RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

4.9.2017 - (11342/2016 – C8‑0458/2016 – 2016/0217(NLE)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Javier Couso Permuy

Proċedura : 2016/0217(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0279/2017
Testi mressqa :
A8-0279/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

(11342/2016 – C8‑0458/2016 – 2016/0217(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill (11342/2016),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-[ALK] (11356/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209(2), kif ukoll l-Artikolu 212(1), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0458/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0279/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tal-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC).

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest storiku

Abbażi tar-relazzjonijiet storiċi, soċjali u ekonomiċi qawwija u l-valuri komuni li jeżistu, l-Amerika Latina, il-Karibew u l-Unjoni Ewropea (UE), fl-Ewwel Summit ta' Rio de Janeiro fl-1999 nedew proċess ta' "sħubija strateġika bireġjonali". Dan il-proġett ambizzjuż li, fost l-oħrajn, għandu l-għan li joħloq djalogu politiku dinamiku u spazju ta' skambju politiku u ekonomiku bejn iż-żewġ reġjuni, tqawwa fl-2010 permezz tat-twaqqif tal-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC). Din twaqqfet bħala pjattaforma politika reġjonali li tiġbor fiha tlieta u tletin Stat mill-kontinent Amerikan. Is-CELAC saret il-kontroparti tal-UE fis-sħubija bireġjonali.

Dwar il-Fondazzjoni UE-ALK

Il-Fondazzjoni Unjoni Ewropea-Amerika Latina u Karibew (Fondazzjoni UE-ALK) twaqqfet mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC) fl-2010. Il-membri tagħha huma l-pajjiżi tal-UE u tas-CELAC, kif ukoll l-UE nnifisha. Il-Fondazzjoni hija għodda tas-sħubija UE-CELAC u l-attivitajiet tagħha jalimentaw id-djalogu intergovernattiv, bi qbil mal-Pjan ta' Azzjoni bireġjonali.

Il-missjoni tal-Fondazzjoni hija li ssaħħaħ u tippromwovi s-sħubija strateġika bireġjonali, waqt li ttejjeb il-viżibilità tagħha u tippromwovi l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetajiet ċivili rispettivi.

Il-Ftehim[1] li waqqaf il-Fondazzjoni bħala organizzazzjoni internazzjonali ġie iffirmat waqt il-Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-CELAC u tal-UE, li saret f'Santo Domingo fil-25 ta' Ottubru 2016. Il-Kunsill Ewropew huwa d-depożitarju tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK u l-Ftehim infetaħ għar-ratifika fil-25 ta' Ottubru 2016 sad-data meta jidħol fis-seħħ.

Il-Fondazzjoni UE-ALK għandha diversi programmi li jeżaminaw ir-relazzjoni bireġjonali u japprofondixxu dawk il-kwistjonijiet li jifformaw parti mill-aġenda bireġjonali, u tidentifika fihom dawk l-aspetti ġodda tas-sħubija li jistgħu eventwalment jirriżultaw f'forom u oqsma ġodda ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew.

Hija intenzjonata wkoll biex tippromwovi spazji fejn jistgħu jsiru laqgħat ta' djalogu u riflessjoni ma' atturi mhux governattivi li jistgħu jarrikkixxu u jsaħħu l-proċess intergovernattiv fir-riċerka ta' risposti għall-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom is-soċjetajiet taż-żewġ reġjuni.

Il-promozzjoni tal-ħidma ta' analiżi u għarfien tal-aġenda bireġjonali tippermetti li l-Fondazzjoni UE-ALK tittrażmetti lill-korpi intergovernattivi l-proposti u l-approċċi biex iqisuhom fil-mument meta jkunu jridu jittieħdu d-deċiżjonijiet. Hija għandha wkoll numru ta' pubblikazzjonijiet, dokumenti u riferimenti biblijografiċi fil-livelli akkademiċi u governattivi rigward ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ALK mill-1999. Tipprovdi servizz uniku għar-riċerkaturi u l-persuni interessati fir-relazzjoni bireġjonali u fil-kwistjonijiet li tkopri.

Ġustifikazzjoni tar-Rapporteur

Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew huma bbażati fuq rabtiet storiċi, kulturali u umani profondi, kif ukoll fuq id-dritt internazzjonali, ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji u l-valuri komuni, u l-interessi reċiproċi. Dan il-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni UE-ALK huwa mmirat biex japprofondixxi din is-sħubija strateġika bireġjonali.

L-Unjoni Ewropea u l-CELAC affermaw mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għall-objettivi u l-prinċipji kollha mnaqqxa fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-impenn li jħarsu l-ugwaljanza sovrana tal-Istati kollha, jirrispettaw l-integrità territorjali u l-indipendenza politika tagħhom, u jħarsu r-riżoluzzjoni tat-tilwim b'mezzi paċifiċi u bi qbil mal-ġustizzja u d-dritt internazzjonali. Fir-relazzjonijiet internazzjonali bejn iż-żewġ reġjuni, il-partijiet impenjaw ruħhom li joqogħdu lura minn kull imġiba li tista' tmur kontra dawn il-prinċipji u li jevitaw li jirrikorru għat-theddid jew l-użu tal-forza bi kwalunkwe mod li ma jkunx konsistenti mal-objettivi u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti.

Minn mindu twaqqfet is-CELAC fl-2010, sar progress fil-kooperazzjoni Ewropea u tal-Amerika Latina u l-Karibew, u huwa għalhekk li qed niċċelebraw il-passi 'l quddiem li ttieħdu biex jittejbu r-relazzjonijiet bireġjonali. Dawn il-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali, djalogu politiku, kooperazzjoni, solidarjetà, komplementarjetà u żvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali jikkostitwixxu l-bażijiet fundamentali tal-multilateraliżmu u ta' governanza globali aktar demokratika u inklużiva.

F'dan ir-rigward, il-Fondazzjoni UE-ALK se tippermetti li jitqawwa d-djalogu bireġjonali, li jiġu approfonditi r-relazzjonijiet reċiproċi tagħna b'mod li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, li jiġu indirizzati l-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadini mill-Amerika Latina u l-Ewropa, u li jkun hemm reazzjoni effikaċi għall-isfidi globali.

Barra minn hekk, ikun xieraq li jiġi rrilevat li, fid-Dikjarazzjoni ta' Brussell UE-CELAC tal-11 ta' Ġunju 2015, intlaħaq il-qbil li "Insawru l-futur komuni tagħna: naħdmu biex ikollna soċjetajiet prosperi, koeżivi u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħna", u għaldaqstant ir-ratifika tal-Fondazzjoni UE-ALK bħala organizzazzjoni internazzjonali hija kompletament iġġustifikata.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Internazzjonali UE-ALK

Referenzi

11342/2016 – C8-0458/2016 – JOIN(2016)0034 – 2016/0217(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

10.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

21.11.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

21.11.2016

INTA

21.11.2016

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

7.9.2016

INTA

31.8.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Javier Couso Permuy

21.3.2017

 

 

 

Data tal-approvazzjoni

30.8.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

59

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Petras Auštrevičius, Mario Borghezio, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Andi Cristea, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Alyn Smith, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Elena Valenciano, Hilde Vautmans, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabetta Gardini, Neena Gill, Ana Gomes, András Gyürk, Takis Hadjigeorgiou, Liisa Jaakonsaari, Marek Jurek, Urmas Paet, Mirosław Piotrowski, Miroslav Poche, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Seb Dance, Jean-Luc Schaffhauser, Marie-Pierre Vieu, Ivan Štefanec

Data tat-tressiq

4.9.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

59

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Urmas Paet, Jozo Radoš, Hilde Vautmans

ECR

Anna Elżbieta Fotyga, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Anders Primdahl Vistisen

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

GUE/NGL

Takis Hadjigeorgiou, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Marie-Christine Vergiat, Marie-Pierre Vieu

NI

Georgios Epitideios

PPE

Lars Adaktusson, Lorenzo Cesa, Michael Gahler, Elisabetta Gardini, András Gyürk, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Željana Zovko

S&D

Andi Cristea, Seb Dance, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Neena Gill, Ana Gomes, Liisa Jaakonsaari, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Miroslav Poche, Elena Valenciano, Boris Zala, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Alyn Smith, Jordi Solé, Bodil Valero

2

-

EFDD

James Carver

NI

Janusz Korwin-Mikke

4

0

ECR

Marek Jurek, Mirosław Piotrowski

ENF

Mario Borghezio, Jean-Luc Schaffhauser

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni