RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

23.11.2017 - (COM(2017)0369 – C8-0231/2017 – 2017/0153(NLE)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Angel Dzhambazki

Proċedura : 2017/0150(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0364/2017
Testi mressqa :
A8-0364/2017
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

(COM(2017)0360 – C8-0234/2017 – 2017/0150(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0360),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0234/2017),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja[1] dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0364/2017),

1.  Japprova l-awtorizzazzjoni għar-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.

  • [1]  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali tat-tfal hija strument ta' importanza fundamentali. Il-Konvenzjoni ġiet ratifikata mill-Istati Membri kollha tal-UE.

Din il-Konvenzjoni waqqfet sistema li permezz tagħha l-istati kontraenti jistgħu jikkooperaw biex isibu soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet ta' ħtif internazzjonali ta' tfal.

Ħafna drabi, dawn il-problemi jinħolqu meta koppja tissepara. Jekk l-omm u l-missier ikunu minn stat differenti, jista' jkun hemm it-tentazzjoni li jiġi sfruttat in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati biex tittieħed il-kustodja tat-tfal. Fl-istampa spiss naraw każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' tfal wara separazzjoni jew divorzju.

Il-problema prinċipali f'każijiet bħal dawn hija t-tendenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati li jiffavorixxu liċ-ċittadini ta' pajjiżhom. F'dawn il-każijiet, spiss jiġri li l-qrati taż-żewġ stati involuti jiddikjaraw lilhom infushom kompetenti u li kull qorti tagħti l-kustodja tat-tfal lill-ġenitur ċittadin tal-istat li fih tinsab il-qorti.

L-għan tal-Konvenzjoni kkonċernata hu li jissolvew dawn is-sitwazzjonijiet fil-livell internazzjonali, billi tistabbilixxi li l-qrati kompetenti u l-liġijiet applikabbli huma dawk tal-istat ta' residenza tat-tfal. Il-Konvenzjoni tistabbilixxi wkoll sistema li tiżgura r-ritorn immedjat tat-tfal li jkunu ġew maħtufa.

L-UE issa għandha kompetenza esterna esklużiva f'dan il-qasam, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/13. L-Istati Membri għalhekk ma jaġixxux aktar għal rashom. Il-problema hija li l-Konvenzjoni ma tipprevedix l-azzjoni awtonoma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Iċ-Ċilì ddepożita l-istrument ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1980 fit-23 ta' Frar 1994. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fiċ-Ċilì fl-1 ta' Mejju 1994. Il-Konvenzjoni tal-1980 bejn iċ-Ċilì u 27 Stat Membru tal-UE diġà daħlet fis-seħħ. Ir-Rumanija biss għadha ma aċċettatx l-adeżjoni taċ-Ċilì mal-Konvenzjoni.

L-Iżlanda ddepożitat l-istrument ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1980 fl-14 ta' Awissu 1996. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-Iżlanda fl-1 ta' Settembru 1996. Il-Konvenzjoni tal-1980 bejn l-Iżlanda u 27 Stat Membru tal-UE diġà daħlet fis-seħħ. Ir-Rumanija biss għadha ma aċċettatx l-adeżjoni tal-Iżlanda mal-Konvenzjoni.

Il-Bahamas iddepożitaw l-istrument ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-1980 fl-1 ta' Ottubru 1993. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fil-Bahamas fl-1 ta' Jannar 1994. Il-Konvenzjoni tal-1980 bejn il-Bahamas u 26 Stat Membru tal-UE diġà daħlet fis-seħħ. Id-Danimarka u r-Rumanija biss għadhom ma aċċettawx l-adeżjoni tal-Bahamas mal-Konvenzjoni.

Peress li l-kwistjoni tal-ħtif internazzjonali tat-tfal tidħol fil-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni dwar jekk tiġix aċċettata l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas għandha tittieħed fil-livell tal-UE permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill. B'hekk ir-Rumanija għandha tiddikjara aċċettazzjoni tagħha fir-rigward tal-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas fl-interess tal-Unjoni Ewropea.

L-aċċettazzjoni tar-Rumanija trendi l-Konvenzjoni tal-1980 applikabbli bejn il-Bahamas u l-Istati Membri kollha tal-UE minbarra d-Danimarka. Fir-rigward taċ-Ċilì u tal-Iżlanda, il-Konvenzjoni tal-1980 se ssir applikabbli għall-Istati Membri kollha tal-UE.

L-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas għall-Konvenzjoni għandha tintlaqa' tajjeb. Ir-rapporteur għaldaqstant jipproponi lill-Parlament li jadotta l-proposta mingħajr emendi, sabiex jiżgura li t-tfal ikkonċernati jkunu protetti fl-UE kollha.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lir-Rumanija biex taċċetta, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni taċ-Ċilì, tal-Iżlanda u tal-Bahamas mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri

Referenzi

COM(2017)0360 – C8-0234/2017 – 2017/0150(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

25.7.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.9.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.9.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

11.7.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Angel Dzhambazki

12.7.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Angelika Niebler, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Emma McClarkin

Data tat-tressiq

23.11.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

ECR

EFDD

ENF

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Jean-Marie Cavada, Antonio Marinho e Pinto

John Flack, Emma McClarkin

Isabella Adinolfi, Joëlle Bergeron

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

Jiří Maštálka

Daniel Buda, Rosa Estaràs Ferragut, Emil Radev, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

Max Andersson, Julia Reda

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni