rigward ta': (i) id-differenzi bejn is-sessi fl-użu tal-ħin, li jirriżultaw l-aktar mir-responsabilità primarja tan-nisa għax-xogħol riproduttiv; (ii) id-differenzi bejn is-sessi fl-aċċess għal fatturi u riżorsi produttivi, b'mod partikolari l-art, il-kreditu, it-taħriġ, u n-netwerks; u (iii) id-differenzi bejn is-sessi li jirriżultaw minn fallimenti u d-diskriminazzjoni fil-livell ta' swieq u istituzzjonijiet;

46.  Iwissi kontra l-impatti negattivi tal-espansjoni tal-kummerċ u l-liberalizzazzjoni fuq il-kwalità tal-impjieg, kif ukoll ir-riskju ta' żieda fit-traffikar tal-persuni; jisħaq fuq il-punt li n-nisa għandhom it-tendenza li jkunu dawk li jbatu l-aktar, u li spiss, fil-każ tan-nisa, it-traffikar ta' persuni jsir b'mod parallel mat-traffikar għal finijiet sesswali u l-femminiċidju;

47.  Jipproponi li fil-livell tal-kummerċ internazzjonali u tal-politiki kummerċjali tal-UE fuq GVC, jenħtieġ li tiġi żviluppata strateġija speċifika biex formalment tipproteġi lill-individwi li jiddenunzjaw prattiki bħall-femminiċidju, it-traffikar ta' persuni u t-traffikar sesswali, u biex tiddefendi lill-vittmi; jisħaq fuq il-punt li min jiddenunzja jenħtieġ li jingħata rikonoxximent u protezzjoni simili bħal kif inhu mitlub fil-każ tal-informaturi fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali u tal-UE;

48.  Ifakkar ukoll, li hemm aktar nisa jaħdmu iżda xorta jibqgħu rappreżentati żżejjed f'impjiegi b'livell baxx ta' ħiliet u b'pagi baxxi, b'nuqqas ta' aċċess għal miżuri ta' protezzjoni soċjali, inkluża l-protezzjoni tal-maternità, u spiss wisq jiġu soġġetti għal diskriminazzjoni u fastidju sesswali;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jippromwovu akkwist pubbliku sostenibbli, billi jiġu applikati rekwiżiti speċifiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-konformità mad-dritt internazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u r-regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni, kif ukoll it-trasparenza għall-fornituri u għall-katini ta' provvista internazzjonali tagħhom;

50.  Jenfasizza l-importanza tar-ratifika tal-Konvenzjonijiet tal-ILO Nru 182 dwar l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal, u Nru 138 dwar l-età minima għall-ammissjoni għal impjieg u xogħol minn dawk il-pajjiżi li għadhom m'għamlux dan; ifakkar li l-UE hija impenjata biex teqred l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal f'livell mondjali, f'konformità mal-valuri tagħha, li jinkludu l-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal fl-azzjoni esterna tal-UE kif inhi mħaddna fl-Artikolu 21 TUE; itenni t-talba tiegħu għall-armonizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kontrolli tal-katina tal-importazzjoni u tal-provvista biex jiġi żgurat li fis-suq tal-UE jidħlu biss prodotti ħielsa mill-impjieg furzat, mit-tħaddim tat-tfal u mill-iskjavitù moderna; jenfasizza l-appoġġ tiegħu għal inizjattivi eżistenti li jappoġġaw lill-SME u lill-organizzazzjonijiet żgħar tal-bdiewa bl-għan li jiksbu sehem ikbar ta' valur f'GVC, bħal fil-każ ta' kummerċ ġust; jenfasizza l-importanza tal-inklużjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal fl-FTA kollha tal-UE, permezz ta' kapitoli dwar l-iżvilupp sostenibbli, sabiex jiġi żgurat li dan l-objettiv huwa kondiviż minn sħab kummerċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'mod vigoruż jiddefendu din il-proposta fil-fora internazzjonali kollha, inklużi l-ILO, l-OECD, in-NU u d-WTO, sabiex isir progress fil-ġlieda kontra x-xogħol furzat u t-tħaddim tat-tfal; jenfasizza f'dan il-kuntest li l-objettiv ta' prodotti ħielsa mit-tħaddim tat-tfal jista' jinkiseb biss jekk dan jaħdem flimkien ma' pagi li jippermettu livell ta' għajxien minimu għall-membri tal-familja tat-tifel/tifla;

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw

51.  Jenfasizza li l-GVC jikkostitwixxu opportunità importanti għall-kumpaniji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,b'mod partikolari l-SME, biex tiġi żviluppata rabta mal-ekonomija mondjali; jenfasizza li politiki speċifiċi u l-miżuri ta' akkumpanjament huma kruċjali sabiex jintlaħaq dan l-għan u biex jiġu estiżi l-vantaġġi potenzjali lill-ħaddiema kollha fil-pajjiżi sħab kummerċjali tagħna, b'mod partikolari l-politiki li għanhom l-għan li l-proċeduri amministrattivi jsiru iżjed effiċjenti, jew li l-kumpaniji kkonċernati jiġu mgħejuna biex jiżdied il-valur miżjud u tiġi estiża l-parteċipazzjoni tagħhom f'GVC, filwaqt li jittejbu wkoll l-istandards soċjali u ambjentali tagħhom; jirrimarka li r-rieżami tal-SĠP u l-SĠP+ jenħtieġ li jinkludi regoli vinkolanti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent; jinnota li ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw huma limitati fil-kapaċità tagħhom u r-riżorsi biex effettivament jinfurzaw il-konformità ma' standards u regolamenti soċjali u ambjentali; jistieden lill-UE ssaħħaħ il-bini tal-kapaċità u tipprovdi lill-gvernijiet ta' pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw b'għajnuna teknika fejn ikun possibbli u meħtieġ;

52.  Ifakkar fl-aġenda tal-SDG 2030 u fl-approċċi tagħha rigward il-produzzjoni sostenibbli, il-konsum sostenibbli u x-xogħol deċenti, u jappella lill-Kummissjoni biex fir-rappurtar tagħha tikkomunika b'mod trasparenti r-referenza għal kull SDG ikkonċernat; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-kummerċ fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-governanza t-tajba skont il-prinċipji tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp; jenfasizza li ftehimiet kummerċjali u ta' investiment tal-UE konklużi mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-SDG; itenni d-dritt tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jirregolaw l-investiment sabiex jiżguraw obbligi u dmirijiet għall-investituri kollha, inklużi l-investituri barranin, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem, l-impjieg u l-istandards ambjentali;

53.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ li, jekk implimentat sew se jissimplifika u jimmodernizza l-proċeduri doganali, li jagħmilha aktar faċli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li ġeneralment ikollhom aktar limiti konfinali, biex jintegraw fis-sistema tal-kummerċ mondjali;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-parteċipazzjoni effettiva tal-SME f'GVC, billi tappoġġa t-tlaqqigħ u sħubiji bejn l-SME u l-gruppi żgħar ta' bdiewa f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom l-għan li jiksbu sehem akbar ta' valur għall-produtturi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem, bħal fil-każ ta' kummerċ ġust;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem marbutin mal-preferenzi kummerċjali unilaterali mogħtija taħt il-SĠP jiġu infurzati u monitorjati effettivament, u li l-proċeduri previsti għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità possibbli ma' dawk il-kundizzjonijiet jiġu implimentati, f'konformità sħiħa mar-Regolament SĠP;

56.  Jistenna r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-SĠP biex jiċċara d-definizzjonijiet u jipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-iskema attwali; huwa tal-fehma li l-politika tal-kummerċ għandha tkun mod biex tinkoraġġixxi lis-sħab kummerċjali tal-UE biex jadottaw standards soċjali, tax-xogħol u tal-ambjent ogħla, li jistgħu jinkisbu permezz ta' inċentivi bħal preferenzi tariffarji addizzjonali għal oġġetti prodotti b'mod sostenibbli; jemmen li dan l-għan jeħtieġ reviżjoni tar-Regolament SĠP, u jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward li jiddaħħlu l-kondizzjonijiet tas-CSR fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-korporazzjonijiet transnazzjonali mal-obbligi legali nazzjonali u internazzjonali fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tax-xogħol u dawk ambjentali; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u tad-drittijiet tat-trade unions fl-EPZ, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindirizza din il-kwistjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ILO, fir-rieżami tal-SĠP;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li proġetti ta' żvilupp kollha ffinanzjati mill-UE, inklużi l-proġetti ta' taħlit, mhux biss jiġu allinjati totalment mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp maqbula internazzjonalment, iżda wkoll jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipju ta' kunsens liberu, minn qabel u informat kif stabbilit fil-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO;

Regoli tal-Oriġini (RoO)

58.  Jinnota li r-RoO simplifikati, effettivi u preferenzjali huma element ewlieni fil-kuntest tal-GVC; jirrikonoxxi li l-inflessibilità u l-kumplessità tar-RoO jistgħu jxekklu l-effiċjenza tal-flussi kummerċjali;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, sa fejn hu possibbli, tuża r-RoO multilaterali bħala RoO preferenzjali fl-FTA; jistieden lill-Kummissjoni, biex meta tfassal RoO preferenzjali speċifiċi fl-FTA, tnaqqas ir-rekwiżiti ta' valur miżjud u tippermetti bidla fis-subintestatura tariffarja u ta' 'trasformazzjoni unika' bħala r-RoO;

60.  Jitlob lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' negozjati dwar l-FTA ma' pajjiżi li bħalissa qed jibbenefikaw mill-preferenzi tal-SĠP u l-EBA, biex jiġi żgurat li d-disinn tar-RoO ma jiddevjax il-proċessi ekonomiċi;

61.  Huwa tal-fehma li iżjed akkumulazzjoni fl-FTA m'għandhiex titqies bħala għodda għal-liberazzjoni mill-bieb ta' wara, iżda, pjuttost, bħala għodda li tippermetti ­­­lill-pajjiżi biex jispeċjalizzaw f'attivitajiet ekonomiċi skont il-loġika ta' vantaġġ komparattiv;

Drittijiet ta' proprjetà intellettwali u flussi ta' data

62.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tipproteġi l-ispettru sħiħ ta' DPI inklużi l-privattivi, it-trademarks, id-drittijiet tal-awtur, id-disinji, l-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ), l-immarkar tal-oriġini u l-farmaċewtiċi, filwaqt li jiġi żgurat l-aċċess għal mediċini bi prezzijiet aċċessibbli, kemm fil-livell tad-WTO u permezz tal-FTA; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni ulterjuri dwar l-estensjoni possibbli tal-protezzjoni tal-indikazzjoni ġeografika għal prodotti mhux agrikoli, bħalma jiġri diġà f'diversi pajjiżi terzi permezz ta' sistemi ġuridiċi differenti; jitlob għal proċess miftuħ u inklużiv għal kooperazzjoni mtejba ma' sħab terzi biex jiġu miġġielda l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' oġġetti li japprofittaw mill-fiduċja fi trademarks u ismijiet ta' ditti;

63.  Jirrikonoxxi li l-innovazzjoni diġitali u l-flussi tad-data huma muturi kruċjali tal-ekonomija tas-servizzi u huma element essenzjali tal-GVC ta' kumpaniji ta' manifattura tradizzjonali, u li, għaldaqstant, rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni furzati jenħtieġ li jkunu limitati sa fejn huwa possibbli ġewwa u barra l-Ewropa, filwaqt li jkun hemm akkomodazzjoni għal eżenzjonijiet meħtieġa abbażi ta' għanijiet pubbliċi leġittimi bħall-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; ifakkar li l-protezzjoni tal-fluss tad-data u d-dritt għall-privatezza mhumiex ostakli għall-kummerċ iżda drittijiet fundamentali, kif inhuma minquxa fl-Artikolu 39 tat-TUE u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 12 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

o

o    o

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċu lill-UNCTAD.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (20.6.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u tal-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-katini ta' valur mondjali
(2016/2301(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Pier Antonio Panzeri

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi s-sehem tal-katini ta' valur mondjali (GVCs) fix-xejriet ta' manifattura u kummerċ dinji jkompli jiżdied, u joffri opportunitajiet u anke sfidi; billi l-globalizzazzjoni għandha tkun xprun għall-iżvilupp ekonomiku u l-integrazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ekonomija globali sabiex tiżdied il-prosperità u jissaħħu d-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd bi qbil mal-prinċipji u l-objettivi dikjarati tal-UE li jiggwidaw il-politiki esterni u l-koerenza tal-politika tal-UE għall-iżvilupp; billi l-UE għandha twettaq rwol aktar attiv fil-kisba tal-ġestjoni adegwata, ġusta, trasparenti u sostenibbli tal-katini ta' valur mondjali biex tnaqqas kwalunkwe effett negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-imminar tad-drittijiet tax-xogħol;

B.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha, li kollettivament jiffurmaw l-akbar suq fid-dinja u huma l-akbar fornitur ta' Għajnuna għall-Kummerċ, jistgħu u għandhom jużaw din il-pożizzjoni biex jagħmlu l-GVCs aktar sostenibbli u inklużivi, u biex jippromwovu valuri bħall-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ ġust u etiku, partikolarment għall-ifqar popolazzjonijiet; billi l-ftehimiet kummerċjali għandhom jirrikonoxxu d-dritt tal-pajjiżi li jirregolaw fl-interess pubbliku;

C.  billi bosta konvenzjonijiet internazzjonali, linji gwida u regoli għandhom l-għan li jipprevjenu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-pajjiżi għandhom l-obbligu li jimplimentawhom u li joħolqu l-kundizzjonijiet ġuridiċi u ekonomiċi xierqa biex in-negozji jkunu jistgħu joperaw u jsibu posthom fil-katini ta' provvista mondjali;

D.  billi l-inċentivi kummerċjali SĠP u l-SĠP+ jipprovdu lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp b'aċċess aħjar għas-suq, u dan bi skambju għar-rispett tal-istandards tax-xogħol, ambjentali u soċjali;

E.  billi n-nuqqas ta' mġiba etika fin-negozju huwa wkoll il-konsegwenza tan-nuqqas ta' governanza tajba, ta' setgħa jew tan-nuqqas ta' eżistenza ta' awtoritajiet pubbliċi imparzjali li jaġixxu fl-interess ġenerali taċ-ċittadini; billi l-korruzzjoni, in-nuqqas ta' trasparenza tal-GVCs u l-eżenzjonijiet mil-liġijiet dwar ix-xogħol u t-tassazzjoni fiż-Żoni ta' Proċessar tal-Esportazzjoni (EPZs), jista' jkollhom effett negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment billi jimminaw x-xogħol deċenti u t-trejdunjins;

1.  Jenfasizza li l-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem isaħħu lil xulxin, u l-kommunità kummerċjali għandha rwol importanti xi twettaq biex toffri inċentivi pożittivi f'termini ta' promozzjoni tad-drittjiet tal-bniedem, id-demokrazija u r-responsabbiltà korporattiva; jilqa' l-fatt li n-nisa qed jiġu rikonoxxuti bħala parti essenzjali u wieħed mill-benefiċjarji ewlenin tal-GVCs, li jirriżulta f'soċjetajiet aktar inklużivi;

2.  Jissottolinja li l-GVCs jirrappreżentaw opportunità unika għal progress sostenibbli, speċjalment fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

3.  Itenni li f'dinja li kull ma jmur qed issir aktar konnessa, UE b'saħħitha flimkien ma' politika kummerċjali ambizzjuża huma essenzjali biex tissawwar il-globalizzazzjoni u tissaħħaħ is-sistema globali bbażata fuq ir-regoli; jenfasizza li l-bidliet fi ħdan l-ekonomija globali jagħmluha aktar kruċjali għall-intrapriżi Ewropej li dawn ikunu jistgħu jaċċessaw is-swieq ta' pajjiżi terzi b'mod ġust u ekwu;

4.  Jenfasizza li l-globalizzazzjoni tal-katini ta' valur tista' tgħin biex il-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp jiġu integrati fl-ekonomija globali, inaqqsu l-faqar u joħolqu l-impjiegi; jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' regolamentazzjoni, l-użu ta' forom mhux standard ta' impjieg, xogħol informali, u forom irregolari ta' sottokuntrattar fi ħdan il-katini ta' provvista mondjali dgħajfu n-negozjar u ftehimiet kollettivi; jikkundanna l-preżenza ta' xogħol tat-tfal u xogħol furzat f'xi katini ta' provvista mondjali;

5.  ifakkar ukoll, li hemm aktar nisa jaħdmu, iżda xorta jibqgħu rappreżentati żżejjed f'impjiegi b'livell baxx ta' ħiliet u b'pagi baxxi, b'nuqqas ta' aċċess għal miżuri ta' protezzjoni soċjali, inkluża l-protezzjoni tal-maternità, u spiss jiġu soġġetti għal diskriminazzjoni kif ukoll għal fastidju sesswali;

6.  Jinnota li l-globalizzazzjoni dejjem akbar u l-kumplessità tal-katini ta' valur isaħħu l-importanza tar-rwol tal-korporazzjonijiet fit-tgawdija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u s-sostenibbiltà ambjentali; jinnota wkoll li l-imġiba korporattiva tista' taffettwa b'mod qawwi l-iżvilupp u l-benesseri tal-bniedem, jew b'mod pożittiv jew b'mod negattiv; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-istandards, il-prinċipji u l-mekkaniżmi eżistenti għal rimedju dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem fid-dritt internazzjonali, għadhom frammentati, u li ftit li xejn sar progress fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, li dwarhom intlaħaq qbil unanimu fin-NU, bl-appoġġ sħiħ tal-Istati Membri tal-UE, u fit-triq lejn regoli vinkolanti dwar ir-responsabbiltà korporattiva;

7.  Jirrimarka li l-aċċess affidabbli għall-materja prima hu importanti għall-kompetittività globali u fl-istess ħin jenfasizza li waħda mill-isfidi ewlenin għall-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp hi li jitilgħu mal-GVCs permezz tad-diversifikazzjoni ekonomika, li teħtieġ regoli kummerċjali globali ġusti u favur l-iżvilupp;

8.  Jinsab imħasseb sew b'każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u bit-theddid għas-sostenibbiltà ambjentali imwettqa bħala riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni ta' xi korporazzjonijiet;

9.  Jappella lill-Kummissjoni tippromwovi aktar ir-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni effettiva ta' bosta linji gwida, konvenzjonijiet u regoli internazzjonali dwar il-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem, bħall-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO, il-Prinċipji Gwida dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, il-Patt Mondjali għan-Negozji tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi u l-Proċess Kimberley, b'enfasi speċjali fuq il-qerda tax-xogħol tat-tfal, xogħol furzat, traffikar tal-bniedem, il-korruzzjoni u l-kundizzjonijiet ta' xogħol mhux etiċi, u fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u l-libertà ta' assoċjazzjoni;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konformità tal-kumpaniji Ewropej u internazzjonali mal-linji gwida tal-OECD dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-linji gwida tal-OECD speċifiċi għas-settur bħall-gwida dwar id-diliġenza dovuta għal katini ta' provvista responsabbli ta' minerali minn żoni milquta minn kunflitt; jirrakkomanda li jissaħħaħ ir-rwol tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali tal-OECD u l-kooperazzjoni tagħhom ma' istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem nazzjonali u reġjonali bil-għan li tkompli titjieb il-governanza tal-GVCs;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' diliġenza dovuta obbligatorja mifruxa mal-UE u qafas regolatorju infurzabbli obbligatorju, ibbażat fuq il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, dwar il-mod kif korporazzjonijiet jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-istandards soċjali u ambjentali, u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jimplimentaw leġiżlazzjoni adegwata u jintegraw miżuri li jsaħħu d-diliġenza dovuta fil-katini ta' provvista mondjali fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u reġjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal proposti biex testendi r-regolament dwar l-injam eżistenti u r-regolament il-ġdid dwar il-minerali ta' kunflitt għal setturi oħrajn, partikolarment dawk fejn iseħħu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

13.  Jisħaq dwar l-importanza tal-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar id-diliġenza dovuta u t-trasparenza bejn l-Istati Membri li jikkontribwixxu għal GVCs aktar ġusti u sostenibbli; jappella lill-kumpaniji u l-intraprizi jintegraw u jimplimentaw il-prinċipji tad-diliġenza dovuta dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta' diliġenza dovuta obbligatorja mifruxa mal-UE kollha u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jintegraw miżuri li jsaħħu d-diliġenza dovuta fil-ktajjen ta' provvista mondjali fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom dwar in-negozji u d-drittijiet tal-bniedem; Itenni t-talbiet tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri inklużi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà korporattiva għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi[1], li kienet approvata b'maġġoranza kbira, sabiex jiżguraw li kumpaniji kbar u s-sottokuntratturi tagħhom li joperaw fi ħdan il-katina tal-provvista tagħhom fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri kif ukoll f'pajjiżi terzi jidentifikaw, jipprevjenu, jimmitigaw u jagħtu rendikont tal-impatti negattivi li jkollhom fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, fl-operat u fil-katini ta' valur kollha tagħhom, kull fejn dawn iseħħu, kif ukoll billi jistabbilixxu regoli vinkolanti u jneħħu ostakoli eżistenti għall-ġustizzja f'kawżi istitwiti quddiem il-qrati tal-Istati Membri minħabba l-allegazzjonijiet ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn impriżi li jkollhom kwalunkwe rabta mal-UE; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma ħadet kważi l-ebda azzjoni tul ix-xhur , u r-riżoluzzjoni tal-Parlament ma ngħatat l-ebda segwitu; iħeġġeġ lill-impriżi tal-ILO u lill-partijiet interessati l-oħrajn jaħdmu għall-istess għanijiet;

15.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jżidu d-djalogu tagħhom ma' pajjiżi terzi dwar l-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, inkluż billi aktar stati jiġu mħeġġa jadottaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali;

16.  Iġedded it-talba tiegħu lill-Istati kollha, inkluż l-UE u l-Istati Membri tagħha, biex jipparteċipaw b'mod kostruttiv fit-tielet sessjoni tal-Grupp ta' Ħidma Intergovernattiv dwar Trattat tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem f'Ottubru 2017, u jikkontribwixxu b'mod proattiv għad-diskussjonijiet dwar l-elementi ewlenin fit-tfassil tat-trattat, inkluż ir-relazzjoni tat-trattat tan-NU mal-ftehimiet kummerċjali, id-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem, l-infurzar, l-aċċess għal rimedju u r-rwol tal-korporazzjonijiet fil-proċess ta' negozjar tat-trattati;

17.  Jappella lill-Istati Membri jipproteġu individwi minn ksur tad-dritt internazzjonali tal-kumpaniji, itejbu l-qafas legali, joħolqu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u jħeġġu t-titjib tar-regolament domestiku tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll biex tiġi żgurata l-koerenza politika;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem marbuta ma' preferenzi kummerċjali bħalma huma l-SĠP jew l-SĠP+ huma effettivament implimentati u monitorjati; jistieden lill-Kummissjoni, għal dan il-għan, tirrifletti aħjar fl-attivitajiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tagħha, ir-rapporti tal-ILO u s-sejbiet tal-korpi superviżorji kif ukoll rapporti mill-mekkaniżmi tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem rilevanti;

19.  Jinnota li l-politika kummerċjali tal-UE tista' sservi ta' għodda biex tiġġieled l-effetti negattivi tal-imġiba statali u korporattiva, kif ukoll il-korruzzjoni, l-evażjoni fiskali, id-dumping soċjali, u t-tħaddim tat-tfal; ifakkar li l-UE ħadet rwol ta' tmexxija biex tinkludi n-negozju u l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet kummerċjali, u għandha numru ta' għodod ibbażati fuq l-inċentivi, bħall-Iskema ta' Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati, biex jintrabtu flimkien il-kummerċ u l-iżvilupp, it-tkabbir sostenibbli u l-valuri;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fil-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment kollha tal-UE, tinkludi b'mod sistematiku klawżoli b'saħħithom dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex tiżgura r-rispett għall-prinċipji u l-linji gwida rikonoxxuti internazzjonalment kif stipulat mill-punt 25(d) tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jinnota li hu importanti li jkun hemm ir-rieda politika biex tassew jiġu invokati dawn il-klawżoli; jinsisti dwar approċċ sistematiku ta' valutazzjonijiet tal-impatt tas-sostenibbiltà kummerċjali komprensivi, ex ante u ex post, inkluż dwar id-drittijiet tal-bniedem;

21.  Jirrikjedi li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għal u t-tisħiħ tal-implimentazzjoni effettiva, l-infurzar u l-monitoraġġ tal-impenji tal-benefiċjarji tal-SĠP+, inkluż permezz ta' proġetti b'diversi partijiet interessati u bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili; jinsisti li t-tabelli tal-punteġġi jsiru pubbliċi u li d-djalogi tal-SPĠ+ ikunu trasparenti, sabiex jippermettu l-involviment u l-parteċipazzjoni tal-OSĊ; jappella għall-ħolqien ta' mekkaniżmu li jkun jista' jiġi invokat mill-individwi jew mill-gruppi, li ntlaqtu b'mod negattiv mill-implimentazzjoni tal-iskemi SPĠ, SPĠ+, u EBA;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jippromwovu akkwist pubbliku sostenibbli, billi jiġu applikati rekwiżiti speċifiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem, u l-konformità mad-dritt internazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u r-regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni, u t-trasparenza għall-fornituri u għall-katini ta' provvista internazzjonali tagħhom;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattiva bil-għan li ttejjeb il-leġiżlazzjoni ffokata fuq il-ħolqien ta' miżuri ta' tikkettar komprensivi li jiżguraw it-tisħiħ tal-informazzjoni għall-konsumatur imsaħħa u aċċessibbli dwar il-kontenut u l-oriġini u l-metodi ta' produzzjoni ta' prodotti mibjugħa fis-suq tal-UE; jenfasizza l-importanza ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fost il-GVCs fit-totalità tagħhom, sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u tinkiseb bidla fl-imġiba tal-konsumaturi lejn xiri mingħajr abbuż;

24.  Jenfasizza l-bżonn ta' ftehimiet kuntrattwali vinkolanti, inforzabbli b'mezzi ġudizzjarji, dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-miżuri għall-protezzjoni ambjentali bejn il-kumpaniji u l-fornituri tagħhom tul il-katina tal-valur kollha; jissottolinja l-importanza ta' infurzar effettiv b'mezzi ġudizzjarji, inkluż l-aċċess għal rimedji adegwati u xierqa għall-vittmi. jistieden lill-Kummissjoni twettaq eżami bir-reqqa, b'konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, tal-ostakoli eżistenti għall-ġustizzja f'każijiet imressqa quddiem il-qrati tal-Istati Membri minħabba allegazzjonijiet ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn intrapriżi bbażati fl-UE jew fi ħdan il-katina ta' provvista tagħhom f'pajjiżi terzi;

25.  Itenni l-bżonn urġenti ta' azzjoni b'mod kontinwu, effikaċi u koerenti fil-livell nazzjonali, Ewropew u mondjali, bil-għan li jiġu affrontati b'mod effikaċi l-problemi ġuridiċi li ġejjin mid-dimensjoni extraterritorjali tal-kumpaniji u mill-imġiba tagħhom, kif ukoll mill-inċertezza relatata ma' min għandu jinżamm responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

26.  Josserva bi tħassib l-eżenzjonijiet mil-liġijiet tax-xogħol u mit-taxxi, kif ukoll problemi serji relatati ma' xogħol deċenti u r-restrizzjonijiet fuq it-trejdunjins li qed iseħħu f'numru ta' EPZs bħala parti mill-GVCs; ifakkar li l-intrapriżi kummerċjali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' lment fil-livell operazzjonali għall-ħaddiema milquta mill-operazzjonijiet tagħhom, inkluż fl-EPZs; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri, jieħdu l-passi meħtieġa biex jindirizzaw l-ostakli ġuridiċi, proċedurali u istituzzjonali ffaċċjati fl-aċċess għal rimedji effettivi;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

20.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

11

14

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Victor Boştinaru, Elmar Brok, James Carver, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Alex Mayer, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer, Luis de Grandes Pascual, Neena Gill, María Teresa Giménez Barbat, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Marek Jurek, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Igor Šoltes, Marie-Christine Vergiat

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Ilhan Kyuchyuk, Ivo Vajgl, Jozo Radoš, María Teresa Giménez Barbat, Petras Auštrevičius

GUE/NGL

Marie-Christine Vergiat, Miguel Urbán Crespo, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa

PPE

José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

S&D

Alex Mayer, Ana Gomes, Andrejs Mamikins, Clare Moody, Elena Valenciano, Eugen Freund, Francisco Assis, Ioan Mircea Paşcu, Kati Piri, Neena Gill, Nikos Androulakis, Tonino Picula, Victor Boştinaru

VERTS/ALE

Barbara Lochbihler, Igor Šoltes, Jordi Solé, Reinhard Bütikofer, Tamás Meszerics

11

ECR

Anna Elżbieta Fotyga, Anders Primdahl Vistisen, Bas Belder, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko

EFDD

James Carver

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

PPE

Cristian Dan Preda

14

0

PPE

Andrey Kovatchev, Andrzej Grzyb, Dubravka Šuica, Elmar Brok, Francisco José Millán Mon, Jaromír Štětina, Julia Pitera, Lars Adaktusson, Lorenzo Cesa, Luis de Grandes Pascual, Michèle Alliot-Marie, Ramona Nicole Mănescu, Sandra Kalniete, Tunne Kelam

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (31.5.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u l-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-katini ta' valur mondjali
(2016/2301(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ignazio Corrao

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-UE hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; billi l-ħidma tagħha fix-xena internazzjonali, inkluża l-politika kummerċjali tagħha "għandha tkun gwidata [minn dawn il-] prinċipji"[1], u għandha tkun allinjata mal-objettivi tal-politika ta' żvilupp u mal-għan tagħha għall-qerda tal-faqar skont il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, għandha timmira li twettaq l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), u għandha tkun trasparenti;

B.  billi l-katini ta' valur mondjali (GVC) saru karatteristika ewlenija fix-xejriet ta' produzzjoni mondjali; billi n-nuqqas ta' regolamenti dwar il-GVC kien wieħed mill-elementi li dgħajfu d-drittijiet tax-xogħol, u billi l-kumplessità tal-GVC tikkonferma l-bżonn għal parteċipazzjoni akbar u proattiva kemm fl-UE u kemm lil hinn minnha, sabiex tkun żgurata l-ġestjoni adegwata tagħhom għal tkabbir inklużiv u sostenibbli;

C.  billi diversi konvenzjonijiet, linji gwida u regoli internazzjonali għandhom il-għan li jipprevjenu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, u l-pajjiżi għandhom l-obbligu li jimplimentawhom u li joħolqu l-kundizzjonijiet ġuridiċi u ekonomiċi xierqa biex in-negozji jkunu jistgħu joperaw u jsibu posthom fil-katini ta' provvista mondjali;

D.  billi n-nuqqas ta' mġiba etika fin-negozju huwa wkoll il-konsegwenza tan-nuqqas ta' setgħa jew tan-nuqqas ta' eżistenza ta' awtoritajiet pubbliċi imparzjali li jaġixxu fl-interess ġenerali taċ-ċittadini; billi, fost affarijiet oħra, iż-Żoni tal-Ipproċessar tal-Esportazzjoni (EPZs) bħala parti mill-GVCs, spiss huma kkaratterizzati minn eżenzjonijiet mil-liġijiet tax-xogħol u mit-taxxi u jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' problemi serji fir-rigward tax-xogħol deċenti u r-restrizzjonijiet fuq it-trejdjunjins;

E.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha, li kollettivament jiffurmaw l-akbar suq fid-dinja u huma l-akbar fornitur ta' Għajnuna għall-Kummerċ, jistgħu u għandhom jużaw din il-pożizzjoni biex jgħmlu l-GVCs aktar sostenibbli u inklużivi, u biex jippromwovu valuri bħall-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ ġust u etiku, partikolarment għall-ifqar popolazzjonijiet; billi l-ftehimiet kummerċjali għandhom jirrikonoxxu d-dritt tal-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li jirregolaw fl-interess pubbliku;

F.  billi l-inċentivi kummerċjali GSP u l-GSP+ jipprovdu lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp b'aċċess aħjar għas-suq, u dan bi skambju għar-rispett tal-istandards tax-xogħol, ambjentali u soċjali;

1.  Jinnota li l-globalizzazzjoni dejjem akbar u l-kumplessità tal-katini ta' valur isaħħu l-importanza tar-rwol tal-korporazzjonijiet fit-tgawdija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u s-sostenibbiltà ambjentali; jinnota wkoll li l-imġiba korporattiva tista' taffettwa b'mod qawwi l-iżvilupp u l-benesseri tal-bniedem, jew b'mod pożittiv jew b'mod negattiv; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-istandards, il-prinċipji u l-mekkaniżmi eżistenti għal rimedju dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem fid-dritt internazzjonali, għadhom frammentali, u li ftit li xejn sar progress fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, li dwarhom intlaħaq qbil unanimu fin-NU, bl-appoġġ sħiħ tal-Istati Membri tal-UE, kif ukoll fit-triq lejn regoli vinkolanti dwar ir-responsabbiltà korporattiva;

2.  Jenfasizza li l-globalizzazzjoni tal-katini ta' valur tista' tgħin biex il-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp jiġu integrati fl-ekonomija globali, inaqqsu l-faqar u joħolqu l-impjiegi, waqt li fl-istess ħin jintensifikaw il-kapaċità tal-produzzjoni, inkluż bit-tixrid ta' teknoloġija u ħiliet; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-użu ta' forom mhux standard ta' impjiegi, inkluż ix-xogħol informali, u xi forom ta' sottokontrattar fil-katina ta' provvista mondjali, dgħajfu l-ftehimiet kollettivi; jikkundanna l-preżenza ta' tħaddim tat-tfal u ta' xogħol furzat f'xi katini ta' provvista mondjali, li hija akuta fil-livelli l-iktar baxxi tal-katina, partikolarment f'dawk is-sezzjonijiet tal-katini ta' provvista li għandhom rabta mal-ekonomija informali; ifakkar ukoll, li hemm aktar nisa jaħdmu, iżda xorta jibqgħu rappreżentati żżejjed f'impjiegi b'livell baxx ta' ħiliet u b'pagi baxxi, b'nuqqas ta' aċċess għal miżuri ta' protezzjoni soċjali, inkluża l-protezzjoni tal-maternità, u spiss jiġu soġġetti għal diskriminazzjoni kif ukoll għal fastidju sesswali;

3.  Jirrimarka li l-aċċess affidabbli għall-materja prima hu importanti għall-kompetittività globali u fl-istess ħin jenfasizza li waħda mill-isfidi ewlenin għall-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp hi li jitilgħu mal-katina ta' valur mondjali permezz tad-diversifikazzjoni ekonomika, li teħtieġ l-adozzjoni ta' regoli kummerċjali globali ġusti u favur l-iżvilupp;

4.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li xi korporazzjonijiet transnazzjonali jibbenefikaw mis-sistema ta' kummerċ internazzjonali u minn lakuni ġuridiċi, dan sabiex jaħarbu mir-responsabbiltà għal reati ambjentali u għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem ikkaġunati mill-operat tagħhom; jitlob li l-politika kummerċjali tal-UE tevita li tippromwovi l-privileġġi speċjali għall-investituri mingħajr ebda obbligu; jenfasizza l-importanza li l-liġijiet eżistenti jiġu implimentati, infurzati jew trasposti fil-livell reġjonali, nazzjonali u internazzjoni;

5.  Jinnota li l-politika kummerċjali tal-UE tista' sservi ta' għodda biex tiġġieled l-effetti negattivi tal-imġiba statali u korporattiva, il-korruzzjoni, l-evażjoni fiskali, id-dumping soċjali, u t-tħaddim tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li proġetti ta' żvilupp kollha ffinanzjati mill-UE, inklużi l-proġetti ta' taħlit, mhux biss jiġu allinjati totalment mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp maqbula internazzjonalment, iżda wkoll jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipju ta' kunsens liberu, minn qabel u informat kif stabbilit mill-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 169;

6.  Jenfasizza li, fl-attivitajiet internazzjonali tagħhom, in-negozji jridu jikkunsidraw il-bżonn li jikkonformaw ma' valuri u standards fundamentali, b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem, u jenfasizza l-bżonn tal-parteċipazzjoni mis-settur privat u tal-ġestjoni responsabbli tal-GVCs, biex jinkiseb tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli;

7.  Itenni l-bżonn urġenti ta' azzjoni b'mod kontinwu, effikaċi u koerenti fil-livell nazzjonali, Ewropew u mondjali, bil-għan li jiġu affrontati b'mod effikaċi l-problemi ġuridiċi li ġejjin mid-dimensjoni extraterritorjali tal-kumpaniji u mill-imġiba tagħhom, kif ukoll mill-inċertezza relatata ma' min għandu jinżamm responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

8.  Jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, il-progress li sar mill-istabbiliment tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx u jistieden lill-Kummissjoni testendi oqfsa bħal dawn f'setturi oħra u ttejjeb ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-inizjattivi ta' diliġenza dovuta obbligatorja li jestendu r-regolament attwali tal-UE dwar l-injam u r-regolament il-ġdid tal-UE dwar il-minerali ta' kunflitt f'setturi oħrajn, bħal fis-settur tal-ħwejjeġ;

9.  Itenni t-talbiet tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri inklużi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi[2], li ġiet approvata b'maġġoranza kbira, sabiex jiżguraw li kumpaniji kbar u s-sottokuntrattaturi tagħhom li joperaw fi ħdan il-katina tal-provvista tagħhom fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri kif ukoll f'pajjiżi terzi jidentifikaw, jipprevjenu, jimmitigaw u jagħtu rendikont tal-impatti negattivi li jkollhom fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, fl-operat u fil-katini ta' valur kollha tagħhom, kull fejn dawn iseħħu, kif ukoll biex jieħdu azzjoni billi jistabbilixxu regoli vinkolanti u jneħħu ostakoli eżistenti għall-ġustizzja f'kawżi istitwiti fil-qrati tal-Istati Membri minħabba l-allegazzjonijiet ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn impriżi li jkollhom kwalunkwe rabta mal-UE; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma ħadet kważi l-ebda azzjoni tul dawn l-aħħar xhur, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament ma ngħatat l-ebda segwitu; iħeġġeġ lill-impriżi tal-ILO u lill-partijiet interessati l-oħrajn jaħdmu għall-istess għanijiet;

10.  Jappoġġja l-inizjattivi mondjali kollha kontra l-korruzzjoni, inkluża l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI), il-Proċess ta' Kimberley, il-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR), il-prinċipji stabbiliti fil-Patt Mondjali għan-Negozji tan-Nazzjonijiet Uniti, il-linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-impriżi multinazzjonali u l-Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta għal katini ta' provvista responsabbli tal-minerali minn żoni milquta minn kunflitt u f'żoni ta' riskju għoli; ifakkar l-obbligu li l-pajjiżi produtturi, b'mod partikolari, jimplimentaw u jinfurzaw il-leġiżlazzjoni xierqa, anke fil-qasam tal-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

11.  Ifakkar fl-aġenda tal-SDG 2030 u fl-approċċi tagħha rigward il-produzzjoni sostenibbli, il-konsum sostenibbli u x-xogħol deċenti, u jappella lill-Kummissjoni biex fir-rappurtar tagħha tikkomunika b'mod trasparenti r-referenza għal kull għan ta' żvilupp sostenibbli (SDG) kkonċernat; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-kummerċ fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-governanza t-tajba skont il-prinċipji tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp; jenfasizza li ftehimiet kummerċjali u ta' investiment tal-UE. konklużi mal-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp, għandhom ikunu konsistenti mal-SDGs; itenni d-dritt tal-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li jirregolaw l-investiment sabiex jiżguraw obbligi u dmirijiet għall-investituri kollha, inklużi l-investituri barranin, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem, l-impjieg u l-istandards ambjentali;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinkludi r-ratifika tal-istandards fundamentali tal-ILO, l-istandards ta' spezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza u l-libertà ta' assoċjazzjoni fid-diskussjonijiet dwar it-tkomplija tal-kummerċ preferenzjali mal-pajjiżi marbuta mal-katini ta' provvista mondjali, inkluż fis-settur tal-ħwejjeġ, sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-bniedem, il-konvenzjonijiet tax-xogħol u tal-ambjent skont is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP), u tiżgura li l-kundizzjonjiet tad-drittijiet tal-bniedem marbuta mal-preferenzjali kummerċjali unilaterali, bħall-SĠP jew SĠP+, jiġu implimentati u monitorati b'mod effikaċi;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni, għal dan il-għan, tirrifletti aħjar is-sejbiet tar-rapporti tal-ILO u ta' dawk il-korpi superviżorji tagħha fl-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tagħha u ttejjeb ir-rabta mal-aġenziji lokali tal-ILO u tan-Nazzjonijiet Uniti fil-pajjiż benefiċjarju, sabiex tikkunsidra bis-sħiħ il-fehmiet u l-esperjenza tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi preferenzi tariffarji għal oġġetti prodotti b'mod sostenibbli fir-riforma li jmiss tar-regoli tal-SPĠ/SPĠ+; itenni t-talba tiegħu għall-ħolqien ta' tikketta "abuse-free" (ħielsa minn abbuż);

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkludu miżuri vinkolanti fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles ma' pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp sabiex jappoġġjaw l-istandards soċjali u ambjentali tagħhom, u d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, inkluża l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO; jenfasizza l-bżonn li titjieb l-effikaċja tal-kondizzjonalità soċjali u ambjentali fil-ftehimiet bilaterali u reġjonali, permezz ta' parteċipazzjoni u konsultazzjoni akbar tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fin-negozjati, u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol u bl-użu sistematiku ta' valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi ex ante u ex post dwar is-sostenibbiltà kummerċjali kif ukoll dwar id-drittijiet tal-bniedem;

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-prassi li r-responsabbiltà għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tiġi inkorporata fir-rekwiżiti kuntrattwali vinkolanti bejn il-kumpaniji u l-klijenti u l-fornituri tagħhom; josserva li tali rekwiżiti jistgħu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jiġu eżegwiti bis-saħħa ta' mezzi ġudizzjarji;

16.  Jilqa' l-bosta inizjattivi promettenti meħuda mis-settur privat, bħal kodiċi ta' kondotta, tikkettar, awtovalutazzjoni u awditjar soċjali, u jirrikonoxxi li l-Patt Globali tan-NU, l-istandard ISO 26000 dwar ir-responsabbiltà soċjali, id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li jikkonċernaw l-Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali bħala strumenti li jistgħu jimmobilizzaw ir-responsabbiltà fl-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi; jistieden lill-kumpaniji, sew jekk Ewropej sew jekk mhux, japplikaw id-diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jintegraw il-konklużjonijiet tagħhom fil-politiki u fil-proċeduri interni, billi jallokaw konsegwentement ir-riżorsi u r-responsabbiltajiet u jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza li dan jirrikjedi l-allokazzjoni ta' riżorsi suffiċjenti; jenfasizza li t-trasparenza u l-komunikazzjoni dwar il-miżuri meħudin biex jevitaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi huma kruċjali għall-eżerċizzju ta' kontroll demokratiku xieraq u biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla abbażi tal-fatti;

17.  Jinsab imħasseb ħafna dwar każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u theddidiet għas-sostenibbiltà ambjentali, imwettqa b'riżultat ta' xi deċiżjonijiet ta' ġestjoni min-naħa ta' korporazzjonijiet, kif ukoll dwar każijiet fejn korporazzjonijiet jibbenefikaw minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huma l-ħtif tal-art jew l-ispostamenti, anke dawk imwettqa minn partijiet terzi;

18.  Ifakkar li l-impriżi kummerċjali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi għat-trattament ta' lmenti fil-livell operazzjonali għal ħaddiema affettwati mill-operazzjonijiet tagħhom, inkluż f'żoni tal-ipproċessar għall-esportazzjoni, u jtenni t-talba tiegħu għat-tneħħija tal-ostakli ffaċċjati mill-vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem meta jfittxu rimedju legali; itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, jieħdu l-passi meħtieġa biex jindirizzaw l-ostakli ġuridiċi, proċedurali u istituzzjonali ffaċċjati minn dawn il-vittmi fl-aċċess għal rimedji effettivi;

19.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-abbozzar ta' trattat vinkolanti tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, sabiex ikun stabbilit biċ-ċar qafas regolatorju obbligatorju u infurzabbli għal kif il-gvernijiet u n-negozji jeħtiġilhom iħarsu u jsostnu d-drittijiet tal-bniedem u l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-istandards soċjali u ambjentali f'kull stadju tal-katina ta' provvista, irrispettivament mill-pajjiż li fih isseħħ il-produzzjoni u l-appartenenza nazzjonali tal-korporazzjoni;

20.  Itenni l-appell tiegħu biex l-Istati Membri u l-UE nnifisha jippromwovu u jipparteċipaw b'mod proattiv f'dan il-proċess; jistieden lill-Kummissjoni tfassal proposta leġiżlattiva dwar obbligi vinkolanti ta' diliġenza dovuta għall-katini ta' provvista li jkunu allinjati mal-Linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u mal-bosta linji gwida tal-OECD speċifiċi għas-settur u biex tfassal miżuri ta' tikkettar komprensivi li jiżguraw it-tisħiħ tal-informazzjoni għall-konsumatur dwar il-kontenut u l-oriġini ta' prodotti aħħarija mibjugħa fis-suq tal-UE tul il-katina ta' provvista tagħhom;

21.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex lill-kumpaniji li jużaw il-materja prima jew prodotti bażiċi li jafu joriġinaw minn żoni milquta minn kunflitti jobbligawhom jiddivulgaw is-sorsi u l-użu ta' tali materjali, u jiggarantixxu t-traċċabbiltà tagħhom b'mod trasparenti; jilqa', f'dan ir-rigward, ir-regolament il-ġdid dwar il-minerali ta' kunflitt li ġie adottat dan l-aħħar, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal proposti leġiżlattivi sabiex testendi din il-prattika ta' diliġenza dovuta vinkolanti għal setturi oħra, bħal dak tal-ħwejjeġ;

22.  Jirrimarka li, f'dan il-qasam, flimkien mal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' minerali u metalli, l-użu ta' arranġamenti trasparenti li jiggvernaw id-drittijiet operattivi u d-dazji doganali hu essenzjali għall-iżvilupp ta' żoni ta' kunflitt jew ta' riskju għoli; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li titfassal deskrizzjoni tal-miżuri eżistenti ta' responsabbiltà soċjali korporattiva li qed jiġu implimentati min-negozji Ewropej, u l-ħtieġa li jissaħħaħ il-koordinament u l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki, sabiex il-prattiki tajba jkunu jistgħu jiġu identifikati b'effikaċja u biex jingħata kontribut għall-ħolqien ta' qafas ta' azzjoni komuni fil-livell Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-inizjattivi relatati mar-responsabbiltà soċjali korporattiva u d-diliġenza dovuta tul il-katina tal-provvista kollha;

23.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi malajr, f'konformità mal-proposti dettaljati li jinsabu fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi, adottata fil-25 ta' Ottubru 2016[3].

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Ádám Kósa, Cécile Kashetu Kyenge, Paul Rübig, Judith Sargentini

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITATLI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

23

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao

GUE/NGL

Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ádám Kósa, Paul Rübig, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko,

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Linda McAvan, Vincent Peillon, Elly Schlein

Verts/ALE

Maria Heubuch, Judith Sargentini

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA’ EMENDI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (31.5.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u tal-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-katini ta' valur mondjali

(2016/2301(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Malin Björk

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Abbozz ta' rapport

Premessa B

Abbozz ta' rapport

Emenda

B.  billi l-katini ta' valur mondjali (GVCs) saru karatteristika ewlenija fl-ekonomija globali tal-lum; billi, min-naħa waħda, il-GVCs joffru prospetti ġodda għat-tkabbir, l-iżvilupp u l-impjiegi, imma min-naħa l-oħra, in-natura kumplessa tagħha, in-nuqqas ta' trasparenza u d-dilwizzjoni tal-obbligazzjonijiet wasslu għal riskju ogħla ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

B.  billi l-katini ta' valur mondjali (GVCs) saru karatteristika ewlenija fl-ekonomija globali tal-lum; billi, min-naħa waħda, il-GVCs joffru prospetti ġodda għat-tkabbir, l-iżvilupp u l-impjiegi, imma min-naħa l-oħra, in-natura kumplessa tagħha, in-nuqqas ta' trasparenza u d-dilwizzjoni tal-obbligazzjonijiet wasslu għal riskju ogħla ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-frammentazzjoni tal-produzzjoni strutturata madwar il-GVCs tista' ssaħħaħ ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija minħabba l-firxa wiesgħa ta' opportunitajiet li toħloq;

Emenda    2

Abbozz ta' rapport

Premessa I

Abbozz ta' rapport

Emenda

I.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-UE hija stabbilita sew fl-Artikolu 8 tat-TFUE; billi l-ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment jaffettwaw lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti minħabba l-inugwaljanza strutturali bejn il-ġeneri;

I.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki kollha tal-UE hija stabbilita sew fl-Artikolu 8 tat-TFUE; billi l-ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment jaffettwaw lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti minħabba l-inugwaljanza strutturali bejn il-ġeneri; billi l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi spiss tiġi injorata fl-analiżi tal-GVCs; billi, skont l-ILO, 20.9 miljun persuna fid-dinja (li 55 % minnhom huma nisa u bniet) kienu vittmi ta' xogħol furzat fl-2012 u 90 % minnhom ġew sfruttati fl-ekonomija privata minn individwi jew intrapriżi;

Emenda    3

Premessa Ia (ġdida)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

Ia.  billi n-nisa jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-ħaddiema f'ċerti taqsimiet tal-GVCs fis-setturi tal-ħwejjeġ, l-ortikultura, it-telefonija mobbli u t-turiżmu iżda, meta mqabbla mal-irġiel, għandhom it-tendenza li jkunu aktar ikkonċentrati f'forom ta' impjieg b'paga baxxa jew bi status baxx, u dan iwassal għal segregazzjoni bejn is-sessi fit-tipi ta' impjiegi u attivitajiet, diskrepanzi fil-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, u restrizzjonijiet speċifiċi għas-sessi fl-aċċess għar-riżorsi produttivi, l-infrastruttura u s-servizzi;

Emenda    4

Abbozz ta' rapport

Premessa L

Abbozz ta' rapport

Emenda

L.  billi d-disponibbiltà għall-pubbliku tad-data doganali dwar l-importazzjonijiet deħlin fl-UE żżid it-trasparenza u l-kontabbiltà tal-GVC;

L.  billi d-disponibbiltà għall-pubbliku tad-data doganali dwar l-importazzjonijiet deħlin fl-UE żżid it-trasparenza u l-kontabbiltà tal-GVC; billi, minħabba n-natura kumplessa tal-GVCs, jeżisti nuqqas ta' statistika li ma jippermettix li jkun hemm stampa ċara tar-rwol tan-nisa; billi t-trasparenza hija fattur ewlieni biex jitnaqqsu d-diskriminazzjoni, l-isfruttament u l-abbużi;

Emenda    5

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14a (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14a.  Jitlob li ssir analiżi komprensiva tad-differenzi u l-inugwaljanzi fil-qafas tal-GVCs: (i) id-differenzi bejn is-sessi fl-użu tal-ħin, li jirriżultaw l-aktar mir-rwol fundamentali li n-nisa għandhom fi kwistjonijiet ta' riproduzzjoni; (ii) id-differenzi bejn is-sessi fl-aċċess għal fatturi u riżorsi produttivi, b'mod partikolari l-art, il-kreditu, it-taħriġ, u n-netwerks; u (iii) id-differenzi bejn is-sessi li jirriżultaw minn fallimenti fis-suq u fl-istituzzjonijiet, kif ukoll mid-diskriminazzjoni;

Emenda    6

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14b (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14b.  Jifhem li l-politika kummerċjali tal-UE għandha tkun għodda biex jiġu indirizzati l-isfidi b'rabta mal-ġeneru u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota li l-UE u l-Istati Membri għandhom jintegraw perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kummerċ internazzjonali kif ukoll fil-politiki kummerċjali tal-UE dwar il-GVCs bil-għan li jiġu mifhuma u indirizzati aħjar l-implikazzjonijiet tal-kummerċ f'dak li jikkonċerna s-sessi;

Emenda    7

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14c (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14c.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jelaboraw u jinkludu valutazzjoni tal-impatt fuq is-sessi u evalwazzjoni tar-riskju b'rabta mas-sessi f'kull ftehim tal-UE fil-qasam tal-kummerċ jew fi kwalunkwe analiżi tal-katini ta' valur mondjali; jinnota li dawn il-valutazzjonijiet se jevalwaw l-effetti pożittivi u negattivi potenzjali fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi li ser jiġu kkunsidrati bil-ħsieb li jiġu introdotti miżuri preventivi; jisħaq fuq il-punt li l-awtoritajiet tal-kummerċ tal-UE għandhom jikkonsultaw esperti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi meta jipproduċu dawn l-analiżijiet;

Emenda    8

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14d (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14d.  Jitlob għall-applikazzjoni vinkolanti u eżegwibbli tal-istandards fundamentali tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tagħha, peress li l-istandards tal-ILO huma partikolarment relevanti biex titjieb l-ugwaljanza bejn is-sessi minħabba l-prinċipji tagħhom ta' nondiskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u ta' ugwaljanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll l-impenji internazzjonali għall-ħarsien tal-ambjent fil-ftehimiet preferenzjali tal-UE fil-qasam tal-kummerċ;

Emenda    9

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14e (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14e.  Jitlob biex ikun hemm parteċipazzjoni wiesgħa, effikaċi u trasparenti tan-nisa u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u t-trejdjunjins fil-qafas ta' politika tal-GVCs;

Emenda    10

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14f (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14f.  Jisħaq fuq il-punt li l-UE u l-Istati Membri, meta jkunu qed jinnegozjaw ftehimiet fil-qasam tal-kummerċ, għandhom jieħdu ħsieb mhux biss li jtejbu l-istandards soċjali u ambjentali globali u li jfasslu mudell ta' kummerċ globali aktar ġust u ekwu, iżda wkoll li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-GVCs billi jiżguraw kundizzjonijiet ta' xogħol adegwati u drittijiet għan-nisa tul il-katini tal-provvista tagħhom, u li jevitaw li jsir akkwist ta' materjal minn żoni ta' kunflitt fejn il-vjolenza sessista hija mifruxa;

Emenda    11

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14g (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14g.  Jappoġġja l-introduzzjoni ta' bbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-politika tal-UE f'dak li jikkonċerna l-kummerċ internazzjonali u biex dan ikun allinjat mal-prinċipji ewlenin tal-politika tal-UE fil-qasam tal-kummerċ, jiġifieri l-effikaċja, it-trasparenza u l-valuri; jisħaq fuq il-punt li l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru huwa strateġija importanti biex tiġi indirizzata l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex isir progress f'dan il-qasam; jinnota li l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru jeħtieġ aktar għarfien espert dwar il-ġeneri;

Emenda    12

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14h (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14h.  Iwissi kontra l-impatti negattivi tal-espansjoni tal-kummerċ u l-liberalizzazzjoni fuq il-kwalità tal-impjieg, kif ukoll ir-riskju ta' żieda fit-traffikar tal-persuni; jisħaq fuq il-punt li n-nisa għandhom it-tendenza li jkunu dawk li jbatu l-aktar u li spiss, fil-każ tan-nisa, it-traffikar ta' persuni jsir b'mod parallel mat-traffikar għal finijiet sesswali u l-femminiċidju;

Emenda    13

Abbozz ta' rapport

Paragrafu 14i (ġdid)

Abbozz ta' rapport

Emenda

 

14i.  Jipproponi li l-politiki ta' kummerċ internazzjonali u l-politiki tal-UE fil-qasam tal-kummerċ rigward il-GVCs għandhom jinkludu u jiżviluppaw strateġija speċifika biex jipproteġu formalment lill-individwi li jiddenunzjaw prattiki ta' femminiċidju, traffikar ta' ħaddiema u traffikar għal finijiet sesswali, u biex jiddefendu l-vittmi ta' dawn il-prattiki; jisħaq fuq il-punt li min jiddenunzja għandu jingħata rikonoxximent u protezzjoni simili, kif mitlub fil-każ tal-"whistle-blowers", fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali u tal-UE;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

5

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Gabriel Mato, Georg Mayer, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Constanze Krehl

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth, Tiziana Beghin, Ignazio Corrao

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

PPE

Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Gabriel Mato, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Fernando Ruas, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Constanze Krehl, Bernd Lange, David Martin, Sorin Moisă, Joachim Schuster

Verts/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

5

-

ECR

David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Emma McClarkin, Joachim Starbatty

ENF

Edouard Ferrand

5

0

ALDE

Dita Charanzová, Marietje Schaake, Hannu Takkula

ENF

Georg Mayer, Franz Obermayr

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni