RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju

27.11.2017 - (COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Tiemo Wölken
Rapporteur għal opinjoni (*):
Petra Kammerevert, Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
(*)  Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2016/0284(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0378/2017

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju

(COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0594),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0384/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0378/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)    Bħala kontribut għall-funzjonament tas-suq intern, hemm bżonn li jitwessa' t-tixrid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra għall-benefiċċju tal-utenti madwar l-Unjoni, billi jeħfief il-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkun fihom ix-xandiriet ta' programmi bħal dawn. Fil-fatt, il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju huma mezz importanti li jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika, il-koeżjoni soċjali u l-aċċess għall-informazzjoni.

(1)    Bħala kontribut għall-funzjonament tas-suq intern u speċjalment biex jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni, hemm bżonn li jitwessa' t-tixrid tal-programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti li joriġinaw fi Stati Membri oħra għall-benefiċċju tal-utenti madwar l-Unjoni, billi jkun faċilitat il-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal dawk ix-xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkun fihom ix-xandiriet ta' programmi bħal dawn. Fil-fatt, il-programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti huma mezz importanti li jippromwovi l-aċċess għall-informazzjoni.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2а)  Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-servizzi tekniċi tagħhom isiru gradwalment aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità fil-vista jew fis-smigħ.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)    Hemm bosta ostakli li jfixklu l-forniment tas-servizzi online anċillari għax-xandiriet u l-forniment tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, u b'hekk ixekklu l-moviment liberu tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju fi ħdan l-Unjoni. L-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu kuljum ħafna sigħat ta' aħbarijiet, programmi kulturali, divertenti jew politiċi, jew dokumentarji, Dawn il-programmi jkun fihom varjetà ta' kontenut bħal xogħol awdjoviżiv, mużikali, letterarju jew grafiku li hu protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew bi drittijiet relatati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan joħloq proċess kumpless biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet mingħand għadd kbir ta' detenturi tad-drittijiet u għal kategoriji differenti ta' xogħlijiet u ta' materjal protett ieħor. Ħafna drabi l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tkun meħtieġa fi żmien qasir, b'mod partikolari meta jkunu qed jitħejjew l-aħbarijiet jew programmi tal-ġrajjiet kurrenti. Sabiex is-servizzi tagħhom jagħmluhom disponibbli lil hinn mill-fruntieri, l-organizzazzjonijiet tax-xandir ikollhom bżonn id-drittijiet meħtieġa għal xogħlijiet u materjal protett ieħor għal kull territorju rilevanti u dan iżid il-kumplessità tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet.

(3)    L-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu kuljum ħafna sigħat ta' programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti. Dawn il-programmi jkun fihom varjetà ta' kontenut differenti li hu protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew bi drittijiet relatati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan joħloq proċess kumpless biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet mingħand għadd kbir ta' detenturi tad-drittijiet u għal kategoriji differenti ta' xogħlijiet u ta' materjal protett ieħor. Għall-programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti, huwa meħtieġ li dawk id-drittijiet jinkisbu fi żmien qasir. Sabiex is-servizzi online anċillari tagħhom jagħmluhom disponibbli lil hinn mill-fruntieri, l-organizzazzjonijiet tax-xandir ikollhom bżonn id-drittijiet meħtieġa għal xogħlijiet u materjal protett ieħor għal kull territorju rilevanti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)    L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, li normalment joffru bosta programmi li jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, ikollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u għalhekk ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet. Hemm ukoll riskju għad-detenturi tad-drittijiet li x-xogħlijiet tagħhom u materjal protett ieħor tagħhom jiġu sfruttati mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom jew ħlas lilhom,

(4)    L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju inklużi xogħlijiet jew materjal protett ieħor jagħmlu att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku, irrispettivament minn jekk it-trażmissjoni mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju ssirx bl-istezz mezz tekniku jew b'mezz tekniku differenti minn dak użat għall-att ta' xandir inizjali, u irrispettivament minn jekk it-tali trażmissjoni mill-ġdid issirx fiż-żona vera jew intenzjonata tat-twassil tax-xandira inizjali. Peress li s-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid normalment joffru bosta programmi li jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, l-operaturi tas-servizzi ta' trażmissjoni mill-ġdid ikollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u għalhekk ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet. Jeżisti wkoll ir-riskju li l-producers, l-awturi, il-ħallieqa u detenturi oħra tad-drittijiet ikollhom ix-xogħlijiet jew materjal protett ieħor tagħhom sfruttati mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom jew ħlas ta' remunerazzjoni xierqa u ġusta.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Safejn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li normalment joffru bosta programmi jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, huma jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà, f'konformità mal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, li jiksbu l-liċenzji meħtieġa u b'hekk jiggarantixxu lid-detenturi tad-drittijiet remunerazzjoni ekwa sabiex ikunu jistgħu jkomplu joffru varjetà kbira ta' kontenut. Possibbiltà bħal din tkun ukoll fl-interess tal-konsumatur.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)    Id-drittijiet fejn jidħlu x-xogħlijiet u materjal protett ieħor huma armonizzati, fost l-oħrajn, bid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 u bid-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2.

(5)    Id-drittijiet fejn jidħlu x-xogħlijiet u materjal protett ieħor huma armonizzati, fost l-oħrajn, bid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 u d-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2, li jservu b'mod partikolari biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għad-detenturi tad-drittijiet.

_________________

_________________

1 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10-19.

1 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10-19.

2 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata), ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28-35.

2 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata), ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28-35.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)    Għalhekk, il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għax-xandir u t-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra għandhom jeħfiefu billi jiġi adattat il-qafas ġuridiku dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-attivitajiet.

(7)    Għalhekk, jenħtieġ li l-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għax-xandir ta' programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti u għat-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra jeħfief billi jiġi adattat il-qafas ġuridiku dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-attivitajiet. Billi l-adattament tal-qafas ġuridiku jaf jirriżulta f'limitazzjonijiet fuq l-eżerċizzju ta' drittijiet esklużivi, jenħtieġ li dan japplika biss f'ċerti każijiet speċjali li ma joħolqux kunflitt mal-isfruttament normali tax-xogħol jew ta' materjal ieħor protett u ma jippreġudikawx b'mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet. Għalhekk, filwaqt li wieħed għandu jżomm f'moħħu l-importanza tal-prinċipju tat-territorjalità għall-finanzjament u l-produzzjoni tal-kontenut kreattiv, u b'mod partikolari tax-xogħlijiet awdjoviżivi, kwalunkwe intervent leġiżlattiv neċessarjament jenħtieġ li jkun estremament limitat u ristrett u konformi mal-prinċipji tal-Unjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)    Is-servizzi online anċillari li jkopri dan ir-Regolament huma dawk tas-servizzi li joffru l-organizzazzjonijiet tax-xandir li għandhom rabta ċara u subordinata max-xandir. Dawn jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju b'mod lineari u fl-istess waqt tax-xandir u s-servizzi li jagħtu aċċess, fi żmien definit wara x-xandira, għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li tkun diġà xandret l-organizzazzjoni tax-xandir (l-hekk imsejħa servizzi tar-ripetizzjoni). Barra minn hekk, is-servizzi online anċillari jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għal materjal li jagħni jew inkella jespandi l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li xandret l-organizzazzjoni tax-xandir, fosthom bi previżjoni, estensjoni, supplimentar jew reviżjoni tal-kontenut tal-programm rilevanti. L-għoti tal-aċċess għal xogħol individwali jew materjal protett ieħor individwi li jkun inkorporat fi programm tat-televiżjoni jew tar-radju ma għandux jitqies bħala servizz online anċillari. Bl-istess mod, l-għoti tal-aċċess għal xogħlijiet jew materjal protett ieħor b'mod indipendenti mix-xandir, bħalma huma s-servizzi li jagħtu aċċess għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, albums tal-mużika jew vidjos, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' servizz online anċillari.

(8)    Is-servizzi online anċillari li jkopri dan ir-Regolament huma dawk is-servizzi li joffru l-organizzazzjonijiet tax-xandir li għandhom rabta ċara u subordinata max-xandira. Dawn jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għall-programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti b'mod strettament lineari u fl-istess waqt tax-xandir u s-servizzi li jagħtu aċċess, fi żmien definit wara x-xandira, għall-programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti li tkun diġà xandret l-organizzazzjoni tax-xandir (l-hekk imsejħa servizzi tar-ripetizzjoni). L-għoti tal-aċċess għal xogħol individwali jew materjal protett ieħor individwi li jkun inkorporat fi programm tat-televiżjoni jew tar-radju ma għandux jitqies bħala servizz online anċillari. Bl-istess mod, l-għoti tal-aċċess għal xogħlijiet jew materjal protett ieħor b'mod indipendenti mix-xandir, bħalma huma s-servizzi li jagħtu aċċess għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, albums tal-mużika jew vidjos, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' servizz online anċillari.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)    Sabiex teħfief l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet għall-forniment tas-servizzi online anċillari bejn il-fruntieri, hemm bżonn jiġi previst it-twaqqif tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini fejn jidħol l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-atti li jsiru waqt il-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom. Il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini għandu japplika esklussivament għar-rabta bejn id-detenturi tad-drittijiet (jew l-entitajiet li jirrappreżentawhom, bħalma huma l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv) u l-organizzazzjonijiet tax-xandir, u għandu japplika biss għall-fini tal-forniment tas-servizzi online anċillari, tal-aċċess għalihom jew tal-użu tagħhom. Il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini ma għandux japplika għal xi komunikazzjoni sussegwenti lill-pubbliku jew għal riproduzzjoni tal-kontenut li jkun protett bid-drittijiet tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun jinsab fis-servizz online anċillari.

(9)    Sabiex tkun iffaċilitata l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet li tippermetti lix-xandara jipprovdu servizzi online anċillari relatati purament ma' programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti bejn il-fruntieri, hemm bżonn jiġi previst it-twaqqif tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-atti li jsiru waqt il-forniment ta' dawk is-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom. Jenħtieġ li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini japplika esklussivament għar-rabta bejn id-detenturi tad-drittijiet (jew l-entitajiet li jirrappreżentawhom, bħalma huma l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv) u l-organizzazzjonijiet tax-xandir, u għall-fini tal-forniment ta' dawk is-servizzi online anċillari relatati ma' programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti, tal-aċċess għalihom jew tal-użu tagħhom biss. Il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini ma għandux japplika għal xi komunikazzjoni sussegwenti lill-pubbliku jew għal riproduzzjoni tal-kontenut li jkun protett bid-drittijiet tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun jinsab fis-servizz online anċillari.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Jenħtieġ li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini previst f'dan ir-Regolament ma japplikax għas-servizzi online anċillari li jkunu primarjament jew esklużivament immirati għal Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-post ta' stabbiliment ewlieni tagħha. Tali servizz, primarjament jew esklużivament immirat għal Stat Membru partikolari, huwa servizz li l-programmi tiegħu jkunu mmirati b'mod ċar għall-popolazzjoni ta' Stat Membru speċifiku li mhux dak fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha, u li l-udjenza tiegħu hija limitata b'mod ċar għall-popolazzjoni ta' dak l-Istat Membru speċifiku, u li fir-rigward tiegħu huwa improbabbli li jinstabu semmiegħa jew spettaturi barra l-Istat Membru speċifiku li l-programmi jkunu mmirati għalih. Aspetti li jagħmluha possibbli li tiġi identifikata l-udjenza fil-mira jinkludu b'mod partikolari l-lingwa, inkluża l-lingwa użata fis-sottotitoli, fir-reklamar, fid-doppjaġġ, l-udjenza li hija mmirata lejha l-promozzjoni tas-servizz tax-xandir u/jew il-karattru lokali tal-ipprogrammar.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)    Billi l-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom jitqiesu li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha, filwaqt li de facto s-servizzi online anċillari jistgħu jiġu pprovduti bejn il-fruntieri lil Stati Membri oħra, hemm bżonn li jkun żgurat li meta jiġu biex jaslu għall-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet inkwistjoni, il-partijiet għandhom iqisu l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħall-karatteristiċi tas-servizz, l-udjenza, inkluż l-udjenza fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha u fi Stati Membri oħra fejn jiġi aċċessat u jintuża s-servizz online anċillari, kif ukoll il-verżjoni tal-lingwa.

(10)    Billi l-forniment tas-servizzi online anċillari għall-programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom jitqiesu li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha, filwaqt li de facto s-servizzi online anċillari jistgħu jiġu pprovduti bejn il-fruntieri lil Stati Membri oħra, hemm bżonn li jkun żgurat li meta jiġu biex jaslu għall-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet inkwistjoni, il-partijiet jenħtieġ li jużaw kriterji oġġettivi u jqisu l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħall-karatteristiċi tas-servizz, fosthom it-tul tad-disponibbiltà online, l-udjenza, inkluża l-udjenza fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha u fi Stati Membri oħra fejn jiġi aċċessat u jintuża s-servizz online anċillari, kif ukoll il-verżjonijiet lingwistiċi kollha disponibbli.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)    Bil-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, se jkun jista' jibqa' jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet milquta mill-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f'dan ir-Regolament, b'mod speċjali fejn jidħlu ċerti mezzi tekniċi tat-trażmissjoni jew ċerti verżjonijiet tal-lingwa, diment li dawn il-limitazzjonijiet fl-isfruttament ta' dawk id-drittijiet ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni.

(11)    Jeħtieġ jitfakkar li permezz tal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali u biex jiġu appoġġati l-mudelli ta' liċenzjar eżistenti, bħal pereżempju l-liċenzjar territorjali esklużiv, li jippermetti l-mekkaniżmu ta' finanzjament li huwa vitali għall-produzzjoni awdjoviżiva, l-aqwa distribuzzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali, jeħtieġ li jibqa' jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet milquta mill-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f'dan ir-Regolament, diment li dawn il-limitazzjonijiet fl-isfruttament ta' dawk id-drittijiet ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-għan ta' dan ir-Regolament mhuwiex li jiġu mħeġġa prattiki ta' għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni. Il-prinċipju tal-"pajjiż tal-oriġini" m'għandux japplika għal servizzi online mmirati prinċipalment jew unikament lejn udjenzi oħra għajr l-udjenza tal-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-post ta' stabbiliment ewlieni tagħha, sabiex jiġu limitati l-prattiki li permezz tagħhom ix-xandara jippruvaw jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri oħra biex jevitaw obbligi finanzjarji ta' żvantaġġ jew biex japprofittaw ruħhom minn ftehimiet ta' liċenzjar aktar favorevoli meta mqabbla mal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-post ta' stabbiliment ewlieni tagħha. Sabiex jiġi vvalutat jekk is-servizz huwiex immirat lejn udjenza barra mill-Istat Membru tiegħu, jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-karatteristiċi tas-servizz kif ukoll il-verżjonijiet lingwistiċi użati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)   Skont il-prinċipju tal-libertà kuntrattwali u sabiex ma tippreġudikax b'mod mhux raġonevoli il-mudelli ta' liċenzjar eżistenti bħal pereżempju l-liċenzji territorjali esklużivi, it-trażmissjoni mill-ġdid transfruntiera minn jew lejn Stat Membru ieħor hija limitata għat-trażmissjoni mill-ġdid ta' servizzi simili għal servizzi bil-kejbil jew bl-IPTV f'ambjenti kkontrollati.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c)  Dan ir-Regolament, f'konformità mal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, ma jimpedixxix il-mudelli ta' liċenzjar eżistenti, bħal-liċenzjar territorjali, u huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-liġi kuntrattwali nazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur fir-rigward ta' remunerazzjoni xierqa, kif ukoll soluzzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv eżistenti għal trażmissjoni mill-ġdid fi Stat Membru.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)    L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satelliti, bit-terrestri diġitali, b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli u b'netwerks simili, jipprovdu servizzi li huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdu l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil meta dawn jittrażmettu mill-ġdid l-ewwel trażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru ieħor, b'mod simultanju, b'mod mhux mibdul u b'mod mhux imqassar, biex jaslu għand il-pubbliku, meta din l-ewwel trażmissjoni ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita iżda mhux bit-trażmissjonijiet online, u tkun maħsuba biex tasal għand il-pubbliku. Għaldaqstant dawn għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet. Is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġu offruti fuq l-internet miftuħ għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għax dawn is-servizzi għandhom karatteristiċi differenti. Dawn mhumiex marbutin ma' xi infrastruttura partikolari u l-kapaċità tagħhom li jiżguraw ambjent ikkontrollat hi limitata meta mqabbla pereżempju mad-distribuzzjoni bil-kejbil jew b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs.

(12)    L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali jew servizzi simili għal servizzi bil-kejbil jew bl-IPTV f'ambjenti kkontrollati jipprovdu servizzi li huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdu l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil meta dawn jittrażmettu mill-ġdid l-ewwel trażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru ieħor, b'mod simultanju, b'mod mhux mibdul u b'mod mhux imqassar, biex jaslu għand il-pubbliku, meta din l-ewwel trażmissjoni ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita iżda mhux bit-trażmissjonijiet online, u tkun maħsuba biex tasal għand il-pubbliku. Għaldaqstant jenħtieġ li dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet. Is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġu offruti fuq l-internet miftuħ għajr servizzi simili għal servizzi bil-kejbil jew bl-IPTV f'ambjenti kkontrollati jenħtieġ li jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għax dawn is-servizzi għandhom karatteristiċi differenti. Dawn mhumiex marbutin ma' xi infrastruttura partikolari u l-kapaċità tagħhom li jiżguraw ambjent ikkontrollat hi limitata meta mqabbla pereżempju mad-distribuzzjoni bil-kejbil jew b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)    Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali, b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli jew b'netwerks simili, u sabiex jingħelbu d-differenzi fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, għandhom japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE. Ir-regoli stabbiliti f'dik id-Direttiva jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Dan isir mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/26/UE u b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

(13)    Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali, u servizzi simili għal servizzi bil-kejbil jew bl-IPTV f'ambjenti kkontrollati u sabiex jingħelbu d-differenzi fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, jenħtieġ li japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE. Ir-regoli stabbiliti f'dik id-Direttiva jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Dan isir mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/26/UE u b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Id-dritt ta' ċaħda ta' awtorizzazzjoni bħala tali jibqa' intatt, u huwa biss il-mod kif jiġi eżerċitat dak id-dritt li huwa rregolat sa ċertu punt. Dan jimplika wkoll li dejjem ikun hemm il-possibbiltà li jiġi deċiż jekk għandux jingħata d-dritt ta' trażmissjoni mill-ġdid.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta' trażmissjoni mill-ġdid stipulati f'dan ir-Regolament permezz tal-estensjoni ta' ftehim kollettiv ma' operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid biex jinkludu d-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet mhux rappreżentati mill-organizzazzjoni, meta sistema bħal din tkun prevista mil-liġi nazzjonali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Ix-xandara li jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħhom permezz ta' proċess ta' injezzjoni diretta lil distributuri li skont il-Konvenzjoni ta' Berna huma partijiet terzi għax-xandar biex jaslu għand il-pubbliku jenħtieġ li jkunu responsabbli b'mod konġunt mad-distributuri tagħhom għall-atti uniċi u indiviżibbli ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, li dawn iwettqu flimkien. Organizzazzjonijiet tax-xandir bħal dawn u distributuri bħal dawn, għalhekk, jenħtieġ li jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati għall-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom f'dawn l-atti.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Jenħtieġ li -eżenzjoni prevista f'dan ir-Regolament għad-drittijiet ta' trażmissjoni mill-ġdid eżerċitati mill-organizzazzjonijiet tax-xandir fir-rigward tat-trażmissjoni mill-ġdid tagħhom ma tillimitax l-għażla tad-detenturi tad-drittijiet li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom lil organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv u b'hekk ikollhom sehem dirett fir-remunerazzjoni mħallsa mill-operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)    Sabiex tkun evitata ċirkonvenzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini bl-estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-ftehimiet eżistenti dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-forniment tas-servizzi anċillari online, għall-aċċess għalihom jew għall-użu tagħhom, hemm bżonn li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini jiġi applikat ukoll għall-ftehimiet eżistenti iżda b'perjodu tranżitorju.

(15)    Sabiex tkun evitata ċirkonvenzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini applikabbli għall-programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti bl-estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-ftehimiet eżistenti dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-forniment tas-servizzi online anċillari, għall-aċċess għalihom jew għall-użu tagħhom, hemm bżonn li dan il-prinċipju jiġi applikat ukoll għall-ftehimiet eżistenti iżda b'perjodu tranżitorju.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Ix-xandara li jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programm tagħhom permezz ta' proċess ta' injezzjoni diretta lid-distributuri biex jaslu għand il-pubbliku jenħtieġ li jkunu responsabbli b'mod konġunt mad-distributuri tagħhom għall-atti uniċi u indiviżibbli ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, li dawn iwettqu flimkien. Organizzazzjonijiet tax-xandir u distributuri bħal dawn għalhekk jenħtieġ li jiksbu awtorizzazzjoni separata mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati fir-rigward tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom f'dawn l-atti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)    Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li jista' jkun hemm indħil fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet sa fejn l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju huwa meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt tal-komunikazzjoni lill-pubbliku fejn tidħol it-trażmissjoni mill-ġdid, hemm bżonn li din il-kundizzjoni tiġi preskritta b'mod immirat għal servizzi speċifiċi u b'mod li jkun jista' jsir tixrid usa' transfruntier tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju billi teħfief l-awtorizzazzjoni ta' dawn id-drittijiet.

(16)    Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li jeżisti ndħil fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet sa fejn l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju jsir għall-eżerċizzju tad-dritt tal-komunikazzjoni lill-pubbliku fejn tidħol it-trażmissjoni mill-ġdid, hemm bżonn li din il-kundizzjoni tiġi preskritta b'mod immirat u li tkun limitata għal servizzi speċifiċi li huma simili għal trażmissjonijiet mill-ġdid bil-kejbil u bis-satellita u li jsiru f'ambjent kkontrollat.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)    Wara li r-Regolament ikun ilu fis-seħħ għal perjodu taż-żmien, dan għandu jsirlu rieżami biex jiġi vvalutat, fost l-oħrajn, kemm żdied il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej u b'hekk ukoll għall-benefiċċju li titjieb id-diversità kulturali fl-Unjoni.

(18)    F'konformità mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, jenħtieġ li jsir rieżami tar-Regolament wara li dan ikun ilu fis-seħħ għal perjodu taż-żmien, biex jiġi vvalutat l-impatt tar-Regolament, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-injezzjoni diretta, fuq l-industriji kreattivi tal-Ewropa, fuq il-finanzjament tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u fuq id-detenturi tad-drittijiet. Ir-rieżami jenħtieġ li jqis ukoll sa liema punt il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari u l-livell ta' investiment f'kontenut ġdid ikunu żdiedu għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji Ewropej, u b'hekk ukoll għall-benefiċċju ta' diversità kulturali akbar fl-Unjoni.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)    Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li ssir promozzjoni tal-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari u li jeħfiefu t-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tiegħu. Fejn jidħol il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari, dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmi ta' appoġġ li jiffaċilitaw l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati. Dan ir-Regolament ma jobbligax lill-organizzazzjonijiet tax-xandir biex jipprovdu dawn is-servizzi bejn il-fruntieri. Dan ir-Regolament lanqas ma jobbliga lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid biex fis-servizzi tagħhom jinkludu programmi tat-televiżjoni jew tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra. Dan ir-Regolament jikkonċerna biss l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tat-trażmissjoni mill-ġdid sakemm ikun meħtieġ għas-simplifikazzjoni tal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal dawn is-servizzi, u rigward biss il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra tal-Unjoni,

(19)    Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li ssir promozzjoni tal-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għall-programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti u li jiffaċilitaw it-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, u għalhekk jista' f'xi każijiet jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tiegħu. Rigward il-forniment transfruntier ta' ċerti servizzi online anċillari tax-xandara, dan ir-Regolament ma jobbligax lill-organizzazzjonijiet tax-xandir biex jipprovdu dawn is-servizzi b'mod transfruntier. Dan ir-Regolament lanqas ma jobbliga lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid biex fis-servizzi tagħhom jinkludu programmi tat-televiżjoni jew tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra. Dan ir-Regolament jikkonċerna biss l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tat-trażmissjoni mill-ġdid sakemm ikun meħtieġ għas-simplifikazzjoni tal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal dawn is-servizzi, u rigward biss il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra tal-Unjoni,

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  It-trażmissjoni mill-ġdid ta' programmi minn Stati Membri oħra hi att soġġett għad-drittijiet tal-awtur u, f'xi każijiet, għal drittijiet relatati. Għaldaqstant is-servizzi online jenħtieġ li jiksbu l-awtorizzazzjoni ta' kull detentur tad-drittijiet għal kull parti tal-programm trażmess mill-ġdid. F'konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtorizzazzjonijiet jenħtieġ li jingħataw b'mod kuntrattwali, sakemm ma tkunx prevista eċċezzjoni temporanja taħt skemi ta' liċenzjar legali eżistenti.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1

 

Suġġett

 

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmi legali li jiffaċilitaw l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati rilevanti għall-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari u li jiffaċilitaw it-trażmissjonijiet mill-ġdid diġitali fuq ambjent magħluq.

 

2.   Dawk il-mekkaniżmi legali jinkludu l-istabbiliment tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini rigward l-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet. Il-mekkaniżmi legali jinkludu wkoll dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati rilevanti għat-trażmissjoni mill-ġdid, dwar preżunzjonijiet legali ta' rappreżentanza minn organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv u dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' trażmissjoni mill-ġdid mill-organizzazzjonijiet tax-xandir.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)   "trażmissjoni mill-ġdid" tfisser trażmissjoni mill-ġdid simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE u minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid provduta b'servizz tal-aċċess għall-internet kif definit fir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi l-ewwel trażmissjoni minn Stat Membru ieħor bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita iżda mhux bi trażmissjoni online, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, diment li din it-trażmissjoni mill-ġdid tagħmilha parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet l-ewwel trażmissjoni jew diment li din it-trażmissjoni tkun saret bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha.

(b)   "trażmissjoni mill-ġdid" tfisser trażmissjoni mill-ġdid simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE limitata għal servizzi simili għal servizzi bil-kejbil jew bl-IPTV bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi l-ewwel trażmissjoni minn Stat Membru ieħor bil-fili, jew fl-ajru, inkluż bis-satellita iżda mhux bi trażmissjoni online, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, diment li din it-trażmissjoni mill-ġdid tagħmilha parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet l-ewwel trażmissjoni jew diment li din it-trażmissjoni tkun saret bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)   "injezzjoni diretta" tfisser proċess b'żewġ stadji jew aktar li bih l-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu s-sinjali tagħhom li jwasslu l-programmi biex jaslu għand il-pubbliku lil distributuri li huma organizzazzjonijiet li mhumiex dawk l-organizzazzjonijiet tax-xandir skont il-Konvenzjoni ta' Berna minn punt sa punt – bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita – b'tali mod li s-sinjali li jwasslu programmi ma jkunux jistgħu jaslu għand il-pubbliku ġenerali waqt trażmissjoni ta' dan it-tip; id-distributuri mbagħad joffru dawn il-programmi lill-pubbliku simultanjament, f'forma mhux mibdula u mhux imqassra, sabiex jarahom jew jismagħhom fuq netwerks bil-kejbil, sistemi microvawe, terrestri diġitali, netwerks ibbażati fuq l-IP u netwerks mobbli jew netwerks simili.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)   "ambjenti kkontrollati" huma definiti esklussivament bħala servizzi simili għal servizzi bil-kejbil jew bl-IPTV b'aċċess sigur u ristrett, fejn operatur tat-trażmissjoni mill-ġdid jipprovdi servizz ta' trażmissjoni mill-ġdid kriptat minn tarf sa tarf lill-utenti tiegħu awtorizzati kuntrattwalment.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini għas-servizzi online anċillari

L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini għas-servizzi online għal xandiriet ta' programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti

(1)   L-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u tad-disponibbiltà li jseħħu waqt il-forniment tas-servizz online anċillari minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha kif ukoll l-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-atti, għandhom jitqiesu li qed iseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.

(1)   L-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u tad-disponibbiltà ta' programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti li jseħħu waqt il-forniment tas-servizz online anċillari għal xandira inizjali ta' programmi esklużivament tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha kif ukoll l-atti tar-riproduzzjoni ta' tali programmi tal-aħbarijiet u tal-ġrajjiet kurrenti li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi online anċillari tali, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom, għall-finijiet tal-ksib u tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati miksuba rilevanti għal dawn l-atti, għandhom jitqiesu li qed iseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.

(2)   Meta jiġu biex jiffissaw l-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet skont il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-partijiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħalma huma l-karatteristiċi tas-servizz online anċillari, l-udjenza, u l-verżjoni tal-lingwa.

(2)   Meta jiġu biex jiffissaw l-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet skont il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-partijiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari, bħal karatteristiċi tas-servizz online anċillari, fosthom it-tul tad-disponibbiltà online, l-udjenza, u l-verżjonijiet lingwistiċi kollha disponibbli.

 

(2a)   Il-paragrafu 2 m'għandux jillimita l-libertà tal-partijiet li jiftiehmu fuq metodi jew kriterji speċifiċi għall-kalkolu tal-ammont ta' ħlas li għandu jsir għad-drittijiet soġġetti għall-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini bħal dawk ibbażati fuq id-dħul iġġenerat minn organizzazzjoni tax-xandir għas-servizz online.

 

(2b)  Il-paragrafi 1u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tat-territorjalità u tal-libertà kuntrattwali taħt id-drittijiet tal-awtur u kwalunkwe dritt stabbilit taħt id-Direttiva 2001/29/KE. Abbażi ta' dan, il-partijiet għandhom ikunu intitolati jkomplu jibqgħu jiftiehmu dwar l-introduzzjoni ta' limiti fuq l-isfruttament tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, sakemm kwalunkwe limitazzjoni tali tkun konformi mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali.

 

(2c)  It-trażmissjoni mill-ġdid tat-trażmissjoni inizjali ta' programm tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru għal Stati Membri oħra permezz ta' servizz online anċillari kif definit f'dan ir-Regolament għandha ssir f'konformità mad-drittijiet tal-awtur applikabbli, id-drittijiet relatati u drittijiet għal materjal ieħor u abbażi ta' ftehimiet kuntrattwali individwali jew kollettivi bejn il-proprjetarji tad-drittijiet tal-awtur, id-detenturi tad-drittijiet relatati, id-detenturi ta' drittijiet għal materjal ieħor u l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

L-eżerċizzju tad-drittijiet fit-trażmissjoni mill-ġdid mid-detenturi tad-drittijiet għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir

L-eżerċizzju tad-drittijiet fit-trażmissjoni mill-ġdid għajr bil-kejbil mid-detenturi tad-drittijiet għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir

 

(-1)   Id-dritt ta' trażmissjoni mill-ġdid huwa dritt esklużiv u jrid jiġi awtorizzat mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati oħra.

(1)   Id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom biex jagħtu jew jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal trażmissjoni mill-ġdid biss permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

(1)   Id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għajr l-organizzazzjonijiet tax-xandir għandhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom biex jippermettu aċċess għas-servizzi ta' trażmissjoni mill-ġdid f'ambjenti kkontrollati biss permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

(2)   Meta detentur ta' dritt ma jkunx ittrasferixxa l-immaniġġjar tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 lil organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li timmaniġġja d-drittijiet tal-istess kategorija fit-territorju tal-Istat Membru li għalih l-operatur tas-servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal trażmissjoni mill-ġdid, għandha titqies li għandha l-mandat biex timmaniġġja d-dritt f'isem dan id-detentur tad-dritt.

 

(3)   Meta jkun hemm aktar minn organizzazzjoni waħda tal-immaniġġjar kollettiv li tkun qed timmaniġġja d-drittijiet ta' dik il-kategorija fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, id-detentur tad-drittijiet għandu jkun liberu li jagħżel liema minn dawk l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandu jkollha l-mandat li timmaniġġja d-dritt tiegħu. Jekk f'din is-sitwazzjoni, id-detentur tad-dritt ma jagħżel l-ebda organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, għandu jitħalla f'idejn l-Istat Membru li għat-territorju tiegħu l-operatur tas-servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal trażmissjoni mill-ġdid, biex jindika liema organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv hi meqjusa li għandha l-mandat biex timmaniġġja d-dritt ta' dak id-detentur tad-dritt.

(3)   Meta jkun hemm aktar minn organizzazzjoni waħda tal-immaniġġjar kollettiv li tkun qed timmaniġġja d-drittijiet ta' dik il-kategorija fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, id-detentur tad-drittijiet għandu jkun liberu li jagħżel liema minn dawk l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandu jkollha l-mandat li timmaniġġja d-dritt tiegħu. Jekk f'din is-sitwazzjoni, id-detentur tad-dritt ma jagħżel l-ebda organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, għandu jitħalla f'idejn l-Istat Membru li għat-territorju tiegħu l-operatur tas-servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid ikun qed jipprova jikseb awtorizzazzjoni tad-drittijiet għal trażmissjoni mill-ġdid, biex jindika liema organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv hi meqjusa li għandha l-mandat biex timmaniġġja d-dritt ta' dak id-detentur tad-dritt.

(4)   Detentur ta' dritt għandu jkollu l-istess drittijiet u obbligi li joħorġu mill-ftehim bejn l-operatur tas-servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid u l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li hi meqjusa li għandha l-mandat biex timmaniġġja d-dritt tiegħu, daqs id-detenturi tad-drittijiet li jkunu taw il-mandat lil dik l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, u dan għandu jkun jista' jinvoka dawk id-drittijiet fi żmien perjodu taż-żmien stabbilit mill-Istat Membru konċernat li ma jkunx iqsar minn tliet snin mid-data tat-trażmissjoni mill-ġdid li tittrażmetti x-xogħol tiegħu jew xi materjal protett ieħor tiegħu.

 

(5)   Stat Membru jista' jipprovdi li, meta detentur ta' dritt jawtorizza l-ewwel trażmissjoni fit-territorju tiegħu ta' xogħol jew materjal protett ieħor, dan id-detentur tad-dritt għandu jitqies li jkun qabel li ma jeżerċitax id-drittijiet tiegħu ta' trażmissjoni mill-ġdid fuq bażi individwali iżda li jeżerċitahom skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

 

 

(5a) L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandhom iżommu bażi tad-data li tipprovdi informazzjoni relatata mal-ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati koperti f'dan l-Artikolu, inkluża informazzjoni dwar id-detentur tad-dritt, it-tip ta' użu, it-territorju u l-perjodu ta' żmien.

 

(5b)   Il-possibbiltà li tintalab medjazzjoni u l-prevenzjoni tal-abbuż tal-pożizzjonijiet tan-negozjati kif previst fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE għandha tkun disponibbli wkoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Sfruttament ta' programmi tax-xandir permezz ta' trażmissjoni mill-ġdid

 

It-trażmissjoni mill-ġdid ta' xogħol jew materjal protett ieħor inkluż fi programm tat-televiżjoni jew tar-radju inizjalment ikkomunikat lill-pubbliku minn organizzazzjoni tax-xandir hi att ta' komunikazzjoni lill-pubbliku ta' dan il-programm, irrispettivament minn jekk l-operatur tas-servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid jużax l-istess mezz tekniku jew mezzi tekniċi differenti minn dawk użati għall-att ta' xandir inizjali, u irrispettivament minn jekk din it-trażmissjoni mill-ġdid issirx fiż-żona vera jew intenzjonata tat-twassil tax-xandira inizjali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Sfruttament ta' programmi tax-xandir permezz ta' proċess ta' injezzjoni diretta. Ix-xandara li jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programm tagħhom permezz ta' proċess ta' injezzjoni diretta lid-distributuri biex jaslu għand il-pubbliku għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt mad-distributuri tagħhom għall-atti uniċi u indiviżibbli ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, li dawn iwettqu flimkien. Organizzazzjonijiet tax-xandir bħal dawn u distributuri bħal dawn, għalhekk, jenħtieġ li jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati għall-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom f'dawn l-atti.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Dispożizzjonijiet tranżitorji

 

Il-ftehimiet dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u għall-atti tad-disponibbiltà li jseħħu waqt il-forniment ta' servizz online anċillari kif ukoll għall-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizz online anċillari, l-aċċess għalih jew l-użu tiegħu li jkunu fis-seħħ fi [the date mentioned in Article 7(2), to be inserted by OPOCE] għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 2 minn [the date mentioned in Article 7(2) + 2 years, to be inserted by OPOCE], jekk dawn ikunu jiskadu wara dik id-data.

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sa mhux aktar tard minn [3 years after the date mentioned in Article 7(2) to be inserted by OPOCE], il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport fuq is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(1)  Sa mhux aktar tard minn [3 years after the date mentioned in Article 7(2) to be inserted by OPOCE], il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport fuq is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkun magħmul aċċessibbli għall-pubbliku b'mod faċli u effettiv.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni.

(2)  Għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni fil-ħin u bir-reqqa.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dan għandu japplika minn [6 months following the day of its publication, to be inserted by OPOCE].

(2)  Dan għandu japplika minn [18 months following the day of its publication, to be inserted by OPOCE].

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

L-aċċess simplifikat għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju permezz tal-internet huwa element ċentrali għat-twettiq tas-suq uniku diġitali. Il-fruntieri nazzjonali inviżibbli li għadhom jeżistu fis-settur diġitali jridu jsiru aktar miftuħin sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-kontenut diġitali diġà disponibbli online anke b'mod transfruntier. Hija assurdità li l-kontenut diġitali, li minnu nnifsu huwa trasferibbli u aċċessibbli rapidament, jitqiegħed f'konfini nazzjonali meta wieħed jikkunsidra li merkanzija ta' natura fiżika ilha żmien li tista' taqsam dawn il-fruntieri.

Fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, il-miżuri tal-imblukkar ġeografiku huma konsegwenza tal-frammentazzjoni tar-regoli kif ukoll tal-applikazzjoni tal-prinċipju tat-territorjalità.

Filwaqt li l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-territorjalità mhux qed tiġi limitata permezz tar-Regolament, il-problema tal-frammentazzjoni legali qed tissolva permezz tal-introduzzjoni ta' finzjoni legali fl-għamla tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini. F'dan ir-rigward, ir-Regolament huwa kompromess ibbilanċjat ħafna bejn interessi konfliġġenti. Ir-rapporteur jirrifjuta restrizzjonijiet oħrajn, biex il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma jkomplix jidjieq.

Il-frammentazzjoni tar-regoli twassal għal spejjeż ta' tranżazzjoni eċċessivi li jżommu lill-organizzazzjonijiet tax-xandir lura milli jiggarantixxu aċċess transfruntier. Minħabba n-nuqqas ta' possibbiltajiet ta' aċċess legali, ix-xogħlijiet ma jistgħux jisfruttaw il-valur soċjetali tagħhom b'mod sħiħ. Aktar ma jmur, ix-xandir m'għadux qed jiġi kkonsmat permezz tal-modi ta' distribuzzjoni tradizzjonali tal-kejbil, is-satellita u l-antenna, iżda permezz tal-internet. Madankollu, f'dan ir-rigward mhux qed issir biss bidla fil-mod tal-aċċess għax-xandir iżda wkoll fid-drawwiet tal-konsum fl-intier tiegħu: mit-televiżjoni lineari għall-użu ta' diversi offerti mhux lineari u rreġistrati permezz tat-terminal ippreferut mill-utent. Din il-bidla hija partikolarment evidenti fil-ġenerazzjoni żagħżugħa. Il-proposta ma tagħżilx it-triq tal-abolizzjoni tal-liċenzji nazzjonali biex minflokhom tinħoloq liċenzja waħda pan-Ewropea. Minflok, tieħu l-prinċipju magħruf u tajjeb stabbilit fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 93/83/KEE, il-prinċipju tal-"pajjiż tal-oriġini", u testendih għas-settur online. Fil-prattika, dan se jissimplifika l-immaniġġjar tad-drittijiet billi jiġi ddeterminat liema liġi nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur tapplika. B'dan il-mod, l-ostakolu tal-ispejjeż ta' tranżazzjoni eċċessivi huwa minimizzat. Min-naħa l-oħra mhux se jiġi introdott obbligu ta' forniment għax-xandara.

Ir-rapporteur huwa konxju dwar is-sinifikat tal-industrija tal-films Ewropea, u l-konservazzjoni u l-promozzjoni tagħha huma importanti għalih. Fil-fatt, din tipprovdi madwar miljun impjieg, inklużi l-kittieba tal-iskripts, il-kru tal-films u l-atturi kif ukoll is-servizzi pprovduti, u tikkontribwixxi għad-diversità kulturali li hija indispensabbli għall-funzjonament ta' soċjetà tal-informazzjoni u tad-demokrazija.

Madankollu, din id-diversità tista' tilħaq l-effett sħiħ tagħha biss jekk tkun disponibbli għall-individwi, għaliex hekk biss tista' tiġi promossa diskussjoni pubblika wiesgħa. Dan ir-regolament jippromwovi l-espressjoni tad-diversità kulturali, mingħajr ma jpoġġi f'dubju l-aspett kwantitattiv jew kwalitattiv tad-diversità.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li r-Regolament se joffri vantaġġi enormi perċettibbli fil-ħajja ta' kuljum għal diversi gruppi tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Filwaqt li r-regolament dwar il-portabbiltà transfruntiera tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (minn hawn' il quddiem: ir-"Regolament tal-Portabbiltà") jiżgura l-użu transfruntier ta' servizzi diġà akkwistati, dan jistabbilixxi wkoll li fil-każ tas-soġġorn fi Stat Membru ieħor, dan għandu jkun ta' natura temporanja biss. Ma' dan huwa inkluż ukoll is-soġġorn għal skopijiet ta' vvjaġġar, vaganzi jew studju.

Min-naħa l-oħra, dan ir-Regolament jiffoka fuq gruppi ta' persuni li jirrisjedu fi Stat Membru fuq bażi permanenti u li xorta waħda jkollhom interess leġittimu jaċċessaw kontenut tal-internet ipprovdut minn organizzazzjonijiet tax-xandir stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

Hawnhekk huma koperti pereżempju t-13.6-il miljun ċittadin li jagħmlu użu attiv mid-drittijiet iggarantiti lilhom permezz tad-dritt tal-Unjoni fil-forma tal-moviment liberu tal-persuni u l-moviment liberu tal-ħaddiema kif ukoll id-dixxendenti tagħhom. B'kuntrast għas-suq uniku analogu, f'dan il-kuntest il-fruntieri nazzjonali riġidi li għadhom eżistenti fir-rigward tas-suq uniku diġitali jidhru partikolarment biċ-ċar. Filwaqt li l-moviment liberu tal-persuni u l-merkanzija huwa żgurat fis-suq uniku, l-istess ma jgħoddx għall-aċċess għax-xandir u għalhekk għal programmi mill-Istat ta' oriġini.

Barra minn hekk, se jibbenefikaw mir-Regolament il-minoranzi lingwistiċi eżistenti f'ħafna Stati Membri. Speċjalment fir-reġjuni tal-fruntiera ma jagħmilx sens li bit-teknoloġija l-antika huwa possibbli li jkun hemm aċċess għal programmi tax-xandir fl-ilsien nattiv rispettiv, filwaqt li dan huwa miċħud bl-internet, li llum il-ġurnata hija wkoll teknoloġija stabbilita.

Se jiġi rrealizzat ukoll l-interess leġittimu li jiġu promossi lingwi barranin – li huma l-bażi għall-ftehim bejn il-popli Ewropej – permezz tas-smigħ ta' programmi tax-xandir.

Barra minn hekk, se jsir aktar sempliċi l-aċċess madwar l-Ewropa għal trażmissjonijiet minn Stati Membri oħrajn u dan ifisser kontribut importanti biex jissawwar pubbliku ta' spettaturi Ewropej.

Finalment, is-servizzi li huma koperti mir-Regolament tal-Portabbiltà, normalment jipprovdu esklussivament materjal għad-divertiment, filwaqt li l-aċċess għall-aħbarijiet u programmi informattivi mhuwiex kopert. Madankollu, partikolarment fiż-żminijiet tal-hekk imsejħa "aħbarijiet foloz" u l-fiduċja li parzjalment qiegħda tonqos fil-mezzi tax-xandir tradizzjonali, dan l-aċċess huwa indispensabbli. Dan għandu tifsira speċjali li hija ta' rilevanza għad-demokrazija. L-aċċess simplifikat għall-programmi minn Stati Membri oħrajn għandu jintlaqa' fl-interess ta' soċjetà tal-informazzjoni li għandha tiġi promossa.

Ir-regolamenti tal-kompetizzjoni ma jillimitawx il-libertà kuntrattwali ħlief fil-każ ta' ftehimiet anti-kompetittivi (Artikoli 101 u 102 tat-TFUE). Madankollu, id-drittijiet tal-awtur mhumiex qegħdin hemm biex jipproteġu kontra l-ksur eventwali tal-liġi primarja. Barra minn hekk, fis-sentenza Murphy[1] il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qalet espressament li fir-rigward tal-kuntratti ta' liċenzjar ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li arranġamenti esklussivi relatati ma' Stat Membru tat-trażmissjoni individwali inkwantu tali ma jwasslux awtomatikament għall-ipoteżi ta' ksur tar-Regolamenti tal-kompetizzjoni. Irid ikun hemm fatturi addizzjonali li jiġġustifikaw ipoteżi bħal din.

Permezz tal-estensjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini se titħassar il-ġustifikazzjoni relatata mar-regolamenti tal-kompetizzjoni għan-nuqqas tad-drittijiet ta' xandir neċessarji. Madankollu, huma konċepibbli wkoll interessi leġittimi oħrajn li jistgħu jibqgħu jipprovdu ġustifikazzjoni għall-miżuri tal-imblukkar ġeografiku, bħal pereżempju interessi lokali u preferenzi kulturali.

In-neċessità ta' leġiżlazzjoni hija sottolinjata wkoll mill-fatt li 82 % tal-organizzazzjonijiet ta' xandara pubbliċi kif ukoll 62 % ta' dawk privati jħaddmu xi forma ta' mblukkar ġeografiku u dan jagħmel l-aċċess għal servizzi ta' informazzjoni sostanzjalment aktar diffiċli. In-numru ta' persuni li jiksbu kontenut permezz tal-hekk imsejjaħ aċċess VPN juri biċ-ċar li hemm il-bżonn ta' aċċess għal dan il-kontenut. Dan il-bżonn għandu jiġi ssodisfat b'tali mod li jsir possibbli aċċess legali.

Ir-rapporteur jirrakkomanda t-titjib importanti li ġej fit-test tal-Kummissjoni:

•  Regoli dwar ir-remunerazzjoni. Ir-rapporteur itenni mill-ġdid is-sinifikat kulturali enormi tal-films Ewropej. Sabiex jitqies it-tħassib espress partikolarment mill-produtturi tal-films Ewropej, ir-rapporteur jirrakkomanda li għandha tiġi ċċarata r-regola dwar ir-remunerazzjoni fl-Artikolu 2(II) kif ukoll l-introduzzjoni ta' regola dwar ir-remunerazzjoni fl-Artikolu 3. Din il-kjarifika proposta se tiżgura li d-detenturi tad-drittijiet, partikolarment anke dawk li jagħmlu xogħlijiet rari, jitħallsu addizzjonalment kif xieraq.

•  Fid-dawl tal-iżvilupp teknoloġiku u tal-offerti li qegħdin jinbidlu malajr, il-kamp ta' applikazzjoni li jinkludi kontenut tal-internet komplementari biss jidher li huwa dejjaq wisq. Sabiex ikun żgurat kamp ta' applikazzjoni xieraq għal dan ir-Regolament, ir-rapporteur huwa tal-fehma li r-referenza speċifika għall-kontenut imxandar għandha titħassar. Illum il-ġurnata diġà jeżistu programmi tal-organizzazzjonijiet tax-xandir li huma disponibbli esklussivament fuq l-internet.

•  Qed tiġi proposta dispożizzjoni tranżitorja fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini għal films mixtrija u episodji mixtrija ta' serje televiżivi li mhumiex produzzjonijiet ikkummissjonati, biex il-mudelli kummerċjali jkunu jistgħu jiġu adattati għar-Regolamenti ġodda.

•  Lanqas mhi xierqa limitazzjoni dejqa tal-ħin u r-rapporteur jissuġġerixxi li din il-limitazzjoni titħassar. Il-limitazzjonijiet temporali diġà jinsabu fid-dritt nazzjonali. Fil-fehma tar-rapporteur għandu jitħalla f'idejn il-partijiet kontraenti li jilħqu ftehim dwar il-perjodu tal-aċċessibbiltà u dwar ħlas konformi u xieraq.

•  Hija ffissata r-responsabbiltà f'każ ta' proċessi b'injezzjoni diretta.

•  Fil-każ ta' similarità mal-operaturi tan-netwerk tal-kejbil, ir-reġim tat-trażmissjoni mill-ġdid tal-kejbil irid ikun imfassal b'mod teknoloġikament newtrali biex jitqies il-progress teknoloġiku anke f'dan is-settur.

  • [1]  Sentenza tal-QtĠ-UE tal-04/10/2011, C-403/08 u C-429/08, paragrafi 137 et seq.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (6.6.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju
(COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Vicky Ford

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u l-internet biddlu d-distribuzzjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom. Kulma jmur l-utenti qed jistennew dejjem aktar li jkollhom aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju kemm diretti kif ukoll on-demand, permezz ta' mezzi tradizzjonali bħas-satellita jew il-kejbil u anki b'servizzi online. Għaldaqstant, minbarra x-xandiriet tagħhom stess tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kulma jmur l-organizzazzjonijiet tax-xandir qed joffru dejjem aktar servizzi online anċillari għax-xandir tagħhom, bħalma huma s-servizzi tax-xandir simultanju u s-servizzi tar-ripetizzjoni. L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġbru l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju f'pakketti u jipprovduhom lill-utenti waqt l-ewwel trażmissjoni tax-xandira, mingħajr bidla u mingħajr tqassir, jużaw diversi tekniki tat-trażmissjoni mill-ġdid bħall-kejbil, is-satellita, it-terrestri diġitali, netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs jew netwerks mobbli kif ukoll l-internet miftuħ. Min-naħa tal-utenti, kulma jmur qed tiżdied id-domanda għal aċċess għal xandiriet tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li ma joriġinawx biss fl-Istat Membru tagħhom iżda anki fi Stati Membri oħra tal-UE, fosthom mingħand membri tal-minoranzi lingwistiċi tal-Unjoni u mingħand persuni li jgħixu fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom.

(2)  L-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u l-internet biddlu d-distribuzzjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom. Kulma jmur l-utenti qed jistennew dejjem aktar li jkollhom aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju kemm diretti kif ukoll on-demand, permezz ta' mezzi tradizzjonali bħas-satellita jew il-kejbil u anki b'servizzi online. Għaldaqstant, minbarra x-xandiriet tagħhom stess tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kulma jmur l-organizzazzjonijiet tax-xandir qed joffru dejjem aktar servizzi online anċillari għax-xandir tagħhom, bħalma huma s-servizzi tax-xandir simultanju u s-servizzi tar-ripetizzjoni. L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġbru l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju f'pakketti u jipprovduhom lill-utenti waqt l-ewwel trażmissjoni tax-xandira, mingħajr bidla u mingħajr tqassir, jużaw diversi tekniki tat-trażmissjoni mill-ġdid bħall-kejbil, is-satellita, it-terrestri diġitali, netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs jew netwerks mobbli kif ukoll l-internet miftuħ. Min-naħa tal-utenti, kulma jmur qed tiżdied id-domanda għal aċċess għal programmi tat-televiżjoni u tar-radju, inklużi servizzi ta' ripetizzjoni li ma joriġinawx biss fl-Istat Membru tagħhom iżda anki fi Stati Membri oħra tal-UE, fosthom mingħand membri tal-minoranzi lingwistiċi tal-Unjoni u mingħand persuni li jgħixu fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom. Tali domanda dejjem tikber hija żvilupp pożittiv u l-imblukkar ġeografiku jenħtieġ li ma jkunx il-pożizzjoni prestabbilita għall-kontenut awdjoviżiv kollu prodott fl-Unjoni u trażmess online. Madankollu, il-mudell tal-finanzjament territorjali għall-kontenut Ewropew huwa vitali għas-suċċess tas-settur tal-media awdjoviżiva tal-Ewropa.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, li normalment joffru bosta programmi li jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, ikollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u għalhekk ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet. Hemm ukoll riskju għad-detenturi tad-drittijiet li x-xogħlijiet tagħhom u materjal protett ieħor tagħhom jiġu sfruttati mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom jew ħlas lilhom,

(4)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, li normalment joffru bosta programmi li jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, ikollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u għalhekk ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet. Hemm ukoll riskju għad-detenturi tad-drittijiet li x-xogħlijiet tagħhom u materjal protett ieħor tagħhom jiġu sfruttati mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom jew ħlas xieraq lilhom.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Is-servizzi online anċillari li jkopri dan ir-Regolament huma dawk tas-servizzi li joffru l-organizzazzjonijiet tax-xandir li għandhom rabta ċara u subordinata max-xandir. Dawn jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju b'mod lineari u fl-istess waqt tax-xandir u s-servizzi li jagħtu aċċess, fi żmien definit wara x-xandira, għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li tkun diġà xandret l-organizzazzjoni tax-xandir (l-hekk imsejħa servizzi tar-ripetizzjoni). Barra minn hekk, is-servizzi online anċillari jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għal materjal li jagħni jew inkella jespandi l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li xandret l-organizzazzjoni tax-xandir, fosthom bi previżjoni, estensjoni, supplimentar jew reviżjoni tal-kontenut tal-programm rilevanti. L-għoti tal-aċċess għal xogħol individwali jew materjal protett ieħor individwi li jkun inkorporat fi programm tat-televiżjoni jew tar-radju ma għandux jitqies bħala servizz online anċillari. Bl-istess mod, l-għoti tal-aċċess għal xogħlijiet jew materjal protett ieħor b'mod indipendenti mix-xandir, bħalma huma s-servizzi li jagħtu aċċess għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, albums tal-mużika jew vidjos, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' servizz online anċillari.

(8)  Is-servizzi online anċillari li jkopru dan ir-Regolament huma servizzi li joffru l-organizzazzjonijiet tax-xandir li jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għal programmi tat-televiżjoni u tar-radju b'mod lineari fl-istess waqt tax-xandir u s-servizzi mhux lineari li jagħtu aċċess mhux aktar kmieni minn xahar qabel, matul jew wara x-xandira, għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju mxandra mill-organizzazzjoni tax-xandir (l-hekk imsejħa servizzi ta' streaming u s-servizzi ta' ripetizzjoni). Barra minn hekk, is-servizzi online anċillari jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għal materjal li jagħni jew inkella jespandi l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li xandret l-organizzazzjoni tax-xandir, fosthom bi previżjoni, estensjoni, supplimentar jew reviżjoni tal-kontenut tal-programm rilevanti, kif ukoll materjal ġenwinament prodott għall-ambjent online. L-għoti tal-aċċess għal xogħol individwali jew materjal protett ieħor individwi li jkun inkorporat fi programm tat-televiżjoni jew tar-radju ma għandux jitqies bħala servizz online anċillari. Bl-istess mod, l-għoti ta' aċċess għal albums tal-mużika jew vidjos, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' servizz online anċillari.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Billi l-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom jitqiesu li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha, filwaqt li de facto s-servizzi online anċillari jistgħu jiġu pprovduti bejn il-fruntieri lil Stati Membri oħra, hemm bżonn li jkun żgurat li meta jiġu biex jaslu għall-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet inkwistjoni, il-partijiet għandhom iqisu l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħall-karatteristiċi tas-servizz, l-udjenza, inkluż l-udjenza fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha u fi Stati Membri oħra fejn jiġi aċċessat u jintuża s-servizz online anċillari, kif ukoll il-verżjoni tal-lingwa.

(10)  Billi l-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom jitqiesu li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha, filwaqt li de facto s-servizzi online anċillari jistgħu jiġu pprovduti bejn il-fruntieri lil Stati Membri oħra, hemm bżonn li jkun żgurat li meta jiġu biex jaslu għar-remunerazzjoni xierqa li għandha titħallas għad-drittijiet inkwistjoni, il-partijiet għandhom iqisu l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħall-karatteristiċi tas-servizz, l-udjenza attwali u potenzjali, inkluż l-udjenza fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha u fi Stati Membri oħra fejn jiġi aċċessat u jintuża s-servizz online anċillari, kif ukoll il-verżjonijiet kollha lingwistiċi u ta' sottotitoli disponibbli. Barra minn hekk, tali remunerazzjoni għandha tkun raġonevoli mal-valur ekonomiku tas-servizz ipprovdut.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Bil-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, se jkun jista' jibqa' jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet milquta mill-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f'dan ir-Regolament, b'mod speċjali fejn jidħlu ċerti mezzi tekniċi tat-trażmissjoni jew ċerti verżjonijiet tal-lingwa, diment li dawn il-limitazzjonijiet fl-isfruttament ta' dawk id-drittijiet ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni.

(11)  Huma importanti li jiġi mfakkar li, bil-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, se jkun jista' jibqa' jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet milquta mill-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f'dan ir-Regolament, hekk kif uriet l-implimentazzjoni tad-Direttiva 93/83/KEE, b'mod speċjali fejn jidħlu ċerti mezzi tekniċi tat-trażmissjoni jew ċerti verżjonijiet tal-lingwa u n-natura u l-eżekuzzjoni ta' ċerti kuntratti, diment li dawn il-limitazzjonijiet fl-isfruttament ta' dawk id-drittijiet ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa possibbli għal detenturi tad-drittijiet li jiksbu remunerazzjoni xierqa għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom jew ta' materjal ieħor f'konformità mal-Artikolu 101 tat-TFUE.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Dan ir-Regolament, f'konformità mal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, ma jwaqqafx lil mudelli ta' liċenzjar eżistenti, bħal liċenzjar territorjali, u huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-liġi nazzjonali tal-kuntratt tad-drittijiet tal-awtur fir-rigward ta' remunerazzjoni xierqa, kif ukoll soluzzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv eżistenti għal trażmissjoni mill-ġdid fi ħdan Stat Membru.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satelliti, bit-terrestri diġitali, b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli u b'netwerks simili, jipprovdu servizzi li huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdu l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil meta dawn jittrażmettu mill-ġdid l-ewwel trażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru ieħor, b'mod simultanju, b'mod mhux mibdul u b'mod mhux imqassar, biex jaslu għand il-pubbliku, meta din l-ewwel trażmissjoni ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita iżda mhux bit-trażmissjonijiet online, u tkun maħsuba biex tasal għand il-pubbliku. Għaldaqstant dawn għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet. Is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġu offruti fuq l-internet miftuħ għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għax dawn is-servizzi għandhom karatteristiċi differenti. Dawn mhumiex marbutin ma' xi infrastruttura partikolari u l-kapaċità tagħhom li jiżguraw ambjent ikkontrollat hi limitata meta mqabbla pereżempju mad-distribuzzjoni bil-kejbil jew b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs.

(12)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satelliti, bit-terrestri diġitali, b'netwerks taċ-ċirkwit kemm miftuħa kif ukoll magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli u b'netwerks simili, jipprovdu servizzi li huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdu l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil meta dawn jittrażmettu mill-ġdid l-ewwel trażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru ieħor, b'mod simultanju, b'mod mhux mibdul u b'mod mhux imqassar, biex jaslu għand il-pubbliku, meta din l-ewwel trażmissjoni ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita iżda mhux bit-trażmissjonijiet online, u tkun maħsuba biex tasal għand il-pubbliku. Għaldaqstant dawn għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet. Is-servizzi tar-ritrażmissjoni bbażati fuq l-IP, kemm offruti fuq netwerks b'ċirkwit magħluq kif ukoll dawk fuq l-internet miftuħ, għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi ġestjoni kollettiva obbligatorja ta' drittijiet sakemm dawn ikunu jiżguraw ambjent ikkontrollat komparabbli ma' netwerks b'ċirkwit magħluq u jistgħu juru li s-servizzi tagħhom huma pprovduti lil grupp ta' abbonati jew ta' utenti rreġistrati li jista' jiġi ddefinit b'mod ċar. L-inklużjoni ta' tali servizzi hija kruċjali biex tkun possibbli, f'konformità mal-aspettattivi tal-konsumatur, il-portabbiltà ta' tali servizzi fl-Istat Membru ta' residenza, kif ukoll lil hinn minnu, permezz tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a.

 

__________________

 

1a Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut onlajn fis-suq intern (2015/0284(COD)).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali, b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli jew b'netwerks simili, u sabiex jingħelbu d-differenzi fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, għandhom japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE. Ir-regoli stabbiliti f'dik id-Direttiva jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Dan isir mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/26/UE18 u b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

(13)  Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali, b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, bl-internet miftuħ, b'netwerks mobbli jew b'netwerks simili, diment li jiġi żgurat ambjent ikkontrollat kif ukoll grupp ta' utenti delimitat u sabiex jingħelbu d-differenzi fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, għandhom japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE. Ir-regoli stabbiliti f'dik id-Direttiva jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Dan isir mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/26/UE18 u b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

__________________

__________________

18 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72-98.

18 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72-98.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Id-distributuri, bħall-operaturi bil-kejbil jew operaturi tal-pjattaformi, li jirċievu sinjali li jġorru programmi permezz ta' proċess ta' injezzjoni diretta għar-riċezzjoni mill-pubbliku għandhom ikunu koperti mid-dispożizzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv obbligatorju msemmija f'dan ir-Regolament, anki jekk komunikazzjoni lill-pubbliku ma tkunx seħħet qabel it-trażmissjoni tas-sinjal mid-distributur. Id-distributuri għandhom, għalhekk, jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet rilevanti fir-rigward tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom f'atti bħal dawn, soġġetta għal ġestjoni kollettiva obbligatorja. Il-kunċett ta' "injezzjoni diretta" huwa terminu tekniku għas-sitwazzjoni speċifika li fiha operaturi bil-kejbil jew ta' pjattaformi oħrajn jirċievu s-sinjal imxandar direttament mill-bini tax-xandar, jew permezz ta' netwerk privat li huwa magħluq, sabiex tali sinjal ma jkunx trażmess għar-riċezzjoni mill-pubbliku qabel ma jiġi trażmess mill-operatur li jkun irċieva s-sinjal. F'din is-sitwazzjoni, li normalment isseħħ fi Stat Membru, ikun hemm biss komunikazzjoni waħda singola lill-pubbliku ta' tali sinjal li jġorr programm. Din il-kjarifika hija importanti, sabiex tiġi evitata aktar kumplessità fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta' komunikazzjoni lill-pubbliku, li jkollha konsegwenzi lil hinn mill-kwistjoni ta' trażmissjoni mill-ġdid.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  L-applikazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati hija f'xi każijiet maqsuma f'diversi drittijiet nazzjonali ddefiniti territorjalment, ma' detenturi tad-dritt differenti u eżerċitata f'xi każijiet minn entità differenti. Bażi ta' data miżmuma minn organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv hija għalhekk meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet u l-ħila tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u l-operaturi tat-trażmissjoni mill-ġdid biex jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tkun evitata ċirkonvenzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini bl-estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-ftehimiet eżistenti dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-forniment tas-servizzi anċillari online, għall-aċċess għalihom jew għall-użu tagħhom, hemm bżonn li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini jiġi applikat ukoll għall-ftehimiet eżistenti iżda b'perjodu tranżitorju.

imħassar

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li jista' jkun hemm indħil fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet sa fejn l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju huwa meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt tal-komunikazzjoni lill-pubbliku fejn tidħol it-trażmissjoni mill-ġdid, hemm bżonn li din il-kundizzjoni tiġi preskritta b'mod immirat għal servizzi speċifiċi u b'mod li jkun jista' jsir tixrid usa' transfruntier tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju billi teħfief l-awtorizzazzjoni ta' dawn id-drittijiet.

(16)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li jista' jkun hemm indħil fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet sa fejn l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju huwa meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt tal-komunikazzjoni lill-pubbliku fejn tidħol it-trażmissjoni mill-ġdid, hemm bżonn li din il-kundizzjoni tiġi preskritta b'mod immirat għal servizzi speċifiċi u b'mod li jkun jista' jsir tixrid usa' transfruntier tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju billi teħfief l-awtorizzazzjoni ta' dawn id-drittijiet. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament eżistenti jew futur fl-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni ta' drittijiet bħal liċenzji kollettivi estiżi, preżunzjonijiet legali ta' rappreżentanza jew trasferiment, immaniġġjar kollettiv jew arranġamenti simili jew kombinazzjoni tagħhom.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Wara li r-Regolament ikun ilu fis-seħħ għal perjodu taż-żmien, dan għandu jsirlu rieżami biex jiġi vvalutat, fost l-oħrajn, kemm żdied il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej u b'hekk ukoll għall-benefiċċju li titjieb id-diversità kulturali fl-Unjoni.

(18)  F'konformità mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar, wara li r-Regolament ikun ilu fis-seħħ għal perjodu taż-żmien, dan għandu jsirlu rieżami biex jiġi vvalutat l-impatt tar-Regolament, u primarjament, kemm żdied il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej u b'hekk ukoll għall-benefiċċju li titjieb id-diversità kulturali fl-Unjoni. Dan ir-rieżami jenħtieġ li jiġi kkoordinat, fejn xieraq, ma' dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċessibbiltà transkonfinali tal-kontenut fuq il-pjattaformi tal-video-on-demand li kienu inklużi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2017/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, fil-forma ta' mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' tilwim. F'każ li dan il-mekkaniżmu ma jwassalx għal żieda sinifikanti fid-disponibbiltà transkonfinali tal-kontenut fuq pjattaformi li joffru video-on-demand, l-inklużjoni ta' dawk is-servizzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi kkunsidrata.

 

_________________

 

1a Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali, COM(2016)0593.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "servizz online anċillari" tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha, ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju b'mod simultanju max-xandira tal-organizzazzjoni tax-xandir jew wara perjodu taż-żmien definit mix-xandira, kif ukoll ta' kull materjal prodott mill-organizzazzjoni tax-xandir jew għaliha li jkun anċillari għal dan ix-xandir;

(a)  "servizz online anċillari" tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha, ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju prodotti minn jew għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, inklużi koproduzzjonijiet, l-iktar kmieni xahar qabel, b'mod simultanju max-xandira tal-organizzazzjoni tax-xandir, matul jew wara perjodu taż-żmien definit mix-xandira, kif ukoll ta' kull materjal prodott jew koprodott mill-organizzazzjoni tax-xandir jew għaliha li jkun anċillari għal dan ix-xandir;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "trażmissjoni mill-ġdid" tfisser trażmissjoni mill-ġdid simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE u minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid provduta b'servizz tal-aċċess għall-internet kif definit fir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi l-ewwel trażmissjoni minn Stat Membru ieħor bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita iżda mhux bi trażmissjoni online, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, diment li din it-trażmissjoni mill-ġdid tagħmilha parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet l-ewwel trażmissjoni jew diment li din it-trażmissjoni tkun saret bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha.

(b)  "trażmissjoni mill-ġdid" tfisser kwalunkwe trażmissjoni mill-ġdid mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE, f'ambjent ikkontrollat, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi l-ewwel trażmissjoni minn Stat Membru ieħor bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, diment li din it-trażmissjoni mill-ġdid tagħmilha parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet l-ewwel trażmissjoni jew diment li din it-trażmissjoni tkun saret bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha.

__________________

 

1 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "injezzjoni diretta" tfisser vetturi b'żewġ proċessi jew aktar, li permezz tagħhom l-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu s-sinjali tagħhom li jwasslu l-programmi, minn punt sa punt, permezz ta' linja privata, b'tali mod li dawn is-sinjali ma jistgħux jiġu riċevuti mill-pubbliku ġenerali matul it-trażmissjoni, lil distributur li mbagħad joffri dawn il-programmi għall-pubbliku b'mod mhux mibdul u mhux imqassar, biex wieħed jara jew jisma' permezz ta' sistemi bil-kejbil, microwave, satellita, diġitali terrestri, ibbażati fuq l-IP jew netwerks simili.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u tad-disponibbiltà li jseħħu waqt il-forniment tas-servizz online anċillari minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha kif ukoll l-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-atti, għandhom jitqiesu li qed iseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.

(1)  Mingħajr preġudizzju għall-għażla għat-trasferiment ta' drittijiet esklussivi, l-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u tad-disponibbiltà għall-pubbliku li jseħħu waqt il-forniment tas-servizz online anċillari minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha kif ukoll l-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-atti, għandhom jitqiesu li qed iseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha. Kwalunkwe tilwim dwar l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għandhom jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Meta jiġu biex jiffissaw l-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet skont il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-partijiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħalma huma l-karatteristiċi tas-servizz online anċillari, l-udjenza, u l-verżjoni tal-lingwa.

(2)  Meta jiġu biex jiffissaw l-ammont xieraq tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet skont il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-partijiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħalma huma l-karatteristiċi tas-servizz online anċillari, l-udjenza, l-udjenza potenzjali fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha u kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, u l-verżjonijiet kollha lingwistiċi u sottotitolati.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-Paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw ukoll għal każijiet ta' injezzjoni diretta, kif definit fil-punt (ba) tal-Artikolu 1.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom iżommu bażi ta' data li tipprovdi informazzjoni relatata mal-applikazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' drttijiet relatati inklużi s-sid ta' dritt, it-tip ta' użu, it-territorju, u l-perjodu ta' żmien.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju

Referenzi

COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Vicky Ford

11.10.2016

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Julia Reda

Eżami fil-kumitat

9.2.2017

20.3.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

11.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Kaja Kallas, Arndt Kohn, Julia Reda, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella, Ulrike Trebesius

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anne-Marie Mineur

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Dita Charanzová, Kaja Kallas, Jasenko Selimovic

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Ulrike Trebesius

EFDD

Marco Zullo

PPE

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza Bildt, Ildikó Gáll-Pelcz, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

S&D

Lucy Anderson, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sergio Gutiérrez Prieto, Arndt Kohn, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

6

-

ECR

Anneleen Van Bossuyt

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Dennis de Jong

Verts/ALE

Pascal Durand, Julia Reda

1

0

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (28.6.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju
(COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Petra Kammerevert

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u l-internet biddlu d-distribuzzjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom. Kulma jmur l-utenti qed jistennew dejjem aktar li jkollhom aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju kemm diretti kif ukoll on-demand, permezz ta’ mezzi tradizzjonali bħas-satellita jew il-kejbil u anki b’servizzi online. Għaldaqstant, minbarra x-xandiriet tagħhom stess tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kulma jmur l-organizzazzjonijiet tax-xandir qed joffru dejjem aktar servizzi online anċillari għax-xandir tagħhom, bħalma huma s-servizzi tax-xandir simultanju u s-servizzi tar-ripetizzjoni. L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġbru l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju f’pakketti u jipprovduhom lill-utenti waqt l-ewwel trażmissjoni tax-xandira, mingħajr bidla u mingħajr tqassir, jużaw diversi tekniki tat-trażmissjoni mill-ġdid bħall-kejbil, is-satellita, it-terrestri diġitali, netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs jew netwerks mobbli kif ukoll l-internet miftuħ. Min-naħa tal-utenti, kulma jmur qed tiżdied id-domanda għal aċċess għal xandiriet tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li ma joriġinawx biss fl-Istat Membru tagħhom iżda anki fi Stati Membri oħra tal-UE, fosthom mingħand membri tal-minoranzi lingwistiċi tal-Unjoni u mingħand persuni li jgħixu fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom.

(2)  L-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u l-internet biddlu u jkomplu jbiddlu d-distribuzzjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom. Kulma jmur l-utenti qed jistennew dejjem aktar li jkollhom aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju kemm diretti kif ukoll on-demand, permezz ta’ mezzi tradizzjonali bħas-satellita jew il-kejbil u anki b’servizzi online. Għaldaqstant, minbarra x-xandiriet tagħhom stess tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kulma jmur l-organizzazzjonijiet tax-xandir qed joffru dejjem aktar servizzi online bħalma huma s-servizzi tax-xandir simultanju, il-webcasting u s-servizzi tar-ripetizzjoni, li huma komplementari għall-output lineari tradizzjonali tagħhom. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tax-xandir qed jagħmlu programmi simili għal dawk tat-televiżjoni u tar-radju disponibbli online biss jew online l-ewwel. Dawn il-prattiki jirrappreżentaw realtà dejjem akbar, li tista’ tiġi spjegata bit-tibdil fir-realtajiet tas-suq u d-domandi tal-konsumaturi. L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġbru l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju f’pakketti u jipprovduhom lill-utenti waqt l-ewwel trażmissjoni tax-xandira, mingħajr bidla u mingħajr tqassir, jużaw diversi tekniki tat-trażmissjoni mill-ġdid bħall-kejbil, is-satellita, it-terrestri diġitali, netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs jew netwerks mobbli kif ukoll l-internet miftuħ. Id-distribuzzjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom għaldaqstant qegħdin dejjem isiru aktar fuq bażi ta’ pjattaformi multipli u teknoloġikament newtrali. Min-naħa tal-utenti, kulma jmur qed tiżdied id-domanda għal aċċess għal xandiriet tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju fuq kwalunkwe pjattaforma f’ambjent mingħajr fruntieri, għalhekk ma joriġinawx biss fl-Istat Membru tagħhom iżda anki fi Stati Membri oħra tal-UE, fosthom mingħand membri tal-minoranzi lingwistiċi tal-Unjoni u mingħand persuni li jgħixu fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Hemm bosta ostakli li jfixklu l-forniment tas-servizzi online anċillari għax-xandiriet u l-forniment tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, u b’hekk ixekklu l-moviment liberu tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju fi ħdan l-Unjoni. L-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu kuljum ħafna sigħat ta’ aħbarijiet, programmi kulturali, divertenti jew politiċi, jew dokumentarji, Dawn il-programmi jkun fihom varjetà ta’ kontenut bħal xogħol awdjoviżiv, mużikali, letterarju jew grafiku li hu protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew bi drittijiet relatati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan joħloq proċess kumpless biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet mingħand għadd kbir ta’ detenturi tad-drittijiet u għal kategoriji differenti ta’ xogħlijiet u ta’ materjal protett ieħor. Ħafna drabi l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tkun meħtieġa fi żmien qasir, b’mod partikolari meta jkunu qed jitħejjew l-aħbarijiet jew programmi tal-ġrajjiet kurrenti. Sabiex is-servizzi tagħhom jagħmluhom disponibbli lil hinn mill-fruntieri, l-organizzazzjonijiet tax-xandir ikollhom bżonn id-drittijiet meħtieġa għal xogħlijiet u materjal protett ieħor għal kull territorju rilevanti u dan iżid il-kumplessità tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet.

(3)  L-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu kuljum ħafna sigħat ta’ programmi ta’ aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti. Dawn il-programmi jkun fihom varjetà ta’ kontenut bħal xogħol awdjoviżiv, mużikali, letterarju jew grafiku li hu protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew bi drittijiet relatati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan joħloq proċess kumpless biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet mingħand għadd kbir ta’ detenturi tad-drittijiet u għal kategoriji differenti ta’ xogħlijiet u ta’ materjal protett ieħor. Ħafna drabi l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tkun meħtieġa fi żmien qasir. Sabiex is-servizzi tagħhom jagħmluhom disponibbli lil hinn mill-fruntieri, l-organizzazzjonijiet tax-xandir ikollhom bżonn id-drittijiet meħtieġa għal xogħlijiet u materjal protett ieħor għal kull territorju rilevanti u dan iżid il-kumplessità tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, li normalment joffru bosta programmi li jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, ikollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u għalhekk ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet. Hemm ukoll riskju għad-detenturi tad-drittijiet li x-xogħlijiet tagħhom u materjal protett ieħor tagħhom jiġu sfruttati mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom jew ħlas lilhom,

(4)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, li normalment joffru bosta programmi li jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, ikollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u għalhekk ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-drittijiet fejn jidħlu x-xogħlijiet u materjal protett ieħor huma armonizzati, fost l-oħrajn, bid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 u D-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.16

(5)  Id-drittijiet fejn jidħlu x-xogħlijiet u materjal protett ieħor huma armonizzati, fost l-oħrajn, bid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 u d-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.16 L-objettiv prinċipali ta’ dawk l-istrumenti huwa li jiġi stabbilit livell għoli ta’ protezzjoni għad-detenturi tad-drittijiet.

_________________

_________________

15 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10-19.

15 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

16 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata), ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28-35.

16 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata), ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE17 tiffaċilita x-xandir transfruntier bis-satellita u t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra tal-Unjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva dwar it-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir huma limitati għat-trażmissjonijiet bis-satellita u għalhekk ma japplikawx għas-servizzi online anċillari għax-xandir filwaqt li d-dispożizzjonijiet dwar trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra huma limitati għat-trażmissjonijiet mill-ġdid simultanji, mhux mibdulin u mhux imqassrin bil-kejbil jew b’sistemi microwave u ma jestendux għat-trażmissjonijiet mill-ġdid permezz ta’ teknoloġiji oħra.

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE17 tiffaċilita x-xandir transfruntier bis-satellita u t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra tal-Unjoni.

_________________

_________________

17 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta’ Settembru 1993 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrażmissjoni bil-cable, ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15-21.

17 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta’ Settembru 1993 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrażmissjoni bil-cable, ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15-21.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għalhekk, il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għax-xandir u t-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra għandhom jeħfiefu billi jiġi adattat il-qafas ġuridiku dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-attivitajiet.

imħassar

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Is-servizzi online anċillari li jkopri dan ir-Regolament huma dawk tas-servizzi li joffru l-organizzazzjonijiet tax-xandir li għandhom rabta ċara u subordinata max-xandir. Dawn jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju b’mod lineari u fl-istess waqt tax-xandir u s-servizzi li jagħtu aċċess, fi żmien definit wara x-xandira, għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li tkun diġà xandret l-organizzazzjoni tax-xandir (l-hekk imsejħa servizzi tar-ripetizzjoni). Barra minn hekk, is-servizzi online jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għal materjal li jagħni jew inkella jespandi l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li xandret l-organizzazzjoni tax-xandir, fosthom bi previżjoni, estensjoni, supplimentar jew reviżjoni tal-kontenut tal-programm rilevanti. L-għoti tal-aċċess għal xogħol individwali jew materjal protett ieħor individwi li jkun inkorporat fi programm tat-televiżjoni jew tar-radju ma għandux jitqies bħala servizz online anċillari. Bl-istess mod, l-għoti tal-aċċess għal xogħlijiet jew materjal protett ieħor b’mod indipendenti mix-xandir, bħalma huma s-servizzi li jagħtu aċċess għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, albums tal-mużika jew vidjos, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ servizz online anċillari.

imħassar

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Bil-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, se jkun jista’ jibqa’ jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet milquta mill-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f’dan ir-Regolament, b’mod speċjali fejn jidħlu ċerti mezzi tekniċi tat-trażmissjoni jew ċerti verżjonijiet tal-lingwa, diment li dawn il-limitazzjonijiet fl-isfruttament ta’ dawk id-drittijiet ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni.

(11)  Bil-prinċipju tal-libertà kuntrattwali u biex jiġu appoġġati l-mudelli ta’ liċenzjar eżistenti, bħal-liċenzjar territorjali esklużiv, li jippermetti l-mekkaniżmi ta’ finanzjament, li huma vitali għall-produzzjoni awdjoviżiva, kif ukoll l-aqwa distribuzzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali, għandu jkun jista’ jibqa’ jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet milquta mill-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f’dan ir-Regolament, b’mod speċjali fejn jidħlu ċerti mezzi tekniċi tat-trażmissjoni, bħall-imblukkar ġeografiku u l-iffiltrar ġeografiku jew ċerti verżjonijiet tal-lingwa, diment li dawn il-limitazzjonijiet fl-isfruttament ta’ dawk id-drittijiet ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  billi l-filosofija li hemm wara ħafna ftehimiet ta’ koproduzzjoni internazzjonali hija li l-jeddijiet fil-koproduzzjoni huma eżerċitati separatament u indipendentement minn kull koproduttur, billi d-drittijiet ta’ sfruttament jiġu diviżi bejniethom mal-linji territorjali; Fl-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ kull koproduttur, id-drittijiet ta’ koproduttur ieħor għandhom jiġu kkunsidrati filwaqt li jiġi rispettat is-sehem ta’ finanzjament tal-partijiet. Meta awtorizzazzjoni ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jew id-disponibilità għall-pubbliku ta’ xogħlijiet awdjoviżivi koprodotti minn koproduttur tippreġudika serjament il-valur tad-drittijiet ta’ sfruttament ta’ koproduttur ieħor, ftehimiet bejn koprodutturi jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet biex ikopru sitwazzjonijiet li fihom il-koproduttur imsemmi l-aħħar ikollu jagħti l-kunsens tiegħu għall-awtorizzazzjoni mill-koproduttur imsemmi aktar ’il quddiem, pereżempju fejn il-verżjoni jew verżjonijiet tal-lingwa tax-xogħlijiet magħmula disponibbli, inkluż fejn il-verżjoni tkun iddabbjata jew bis-sottotitli, tikkoinċidi jew jikkoinċidu mal-lingwa jew mal-lingwi li jkunu mifhuma b’mod ġenerali fit-territorju magħżul mill-ftehim għal koproduttur ieħor. Għalhekk, ftehimiet bejn il-koprodutturi jistgħu jirrikjedu, safejn ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-użu ta’ miżuri tekniċi sabiex parti tinżamm milli tindaħal fl-isfruttament ta’ territorju miftiehem tal-parti l-oħra.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  It-teknoloġiji ta’ injezzjoni diretta jippermettu li s-sinjal li jġorr il-programmi ta’ organizzazzjoni tax-xandir ikun trażmess esklużivament lill-operaturi tas-servizzi ta’ trażmissjoni mill-ġdid. L-operaturi min-naħa tagħhom jiġbru s-sinjali f’pakkett u jgħadduhom lill-klijenti tagħhom, waqt li sikwit jinkludu servizzi relatati oħra ta’ valur miżjud, bħas-servizzi tar-ripetizzjoni, portabbiltà lokali u servizzi ta’ streaming. It-twassil ta’ pprogrammar li hu miġbur f’daqqa u ġestit mill-organizzazzjonijiet tax-xandir jirrappreżenta sehem sinifikanti tal-qligħ għall-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil. L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid għandhom jibqgħu jħallsu lid-detenturi tad-drittijiet irrispettivament mit-teknoloġija użata.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satelliti, bit-terrestri diġitali, b’netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b’netwerks mobbli u b’netwerks simili, jipprovdu servizzi li huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdu l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil meta dawn jittrażmettu mill-ġdid l-ewwel trażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru ieħor, b’mod simultanju, b’mod mhux mibdul u b’mod mhux imqassar, biex jaslu għand il-pubbliku, meta din l-ewwel trażmissjoni ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita iżda mhux bit-trażmissjonijiet online, u tkun maħsuba biex tasal għand il-pubbliku. Għaldaqstant dawn għandhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet. Is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġu offruti fuq l-internet miftuħ għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għax dawn is-servizzi għandhom karatteristiċi differenti. Dawn mhumiex marbutin ma’ xi infrastruttura partikolari u l-kapaċità tagħhom li jiżguraw ambjent ikkontrollat hi limitata meta mqabbla pereżempju mad-distribuzzjoni bil-kejbil jew b’netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs.

(12)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satelliti, bit-terrestri diġitali, b’netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b’netwerks mobbli u b’netwerks simili u permezz ta’ servizz ta’ aċċess bl-internet skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jipprovdu servizzi li huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdu l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil meta dawn jittrażmettu mill-ġdid l-ewwel trażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru ieħor, b’mod simultanju, b’mod mhux mibdul u b’mod mhux imqassar, biex jaslu għand il-pubbliku, meta din l-ewwel trażmissjoni ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita, kif ukoll trażmissjonijiet online, u intenzjonati biex jirċevihom il-pubbliku. Għaldaqstant dawn għandhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet. Is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġu offruti fuq l-internet miftuħ għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biss jekk ma jistgħux jiżguraw ambjent magħluq meta mqabbla pereżempju mad-distribuzzjoni bil-kejbil jew b’netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali, b’netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b’netwerks mobbli jew b’netwerks simili, u sabiex jingħelbu d-differenzi fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, għandhom japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE. Ir-regoli stabbiliti f’dik id-Direttiva jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta’ servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid permezz ta’ organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Dan isir mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/26/UE18 u b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta’ organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

(13)  Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali, b’netwerks ibbażati fuq l-IPs, b’netwerks mobbli jew b’netwerks simili, u sabiex jingħelbu d-differenzi fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, għandhom japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE. Ir-regoli stabbiliti f’dik id-Direttiva jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta’ servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid permezz ta’ organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Dan isir mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/26/UE18 u b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta’ organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

__________________

__________________

18 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72-98.

18 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72-98.

Emenda     13

Proposta għal regolament

remessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Sabiex tiġi sodisfatta d-domanda min-naħa tal-konsumaturi, l-eżerċitar tad-drittijiet tat-trażmissjoni mill-ġdid kif definit f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE jenħtieġ li japplika wkoll għall-funzjonalitajiet li huma konnessi mill-qrib max-xandira lineari li għaliha jinkisbu d-drittijiet ta’ trażmissjoni mill-ġdid. Is-servizzi f’ħin ieħor (time-shifted services), li huma magħmula disponibbli għal perjodu ta’ żmien limitat, kif miftiehem kuntrattwalment bejn il-partijiet, waqt jew wara t-trażmissjoni mill-ġdid, bħall-PVR (personal video recording) ibbażat fuq l-internet u restart-TV, jenħtieġ li jitqiesu bħala funzjonalitajiet tali. Funzjonalità li tissostitwixxi s-servizzi online ta’ organizzazzjoni tax-xandir jenħtieġ li ma titqiesx bħala funzjonalità li hija marbuta mill-qrib max-xandir lineari li għaliha d-drittijiet ta’ trażmissjoni mill-ġdid huma miksuba. L-eżerċitar tad-drittijiet ta’ trażmissjoni mill-ġdid, għalhekk, jenħtieġ li ma japplikawx għal tali funzjonalità offruta minn operatur ta’ trażmissjoni mill-ġdid.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tkun evitata ċirkonvenzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini bl-estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-ftehimiet eżistenti dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li huma rilevanti għall-forniment tas-servizzi anċillari online, għall-aċċess għalihom jew għall-użu tagħhom, hemm bżonn li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini jiġi applikat ukoll għall-ftehimiet eżistenti iżda b’perjodu tranżitorju.

imħassar

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Ix-xandara li jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programm tagħhom permezz ta’ proċess ta’ injezzjoni diretta lid-distributuri biex jaslu għand il-pubbliku jenħtieġ li jkunu responsabbli b’mod konġunt mad-distributuri tagħhom għall-atti uniċi u indiviżibbli ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, li dawn iwettqu flimkien. Organizzazzjonijiet tax-xandir u distributuri bħal dawn, għalhekk, jenħtieġ li jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati fir-rigward tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom f’dawn l-atti.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  “Programmi ta’ ġrajjiet kurrenti” tfisser ġeneru ta’ ġurnaliżmu mxandar fejn l-enfasi ssir fuq analiżi dettaljata u diskussjoni tal-istejjer tal-aħbarjiet li jkunu seħħew reċentement jew li jkun għadhom qed iseħħu fil-mument tax-xandira;

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  “Programmi tal-aħbarijiet” tfisser ġeneru ta’ programmi li jpoġġi enfasi fuq rapporti tal-aħbarijiet prodotti għal preżentazzjoni sempliċi malajr kemm jista’ jkun, sikwit b’minimu ta’ analiżi;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  “trażmissjoni mill-ġdid” tfisser trażmissjoni mill-ġdid simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE u minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid provduta b’servizz tal-aċċess għall-internet kif definit fir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi l-ewwel trażmissjoni minn Stat Membru ieħor bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita iżda mhux bi trażmissjoni online, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, diment li din it-trażmissjoni mill-ġdid tagħmilha parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet l-ewwel trażmissjoni jew diment li din it-trażmissjoni tkun saret bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha.

(b)  “trażmissjoni mill-ġdid” tfisser trażmissjoni mill-ġdid simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE u minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid provduta b’servizz tal-aċċess għall-internet kif definit fir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi l-ewwel trażmissjoni minn Stat Membru ieħor bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita iżda mhux bi trażmissjoni online, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, diment li din it-trażmissjoni mill-ġdid tagħmilha parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet l-ewwel trażmissjoni jew diment li din it-trażmissjoni tkun saret bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha. Trażmissjonijiet mill-ġdid online jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament diment li huma marbuta ma’ infrastruttura partikolari jew ikunu kapaċi jiżguraw ambjent kontrollat tal-grupp tal-utenti.

__________________

__________________

19 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.

19 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  “ambjent magħluq” tfisser kwalunkwe ambjent li fih operatur ta’ trażmissjoni mill-ġdid jipprovdi biss servizz ta’ trażmissjoni mill-ġdid lil grupp definibbli ta’ konsumaturi;

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  “injezzjoni diretta” tfisser proċess b’żewġ stadji jew iżjed li bih l-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu, “minn punt sa punt” , bil-fili jew mingħajr fili, inkluż bis-satellita u b’tali mod li s-sinjali li jwasslu l-programmi ma jkunux jistgħu jiġu riċevuti mill-pubbliku ġenerali matul din it-trażmissjoni, is-sinjali li jwasslu l-programmi tagħhom biex jirċevihom il-pubbliku, lil distributuri li mbagħad joffru dawn il-programmi lill-pubbliku, b’mod simultanju, b’mod mhux mibdul u imqassar, għall-wiri jew għas-smigħ fuq netwerks tal-kejbil, netwerks b’sistemi microwave, bis-satellita, fuq netwerks terrestri diġitali, netwerks ibbażati fuq l-IP jew netwerks simili.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-paragrafu 1 ma japplikax għas-servizzi online li, meta jitqiesu globalment, huma primarjament immirati jew immirati biss lejn udienza fi Stat Membru li mhuwiex il-pajjiż ta’ stabbiliment prinċipali tal-organizzazzjoni tax-xandir.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Il-paragrafu 1 m’għandux jimmina l-libertà kuntrattwali fil-qasam tal-liġi dwar id-dritt tal-awtur u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva 2001/29/KE. Id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti tad-drittijiet jistgħu għalhekk jaqblu li jillimitaw l-ambitu ġeografiku tad-drittijiet affettwati mill-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini, bil-kundizzjoni li dawn josservaw ir-regoli rilevanti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal atti ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u r-riproduzzjoni ta’:

 

(i)  xogħlijiet awdjoviżivi liċenzjati lill-organizzazzjoni tax-xandir minn parti terza, inkluż minn organizzazzjoni oħra, ħlief jekk tali xogħlijiet awdjoviżivi huma kkummissjonati u ffinanzjati kompletament minn organizzazzjoni tax-xandir li jipprovdu s-servizz online imsemmi fil-paragrafu 1;

 

(ii)  xogħlijiet awdjoviżivi koprodotti sakemm ma jkunux kompletament iffinanzjati mill-organizzazzjoni tax-xandir; u 

 

(iii)  xogħlijiet jew materjali oħra protetti inklużi fi trażmissjonijiet ta’ avvenimenti sportivi.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-prinċipju tal-libertà kuntrattwali jissalvagwardja l-kapaċità li jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet affettwati mill-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini stabbilit fil-paragrafu 1, inkluż permezz ta’ ftehim ta’ esklużività territorjali assoluta. Fil-każ li deċiżjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni jipprevjenu klawżoli kuntrattwali li jagħtu u/jew jinfurzaw esklużività territorjali assoluta, id-dispożizzjoni fil-paragrafu 1 m’għandhiex tibqa’ tapplika.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fejn awtur ikun ittrasferixxa d-dritt tiegħu ta’ trażmissjoni mill-ġdid lil organizzazzjoni tax-xandir jew produttur, l-awtur għandu jżomm id-dritt li jikseb remunerazzjoni ġusta għat-trażmissjoni mill-ġdid tax-xogħol tiegħu. L-amministrazzjoni ta’ tali dritt tista’ tiġi fdata lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li tirrappreżenta lill-awturi.

 

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tipprekludi ftehimiet ta’ negozjar kollettiv, arranġamenti operattivi u regoli ta’ remunerazzjoni konġunti tal-organizzazzjonijiet tax-xandir, diment li l-awtur jingħata remunerazzjoni ġusta għat-trażmissjoni mill-ġdid ta’ xogħlu.

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Dispożizzjoni tranżitorja

 

Il-ftehimiet dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li huma rilevanti għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u għall-atti tad-disponibbiltà li jseħħu waqt il-forniment ta’ servizz online anċillari kif ukoll għall-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizz online anċillari, l-aċċess għalih jew l-użu tiegħu li jkunu fis-seħħ fi [the date mentioned in Article 7(2), to be inserted by OPOCE] għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 2 minn [the date mentioned in Article 7(2) + 2 years, to be inserted by OPOCE], jekk dawn ikunu jiskadu wara dik id-data.

 

Emenda     27

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Sfruttament ta’ programmi tax-xandir permezz ta’ proċess ta’ injezzjoni diretta

 

L-organizzazzjonijiet tax-xandir li jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programm tagħhom permezz ta’ proċess ta’ injezzjoni diretta lid-distributuri biex jaslu għand il-pubbliku huma responsabbli b’mod konġunt ma’ dawn id-distributuri għall-atti uniċi u indiviżibbli ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, li dawn iwettqu flimkien. Tali organizzazzjonijiet tax-xandir u tali distributuri, għalhekk, għandhom jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati fir-rigward tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom f’dawn l-atti.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sa mhux aktar tard minn [3 years after the date mentioned in Article 7(2) to be inserted by OPOCE], il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport fuq is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(1)  Sa mhux aktar tard minn [3 years after the date mentioned in Article 7(2) to be inserted by OPOCE], il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport fuq is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkun magħmul faċilment u effettivament aċċessibbli għall-pubbliku.

ANNESS: LISTA TA’ ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija magħmula fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta’ rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Unjoni Ewropea tax-Xandir (EBU)

European Composer and Songwriter Alliance (ECSA)

European Grouping of Societies of Authors and Composers (GESAC)

International Confederation of Music Publishers (ICMP)

ARD

ZDF

Vodafone

Association of European Radios (AER)

Association for the International Collective Management of Audiovisual Works (AGICOA)

GSM-Association (GSMA)

European Film Agency Directors (EFADs)

Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Society of Audiovisual Authors (SAA)

Gesellschaft für musikalische Aufführungs- und mechanische Vervielfältigungsrechte (GEMA).

Bundesverband Informationswirtschaft, Telekommunikation und neue Medien e. V. (Bitkom)

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju

Referenzi

COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

6.10.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

16.3.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Petra Kammerevert

25.10.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Martin Sonneborn, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Emma McClarkin, Martina Michels

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Borrelli

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ECR

Angel Dzhambazki, Emma McClarkin, Morten Messerschmidt, John Procter

PPE

Andrea Bocskor, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Momchil Nekov, Julie Ward, Krystyna Łybacka

Verts/ALE

Helga Trüpel

9

-

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

EFDD

David Borrelli

ENF

Dominique Bilde

GUE/NGL

Curzio Maltese, Martina Michels

NI

Martin Sonneborn

S&D

Petra Kammerevert

Verts/ALE

Jill Evans

1

0

S&D

Luigi Morgano

Tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (23.6.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju
(COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jerzy Buzek

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament għandha l-għan li tippromwovi tixrid usa' tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju billi testendi ċerti prinċipji tad-Direttiva tal-1993 dwar it-trażmissjoni permezz tas-satellita u bil-kejbil għall-ambjent online, inkluża l-estensjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini għas-servizzi online "anċillari" tax-xandara u l-estensjoni tal-ġestjoni kollettiva obbligatorja għas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid ipprovduti b'mezzi oħra għajr il-kejbil, fuq netwerks magħluqa.

Ir-rapporteur jappoġġja l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni li testendi l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini għas-servizzi online "anċillari" tax-xandara biex jiġi ffaċilitat il-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u xogħlijiet relatati. Barra minn hekk, ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet dwar l-estensjoni tal-ġestjoni kollettiva obbligatorja, iżda huwa tal-fehma li anki t-trażmissjonijiet mill-ġdid fuq l-internet miftuħ għandhom ikunu koperti, sakemm dawn ikunu marbuta ma' ambjent ikkontrollat, bħal grupp ta' utenti li jista' jiġi definit abbażi tar-reġistrazzjoni jew il-verifika tal-utent.

Fl-istess ħin, għandu jiġi enfasizzat li dawn ir-regoli jkunu kompatibbli mal-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, li huwa kruċjali għall-vijabbiltà fit-tul tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej. Ir-rapporteur għandu l-għan li jsaħħaħ dawn id-dispożizzjonijiet billi jqis l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-finanzjament ta' xogħlijiet awdjoviżivi fl-Ewropa, kif ukoll l-investiment fihom, fir-rieżami tar-Regolament mill-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Bħala kontribut għall-funzjonament tas-suq intern, hemm bżonn li jitwessa' t-tixrid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra għall-benefiċċju tal-utenti madwar l-Unjoni, billi jeħfief il-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkun fihom ix-xandiriet ta' programmi bħal dawn. Fil-fatt, il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju huma mezz importanti li jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika, il-koeżjoni soċjali u l-aċċess għall-informazzjoni.

(1)  Bħala kontribut għall-funzjonament tas-suq intern u biex jiġu promossi d-diversità kulturali u lingwistika, il-koeżjoni soċjali, u l-aċċess għall-informazzjoni, hemm bżonn li jitwessa' t-tixrid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra għall-benefiċċju tal-utenti madwar l-Unjoni, billi jeħfief il-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkun fihom ix-xandiriet ta' programmi bħal dawn.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1а)   Il-ħolqien ta' rabtiet kummerċjali bejn l-operaturi tas-servizzi tal-midja u tar-radju fl-Istati Membri għandu jitħeġġeġ, sabiex, fuq talba ta' konsumatur residenti fi kwalunkwe Stat Membru partikolari, jistgħu jiġu pprovduti servizzi raggruppati li jinkludu programmi minn Stat Membru ieħor.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u l-internet biddlu d-distribuzzjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom. Kulma jmur l-utenti qed jistennew dejjem aktar li jkollhom aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju kemm diretti kif ukoll on-demand, permezz ta' mezzi tradizzjonali bħas-satellita jew il-kejbil u anki b'servizzi online. Għaldaqstant, minbarra x-xandiriet tagħhom stess tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kulma jmur l-organizzazzjonijiet tax-xandir qed joffru dejjem aktar servizzi online anċillari għax-xandir tagħhom, bħalma huma s-servizzi tax-xandir simultanju u s-servizzi tar-ripetizzjoni. L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġbru l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju f'pakketti u jipprovduhom lill-utenti waqt l-ewwel trażmissjoni tax-xandira, mingħajr bidla u mingħajr tqassir, jużaw diversi tekniki tat-trażmissjoni mill-ġdid bħall-kejbil, is-satellita, it-terrestri diġitali, netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs jew netwerks mobbli kif ukoll l-internet miftuħ. Min-naħa tal-utenti, kulma jmur qed tiżdied id-domanda għal aċċess għal xandiriet tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li ma joriġinawx biss fl-Istat Membru tagħhom iżda anki fi Stati Membri oħra tal-UE, fosthom mingħand membri tal-minoranzi lingwistiċi tal-Unjoni u mingħand persuni li jgħixu fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom.

(2)  L-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali tas-suq online qed jittrasforma d-distribuzzjoni tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom. Kulma jmur l-utenti qed jistennew dejjem aktar li jkollhom aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju kemm diretti kif ukoll on-demand, permezz ta' mezzi tradizzjonali bħas-satellita jew il-kejbil u anki b'servizzi online. Għaldaqstant, minbarra x-xandiriet tagħhom stess tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kulma jmur l-organizzazzjonijiet tax-xandir qed joffru dejjem aktar servizzi online anċillari għax-xandir tagħhom, bħalma huma s-servizzi tax-xandir simultanju u s-servizzi tar-ripetizzjoni, sabiex iwessgħu l-programmazzjoni standard tagħhom. L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġbru l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju f'pakketti u jipprovduhom lill-utenti waqt l-ewwel trażmissjoni tax-xandira, mingħajr bidla u mingħajr tqassir, jużaw diversi tekniki tat-trażmissjoni mill-ġdid bħall-kejbil, is-satellita, it-terrestri diġitali, netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs jew netwerks mobbli kif ukoll l-internet miftuħ. Id-distribuzzjoni ta' programmi tat-televiżjoni u tar-radju u l-aċċess għalihom għalhekk qegħdin dejjem isiru fuq bażi b'bosta pjattaformi u teknoloġikament newtrali. Min-naħa tal-utenti, kulma jmur qed tiżdied id-domanda għal aċċess għal xandiriet tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju fuq kwalunkwe pjattaforma f'ambjent mingħajr fruntieri li għalhekk ma joriġinawx biss fl-Istat Membru tagħhom iżda anki fi Stati Membri oħra tal-UE, fosthom mingħand membri tal-minoranzi lingwistiċi tal-Unjoni u mingħand persuni li jgħixu fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tal-oriġini tagħhom jew li jivvjaġġjaw hemmhekk temporanjament.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2а)  Il-fornituri tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li s-servizzi tekniċi tagħhom isiru gradwalment aċċessibbli għall-persuni b'diżabilitajiet viżivi jew tas-smigħ.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Hemm bosta ostakli li jfixklu l-forniment tas-servizzi online anċillari għax-xandiriet u l-forniment tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, u b'hekk ixekklu l-moviment liberu tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju fi ħdan l-Unjoni. L-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu kuljum ħafna sigħat ta' aħbarijiet, programmi kulturali, divertenti jew politiċi, jew dokumentarji, Dawn il-programmi jkun fihom varjetà ta' kontenut bħal xogħol awdjoviżiv, mużikali, letterarju jew grafiku li hu protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew bi drittijiet relatati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan joħloq proċess kumpless biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet mingħand għadd kbir ta' detenturi tad-drittijiet u għal kategoriji differenti ta' xogħlijiet u ta' materjal protett ieħor. Ħafna drabi l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tkun meħtieġa fi żmien qasir, b'mod partikolari meta jkunu qed jitħejjew l-aħbarijiet jew programmi tal-ġrajjiet kurrenti. Sabiex is-servizzi tagħhom jagħmluhom disponibbli lil hinn mill-fruntieri, l-organizzazzjonijiet tax-xandir ikollhom bżonn id-drittijiet meħtieġa għal xogħlijiet u materjal protett ieħor għal kull territorju rilevanti u dan iżid il-kumplessità tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet.

(3)  L-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu kuljum ħafna sigħat ta' programmi ta' aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti. Dawn il-programmi jkun fihom varjetà ta' kontenut bħal xogħol awdjoviżiv, mużikali, letterarju jew grafiku li hu protett bid-drittijiet tal-awtur u/jew bi drittijiet relatati skont il-liġi tal-Unjoni. Dan joħloq proċess kumpless biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet mingħand għadd kbir ta' detenturi tad-drittijiet u għal kategoriji differenti ta' xogħlijiet u ta' materjal protett ieħor. Ħafna drabi l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tkun meħtieġa fi żmien qasir, b'mod partikolari meta jkunu qed jitħejjew l-aħbarijiet jew programmi tal-ġrajjiet kurrenti. Sabiex is-servizzi tagħhom jagħmluhom disponibbli lil hinn mill-fruntieri, l-organizzazzjonijiet tax-xandir ikollhom bżonn id-drittijiet meħtieġa għal xogħlijiet u materjal protett ieħor għal kull territorju rilevanti u dan iżid il-kumplessità tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, li normalment joffru bosta programmi li jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, ikollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u għalhekk ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet. Hemm ukoll riskju għad-detenturi tad-drittijiet li x-xogħlijiet tagħhom u materjal protett ieħor tagħhom jiġu sfruttati mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom jew ħlas lilhom,

(4)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, li normalment joffru bosta programmi li jużaw diversi xogħlijiet u materjal protett ieħor li jkunu inklużi fil-programmi tat-televiżjoni u tar-radju trażmessi mill-ġdid, ikollhom żmien qasir ħafna biex jiksbu l-liċenzji meħtieġa u għalhekk ikollhom iġorru piż sinifikanti tal-awtorizzazzjoni tad-drittijiet. Hemm ukoll riskju għad-detenturi tad-drittijiet li x-xogħlijiet tagħhom u materjal protett ieħor tagħhom jiġu sfruttati mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom jew ħlas ġust lilhom jekk l-aċċess għas-servizz ma jiġix ipprovdut abbażi ta' abbonamenti individwali, grupp ta' utenti li jista' jiġi definit jew bi skambju ma' prezz. Madankollu, riskju bħal dan jista' jiġi indirizzat permezz ta' ftehimiet kuntrattwali.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-drittijiet fejn jidħlu x-xogħlijiet u materjal protett ieħor huma armonizzati, fost l-oħrajn, bid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 u D-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.16

(5)  Id-drittijiet fejn jidħlu x-xogħlijiet u materjal protett ieħor huma armonizzati, fost l-oħrajn, bid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 u bid-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16, u dan iservi b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

_________________

_________________

15 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10-19.

15 Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10-19.

16 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata), ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28-35.

16 Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (verżjoni kodifikata), ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28-35.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE17 tiffaċilita x-xandir transfruntier bis-satellita u t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra tal-Unjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva dwar it-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir huma limitati għat-trażmissjonijiet bis-satellita u għalhekk ma japplikawx għas-servizzi online anċillari għax-xandir filwaqt li d-dispożizzjonijiet dwar trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra huma limitati għat-trażmissjonijiet mill-ġdid simultanji, mhux mibdulin u mhux imqassrin bil-kejbil jew b'sistemi microwave u ma jestendux għat-trażmissjonijiet mill-ġdid permezz ta' teknoloġiji oħra.

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE17 tiffaċilita x-xandir transfruntier bis-satellita u t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra tal-Unjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva dwar it-trażmissjonijiet tal-organizzazzjonijiet tax-xandir huma limitati għat-trażmissjonijiet bis-satellita u għalhekk ma japplikawx għas-servizzi online anċillari għax-xandir filwaqt li d-dispożizzjonijiet dwar trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju minn Stati Membri oħra huma limitati għat-trażmissjonijiet mill-ġdid simultanji, mhux mibdulin u mhux imqassrin bil-kejbil jew b'sistemi microwave.

__________________

__________________

17 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta' Settembru 1993 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma' drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrażmissjoni bil-cable, ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15-21.

17 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta' Settembru 1993 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti regoli dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati ma' drittijiet tal-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrażmissjoni bil-cable, ĠU L 248, 6.10.1993, p. 15-21.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għalhekk, il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għax-xandir u t-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra għandhom jeħfiefu billi jiġi adattat il-qafas ġuridiku dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-attivitajiet.

(7)  Għalhekk, sabiex jiġi ffaċilitat il-forniment transfruntier tas-servizzi online li huma anċillari għax-xandir u t-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra jeħtieġ li jiġi adattat il-qafas ġuridiku speċifiku dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-attivitajiet. L-aċċess transfruntier online għall-kontenut Ewropew se jkompli jittejjeb permezz tal-inklużjoni, fis-servizzi online anċillari tal-organizzazzjonijiet tax-xandir, ta' servizzi li jikkonsistu esklussivament fil-forniment lill-pubbliku ta' xogħlijiet li huma prodotti taħt ir-responsabbiltà editorjali tagħhom u li jiġu mxandra biss online.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Is-servizzi online anċillari li jkopri dan ir-Regolament huma dawk tas-servizzi li joffru l-organizzazzjonijiet tax-xandir li għandhom rabta ċara u subordinata max-xandir. Dawn jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju b'mod lineari u fl-istess waqt tax-xandir u s-servizzi li jagħtu aċċess, fi żmien definit wara x-xandira, għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li tkun diġà xandret l-organizzazzjoni tax-xandir (l-hekk imsejħa servizzi tar-ripetizzjoni). Barra minn hekk, is-servizzi online anċillari jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għal materjal li jagħni jew inkella jespandi l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li xandret l-organizzazzjoni tax-xandir, fosthom bi previżjoni, estensjoni, supplimentar jew reviżjoni tal-kontenut tal-programm rilevanti. L-għoti tal-aċċess għal xogħol individwali jew materjal protett ieħor individwi li jkun inkorporat fi programm tat-televiżjoni jew tar-radju ma għandux jitqies bħala servizz online anċillari. Bl-istess mod, l-għoti tal-aċċess għal xogħlijiet jew materjal protett ieħor b'mod indipendenti mix-xandir, bħalma huma s-servizzi li jagħtu aċċess għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, albums tal-mużika jew vidjos, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' servizz online anċillari.

(8)  Is-servizzi online anċillari li jkopri dan ir-Regolament huma dawk tas-servizzi li joffru l-organizzazzjonijiet tax-xandir li għandhom rabta ċara u subordinata max-xandir. Dawn jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għall-programmi tat-televiżjoni u tar-radju b'mod lineari u fl-istess waqt tax-xandir u s-servizzi li jagħtu aċċess, fi żmien definit wara x-xandir, għal programmi tat-televiżjoni u tar-radju li jkunu xxandru preċedentement jew, qabel ix-xandir, għal programmi tat-televiżjoni u tar-radju li jkunu se jixxandru mill-organizzazzjoni tax-xandir (pereżempju servizzi tar-ripetizzjoni jew previews). Barra minn hekk, is-servizzi online anċillari jinkludu s-servizzi li jagħtu aċċess għal materjal li jagħni jew inkella jespandi l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li xandret l-organizzazzjoni tax-xandir, fosthom bi previżjoni, estensjoni, supplimentar jew reviżjoni tal-kontenut tal-programm rilevanti, jew kwalunkwe servizz minn organizzazzjoni tax-xandir li jikkonsisti esklussivament fl-għoti lill-pubbliku ta' xogħlijiet prodotti mill-organizzazzjoni tax-xandir. L-għoti tal-aċċess għal xogħlijiet jew materjal protett ieħor b'mod indipendenti u separatament mill-programmazzjoni tal-organizzazzjoni tax-xandir, bħalma huma s-servizzi li jagħtu aċċess għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, albums tal-mużika jew vidjos, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' servizz online anċillari.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Billi l-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom jitqiesu li jseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha, filwaqt li de facto s-servizzi online anċillari jistgħu jiġu pprovduti bejn il-fruntieri lil Stati Membri oħra, hemm bżonn li jkun żgurat li meta jiġu biex jaslu għall-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet inkwistjoni, il-partijiet għandhom iqisu l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħall-karatteristiċi tas-servizz, l-udjenza, inkluż l-udjenza fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha u fi Stati Membri oħra fejn jiġi aċċessat u jintuża s-servizz online anċillari, kif ukoll il-verżjoni tal-lingwa.

(10)  Billi l-forniment ta' servizz online anċillari jitqies li jseħħ biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha, filwaqt li de facto s-servizz online anċillari jista' jiġi pprovdut bejn il-fruntieri lil Stati Membri oħra, hemm bżonn li jkun żgurat li meta jiġu biex jaslu għall-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet inkwistjoni, il-partijiet għandhom iqisu l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħall-karatteristiċi tas-servizz, l-udjenza potenzjali u effettiva, inkluża l-udjenza fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir ikollha l-istabbiliment ewlieni tagħha u fi Stati Membri oħra fejn jiġi aċċessat u jintuża s-servizz online anċillari, kif ukoll il-verżjonijiet lingwistiċi kollha. Is-servizzi online li, fl-intier tagħhom, huma primarjament immirati għal udjenza barra l-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment prinċipali tagħha, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Bil-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, se jkun jista' jibqa' jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet milquta mill-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f'dan ir-Regolament, b'mod speċjali fejn jidħlu ċerti mezzi tekniċi tat-trażmissjoni jew ċerti verżjonijiet tal-lingwa, diment li dawn il-limitazzjonijiet fl-isfruttament ta' dawk id-drittijiet ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni.

(11)  Dan ir-Regolament la jolqot id-drittijiet previsti skont id-Direttiva 2001/29/KE u lanqas l-akkwist jew il-bejgħ ta' drittijiet fuq bażi kuntrattwali għal tali trażmissjonijiet online. Għaldaqstant, permezz tal-prinċipji tat-territorjalità u tal-libertà kuntrattwali se jkun jista' jibqa' jiġi limitat l-isfruttament tad-drittijiet milquta mill-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini stabbilit f'dan ir-Regolament, b'mod speċjali fejn jidħlu ċerti mezzi tekniċi tat-trażmissjoni jew ċerti verżjonijiet tal-lingwa, diment li dawn il-limitazzjonijiet fl-isfruttament ta' dawk id-drittijiet ikunu konformi mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satelliti, bit-terrestri diġitali, b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli u b'netwerks simili, jipprovdu servizzi li huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdu l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil meta dawn jittrażmettu mill-ġdid l-ewwel trażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru ieħor, b'mod simultanju, b'mod mhux mibdul u b'mod mhux imqassar, biex jaslu għand il-pubbliku, meta din l-ewwel trażmissjoni ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita iżda mhux bit-trażmissjonijiet online, u tkun maħsuba biex tasal għand il-pubbliku. Għaldaqstant dawn għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet. Is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġu offruti fuq l-internet miftuħ għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għax dawn is-servizzi għandhom karatteristiċi differenti. Dawn mhumiex marbutin ma' xi infrastruttura partikolari u l-kapaċità tagħhom li jiżguraw ambjent ikkontrollat hi limitata meta mqabbla pereżempju mad-distribuzzjoni bil-kejbil jew b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs.

(12)  L-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satelliti, bit-terrestri diġitali, b'netwerks ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli u b'netwerks simili, kif ukoll ċerti trażmissjonijiet mill-ġdid oħra, jipprovdu servizzi li huma ekwivalenti għal dawk li jipprovdu l-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil meta dawn jittrażmettu mill-ġdid l-ewwel trażmissjoni tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju minn Stat Membru ieħor, b'mod simultanju, b'mod mhux mibdul u b'mod mhux imqassar, biex jaslu għand il-pubbliku, meta din l-ewwel trażmissjoni ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita u bit-trażmissjonijiet online, u tkun maħsuba biex tasal għand il-pubbliku. Għaldaqstant dawn għandhom jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jibbenefikaw mill-mekkaniżmu li jintroduċi l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet. Is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid li jiġu offruti fuq l-internet miftuħ għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm dawn jingħataw f'ambjent ikkontrollat bħal grupp definit ta' abbonati jew utenti reġistrati, u komparabbli ma' netwerks taċ-ċirkwit magħluq.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali, b'netwerks taċ-ċirkwit magħluqin ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli jew b'netwerks simili, u sabiex jingħelbu d-differenzi fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, għandhom japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE. Ir-regoli stabbiliti f'dik id-Direttiva jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Dan isir mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/26/UE18 u b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

(13)  Sabiex tingħata ċ-ċertezza legali lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid offruti bis-satellita, bit-terrestri diġitali, b'netwerks ibbażati fuq l-IPs, b'netwerks mobbli jew b'netwerks simili, u sabiex jingħelbu d-differenzi fil-liġi nazzjonali rigward dawn is-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid, għandhom japplikaw regoli simili għal dawk li japplikaw għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE. Ir-regoli stabbiliti f'dik id-Direttiva jinkludu l-obbligu li jiġi eżerċitat id-dritt li tingħata jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni lil xi operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. Dan isir mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/26/UE18 u b'mod partikolari għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet fejn tidħol l-għażla ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

__________________

__________________

18 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72-98.

18 Id-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern, ĠU L 84, 20.3.2014, p. 72-98.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Ix-xandara li jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħhom permezz ta' proċess ta' injezzjoni diretta lid-distributuri biex jaslu għand il-pubbliku għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt mad-distributuri tagħhom għall-atti uniċi u indiviżibbli ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, li dawn iwettqu flimkien. Tali organizzazzjonijiet tax-xandir u distributuri għalhekk għandhom jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet ikkonċernati fir-rigward tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom f'dawn l-atti.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  L-applikazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati hija f'xi każijiet maqsuma f'diversi drittijiet nazzjonali ddefiniti territorjalment, ma' detenturi tad-dritt differenti u eżerċitata f'xi każijiet minn entità differenti. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm bażi ta' dejta miżmuma minn organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet u l-ħila tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u l-operaturi tat-trażmissjoni mill-ġdid biex jikkonkludu ftehimiet ta' liċenzjar.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Premessa 14c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)  L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 4 għad-drittijiet eżerċitati mill-organizzazzjonijiet tax-xandir m'għandhiex tillimita l-għażla tad-detenturi tad-drittijiet li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom lil organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv u għaldaqstant ikollhom sehem dirett fir-remunerazzjoni mħallsa mill-operatur ta' servizz tat-trażmissjoni mill-ġdid.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex tkun evitata ċirkonvenzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini bl-estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-ftehimiet eżistenti dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-forniment tas-servizzi anċillari online, għall-aċċess għalihom jew għall-użu tagħhom, hemm bżonn li l-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini jiġi applikat ukoll għall-ftehimiet eżistenti iżda b'perjodu tranżitorju.

imħassar

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li jista' jkun hemm indħil fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet sa fejn l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju huwa meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt tal-komunikazzjoni lill-pubbliku fejn tidħol it-trażmissjoni mill-ġdid, hemm bżonn li din il-kundizzjoni tiġi preskritta b'mod immirat għal servizzi speċifiċi u b'mod li jkun jista' jsir tixrid usa' transfruntier tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju billi teħfief l-awtorizzazzjoni ta' dawn id-drittijiet.

(16)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li jista' jkun hemm indħil fl-eżerċizzju tad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet sa fejn l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju huwa meħtieġ għall-eżerċizzju tad-dritt tal-komunikazzjoni lill-pubbliku fejn tidħol it-trażmissjoni mill-ġdid, hemm bżonn li din il-kundizzjoni tiġi preskritta b'mod immirat għal servizzi speċifiċi u b'mod li jkun jista' jsir tixrid usa' transfruntier tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kif ukoll aċċess għall-informazzjoni, billi teħfief l-awtorizzazzjoni ta' dawn id-drittijiet. Barra minn hekk, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzjoni għall-arranġamenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-ġestjoni ta' drittijiet bħal liċenzji kollettivi estiżi, preżunzjonijiet legali ta' rappreżentanza jew trasferiment, immaniġġjar kollettiv jew arranġamenti simili jew kombinazzjoni tagħhom.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Wara li r-Regolament ikun ilu fis-seħħ għal perjodu taż-żmien, dan għandu jsirlu rieżami biex jiġi vvalutat, fost l-oħrajn, kemm żdied il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej u b'hekk ukoll għall-benefiċċju li titjieb id-diversità kulturali fl-Unjoni.

(18)  Wara li r-Regolament ikun ilu fis-seħħ għal perjodu taż-żmien, dan jenħtieġ li jsirlu rieżami biex jiġi vvalutat, fost l-oħrajn, u fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament* tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iżgurar tal-portabilità transfruntiera tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern, kemm żdied il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej u b'hekk ukoll għall-benefiċċju li titjieb id-diversità kulturali fl-Unjoni, b'attenzjoni speċjali għall-impatt tiegħu fuq l-investiment f'kontenut Ewropew.

 

__________________

 

* Regolament li għadu ma ġiex adottat.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li ssir promozzjoni tal-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari u li jeħfiefu t-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tiegħu. Fejn jidħol il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari, dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmi ta' appoġġ li jiffaċilitaw l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati. Dan ir-Regolament ma jobbligax lill-organizzazzjonijiet tax-xandir biex jipprovdu dawn is-servizzi bejn il-fruntieri. Dan ir-Regolament lanqas ma jobbliga lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid biex fis-servizzi tagħhom jinkludu programmi tat-televiżjoni jew tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra. Dan ir-Regolament jikkonċerna biss l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tat-trażmissjoni mill-ġdid sakemm ikun meħtieġ għas-simplifikazzjoni tal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal dawn is-servizzi, u rigward biss il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra tal-Unjoni,

(19)  Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li ssir promozzjoni tal-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari tax-xandara u li jeħfiefu t-trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tiegħu. Fejn jidħol il-forniment transfruntier tas-servizzi online anċillari tax-xandara, dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmi ta' appoġġ li jiffaċilitaw l-awtorizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati. Dan ir-Regolament ma jobbligax lill-organizzazzjonijiet tax-xandir biex jipprovdu dawn is-servizzi bejn il-fruntieri. Dan ir-Regolament lanqas ma jobbliga lill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid biex fis-servizzi tagħhom jinkludu programmi tat-televiżjoni jew tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra. Dan ir-Regolament jikkonċerna biss l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tat-trażmissjoni mill-ġdid sakemm ikun meħtieġ għas-simplifikazzjoni tal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati għal dawn is-servizzi, u rigward biss il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju li joriġinaw fi Stati Membri oħra tal-Unjoni,

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "servizz online anċillari" tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha, ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju b'mod simultanju max-xandira tal-organizzazzjoni tax-xandir jew wara perjodu taż-żmien definit mix-xandira, kif ukoll ta' kull materjal prodott mill-organizzazzjoni tax-xandir jew għaliha li jkun anċillari għal dan ix-xandir;

(a)  "servizz online anċillari" tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha tas-servizzi li ġejjin:

 

(i) "Servizz ta' ripetizzjoni" tfisser servizz li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, għal perjodu taż-żmien limitat, ta' programmi tar-radju jew tat-televiżjoni li preċedentement kienu xxandru mill-organizzazzjoni tax-xandir;

 

(ii) "Servizz ta' xandir simultanju" tfisser servizz li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku ta' programmi tar-radju jew tat-televiżjoni b'manjiera lineari simultanjament max-xandira;

 

(iii) "Servizzi ta' materjal awdjoviżiv imwessa' anċillari" tfisser servizzi li jagħtu aċċess għal materjali li jagħni jew jespandi l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju mxandra minn organizzazzjoni tax-xandir, anke permezz tal-previżjoni, l-estensjoni, l-issupplementar jew ir-reviżjoni tal-kontenut tal-programm rilevanti.

 

Dawn id-definizzjonijiet jinkludu servizzi online ipprovduti minn organizzazzjoni tax-xandir li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku ta' xogħlijiet prodotti mill-organizzazzjoni tax-xandir u li huma biss mxandra online;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "trażmissjoni mill-ġdid" tfisser trażmissjoni mill-ġdid simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE u minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid provduta b'servizz tal-aċċess għall-internet kif definit fir-Regolament (UE) Nru 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi l-ewwel trażmissjoni minn Stat Membru ieħor bil-fili jew fl-arja, inkluż bis-satellita iżda mhux bi trażmissjoni online, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, diment li din it-trażmissjoni mill-ġdid tagħmilha parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet l-ewwel trażmissjoni jew diment li din it-trażmissjoni tkun saret bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha.

(b)  "trażmissjoni mill-ġdid" tfisser trażmissjoni mill-ġdid simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra t-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi l-ewwel trażmissjoni minn Stat Membru ieħor bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita jew bi trażmissjoni online, tal-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, diment li din it-trażmissjoni mill-ġdid tkun ekwivalenti għal dawk imwettqa mill-operaturi tas-servizzi tat-trażmissjoni mill-ġdid bil-kejbil u ssir f'ambjent magħluq u minn parti oħra għajr l-organizzazzjoni tax-xandir li tkun għamlet l-ewwel trażmissjoni jew diment li din it-trażmissjoni tkun saret bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha u li għaliha l-parti tkun akkwistat id-drittijiet rilevanti. It-trażmissjonijiet mill-ġdid online huma fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament diment li jsiru f'ambjent ikkontrollat u l-grupp ta' riċevituri ta' trażmissjonijiet mill-ġdid ta' dan it-tip jkunu jistgħu jiġu definiti b'mod ċar.

__________________

 

19 Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal Internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1.

 

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "injezzjoni diretta" tfisser proċess b'żewġ stadji jew aktar li fih l-organizzazzjonijiet tax-xandir jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku lill-fornituri tas-servizzi, permezz ta' komunikazzjoni minn punt sa punt bil-fili jew fl-ajru, inkluż bis-satellita - b'tali mod li s-sinjali ma jkunux jistgħu jiġu aċċessati mill-pubbliku ġenerali matul din it-trażmissjoni. Il-fornituri tas-servizzi joffru dawn il-programmi lill-pubbliku, simultanjament mingħajr bidla u mingħajr tqassir, sabiex dan ikun jista' jarahom jew jismagħhom b'diversi tekniki, bħall-kejbil, is-sistemi tal-microvawes, is-satellita, it-terrestri diġitali, in-netwerks ibbażati fuq l-IPs, in-netwerks mobbli jew netwerks simili.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u tad-disponibbiltà li jseħħu waqt il-forniment tas-servizz online anċillari minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha kif ukoll l-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi online anċillari, l-aċċess għalihom jew l-użu tagħhom, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-atti, għandhom jitqiesu li qed iseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.

(1)  L-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u tad-disponibbiltà ta' programmi tal-aħbarijiet u ta' ġrajjiet kurrenti li jseħħu waqt il-forniment tas-servizz online anċillari minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha kif ukoll l-atti tar-riproduzzjoni ta' programmi tal-aħbarijiet u ta' ġrajjiet kurrenti li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi online anċillari, għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għal dawn l-atti, għandhom jitqiesu li qed iseħħu biss fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipji tat-territorjalità u tal-libertà kuntrattwali taħt id-drittijiet tal-awtur u għal kwlaunkwe dritt stabbilit taħt id-Direttiva 2001/29/KE. Abbażi ta' dan, il-partijiet għandhom ikunu intitolati jibqgħu jiftiehmu dwar l-introduzzjoni ta' limiti fuq l-isfruttament tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, sakemm kwalunkwe tali limitazzjoni tkun konformi mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Meta jiġu biex jiffissaw l-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet skont il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-partijiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħalma huma l-karatteristiċi tas-servizz online anċillari, l-udjenza, u l-verżjoni tal-lingwa.

(2)  Meta jiġu biex jiffissaw l-ammont tal-ħlas li għandu jingħata għad-drittijiet skont il-prinċipju tal-pajjiż tal-oriġini kif stabbilit fil-paragrafu 1, il-partijiet għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha tas-servizz online anċillari bħalma huma l-karatteristiċi tas-servizz online anċillari, l-udjenza fl-Istat Membru fejn ix-xandar għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu, kif ukoll l-udjenza fi Stati Membri oħrajn, u l-verżjonijiet lingwistiċi differenti.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Kull tilwim fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżulta minn dan l-Artikolu għandu jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-organizzazzjoni tax-xandir li tipprovdi s-servizz online.

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Il-paragrafu 1 ma japplikax għas-servizzi online anċillari li huma primarjament u prinċipalment immirati għal udjenza barra l-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tax-xandir għandha l-istabbiliment ewlieni tagħha.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Meta l-awturi jkunu ttrasferew id-dritt tagħhom għal trażmissjoni mill-ġdid lil produttur, huma għandhom iżommu dritt inekwivokabbli li jiksbu remunerazzjoni ġusta għat-trażmissjoni mill-ġdid tax-xogħol li jista' jiġi eżerċitat biss permezz ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li tirrappreżenta lill-awturi, sakemm ftehimiet oħra ta' mmaniġġjar kollettiv ma jiggarantux tali remunerazzjoni lill-awturi awdjoviżivi.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b'konnessjoni mal-utilizzazzjoni mill-ġdid integrali ta' servizzi online ta' organizzazzjonijiet tax-xandir, kuntratt kollettiv, iffirmat minn assoċjazzjoni rappreżentattiva jew l-utenti ta' xogħlijiet jew assoċjazzjonijiet ta' utenti għal grupp ta' xogħlijiet stabbilit, jista' jiġi estiż għad-detenturi tad-drittijiet tal-istess grupp li mhumiex diġà rappreżentati mill-assoċjazzjoni rappreżentattiva. Id-detenturi tad-drittijiet mhux rappreżentati jistgħu joġġezzjonaw għal din l-estensjoni fi kwalunkwe ħin u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom individwalment jew kollettivament f'raggruppament ieħor.

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom iżommu bażi ta' dejta li tipprovdi informazzjoni relatata mal-applikazzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta' drttijiet relatati inkluż is-sid ta' dritt, it-tip ta' użu, it-territorju, u l-perjodu ta' żmien applikabbli għax-xogħlijiet protetti.

Emenda     33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-fornituri tas-servizzi li jittrażmettu lill-pubbliku programmi tat-televiżjoni u tar-radju ta' organizzazzjonijiet tax-xandir riċevuti permezz ta' injezzjoni diretta.

Emenda     34

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Sfruttament ta' programmi tax-xandir permezz ta' proċess ta' injezzjoni diretta

 

L-organizzazzjonijiet tax-xandir li jittrażmettu s-sinjali li jwasslu l-programm tagħhom permezz ta' proċess ta' injezzjoni diretta lid-distributuri biex jaslu għand il-pubbliku huma responsabbli b'mod konġunt ma' dawn id-distributuri għall-atti uniċi u indiviżibbli ta' komunikazzjoni lill-pubbliku u t-tqegħid għad-dipożizzjoni tal-pubbliku, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE, li dawn iwettqu flimkien. F'sitwazzjoni bħal din, kemm l-organizzazzjoni tax-xandir kif ukoll id-distributuri involuti fil-proċess jenħtieġ li jiksbu awtorizzazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet rilevanti fir-rigward tal-parteċipazzjoni u l-isfruttament rispettivi tagħhom f'tali atti.

Emenda     35

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Dispożizzjoni tranżitorja

 

Il-ftehimiet dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-awtur u ta' drittijiet relatati li huma rilevanti għall-atti tal-komunikazzjoni lill-pubbliku u għall-atti tad-disponibbiltà li jseħħu waqt il-forniment ta' servizz online anċillari kif ukoll għall-atti tar-riproduzzjoni li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizz online anċillari, l-aċċess għalih jew l-użu tiegħu li jkunu fis-seħħ fi [the date mentioned in Article 7(2), to be inserted by OPOCE] għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 2 minn [the date mentioned in Article 7(2) + 2 years, to be inserted by OPOCE], jekk dawn ikunu jiskadu wara dik id-data.

 

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dan għandu japplika minn [6 months following the day of its publication, to be inserted by OPOCE].

(2)  Dan għandu japplika minn [12-il xahar wara l-jum ta' pubblikazzjoni tiegħu, li għandu jiddaħħal mill-OPOCE].

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju

Referenzi

COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Angelika Mlinar

21.11.2016

Eżami fil-kumitat

24.4.2017

25.4.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

15

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Christian Ehler, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Dan Nica, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, Constanze Krehl, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Florent Marcellesi, Anne Sander, Davor Škrlec

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ECR

Edward Czesak, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Christian Ehler, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Herbert Reul, Paul Rübig, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen

S&D

José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

15

-

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Lieve Wierinck

EFDD

David Borrelli, Dario Tamburrano

GUE

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlícek, Paloma López Bermejo

Verts/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Florent Marcellesi, Michel Reimon, Davor Škrlec

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta’ drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju

Referenzi

COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

6.10.2016

ITRE

6.10.2016

IMCO

6.10.2016

CULT

6.10.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

12.10.2016

 

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

16.3.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tiemo Wölken

12.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.3.2017

29.5.2017

7.9.2017

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Angelika Niebler, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Emma McClarkin, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

27.11.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

14

+

EMENDA

ECR

EFDD

ENF

PPE

S&D

Jean-Marie Cavada

John Flack, Emma McClarkin

Joëlle Bergeron

Marie-Christine Boutonnet, Gilles Lebreton

Daniel Buda, Rosa Estaràs Ferragut, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Enrico Gasbarra

9

-

ALDE

GUE:NGL

S&D

VERTS/ALE

António Marinho e Pinto

Jiří Maštálka

Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Tiemo Wölken

Max Andersson, Julia Reda

1

0

EFDD

Isabella Adinolfi

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni