RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
14.11.2017 - (11964/2017 – C8-0346/2017 – 2017/0197(NLE)) - ***
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Sofia Sakorafa
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
(11964/2017 – C8-0346/2017 – 2017/0197(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11964/2017),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) (11924/2017),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li jipparteċipaw fiha b'mod konġunt diversi Stati Membri[1],
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0346/2017),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0354/2017),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija.
- [1] ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1.
NOTA SPJEGATTIVA
F'Lulju 2017 il-Parlament Ewropew adotta s-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) il-ġdida b'maġġoranza kbira.
Il-PRIMA hija l-ewwel Sħubija Pubblika-Pubblika skont l-Artikolu 185 tat-TFUE mmirata lejn żona ġeografika speċifika, il-Baċir tal-Mediterran, li tinkludi l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi ġirien tal-UE.
Għal perjodu ta' 10 snin mit-tnedija ppjanata fl-1 ta' Jannar 2018, l-objettiv ġenerali tal-PRIMA se jkun jikkonsisti fl-iżvilupp u l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi u integrati biex jitjiebu l-effiċjenza, is-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tas-sistemi ta' forniment u ġestjoni tal-prodotti agroalimentari u tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran.
L-objettiv speċifiku tal-PRIMA huwa li tikkoordina, issaħħaħ, tintensifika, twessa' u tallinja l-programmi nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni ta' dawn is-setturi – li fil-preżent huma frammentati – f'approċċ multidimensjonali, komprensiv u integrat bil-parteċipazzjoni ta' diversi atturi.
Ir-rapporteur tħoss li l-PRIMA tikkostitwixxi wieħed mit-tentattivi rari ta' diplomazija xjentifika fl-UE li jista' jgħin ukoll biex jiġi indirizzat iċ-ċaqliq sfurzat tar-residenti tal-Mediterran, u b'hekk jiġu indirizzati xi wħud mill-kawżi primarji tal-migrazzjoni. S'issa din hija l-akbar inizjattiva ta' riċerka u innovazzjoni Ewro-Mediterranja f'dan il-qasam, u tirrappreżenta opportunità unika għall-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi terzi tal-Mediterran biex jaħdmu flimkien, kif ukoll eżempju eċċellenti ta' kif ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE huma miftuħin għad-dinja.
Dsatax-il pajjiż qegħdin jimplimentaw konġuntament il-PRIMA: 11-il Stat Membru, 3 pajjiżi assoċjati ma' Orizzont 2020 u 5 pajjiżi terzi li magħhom iridu jiġu konklużi l-ftehimiet internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni. Għaldaqstant, wara l-adozzjoni tas-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) il-ġdida f'Lulju 2017, il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat sensiela ta' ftehimiet internazzjonali ma' dawn il-pajjiżi terzi.
Peress li l-PRIMA dalwaqt se tibda tiżviluppa soluzzjonijiet tant meħtieġa għal ġestjoni aktar sostenibbli tas-sistemi agroalimentari u tal-ilma, l-għan ta' dawn il-ftehimiet huwa li jippermettu lil dawn il-pajjiżi jipparteċipaw sa minn Jannar 2018.
F'dan il-kuntest, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ftehimiet diġà konklużi mal-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan u l-Libanu, u tistieden lill-membri tal-Kumitat ITRE jagħtu l-approvazzjoni tagħhom tul il-proċedura leġiżlattiva.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) |
||||
Referenzi |
11964/2017 – C8-0346/2017 – COM(2017)0431 – 2017/0197(NLE) |
||||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
6.10.2017 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 23.10.2017 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 23.10.2017 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 10.10.2017 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Sofia Sakorafa 11.10.2017 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
12.10.2017 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
6.11.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Bendt Bendtsen, Jonathan Bullock, Reinhard Bütikofer, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Miroslav Poche, Carolina Punset, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Eugen Freund, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Jude Kirton-Darling, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Dennis Radtke, Sofia Sakorafa, Pavel Telička |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Michael Gahler, György Hölvényi, Agnes Jongerius |
||||
Data tat-tressiq |
14.11.2017 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
43 |
+ |
|
ALDE |
Fredrick Federley, Kaja Kallas, Carolina Punset, Pavel Telicka, Lieve Wierinck |
|
ECR |
Zdzisław Krasnodębski |
|
ENF |
Angelo Ciocca, Barbara Kappel, Christelle Lechevalier |
|
GUE |
Sofia Sakorafa |
|
PPE |
Bendt Bendtsen, Christian Ehler, Michael Gahler, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Janusz Lewandowski, Dennis Radtke,, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera |
|
S&D |
Inés Ayala Sender, Eugen Freund, Adam Gierek, Theresa Griffin, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Vladimír Maňka, Edouard Martin, Miroslav Poche, Răzvan Popa, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho |
|
VERTS/ALE |
Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Benedek Jávor, Claude Turmes |
|
1 |
- |
|
EFDD |
Jonathan Bullock |
|
0 |
0 |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni