Proċedura : 2016/0376(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0391/2017

Testi mressqa :

A8-0391/2017

Dibattiti :

PV 15/01/2018 - 12
CRE 15/01/2018 - 12

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2018 - 10.5
CRE 17/01/2018 - 10.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0010

RAPPORT     ***I
PDF 1549kWORD 176k
20 ta' Diċembru 2017
PE 604.805v03-00 A8-0391/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija

(COM(2016)0761 – C8-0498/2016 – 2016/0376(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Miroslav Poche

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija

(COM(2016)0761 – C8-0498/2016 – 2016/0376(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0761),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0498/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0391/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija adottata fil-25 ta' Frar 2015. It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija se jkun ta' benefiċċju għall-ambjent, inaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra, itejjeb is-sigurtà tal-enerġija bit-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija minn barra l-Unjoni, jaqta' l-ispiża tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għall-'kumpanniji, jgħin biex itaffi l-faqar enerġetiku u jwassal għal żieda fl-impjiegi u fl-attività ekonomika fl-ekonomija kollha. Dan huwa konformi mal-impenni tal-Unjoni magħmula fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u fl-aġenda tal-klima globali stabbilita fil-Ftehim ta' Pariġi ta' Diċembru 2015 mill-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

(1)  Il-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija adottata fil-25 ta' Frar 2015. It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija matul il-katina kollha tal-enerġija, inklużi l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari tal-enerġija se jkun ta' benefiċċju għall-ambjent, itejjeb il-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika, inaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra, itejjeb is-sigurtà tal-enerġija bit-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija minn barra l-Unjoni, jaqta' l-ispiża tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għall-'kumpanniji, jgħin biex itaffi l-faqar enerġetiku u jwassal għal żieda fil-kompetittività, fl-impjiegi u fl-attività ekonomika fl-ekonomija kollha, b'hekk itejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Dan huwa konformi mal-impenji tal-Unjoni magħmula fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u fl-aġenda tal-klima globali stabbilita mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) li saret f'Pariġi f'Diċembru 2015 ("il-Ftehim ta' Pariġi"), li tiddikjara li ż-żieda fit-temperatura medja globali jenħtieġ li tinżamm ferm taħt iż-2 C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u li jenħtieġ li jiġu segwiti l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija element għall-progress lejn l-Unjoni tal-Enerġija li taħtha l-effiċjenza fl-enerġija tenħtieġ li tiġi ttrattata bħala sors tal-enerġija fiha nnifisha. Għandu jitqies il-prinċipju li l-"effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" meta jiġi stabbilit regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma ta' politika oħra. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tan-naħa tad-domanda jkunu jistgħu jikkompetu fuq termini ekwi mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata fl-ippjanar ta' sistemi tal-enerġija rilevanti jew kull meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjamenti. Irid isir titjib effiċjenti fl-enerġija kull meta dan ikun iżjed kosteffettiv minn soluzzjonijiet mil-lat tal-provvista li jkunu ekwivalenti. Dan għandu jgħin biex jiġu sfruttati d-diversi benefiċċji tal-effiċjenza fl-enerġija għas-soċjetà tal-Ewropa, b'mod partikolari għaċ-ċittadini u għan-negozji.

(2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija element għall-progress lejn l-Unjoni tal-Enerġija li taħtha l-effiċjenza fl-enerġija tenħtieġ li tiġi ttrattata bħala sors tal-enerġija fiha nnifisha. Għandu jitqies il-prinċipju li l-"effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" meta jiġi stabbilit regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma ta' politika oħra. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprijoritizza l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tan-naħa tad-domanda fuq kapaċità akbar tal-ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata fl-ippjanar ta' sistemi tal-enerġija u kull meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjamenti. Iridu jsiru investimenti sabiex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija finali kull meta dan ikun iżjed kosteffettiv minn soluzzjonijiet mil-lat tal-provvista li jkunu ekwivalenti. Dan jenħtieġ li jgħin biex jiġu sfruttati d-diversi benefiċċji ta' żieda tal-effiċjenza fl-enerġija fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija u b'hekk jittejjeb il-benessri għas-soċjetà tal-Ewropa. Biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta' dawn il-benefiċċji, u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-miżuri ta' politika maħsuba, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-bliet, in-negozji u ċ-ċittadini fl-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat li ż-żieda l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b'riżultat ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġiba u bidliet ekonomiċi jimxu id f'id ma' aktar tkabbir ekonomiku.

__________________

__________________

9 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Il-forom kollha tal-enerġija primarja (sorsi mhux rinnovabbli u rinnovabbli) jenħtieġ li jqisu l-ħidma addizzjonali meħtieġa biex tiġi akkwistata dik l-enerġija, biex jiġu stabbiliti u operati installazzjonijiet tal-enerġija elettrika u biex dawn jiġu żarmati, kif ukoll biex jiġi eliminat it-theddid assoċjat mal-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-emenda 3 tal-abbozz ta' rapport. Din għandha l-għan li tiċċara li dan jikkonċerna input ta' enerġija, mhux il-ħidma tal-bniedem.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b)  Il-miżuri tal-Istati Membri jenħtieġ li jiġu appoġġati bi strumenti finanzjarji tal-Unjoni mfassla sew u effettivi, bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-Bank Ewropew tal-Investiment, li jenħtieġ li jappoġġaw investimenti effiċjenti fl-użu tal-enerġija fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija u jużaw analiżi komprensiva tal-kost-benefiċċju bl-użu ta' mudell ta' rati differenzjati. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiffoka fuq metodi kosteffettivi biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, li jwassal għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija. Biex tintlaħaq mira ambizzjuża għall-effiċjenza enerġetika jeħtieġ li jitneħħew ostakli bħall-kjarifika reċenti mill-Eurostat dwar kif għandhom jiġu rreġistrati l-kuntratti għall-prestazzjoni tal-enerġija fil-kontijiet nazzjonali sabiex ikun aktar faċli li jsir investiment f'miżuri ta' effiċjenza enerġetika.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 stabbilixxa mira ta' 27 % ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2030, li għandha tiġi riveduta sal-2020 "b'kont meħud tal-livell tal-Unjoni ta' 30 %". F'Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta wkoll il-vijabbiltà ta' mira ta' 40 % għall-effiċjenza fl-enerġija għall-istess perjodu ta' żmien. Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva tiġi riveduta u konsegwentement emendata biex tiġi adattata għall-perspettiva tal-2030.

(3)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 appoġġa mira ta' 27 % ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2030, li għandha tiġi riveduta sal-2020 "b'kont meħud tal-livell tal-Unjoni ta' 30 %". F'Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta wkoll il-vijabbiltà ta' mira ta' 40 % għall-effiċjenza fl-enerġija għall-istess perjodu ta' żmien. Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva tiġi riveduta u konsegwentement emendata biex tiġi adattata għall-perspettiva tal-2030.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ma hemm l-ebda mira vinkolanti fil-livell nazzjonali fil-perspettiva tal-2030. Il-ħtieġa tal-Unjoni li tilħaq il-miri tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell tal-UE, espressi f'konsum tal-enerġija primarja u finali, fl-2020 u fl-2030 tenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod ċar fil-forma ta' mira vinkolanti ta' 30 %. Din il-kjarifika fil-livell tal-Unjoni ma għandhiex tirristrinġi lill-Istati Membri għaliex il-libertà tagħhom tinżamm biex ikunu jistgħu jistabbilixxu l-kontribut nazzjonali tagħhom abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-intensità tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija nazzjonali filwaqt li jqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali. Dan ifisser li l-konsum ta' enerġija primarja għandu jitnaqqas bi 23 % u li l-konsum ta' enerġija finali għandu jitnaqqas bi 17 % fl-Unjoni meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Evalwazzjoni regolari tal-progress;ejn il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 hija neċessarja u hija stipulata fil-proposta leġiżlattiva dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.

(4)  Il-ħtieġa tal-Unjoni li tilħaq il-mira tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell tal-UE, espressa f'konsum tal-enerġija primarja u finali, tenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod ċar fil-forma ta' mira vinkolanti għall-2030 ta' 40 %. Din il-mira fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li ma tirristrinġix lill-Istati Membri għaliex il-libertà tagħhom tinżamm biex ikunu jistgħu jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-intensità tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-miri vinkolanti nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija nazzjonali filwaqt li jqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 132 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 849 Mtoe ta' enerġija finali. Dan ifisser li l-konsum ta' enerġija primarja jenħtieġ li jitnaqqas b'34 % u li l-konsum ta' enerġija finali jenħtieġ li jitnaqqas b'31 % fl-Unjoni meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Evalwazzjoni regolari tal-progress lejn il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 hija neċessarja u hija stipulata fil-proposta leġiżlattiva dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn l-Istati Membri jenħtieġ li jiġi applikat meta jiġu ddeterminati miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika. L-enerġija hija fattur essenzjali u għalhekk huma invevitabbli livelli minimi ta' konsum ta' enerġija, fatt li jenħtieġ li jitqies sewwa meta jiġu stabbiliti l-miri nazzjonali. B'mod ġenerali, il-pajjiżi li l-konsum tal-enerġija tagħhom per capita huwa inqas mill-medja tal-Unjoni jenħtieġ li jingħataw aktar flessibilità meta jistabbilixu l-miri tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b)  L-effiċjenza operattiva tas-sistemi tal-enerġija fi kwalunkwe mument partikolari hija influwenzata mill-kapaċità li talimenta enerġija elettrika ġġenerata minn sorsi differenti – bi gradi differenti ta' inerzja u ħinijiet tal-istartjar – fin-netwerk, mingħajr intoppi u b'mod flessibbli; it-titjib ta' dik l-effiċjenza jippermetti li jsir użu aħjar mill-enerġija rinnovabbli, bħall-potenza tar-riħ ikkombinata ma' turbini tal-kombustjoni, biex jiġi evitat li n-netwerks servuti minn unitajiet kbar u konvenzjonali tal-enerġija li għandhom inerzja termali sinifikanti ma jiġux mgħobbija żżejjed.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija jirriżulta minn effiċjenza akbar fl-enerġija u mhux minn ċirkostanzi makroekonomiċi.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4d)  L-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw il-potenzjal kosteffettiv tal-effiċjenza fl-enerġija fuq il-bażi ta' kalkolu minn isfel għal fuq għal kull settur separatament, peress li dawn huma dipendenti fuq it-taħlita tal-enerġija tal-ekonomija, l-istruttura u r-ritmu tal-iżvilupp ekonomiku.

Ġustifikazzjoni

Simulazzjonijiet minn isfel għal fuq jippermettu lill-Istati Membri kalkoli aktar preċiżi tal-opportunitajiet ta' ffrankar li jridu jinkisbu b'mod kosteffettiv u b'hekk jiġu stabbiliti rakkomandazzjonijiet ta' politika xierqa.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-obbligu fuql-Istati Membri li jistabbilixxu strateġiji fit-tul għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fir-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni jenħtieġ li jitneħħa mid-Direttiva 2012/27/UE u jiżdied mad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 fejn jaqbel mal-pjanijiet fit-tul għal bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero u d-dekarbonizzazzjoni tal-bini.

(5)  L-obbligu fuql-Istati Membri li jistabbilixxu strateġiji fit-tul għall-faċilitazzjoni tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni jenħtieġ li jitneħħa mid-Direttiva 2012/27/UE u jiżdied mad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 fejn jaqbel mal-pjanijiet fit-tul għal bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero u d-dekarbonizzazzjoni tal-bini.

__________________

__________________

10Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

10Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fid-dawl tal-qafas tal-klima u l-enerġija għall-2030 l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi estiż lil hinn mill-2020. L-estensjoni tal-perjodu ta' impenn lil hinn mill-2020 jaf joħloq aktar stabbiltà għall-investituri u b'hekk jinkoraġġixxi l-investimenti fit-tul u miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fit-tul, bħar-rinnovazzjoni tal-bini.

(6)  Fid-dawl tal-qafas tal-klima u l-enerġija għall-2030 l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija jenħtieġ li jiġi estiż lil hinn mill-2020. L-estensjoni tal-perjodu ta' impenn lil hinn mill-2020 jaf joħloq aktar stabbiltà għall-investituri u b'hekk jinkoraġġixxi l-investimenti fit-tul u miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fit-tul, bħar-rinnovazzjoni estensiva tal-bini bl-objettiv, fuq terminu twil, li jinkiseb stokk ta' bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero (NZEBs). L-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija kien pass essenzjali lejn il-ħolqien ta' tkabbir u ta' impjiegi lokali, u jenħtieġ li jitkompla sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tikseb l-għanijiet tagħha tal-enerġija u tal-klima billi jinħolqu aktar opportunitajiet u titnaqqas id-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq it-tkabbir. Il-kooperazzjoni mas-settur privat hija importanti biex jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet li fuqhom l-investiment privat għal proġetti ta' effiċjenza enerġetika jistgħu jiġu sfruttati u biex jiġu żviluppati mudelli ta' dħul ġodda għall-innovazzjoni fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  It-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija għandu wkoll impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-arja, minħabba li aktar bini effiċjenti fl-enerġija jnaqqas id-domanda fil-karburanti tat-tisħin, b'mod speċjali anke l-karburanti solidi tat-tisħin. Għalhekk, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jikkontribwixxu għat-titjib fil-kwalità tal-arja interna u esterna u jgħinu, b'mod kosteffettiv, biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-kwalità tal-arja tal-Unjoni, kif stabbiliti b'mod partikolari mid-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. It-tnaqqis tad-domanda tal-enerġija fil-bini jenħtieġ li jiġi kkunsidrat b'mod ġenerali bħala element tal-politika tal-kwalità tal-arja u b'mod speċjali fi Stati Membri fejn il-kisba tal-limiti tal-Unjoni fuq l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja hija problematika u l-effiċjenza fl-enerġija tista' tgħin biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

__________________

1a Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1-31).

Ġustifikazzjoni

Is-settur residenzjali huwa responsabbli għal parti importanti ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa fl-Ewropa li jirriżultaw mid-duħħan ikkawżat mill-ħruq ta' karburanti solidi użati għat-tisħin. Dawn l-inkwinanti jżidu l-mortalità, il-morbożità u l-ammissjonijiet fl-isptarijiet, speċjalment peress li l-valuri ta' emissjoni mkejla sikwit imorru lil hinn sew mil-limiti stabbiliti permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-arja.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-Istati Membri huma mitluba li jilħqu r-rekwiżit kumulattiv għall-iffrankar fl-użu finali għall-perjodu kollu tal-obbligu, ekwivalenti għal iffrankar "ġdid" ta' 1.5 % tal-bejgħ tal-enerġija annwali. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat minn miżuri ġodda ta' politika li huma adottati matul il-perjodu l-ġdid tal-obbligu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 jew minn azzjonijiet individwali ġodda b'riżultat ta' miżuri ta' politika adottati matul jew qabel il-perjodu preċedenti, imma li fir-rigward tagħhom l-azzjonijiet individwali li jiskattaw l-iffrankar tal-enerġija huma fil-fatt introdotti matul il-perjodu l-ġdid.

(7)  L-Istati Membri huma mitluba li jilħqu r-rekwiżit kumulattiv għall-iffrankar fl-użu finali għall-perjodu kollu tal-obbligu, ekwivalenti għal iffrankar "ġdid" ta' mill-inqas 1.5 %. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat minn iffrankar tal-enerġija li jiġi minn miżuri ta' politika dment li jista' jintwera li dawk il-miżuri jwasslu għal azzjonijiet individwali li jagħtu ffrankar verifikabbli tal-enerġija wara l-2020. L-iffrankar f'kull perjodu jenħtieġ li jibni b'mod kumulattiv fuq l-ammont ta' ffrankar li jrid jintlaħaq fil-perjodu/perjodi preċedenti.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-iffrankar ġdid għandu jkun addizjonali għal dak li jsir is-soltu, biex l-iffrankar li xorta waħda kien isir ma jkunx jista' jiġi ddikjarat. Sabiex jiġi kkalkulat l-impatt tal-miżuri introdotti, jista' jingħadd biss l-iffrankar nett, imkejjel bħala l-bidla fil-konsum tal-enerġija li tista' tiġi attribwita direttament għall-miżura tal-effiċjenza fl-enerġija inkwistjoni. Sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar nett, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xenarju bażi ta' kif is-sitwazzjoni tevolvi fin-nuqqas tal-politika inkwistjoni. L-intervent tal-politika jenħtieġ li jiġi evalwat kontra din il-linja bażi ddefinita. L-Istati Membri għandhom iqisu li interventi oħra ta' politika jistgħu jitwettqu fl-istess perjodu ta' żmien li wkoll jista' jkollhom impatt fuq l-iffrankar tal-enerġija, sabiex mhux it-tibdil kollu osservat sa mill-introduzzjoni tal-politika li qed tiġi evalwata jista' jiġi attribwit għal dik il-miżura ta' politika biss. L-azzjonijiet tal-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata għandhom jikkontriwbixxu realment għall-kisba tal-iffrankar iddikjarat biex ikun issodisfat ir-rekwiżit tal-materjalità.

(9)  L-iffrankar ġdid tal-enerġija jenħtieġ li jkun addizzjonali għal dak li jsir is-soltu, biex l-iffrankar li xorta waħda kien isir ma jkunx jista' jiġi ddikjarat. Sabiex jiġi kkalkulat l-impatt tal-miżuri introdotti, jista' jingħadd biss l-iffrankar nett, imkejjel bħala l-bidla fil-konsum tal-enerġija li tista' tiġi attribwita direttament għall-miżura tal-effiċjenza fl-enerġija inkwistjoni. Sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar nett, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu xenarju bażi ta' kif is-sitwazzjoni tevolvi fin-nuqqas tal-politika inkwistjoni. L-intervent tal-politika jenħtieġ li jiġi evalwat kontra din il-linja bażi ddefinita. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li interventi oħra ta' politika jistgħu jitwettqu fl-istess perjodu ta' żmien li wkoll jista' jkollhom impatt fuq l-iffrankar tal-enerġija, sabiex mhux it-tibdil kollu osservat sa mill-introduzzjoni tal-politika li qed tiġi evalwata jista' jiġi attribwit għal dik il-miżura ta' politika biss. L-azzjonijiet tal-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata għandhom jikkontriwbixxu realment għall-kisba tal-iffrankar iddikjarat biex ikun issodisfat ir-rekwiżit tal-materjalità.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Huwa importanti li jiġu inklużi l-passi kollha fil-katina tal-enerġija fl-għadd ta' ffrankar sabiex jiżdied il-potenzjal ta' ffrankar tal-enerġija fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jistax jiġi ddikjarat diment li l-miżura inkwistjoni ma tmurx lil hinn mill-minimu rikjest mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni, kemm bl-istabbiliment ta' rekwiżiti iktar ambizzjui tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell nazzjonali u kemm biż-żieda fl-adozzjoni tal-miżura. Filwaqt li jkun rikonoxxut il-fatt li r-rinnovazzjoni tal-bini hija element essenzjali fuq perjodu fit-tul biex jiżdied l-iffrankar fl-enerġija, jenħtieġ li jkun iċċarat li l-iffrankar kollu tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti jista' jiġi ddikjarat jekk dan ikun addizzjonali għall-iżvilupp li kien isir fin-nuqqas tal-miżura ta' politika u jekk l-Istat Membru juri li l-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata ikkontribwiet realment fil-kisba tal-iffrankar iddikjarat mill-miżura inkwistjoni.

(10)  L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jistax jiġi ddikjarat diment li l-miżura inkwistjoni ma tmurx lil hinn mill-minimu rikjest mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni, kemm bl-istabbiliment ta' rekwiżiti iktar ambizzjuż i tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell nazzjonali u kemm biż-żieda fl-adozzjoni tal-miżura. Il-bini jippreżenta potenzjal sostanzjali għal żieda ulterjuri fl-effiċjenza enerġetika, u r-rinnovazzjoni tal-bini hija element essenzjali fuq perjodu fit-tul biex jiżdied l-iffrankar fl-enerġija Jenħtieġ għalhekk li jkun iċċarat li l-iffrankar kollu tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti jista' jiġi ddikjarat jekk dan ikun addizzjonali għall-iżvilupp li kien isir fin-nuqqas tal-miżura ta' politika u jekk l-Istat Membru juri li l-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata ikkontribwiet realment fil-kisba tal-iffrankar iddikjarat mill-miżura inkwistjoni.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Il-ġestjoni effikaċi tal-ilma tista' tagħti kontribut sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija. Is-settur tal-ilma u tal-ilma mormi jirrappreżenta 3.5 % tal-użu tal-elettriku fl-Unjoni1a. Barra minn hekk, id-domanda tal-ilma hija mistennija li tiżdied b'25 % sal-2040, primarjament fiż-żoni urbani. Fl-istess ħin, it-telf tal-ilma minħabba tnixxijiet jammonta għal 24 % tal-konsum totali tal-ilma fl-Unjoni, u dan jirriżulta f'telf tal-enerġija u telf tal-ilma. Il-miżuri kollha li jindirizzaw l-immaniġġjar aktar effettiv tal-ilma u t-tnaqqis fl-użu tal-ilma għalhekk għandhom il-potenzjal li jagħtu kontribut sinifikanti lejn l-objettiv ta' effiċjenza tal-enerġija tal-Unjoni 1b.

__________________

1a. World Energy Outlook 2016 (Perspettiva tal-Enerġija fid-Dinja għall-2016), Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, 2016

1b. World Energy Outlook 2016 (Perspettiva tal-Enerġija fid-Dinja għall-2016), Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, 2016

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10b)  Dan ir-rieżami jinkludi dispożizzjonijiet relatati mat-trattament tal-effiċjenza enerġetika bħala prijorità ta' infrastruttura, filwaqt li jirrikonoxxi li dan jissodisfa d-definizzjoni ta' infrastruttura użata mill-FMI u istituzzjonijiet ekonomiċi oħra, u jagħmlu element kruċjali u kunsiderazzjoni ta' prijorità f'deċiżjonijiet futuri ta' investiment dwar l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa1a.

__________________

1a.Test mir-rapport tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (2012/27/UE) (2015/2232(INI))

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10c)  Is-settur tal-enerġija hu l-akbar konsumatur tal-ilma fl-Unjoni, li jammonta għal 44 % tal-konsum tal-ilma1a. L-użu ta' teknoloġiji u proċessi intelliġenti għall-ġestjoni effiċjenti tal-ilma għandu l-potenzjal li jiġġenera ffrankar sinifikanti tal-enerġija filwaqt li jsaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi.

__________________

1a.Commission staff working document, Agriculture and sustainable water management in the EU (Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, L-agrikoltura u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma fl-UE), 28 ta' April 2017

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 10d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10d)  Is-settur tal-ilma u tal-ilma mormi jista' wkoll jikkontribwixxi għall-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u għat-tnaqqis tal-provvista ta' enerġija fossili. Pereżempju, l-irkupru ta' enerġija minn ħama prodotta permezz tat-trattament tal-ilma mormi, tagħmilha possibbli li tiġi prodotta enerġija fuq il-post.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini għandu jkun ta' benefiċċju b'mod partikolari għall-konsumaturi affettwati mill-faqar enerġetiku. L-Istati Membri diġà jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jinkludu għanijiet soċjali fil-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, fir-rigward tal-faqar enerġetiku, u issa din il-possibbiltà għandha tiġi estiża għal miżuri alternattivi u ttrasformata f'obbligu filwaqt li titħalla l-flessibbiltà sħiħa għall-Istati Membri fir-rigward tad-daqs, l-ambitu u l-kontenut ta' dawn il-miżuri. F'konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat, , il-politiki tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija għandhom ikunu inklussivi u għalhekk jiżguraw ukoll l-aċċessibbiltà tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għall-konsumaturi f'faqar enerġetiku.

(12)  It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini jenħtieġ li jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi kollha u b'mod partikolari għall-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx, inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku. Kull Stat Membru jista' jiddefinixxi l-faqar enerġetiku u x'jikkostitwixxi unità domestika b'introjtu baxx skont ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi. L-Istati Membri diġà jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jinkludu għanijiet soċjali fil-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, fir-rigward tal-faqar enerġetiku. Din il-possibbiltà jenħtieġ li tiġi estiża għal miżuri alternattivi u ttrasformata f'obbligu filwaqt li titħalla l-flessibbiltà sħiħa għall-Istati Membri fir-rigward tad-daqs, l-ambitu u l-kontenut ta' dawn il-miżuri. F'konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat, il-politiki tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija jenħtieġ li jkunu inklussivi u għalhekk jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għall-konsumaturi f'faqar enerġetiku u b'introjtu baxx. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkwantifikaw l-għanijiet tagħhom, jakkumpanjaw l-iskemi tagħhom b'appoġġ finanzjarju adegwat u jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Ir-reazzjoni għad-domanda għall-elettriku matul il-ġurnata u bil-lejl hija strument importanti għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, ladarba żżid b'mod sinifikanti l-opportunitajiet tal-iffrankar tal-enerġija għall-konsumaturi billi tippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-possibbiltà li jiġi ottimizzat il-konsum tal-enerġija meta jkun hemm domanda għall-enerġija, inkluż f'ħinijiet ta' domanda massima, sabiex ikun jista' jsir użu aħjar ta' netwerks ta' trażmissjoni u ta' riżorsi produttivi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-premessa 19 tal-abbozz ta' rapport. Hija għandha l-għan li tiċċara u tirrelata mal-iSmartGrid.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  Kontijiet baxxi tal-enerġija jenħtieġ li jintlaħqu billi l-konsumaturi jkunu assistiti inaqqsu l-użu tal-enerġija tagħhom bit-tnaqqis fil-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, f'titjib fl-effiċjenza tal-apparati, fid-disponibilità ta' modi ta' trasport li jużaw inqas enerġija integrati mat-trasport pubbliku u l-użu tar-rota. It-titjib fi skemi tal-bini u t-tnaqqis fil-ħtiġijiet u fl-użu tal-enerġija huma aspetti fundamentali li jtejbu l-kundizzjonijiet ta' saħħa ta' segmenti tal-popolazzjoni b'introjtu baxx.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c)  Huwa kruċjali li titqajjem kuxjenza u tingħata informazzjoni preċiża dwar il-benefiċċji ta' żieda tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-implimentazzjoni possibbli tagħha għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Effiċjenza enerġetika akbar hija wkoll kruċjali għall-pożizzjoni ġeopolitika u s-sigurtà tal-Unjoni għaliex tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni ta' fjuwils minn pajjiżi terzi.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 12d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12d)  B'madwar 50 miljun unità domestika fl-Unjoni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jridu jkunu ċentrali għal kull strateġija kosteffettiva sabiex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà tal-konsumaturi u jkunu komplementari għall-politiki ta' sigurtà soċjali fil-livell tal-Istati Membri. Biex jiġi żgurat li l-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jnaqqsu l-faqar enerġetiku għas-sostenibbiltà tal-okkupanti, jenħtieġ li titqies il-kosteffikaċja ta' tali miżuri, kif ukoll l-affordabbiltà għas-sidien u l-okkupanti, u l-appoġġ finanzjarju għal dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġi garantit fil-livell ta' Stat Membru. L-istokk tal-bini tal-Unjoni ser jeħtieġ li jsir, fuq terminu twil, NZEBs sal-2050, skont l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rati attwali tar-rinovazzjoni tal-bini mhumiex suffiċjenti u dak il-bini li huwa okkupat minn ċittadini b'introjtu baxx affettwati minn faqar enerġetiku huwa l-aktar diffiċli biex jintlaħaq. Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament fir-rigward ta' obbligi ta' ffrankar tal-enerġija, l-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta' politika alternattivi huma għalhekk ta' importanza partikolari.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 12e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12e)  L-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri kollha tal-effiċjenza fl-enerġija, inklużi perjodi ta' rkupru tal-ħlas lura, jenħtieġ li jkunu magħmula kompletament trasparenti għall-konsumaturi.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini minn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli tnaqqas l-enerġija fossili fornuta. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini huma miżuri importanti biex inaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija tal-Unjoni u l-emissjonijiet tal-gass serra, b'mod speċjali fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti għall-2030 kif ukoll l-impenn globali li ttieħed fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) li saret f'Pariġi f'Diċembru 2015. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu kapaċi jqisu ċertu ammont ta' enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq jew fil-bini għall-użu proprju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-iffrankar tal-enerġija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-metodoloġiji stabbiliti skont id-Direttiva 2010/31/UE.

(13)  L-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini minn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli tnaqqas l-enerġija fossili fornuta. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini huma miżuri importanti biex inaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija tal-Unjoni u l-emissjonijiet tal-gass serra, b'mod speċjali fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti għall-2030 kif ukoll l-impenn globali li ttieħed fil-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Il-bilanċ tal-enerġija fin-negozji u l-industriji tal-Istati Membri jista' jittejjeb, abbażi tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, bl-użu xieraq tal-iskart industrijali bħala materja prima sekondarja, sakemm il-potenzjal tal-enerġija tagħha tkun ogħla mill-potenzjal tal-materja prima primarja alternattiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkonċerna l-Premessa 22 tal-abbozz ta' rapport.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  L-Istati Membri, filwaqt li jieħdu vantaġġ minn mudelli u teknoloġiji ġodda tan-negozju, jenħtieġ li jfittxu li jippromwovu u jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, inkluż permezz ta' servizzi ta' enerġija innovattivi għall-klijenti kbar u żgħar.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13c)  L-Istati Membri jenħtieġ li juru grad għoli ta' flessibilità fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri alternattivi biex jiġu ddeterminati l-prijoritajiet nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija, li jinkludu kemm il-prodotti li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti kif ukoll proċessi ta' produzzjoni teknoloġika effiċjenti fl-użu tal-enerġija; hemm bżonn ta' appoġġ għal azzjonijiet li jiffokaw fuq miri relatati mal-użu effiċjenti ta' riżorsi naturali jew il-ħtieġa li tiġi introdotta l-ekonomija ċirkolari.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda timmodifika l-emenda 23 tal-abbozz ta' rapport.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Bħala parti mill-miżuri stabbiliti fil-Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ, id-drittijiet minimi tal-konsumaturi għal informazzjoni ċara u fil-ħin dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom jeħtieġ li jissaħħu. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikoli 9 sa 11 u l-Anness VII tad-Direttiva 2012/27/UE jiġu emendati biex jistipulaw feedback frekwenti u mtejjeb dwar il-konsum tal-enerġija. Għandu jiġi ċċarat ukoll li d-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontijiet u mal-informazzjoni tal-kontijiet japplikaw għall-konsumaturi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun fornut minn sors ċentrali anki meta ma jkollhomx relazzjoni kuntrattwali individwali diretta ma' fornitur tal-enerġija. Għalhekk, għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet, it-terminu “utent aħħari” għandu jkopri l-klijenti aħħarin li jixtru t-tisħin/it-tkessiħ/il-misħun għall-użu proprju tagħhom kif ukoll l-okkupanti tal-unitajiet individwali ta' bini b'aktar minn appartament wieħed jew b'diversi użi fejn dawn l-unitajiet huma fornuti minn sors ċentrali. It-terminu "sottoarloġġi" għandu jirreferi għall-kejl tal-konsum f'unitajiet individwali ta' tali bini. Sal-1 ta' Jannar 2020 arloġġi tas-sħana u allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati ġodda għandhom ikunu jinqraw mill-bogħod biex jiżguraw l-għoti kosteffikaċi u frekwenti tal-informazzjoni dwar il-konsum. L-Artikolu 9a il-ġdid huwa maħsub biex japplika biss għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun fornut minn sors ċentrali.

(14)  Bħala parti mill-miżuri stabbiliti fil-Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ, id-drittijiet minimi tal-konsumaturi għal informazzjoni preċiża, affidabbli, ċara u fil-ħin dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom jeħtieġ li jissaħħu. Filwaqt li l-kejl individwali jenħtieġ li jkompli jkun meħtieġ fejn ikun teknikament fattibbli u kosteffiċjenti f'termini ta' proporzjonalità fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, l-Artikoli 9 sa 11 u l-Anness VII tad-Direttiva 2012/27/UE jenħtieġ li jiġu emendati biex jistipulaw feedback frekwenti u mtejjeb dwar il-konsum tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà u l-kapaċitajiet tal-apparat tal-kejl, bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-enerġija. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll li l-implimentazzjoni b'suċċess ta' teknoloġiji ġodda għall-kejl tal-konsum tal-enerġija jirrikjedu investiment imsaħħaħ fl-edukazzjoni u l-ħiliet kemm għall-utenti kif ukoll għall-fornituri tal-enerġija. Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll li d-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontijiet u mal-informazzjoni tal-kontijiet u tal-konsum japplikaw għall-konsumaturi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun fornut minn sors ċentrali anki meta ma jkollhomx relazzjoni kuntrattwali individwali diretta ma' fornitur tal-enerġija. Għalhekk, għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet, it-terminu "utent aħħari" minbarra l-klijenti aħħarin li jixtru t-tisħin/it-tkessiħ/il-misħun għall-użu aħħari tagħhom jenħtieġ li jkopri wkoll l-okkupanti tal-unitajiet individwali ta' bini b'aktar minn appartament wieħed jew b'diversi użi fejn dawn l-unitajiet huma fornuti minn sors ċentrali li ma jkollu ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija. It-terminu "sottoarloġġi" għandu jirreferi għall-kejl tal-konsum f'unitajiet individwali ta' tali bini. Sal-1 ta' Jannar 2020 arloġġi tas-sħana u allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati ġodda għandhom ikunu jinqraw mill-bogħod biex jiżguraw l-għoti kosteffikaċi u frekwenti tal-informazzjoni dwar il-konsum. L-Artikolu 9a il-ġdid huwa maħsub biex japplika biss għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun fornut minn sors ċentrali.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  L-informazzjoni dwar il-kontijiet u r-rendikonti annwali huma mezz importanti li bih jinżammu infurmati l-klijenti. Data dwar il-konsum u l-ispejjeż tista' wkoll twassal informazzjoni oħra li tgħin lill-konsumaturi jqabblu l-kuntratt attwali tagħhom ma' offerti oħra u jirrikorru għand il-ġestjonant tal-ilmenti u tar-riżoluzzjonijiet ta' tilwim. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li tilwim relatat mal-kont huwa sors komuni ħafna ta' lmenti mill-konsumaturi, fattur li jikkontribwixxi għal livelli persistentement baxxi ta' sodisfazzjon u ta' involviment tal-konsumaturi fis-settur tal-enerġija, huwa meħtieġ li jsiru kontijiet aktar sempliċi, ċari u eħfef biex jinftiehmu, filwaqt li jiġi żgurat li strumenti separati, pereżempju informazzjoni relatata mal-kontijiet, għodod ta' informazzjoni u dikjarazzjonijiet annwali, jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, iqabblu l-offerti u jaqilbu minn fornituri għall-ieħor.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b)  Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huma dawk li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 50 miljun u/jew li t-total tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 43 miljun, bi qbil mal-Artikolu 2(1) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1a.

_______________

1a. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta SMEs jeħtieġ li jiġi ċċarat, minħabba li jeżistu interpretazzjonijiet differenti tad-definizzjoni ta' SMEs tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE u dan iwassal għal piż amministrattiv kbir ħafna.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Il-kostruzzjoni ta' unitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija distribwita tnaqqas it-telf tat-trażmissjoni, u tippermetti adattament flessibbli għad-domanda tal-enerġija li dejjem tinbidel tal-konsumaturi lokali. L-effiċjenza tal-unitajiet tal-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana ikkumbinati (CHP) hija ta' 80 sa 90 %. L-impjanti tas-sħana u enerġija kkombinati (CHP) (unitajiet ta' ġenerazzjoni distribwita) li jinsabu viċin ta' żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni u li huma mgħammra b'akkumulaturi tas-sħana jagħmluha possibbli li jiġu ġġenerati l-elettriku, is-sħana u l-kesħa skont il-mudell li ġej:

fejn: η - effiċjenza tal-konverżjoni f'enerġija finali,

Ep - enerġija primarja mhux rinnovabbli,

Eel - elettriku,

Qkog - enerġija termali mill-koġenerazzjoni,

Qchłodz - enerġija tat-tkessiħ mill-koġenerazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-emenda 24 tal-abbozz ta' rapport.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15b)  Iż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija hija riżultat dirett tal-passi li ġejjin fil-proċessi tal-ġenerazzjoni u l-konverżjoni tal-enerġija: il-konverżjoni effiċjenti tal-enerġija primarja f'enerġija finali, it-trażmissjoni effiċjenti ta' din l-enerġija lill-konsumaturi fil-forma ta' elettriku, sħana jew fjuwils, u l-użu ekonomiku tagħha minn utenti finali; l-effett tal-iffrankar fuq is-suq tal-konsumatur jenħtieġ li ma jiġix ikkunsidrat bħala l-uniku objettiv ta' din l-effikaċja, billi dan l-effett jista' jirriżulta minn prezzijiet tal-enerġija mhux favorevoli.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex jirrifletti l-progress teknoloġiku u s-sehem dejjem jikber tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-koeffiċjent awtomatiku għall-iffrankar f'kWh ta' elettriku għandu jiġi rivedut sabiex jirrifletti t-tibdil fil-fattur tal-enerġija primarja (PEF) għall-elettriku. Il-kalkoli tal-PEF għall-elettriku huma bbażati fuq valuri medji annwali. Il-Metodu tal-kontabilità tal-kontenut tal-enerġija fiżika huwa użat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana nukleari u l-Metodu tal-effiċjenza tal-konverżjoni teknika huwa użat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana minn karburanti fossili u bijomassa. Għall-enerġija rinnovabbli mhux kombustibbli, il-metodu huwa l-ekwivalenti dirett ibbażat fuq l-approċċ tal-Enerġija primarja totali. Biex jiġi kkalkulat is-sehem tal-enerġija primarja għall-elettriku f'CHP, jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 2012/27/UE. Il-pożizzjoni medja tas-suq hija użata pjuttost milli waħda marġinali. L-effiċjenzi tal-konverżjoni huma preżunti li huma 100 % għal rinnovabbli mhux kombustibbli, 10 % għal impjanti ġeotermiċi u 33 % għal impjanti tal-enerġija nukleari. L-effiċjenza totali għall-koġenerazzjoni hija kkalkulata fuq il-bażi tal-aktar dejta riċenti mill-Eurostat. Fir-rigward tal-konfini tas-sistema l-PEF huwa 1 għas-sorsi kollha tal-enerġija. Il-kalkoli huma bbażati fuq l-aktar verżjoni riċenti tax-Xenarju ta' Referenza PRIMES. Il-valur tal-PEF huwa bbażat fuq il-projezzjoni għall-2020. L-analiżi tkopri l-Istati Membri tal-UE u n-Norveġja. Is-sett tad-data għan-Norveġja huwa bbażat fuq id-data tal-ENTSO-E.

(16)  Limitat b'mod strett għall-objettivi ta' din id-Direttiva u jirrifletti l-progress teknoloġiku u s-sehem dejjem jikber tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriku f'ċerti Stati Membri, il-koeffiċjent għall-iffrankar f'kWh ta' elettriku f'dawk l-Istati Membri jenħtieġ li jkun analizzat sew u possibbilment jiġi rivedut sabiex jirrifletti t-tibdil fil-fattur tal-enerġija primarja (PEF) għall-elettriku, filwaqt li jirrifletti t-taħlita enerġetika reali tal-Istat Membru rispettiv, permezz ta' metodoloġija komparabbli u trasparenti.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Filwaqt li jitqies li l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-Pjan tal-Effiċjenza fl-Enerġija (10709/11), issottolinja li l-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni, li jirrappreżenta 50 % tal-enerġija finali, u, sabiex ikun possibbli t-tkabbir ekonomiku u jiġi inkoraġġit l-impjieg f'setturi li jirrikjedu kwalifiki speċjali, jiġifieri fis-settur tal-kostruzzjoni u fis-settur tal-manifattura tal-prodotti tal-kostruzzjoni, kif ukoll f'attivitajiet professjonali bħal dawn, bħall-arkitettura u l-ippjanar urban, u servizzi konsultattivi dwar it-teknoloġiji tat-tisħin u tat-tkessiħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu strateġija fit-tul f'dawn l-oqsma li testendi lil hinn mill-2020, billi jimmobilizzaw fondi għal investimenti f'termomodernizzar massiv ta' bini residenzjali u pubbliku, kif ukoll fondi għall-kostruzzjoni ta' NZEBs.

Ġustifikazzjoni

Mil-lat tekniku, il-potenzjal għaż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija jista' jintuża bl-aktar mod faċli fis-settur tal-akkomodazzjoni.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16b)  Jenħtieġ li jintuża fattur tal-enerġija primarja (PEF) bħala għodda li tnaqqas il-konsum u d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll l-espansjoni ulterjuri ta' riżorsi tal-enerġija rinnovabbli. F'dan ir-rigward, il-koeffiċjent awtomatiku għall-iffrankar f'kWh ta' elettriku għandu jiġi adattat meta żviluppi teknoloġiċi, ekonomiċi jew soċjali juru l-ħtieġa għal koeffiċjent awtomatiku ta' tnaqqis iktar baxx. Il-Kummissjoni għandha tanalizza u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda l-koeffiċjent awtomatiku tal-enerġija primarja (PEF) sal-2024.

Ġustifikazzjoni

L-iżviluppi teknoloġiċi, soċjali jew ekonomiċi jistgħu jirrikjedu l-aġġustament tal-koeffiċjent awtomatiku. Billi dawn l-iżviluppi jsegwu lil xulxin b'mod mgħaġġel, huwa importanti li l-Kummissjoni tirrevedi l-koeffiċjent awtomatiku f'perjodu ta' żmien sinifikanti.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jiġi żgurat li l-Annessi tad-Direttiva u l-valuri ta' referenza armonizzati għall-effiċjenza msemmija fl-Artikolu 14(10) ikunu jistgħu jiġu aġġornati, jenħtieġ li d-delega tas-setgħat mogħtija tiġi estiża lill-Kummissjoni. .

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-aġġornamenti dejjem iridu jiġu maqbula mal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-effettività tad-Direttiva 2012/27/UE, għandu jiġi introdott rekwiżit għal rieżami ġenerali tad-Direttiva u għal rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024.

(18)  Sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-effettività tad-Direttiva 2012/27/UE, għandu jiġi introdott rekwiżit għal rieżami ġenerali tad-Direttiva u għal rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024. Din id-data għandha tiġu stabbilita wara bilanċ globali tal-UNFCCC fl-2023 u tippermetti kwalunkwe allinjament għal dan il-proċess, b'kont meħud ukoll tal-iżviluppi ekonomiċi u ta' innovazzjoni.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  L-Istati Membri, li l-PDG per capita tagħhom huwa aktar baxx mill-PDG per capita medju tal-UE, jenħtieġ li jkunu jistgħu jżidu l-konsum tal-enerġija primarja, sakemm il-konverżjoni tagħha f'enerġija finali, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ulterjuri tagħha, kif ukoll l-iffrankar utli fis-suq tal-konsumatur iqisu żieda sinifikanti tal-effiċjenza fl-enerġija f'kull stadju ta' proċess teknoloġiku li jikkonsisti fil-fluss ta' enerġija primarja rilaxxata.

Ġustifikazzjoni

L-istandards li jikkonċernaw il-konsum tal-enerġija li tista' tintuża jenħtieġ li jkunu bbilanċjati fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19b)  L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw rwol ewlieni fl-iżvilupp u fit-tfassil, l-eżekuzzjoni u l-valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti fid-Direttiva, sabiex ikunu kapaċi jindirizzaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-klima, il-kultura u s-soċjetà tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament ta' Frar 2016 tenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-politiki tal-UE f'oqsma bħat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija u t-tkabbir urban, li fihom l-iffrankar tal-enerġija u l-miżuri ta' effiċjenza, u l-enerġiji rinnovabbli, huma essenzjali. Ir-reġjuni għandhom ikunu involuti fil-livelli kollha sabiex ikun hemm koordinazzjoni u interazzjoni aħjar, speċjalment f'pajjiżi b'livell għoli ta' deċentralizzazzjoni u setgħat trasferiti.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19c)  Fid-dawl tad-distribuzzjoni mhux uniformi tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni fl-Unjoni, l-effiċjenza fl-enerġija globali tista' tiżdied billi tiġi importata enerġija finali minn pajjiżi terzi; għalhekk, tinħoloq ħtieġa ta' politiki tal-Unjoni li jwasslu mhux biss għal regolamentazzjoni tal-kummerċ tal-enerġija primarja, li tinvolvi, fost l-oħrajn, il-kostruzzjoni tal-pajpijiet tal-gass u taż-żejt, iżda anke l-importazzjoni tal-enerġija finali fiż-żoni tal-fruntiera.

Ġustifikazzjoni

L-importazzjoni tal-enerġija finali, eż. minn pajjiżi terzi ġirien tista' tirriżulta f'effiċjenza fl-enerġija ogħla milli fil-każ tal-importazzjoni tal-enerġija minn żoni tal-UE aktar 'il bogħod.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri ewlenin tal-Unjoni għall-effiċjenza fl-enerġija ta' 20 % għall-2020 u l-miri vinkolanti ewlenin tagħha ta' 35 % għall-2030 u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija lil hinn minn dawk id-dati. Hija tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u tipprovdi sabiex ikunu stabbiliti miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija u l-kontributi għall-2020 u l-2030.";

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni, jimplimentaw il-prinċipju tal-"effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" matul il-katini kollha tal-enerġija, inklużi l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari tal-enerġija, sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri ewlenin tal-Unjoni għall-effiċjenza fl-enerġija ta' 20 % għall-2020 u l-miri vinkolanti ewlenin tagħha ta' 40 % għall-2030 u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija lil hinn mill-2030, bi qbil mal-miri fuq terminu twil tal-enerġija u l-klima tal-Unjoni għall-2050 u l-Ftehim ta' Pariġi. Hija tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, tipprovdi sabiex ikunu stabbiliti miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020 u miri vinkolanti nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika għall-2030.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" u tiżgura li l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons min-naħa tad-domanda jkunu jistgħu jikkompetu fuq termini ugwali mal-kapaċità ta' ġenerazzjoni. Jeħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata fl-ippjanar ta' sistemi tal-enerġija rilevanti jew kull meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjamenti.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Sabiex timmobilizza l-finanzjament privat għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija u r-rinovazzjonijiet tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tibda djalogu kemm mal-istituzzjonijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati sabiex tieħu nota tal-mekkaniżmi ta' politika potenzjali. Minħabba l-potenzjal kbir għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-bini, l-investimenti f'dan is-settur għandhom jitqiesu b'mod partikolari, b'enfażi primarja fuq il-bini residenzjali b'unitajiet domestiċi b'introjtu baxx li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku. Barra minn hekk, sabiex l-investimenti fi proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija jkunu aktar interessanti u fattibbli finanzjarment għall-investituri, il-Kummissjoni għandha tqis l-opzjonijiet dwar ta' ġbir flimkien ta' proġetti żgħar f'oħrajn kbar. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif jiġi stimolat l-investiment privat sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

‘(1a)  "katina tal-konverżjonijiet tal-enerġija" tfisser proċess teknoloġiku li jibda bir-rilaxx tal-enerġija primarja u t-trażmissjoni tagħha lis-suq fil-forma ta' enerġija finali, fejn tiġi konvertita minn konsumatur f'enerġija li tista' tintuża (xogħol)":

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post l-emenda 39 tal-abbozz ta' rapport u għandha l-għan ta' aktar ċarezza.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test fis-seħħ

Emenda

(1b)   Fl-Artikolu 2, il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(3) "konsum finali tal-enerġija" tfisser l-enerġija kollha pprovduta lill-industrija, it-trasport, id-djar, is-servizzi u l-agrikoltura. Dan jeskludi l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni tal-enerġija u l-industriji tal-enerġija fihom infushom;

'(3)    "konsum finali tal-enerġija" tfisser il-konsum tal-elettriku pprovdut lis-suq tal-konsumatur, li huwa rikjest mill-industrija u t-trasport, kif ukoll l-enerġija pprovduta lill-unitajiet domestiċi, is-servizzi u l-agrikoltura; dan il-konsum jiddependi fuq il-potenza elettrika totali disponibbli għar-rilaxx, inkluża potenza attiva u reattiva, filwaqt li tiġi pprovduta din l-enerġija;"

Ġustifikazzjoni

Il-potenza elettrika disponibbli għar-rilaxx jenħtieġ li dejjem teċċedi d-domanda minħabba l-konsum mhux uniformi tagħha fis-suq, sabiex jiġi evitat qtugħ totali tal-elettriku. B'mod ġenerali, teċċedi d-domanda b'20 fil-mija.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c)   Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-punt li ġej:

‘(9a)   "bini ta' awtorità pubblika" tfisser, għall-finijiet tal-Artikolu 5, bini li jkun il-proprjetà ta' u okkupat mill-gvern ċentrali jew kwalunkwe awtorità pubblika oħra, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, inkluż dawk li huma sptarijiet, faċilitajiet ta' kura tas-saħħa, istituzzjonijiet edukattivi u akkomodazzjoni soċjali;'

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 3 – paragrafi 1, 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Miri għall-effiċjenza fl-enerġija

Miri għall-effiċjenza fl-enerġija

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira indikattiva nazzjonali għall-2020 għall-effiċjenza fl-enerġija, abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, jew l-intensità tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 24(1) u mal-Parti 1 tal-Anness XIV. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jesprimu wkoll dawk il-miri f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u għandhom jispjegaw kif, u abbażi ta' liema data, dan ġie kkalkulat.

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:

(a)  li l-konsum tal-Unjoni għall-2020 ma jridx ikun aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali;

(a)  li l-konsum tal-Unjoni għall-2020 ma jridx ikun aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali;

(b)  tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;

(b)  tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;

(c)  tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE; u

(c)  tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE; u

(d)  ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.

(d)  ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:

(a)  il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;

(a)  il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;

(b)  l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-PDG;

(b)  l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-PDG;

(c)  il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;

(c)  il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;

(d)  l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u

(d)  l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u

(e)  azzjoni bikrija.

(e)  azzjoni bikrija.

2.  Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb il-konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.

2.  Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb il-konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.

3.  Fit-twettiq tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:

3.  Fit-twettiq tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:

(a)  tgħodd il-miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija rrapurtati mill-Istati Membri;

(a)  tgħodd il-miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija rrapurtati mill-Istati Membri;

(b)  tivvaluta jekk it-total ta' dawk il-miri jistax jiġi kkundirat gwida affidabbli dwar jekk l-Unjoni bis-sħiħ hijiex fit-triq it-tajba, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-ewwel rapport annwali skont l-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);

(c)  tqis l-analiżi komplementari li tirriżulta minn:

(c)  tqis l-analiżi komplementari li tirriżulta minn:

(i)  valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum tal-enerġija finali jew l-iffrankar tal-enerġija finali, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta' dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta' din id-Direttiva;

(ii)  ir-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar relatati max-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni.

(ii)  ir-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar relatati max-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni.

(d)   tqabbel ir-riżultati skont il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tkun meħtieġa biex tinkiseb konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.

(d)   tqabbel ir-riżultati skont il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tkun meħtieġa biex jinkiseb konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 f'konformità mal-Artikoli [4] u [6] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Meta jistabbilixxu dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dwar dawk il-kontribuzzjonijiet lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima f'konformita mal-proċedura skont l-Artikoli [3] u [7] sa [11] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].;

4.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira vinkolanti nazzjonali li b'mod kumulattiv għandha tkun konformi mal-mira tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1

u f'konformità mal-Artikoli [4] u [6] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].

Meta jistabbilixxu l-livell ta' dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 1132 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 849 Mtoe ta' enerġija finali.

Sabiex jipprovdu biżżejjed flessibbiltà għall-Istati Membri biex jilħqu l-miri nazzjonali vinkolanti tagħhom tal-effiċjenza enerġetika filwaqt li fl-istess ħin jippermettu l-ekonomija tagħhom tiżviluppa u jżidu l-produzzjoni u l-attività industrijali, huma għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu l-miri tagħhom abbażi tal-intensità tal-enerġija bħala l-proporzjon bejn il-konsum tal-enerġija u l-prodott domestiku gross (PDG).

L-objettivi nazzjonali tal-effiċjenza enerġetika għandhom iqisu l-istadji kollha tal-katina tal-enerġija, li jinkludu l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu finali.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dwar dawk il-miri lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima f'konformita mal-proċedura skont l-Artikoli [3] u [7] sa [11] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 5

Test fis-seħħ

Emenda

(2a)  l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 5

"Artikolu 5

Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi

Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, kull Stat Membru għandu jiżgura li, mill-1 ta' Jannar 2014, tiġi rrinovata kull sena 3 % mill-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tiegħu sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, kull Stat Membru għandu jiżgura li, mill-1 ta' Jannar 2014, tiġi rrinovata kull sena 3 % mill-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tiegħu sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Mill-1 ta' Jannar 2021 dan il-paragrafu għandu japplika għall-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta' u okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kompetenzi rispettivi u l-kompożizzjoni amministrattiva tagħhom.

Ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 500 m2 ta' art utilizzabbli li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Dak il-limitu għandu jitnaqqas għal 250 m2 mid-9 ta' Lulju 2015.

Ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 500 m2 ta' art utilizzabbli li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Dak il-limitu għandu jitnaqqas għal 250 m2 mid-9 ta' Lulju 2015 u għandu japplika għall-bini li jkun il-proprjetà ta' u okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi mill-1 ta' Jannar 2021 b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kompetenzi rispettivi u l-kompożizzjoni amministrattiva tagħhom.

Fejn Stat Membru jeħtieġ li l-obbligu li kull sena tiġi rinovata 3 % tal-erja totali tal-art jestendi għall-erja tal-art li hija proprjetà tad-dipartimenti amministrattivi f'livell taħt il-gvern ċentrali, ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' art utilizzabbli ta' iktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, iktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali jew ta' dawn id-dipartimenti amministrattivi tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

Meta jimplimentaw miżuri għar-rinovazzjoni komprensiva tal-bini tal-gvern ċentrali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jqisu l-bini inġenerali, inklużi l-pakkett finanzjarju, it-tagħmir, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini.

Meta jimplimentaw miżuri għar-rinovazzjoni komprensiva tal-bini tal-awtorità pubblika f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jqisu l-bini inġenerali, inklużi l-pakkett finanzjarju, it-tagħmir, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini tal-gvern ċentrali bl-aktar prestazzjoni baxxa ta' enerġija jkun prijorità għall-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija, fejn dan ikun kosteffettiv u teknikament fattibbli.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini tal-awtorità pubblika bl-aktar prestazzjoni baxxa ta' enerġija jkun prijorità għall-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija, fejn dan ikun kosteffettiv u teknikament fattibbli.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a)   bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent magħżul, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija tibdel b'mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(b)   bini li hu proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintuża għal finijiet ta' difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta' għajxien singoli jew bini tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;

(c)   bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi.

(c)   bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi.

3.  Jekk Stat Membru jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tal-gvern ċentrali f'sena speċifika, huwa jista' jgħodd mar-rata annwali ta' rinovazzjoni kwalunkwe waħda mit-tliet snin preċedenti jew sussegwenti.

3.  Jekk Stat Membru jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tal-awtorità pubblika f'sena speċifika, huwa jista' jgħodd mar-rata annwali ta' rinovazzjoni kwalunkwe waħda mit-tliet snin preċedenti jew sussegwenti.

4.  L-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinovazzjoni annwali ta' bini pubbliku bini ġdid okkupat u li huwa proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku tal-gvern ċentrali li jkun twaqqa' f'waħda mis-sentejn preċedenti, jew bini li jkun inbiegħ, li twaqqa' jew li m'għadux jintuża f'xi waħda mis-sentejn preċedenti minħabba użu aktar intensiv ta' bini ieħor.

4.  L-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinovazzjoni annwali tal-awtorità pubblika bini ġdid okkupat u li huwa proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku tal-awtorità pubblika li jkun twaqqa' f'waħda mis-sentejn preċedenti, jew bini li jkun inbiegħ, li twaqqa' jew li m'għadux jintuża f'xi waħda mis-sentejn preċedenti minħabba użu aktar intensiv ta' bini ieħor.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju ta' bini tal-gvern ċentrali imsaħħan u/jew imkessaħ b'art utilizzabbli ta' daqs totali ta' aktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, ta' aktar minn 250 m2, bl-esklużjoni ta' bini eżentat abbażi tal-paragrafu 2. L-inventarju għandu jkollu fih id-data li ġejja:

(a)   l-erja tal-art f'm2; u

(a)   l-erja tal-art f'm2;

(b)   il-prestazzjoni tal-enerġija ta' kull binja jew data rilevanti dwar l-enerġija.

(b)   il-prestazzjoni tal-enerġija ta' kull binja;

(ba)   il-konsum attwali mkejjel tal-enerġija.

Mill-1 ta' Jannar 2021 dan il-paragrafu għandu japplika għall-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta' u okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu approċċ alternattiv għall-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, fejn huma jieħdu miżuri kosteffettivi oħrajn, inklużi rinovazzjonijiet profondi u miżuri għal bidla fl-imġiba tal-okkupanti, sabiex sal-2020 jiksbu ammont ta' ffrankar tal-enerġija f'bini eliġibbli li huwa l-proprjetà tal-gvern ċentrali tagħhom li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fil-paragrafu 1, rappurtat fuq bażi annwali.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu approċċ alternattiv għall-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, fejn huma jieħdu miżuri kosteffettivi oħrajn, inklużi rinovazzjonijiet profondi u miżuri għal bidla fl-imġiba tal-okkupanti, sabiex sal-2020 jiksbu ammont ta' ffrankar tal-enerġija f'bini eliġibbli li huwa l-proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi tagħhom li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fil-paragrafu 1, rappurtat fuq bażi annwali.

Għall-finijiet tal-approċċ alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali qabel u wara r-rinovazzjoni u skont l-istimi tas-superfiċje tal-istokk tagħhom. Il-kategoriji ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali għandhom jirrappreżentaw l-istokk ta' tali bini.

Għall-finijiet tal-approċċ alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali qabel u wara r-rinovazzjoni u skont l-istimi tas-superfiċje tal-istokk tagħhom. Il-kategoriji ta' bini ta' riferiment tal-awtorità pubblika għandhom jirrappreżentaw l-istokk ta' tali bini.

L-Istati Membri li jagħżlu l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2013, dwar il-miżuri alternattivi li biħsiebhom jadottaw, filwaqt li juru kif se jiksbu titjib ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li huwa proprjetà tal-gvern ċentrali.

L-Istati Membri li jagħżlu l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, [fi żmien12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], dwar il-miżuri alternattivi li biħsiebhom jadottaw, filwaqt li juru kif se jiksbu titjib ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li huwa proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi.

7.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u lill-korpi ta' akkomodazzjoni soċjali rregolati mid-dritt pubbliku, b' konsiderazzjoni debita għall-kompetenzi u l-istruttura amministrattiva rispettivi tagħhom, biex:

7.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u lill-korpi ta' akkomodazzjoni soċjali rregolati mid-dritt pubbliku, b'konsiderazzjoni debita għall-kompetenzi u l-istruttura amministrattiva rispettivi tagħhom, biex:

(a)   jadottaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija, awtonomu jew bħala parti minn pjan usa' għall-klima jew għall-ambjent, li jkun fih għanijiet u azzjonijiet speċifiċi għall-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija, bil-ħsieb li jsegwi r-rwol eżemplari tal-bini tal-gvern ċentrali stabbilit fil-paragrafi 1, 5 u 6;

(a)   jadottaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija u strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul għal kull bini, awtonomu jew bħala parti minn pjan usa' għall-klima jew għall-ambjent, li jkun fih għanijiet speċifiċi għall-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll valutazzjonijiet u azzjonijiet tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, bil-ħsieb li jsegwi r-rwol eżemplari tal-bini tal-awtorità pubblika stabbilit fil-paragrafi 1, 5 u 6;

(b)   jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-enerġija, inklużi verifiki tal-enerġija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;

(b)   jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-enerġija, inklużi verifiki tal-enerġija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;

(c)   jużaw, fejn xieraq, kumpanniji ta' servizzi tal-enerġija, u kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-finanzjament tar-rinovazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-pjani għall-manutenzjoni jew it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fit-tul.

7a.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-iffrankar tal-enerġija annwali li jirriżulta mir-rinnovazzjonijiet, inkluż dwar is-sehem ta' rinnovazzjonijiet estensivi, u dwar l-erja totali tal-art rinnovata, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) XX/20XX [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija

Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija

1.  L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:

1.  L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:

(a)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ta' 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2013;

(b)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ta' 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019.

(b)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 li jikkorrispondi minn tal-inqas 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019.

L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid ta' 1.5 % għal perjodi ta' għaxar snin wara l-2030, sakemm l-analiżijiet mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin warajhom jikkonkludu li dan mhux meħtieġ biex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2050.

Iffrankar f'kull perjodu għandu jibni b'mod kumulattiv fuq l-ammont ta' ffrankar li jrid jinkiseb matul il-perjodu/perjodi preċedenti. Fejn miżuri preċedenti ta' politika, programmi u/jew azzjonijiet individwali m'għadhomx jagħtu aktar iffrankar, it-telf ta' dan l-iffrankar għandu jkun ikkunsidrat meta jiġi kkalkulat l-ammont totali ta' ffrankar li jrid jinkiseb fi tmiem kull perjodu, u t-telf sostitwit b'iffrankar ġdid.

Għall-finijiet tal-punt (b), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu biss dak l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ġodda ta' politika introdotti wara l-31 ta' Diċembru 2020 jew miżuri ta' politika introdotti matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 sakemm jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali li jittieħdu wara l-31 ta' Diċembru 2020 u jagħtu l-iffrankar.

Iffrankar rikjest għall-perjodu msemmi fil-punt (b) għandu jkun kumulattiv u addizzjonali għall-iffrankar meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (a). Għal dak il-għan, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ġodda ta' politika introdotti wara l-31 ta' Diċembru 2020 jew qabel sakemm jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali ġodda li jittieħdu wara l-31 ta' Diċembru 2020 u jagħtu ffrankar. L-Istati Membri jistgħu wkoll jgħoddu l-iffrankar minn azzjonijiet individwali li jsiru matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 sakemm dawn ikomplu jwasslu ffrankar tal-enerġija verifikabbli wara l-2020.

Il-bejgħ tal-enerġija, skont il-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dawn il-kalkoli.

Għall-finijiet tal-perjodu msemmi fil-punt (a) biss, il-bejgħ tal-enerġija, skont il-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dawn il-kalkoli. Il-bejgħ tal-enerġija użata fit-trasport għandu jiġi kompletament inkluż fil-kalkoli għall-perjodu msemmi fil-punt(b) u lil hinn.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif il-kwantità kkalkulata tal-iffrankar il-ġdid għandha titqassam f'fażijiet fuq kull perjodu msemmija fil-punt(a) u (b) sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ ikun intleħaq sal-aħħar ta' kull perjodu.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif il-kwantità kkalkulata tal-iffrankar il-ġdid għandha titqassam f'fażijiet fuq kull perjodu msemmija fil-punt (a) u (b) sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ ikun intleħaq sal-aħħar ta' kull perjodu.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull Stat Membru jista':

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull Stat Membru jista':

(a)  jwettaq il-kalkolu metieġ fil-punt (a) tal-paragrafu 1 billi juża valuri ta' 1 % fl-2014 u fl-2015; 1.25 % fl-2016 u fl-2017; u 1.5 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020;

(a)  jwettaq il-kalkolu metieġ fil-punt (a) tal-paragrafu 1 billi juża valuri ta' 1 % fl-2014 u fl-2015; 1.25 % fl-2016 u fl-2017; u 1.5 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020;

(b)  jeskludi mill-kalkolu parti mill-bejgħ jew il-bejgħ kollu, skont il-volum, tal-enerġija użata f'attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

(b)  jeskludi mill-kalkolu parti mill-bejgħ jew il-bejgħ kollu, skont il-volum, tal-enerġija użata f'attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

(c)  jippermetti li l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, b'riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1;

(c)  jippermetti li l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, b'riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1;

(d)  jgħodd l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn azzjonijiet individwali li għadhom kemm ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 li jkun għad għandu impatt fl-2020 u lil hinn u li jista' jitkejjel u jiġi vverifikat, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1; u

(d)  jgħodd l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn azzjonijiet individwali li għadhom kemm ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 li jkun għad għandu impatt fl-2020 u li jista' jitkejjel u jiġi vverifikat, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1. u

(e)  jeskludi mill-kalkolu tar-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1 l-ammont verifikabbli tal-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għal użu proprju b'riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwocu tal-installazzjoni ta' teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli.

3.  L-għażliet kollha magħżula skont il-paragrafu 2 meħuda flimkien iridu jammontaw għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw u jikkalkolaw l-effett tal-għażliet magħżula għall-perjodi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 separatament:

(a)   għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (a), (b), (c), u (d) tal-paragrafu 2;

(a)   għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (a), (b), (c), u (d) tal-paragrafu 2;

(b)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 2, sakemm l-azzjonijiet individwali fis-sens tal-punt (d) ikomplu jkollhom impatt verifikabbli u li jista' jitkejjel wara l-31 ta' Diċembru 2020.

(b)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu biss mill-punt (c) tal-paragrafu 2.

4.  L-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta' Diċembru 2020 ma jistax jgħodd lejn l-ammont ta' ffrankar kumulattiv meħtieġ għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

4.  L-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta' Diċembru 2020 ma jistax jgħodd lejn l-ammont ta' ffrankar kumulattiv meħtieġ għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iffrankar li jirriżulta minn miżuri ta' politika msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) jiġi kkalkulat skont l-Anness V.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iffrankar li jirriżulta minn miżuri ta' politika msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u l-Artikolu 20(6) jiġi kkalkulat skont l-Anness V.

6.  L-Istati Membri għandhom jiksbu l-ammont meħtieġ ta' ffrankar skont il-paragrafu 1 billi jistabbilixxu skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7a jew billi jadottaw miżuri alternattivi msemmija fl-Artikolu 7b. L-Istati Membri jistgħu jikkombinaw skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija ma' miżuri ta' politika alternattivi.

7.  L-Istati Membri għandhom juru li meta jkun hemm trikkib fl-impatt ta' miżuri ta' politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta' ffrankar tal-enerġija.";

7.  L-Istati Membri għandhom juru li meta jkun hemm trikkib fl-impatt ta' miżuri ta' politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta' ffrankar tal-enerġija.";

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta' ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7 (1) permezz ta' skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija huma għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati msemmija fil-paragrafu 2 li joperaw fit-territorju ta' kull Stat Membru jiksbu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiva fl-użu finali stabbilita fl-Artikolu 7(1).

1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta' ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija huma għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati msemmija fil-paragrafu 2 li joperaw fit-territorju ta' kull Stat Membru jiksbu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiva fl-użu finali stabbilita fl-Artikolu 7(1) jew jippermettu lill-partijiet obbligati jikkontribwixxu għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika skont l-Artikolu 20(6).

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati fost id-distributuri tal-enerġija u/jew 'kumpanniji li jbigħu l-enerġija fil-livell tal-konsum li joperaw fit-territorju tiegħu u dawn jistgħu jinkludu distributuri tal-karburant għat-trasport jew bejjiegħa fil-livell tal-konsum tal-karburant għat-trasport li joperaw fit-territorju tiegħu. L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati fost il-klijenti aħħarin, nominati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu magħmul fl-Artikolu 7(1), jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, permezz ta' ffrankar iċċertifikat li jkun ġej minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 5.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati fost id-distributuri tal-enerġija, 'kumpanniji li jbigħu l-enerġija fil-livell tal-konsum u distributuri tal-karburant għat-trasport jew bejjiegħa fil-livell tal-konsum tal-karburant għat-trasport li joperaw fit-territorju tagħhom. L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati fost il-klijenti aħħarin, nominati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu magħmul fl-Artikolu 7(1), jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, permezz ta' ffrankar iċċertifikat li jkun ġej minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 5.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Fejn kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum ikunu nnominati bħala partijiet obbligati skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt li qed jissodisfaw l-obbligu tagħhom, kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum ma joħolqu l-ebda xkiel biex il-konsumaturi jaqilbu minn fornitur għal ieħor.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt tal-konsumaturi li jkunu jistgħu jaqilbu faċilment minn fornitur għal ieħor hija kruċjali biex jinżamm suq ta' fornituri ferm kompetittiv bi prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi. Dan jista' jiġi mhedded mill-bejgħ ta' "pakketti" li jorbtu lill-konsumatur għal perjodu twil ma' fornitur. L-obbligu li 'kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija jixtru ċertifikati tal-iffrankar tal-enerġija minn partijiet terzi, jista' jkun alternattiva sabiex jinżammu l-possibbiltajiet tal-bdil.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għandhom jinkludu rekwiżiti b'għan soċjali fl-obbligi ta' ffrankar li jimponu huma, inkluż billi jeżiġu li proporzjon tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jiġi implimentat bħala prijorità f'unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku u fl-akkomodazzjoni soċjali;

(a)  għandhom jinkludu rekwiżiti b'għan soċjali fl-obbligi ta' ffrankar li jimponu huma, inkluż billi jeżiġu li miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jiġi implimentat bħala prijorità f'unitajiet domestiċi b'introjtu baxx inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u fl-akkomodazzjoni soċjali. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' ffrankar miksub f'unitajiet domestiċi kif imqabbla mal-ammont totali ta' ffrankar miksub fl-unitajiet domestiċi kollha skont dan l-Artikolu. Dan l-iffrankar għandu jiġi ppubblikat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, u għandu jiġi inkluż fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX/20XX [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jistgħu jħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta' servizzi ta' enerġija jew partijiet terzi oħrajn inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-Istat jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu jew ma jinvolvux sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri jippermettu dan, huma għandhom jiżguraw li jkun stabbilit proċess ta' approvazzjoni li jkun ċar, trasparenti u miftuħ għall-atturi kollha tas-suq, u jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;

(b)  jistgħu jħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta' servizzi ta' enerġija jew partijiet terzi oħrajn inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-Istat jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu jew ma jinvolvux sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri jippermettu dan, huma għandhom jiżguraw li jkun stabbilit proċess ta' approvazzjoni akkreditat li jkun ċar, trasparenti, parteċipattiv u miftuħ għall-atturi kollha tas-suq, u jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  jippermettu ffrankar addizzjonali miksub permezz ta' teknoloġiji aktar sostenibbli fis-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali f'ambjenti urbani (li jwasslu wkoll għal tnaqqis ta' sustanzi niġġiesa u partikoli) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija rikjest skont il-paragrafu 1;

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  jippromwovu l-adozzjoni ta' miżuri li jindirizzaw il-potenzjal tat-tisħin u t-tkessiħ għall-iffrankar tal-enerġija, eventwalment jipprovdu benefiċċji addizzjonali għal interventi li jirriżultaw fi tnaqqis ta' tniġġis;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc)  jistabbilixxu strumenti li jiċċertifikaw l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-verifiki tal-enerġija jew minn sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 8, biex jgħoddu dak l-iffrankar mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija rikjest skont il-paragrafu 1;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd)  jistgħu jippermettu li l-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija fl-użu finali miksub f'infrastruttura effiċjenti għat-tisħin u t-tkessiħ;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ce)  għandhom jipprevedu li l-partijiet obbligati, li ma joffrux servizzi tal-enerġija lil unitajiet domestiċi privati, m'għandhomx bżonn jimplimentaw miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija f'unitajiet domestiċi privati;

Ġustifikazzjoni

Ħafna 'kumpanniji obbligati ma joffrux servizzi tal-enerġija lil unitajiet domestiċi privati. Għalhekk huwa impossibbli għal dawn il-partijiet li jimplimentaw miżuri f'unitajiet domestiċi.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 5 – punt cf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cf)  għandhom jivvalutaw u jieħdu miżuri biex inaqqsu l-impatt ta' spejjeż diretti u indiretti ta' skemi bħal dawn fuq il-kompetittività tal-industriji li jużaw ħafna enerġija u li huma esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali;

Ġustifikazzjoni

L-industriji li jużaw ħafna enerġija huma soġġetti għal bosta obbligi differenti (jiġifieri ETS...) Dawn il-'kumpanniji spiss huma esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali u għalhekk għandhom ikunu protetti kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.  Bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar miżuri ta' politika maħsuba tagħhom skont il-punt (c) tal-Artikolu 7(2). L-impatt ta' dawn il-miżuri għandhom jiġu kkalkolati u inklużi f'dawk il-pjanijiet. Il-kalkolu użat mill-Istati Membri għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, mhux diskriminatorji li jkunu mfassla f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7b – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-iffrankar skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' miżuri ta' politika alternattivi huma għandhom jiżguraw li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) jinkiseb fost il-klijenti aħħarin.

1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-iffrankar skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' miżuri ta' politika alternattivi huma għandhom jiżguraw li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) jinkiseb kompletament fost il-klijenti aħħarin.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7b – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Barra minn hekk, l-opportunitajiet kollha biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, inkluż bi prestazzjoni ogħla tal-fjuwil użat għat-trasport għandhom ikunu eliġibbli għar-rekwiżit tal-iffrankar kumulattiv tal-użu aħħari tal-enerġija rikjest mill-Artikolu 7(1).

Ġustifikazzjoni

Il-valur miżjud tal-komponenti tat-taħlit effiċjenti u nadif tal-fjuwils fid-dekarbonizzazzjoni tat-trasport; komponenti ta' taħlit ta' karburanti fit-trasport jistgħu jingħaddu mal-mira tal-effiċjenza enerġetika.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fit-tfassil tal-miżuri ta' politika alternattivi biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-effett fuq l-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku.

2.  Fit-tfassil tal-miżuri ta' politika alternattivi biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-effett fuq l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx inklużi dawk affettwati mill-faqar enerġetiku u jiżguraw li dawn il-miżuri jiġu implimentati bħala prijorità f'dawk l-unitajiet domestiċi u fl-akkomodazzjoni soċjali.

L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' ffrankar miksub f'unitajiet domestiċi kif imqabbla mal-ammont totali ta' ffrankar miksub fl-unitajiet domestiċi kollha skont dan l-Artikolu.

Dan l-iffrankar għandu jiġi ppubblikat u inkluż fir-rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) XX/20XX [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 7c

Forniment ta' servizzi ta' effiċjenza enerġetika

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tiżgura li jkunu pprovduti servizzi fis-suq tal-effiċjenza enerġetika f'kuntest ta' kompetizzjoni trasparenti sabiex tippermetti li l-konsumatur aħħari jgawdi l-benefiċċji, f'termini ta' spejjeż aktar baxxi u kwalità ta' servizz aħjar, assoċjati ma' miżuri ta' effiċjenza enerġetika. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, ikollhom aċċess mhux diskriminatorju għas-suq tas-servizzi tal-effiċjenza enerġetika, biex b'hekk ikunu jistgħu jipparteċipaw fuq termini ugwali ma' operaturi integrati vertikalment u jegħlbu l-pożizzjonijiet ta' vantaġġ kompetittiv stabbilit għal distributuri jew bejjiegħa tal-enerġija. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jadottaw kull azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi integrati joffru lill-partijiet terzi l-istess kundizzjonijiet u mezzi li huma jimpjegaw biex jipprovdu servizzi tal-effiċjenza enerġetika."

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn huwa teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijenti aħħarin tal-gass naturali jingħataw arloġġi individwali bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum proprju ta' enerġija tal-klijent aħħari u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu.;

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn huwa teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijenti aħħarin tal-gass naturali jingħataw, fir-rigward ta' teknoloġija u funzjonalità magħżula, arloġġi individwali u kontrolli tat-tisħin bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum proprju ta' enerġija tal-klijent aħħari u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu u karatteristiċi oħra, kif applikabbli bi qbil mad-dispożizzjonijiet relatati mal-kejl tal-elettriku fl-Artikoli 19 sa 22 tad-Direttiva (UE) .../... [dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (tfassil mill-ġdid)].

Ġustifikazzjoni

Kejl kemm għall-elettriku kif ukoll għall-gass qed iżid l-għarfien tal-konsumatur dwar il-livelli tal-konsum attwali u jista' jiskatta bidliet fl-imġiba li jwasslu għal aktar effiċjenza u ffrankar fl-enerġija.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c – punt -iia (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema tal-kejl intelliġenti għandha tipprovdi lill-konsumatur aħħari b'aċċess għad-data dwar il-konsum tal-enerġija tiegħu u s-serje kronoloġika fil-perjodi tas-saldu tas-suq.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt d

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-paragrafu 3 jitħassar;

(d)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.  Fir-rigward tal-format tad-data u l-funzjonalitajiet, id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 18 - 21 tad-Direttiva dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (tfassil mill-ġdid) sa fejn dan ikun xieraq. Data tal-konsumatur għandha tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data Ġenerali). Il-klijenti aħħarin m'għandhom jintalbu l-ebda ħlas għal kostijiet għall-aċċess għad-data tagħhom f'format li jkun utli għalihom.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mad-dispożizzjonijiet għall-kejl tal-elettriku, il-konsumaturi jridu jibqgħu sidien tad-data personali tagħhom. Id-data għandha tkun armonizzata u disponibbli għall-parteċipanti kollha tas-suq, meta l-konsumatur ikun jixtieq jikkondividiha sabiex jiżgura swieq fil-livell tal-konsum kompetittivi.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 9a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Artikolu 9a

Arloġġi, sottoarloġġi u allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku

Arloġġi, sottoarloġġi u allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali u tal-misħun domestiku jingħataw arloġġi bi prezz kompetittiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum finali reali ta' enerġija mill-klijent.

Fejn it-tisħin u t-tkessiħ jew il-misħun ikunu pprovduti lil bini minn sors ċentrali li jaqdi għadd ta' bini jew minn netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandu dejjem jiġi installat arloġġ tas-sħana jew tal-misħun fejn isir l-iskambju tas-sħana jew fil-punt ta' konsenja.

Fejn it-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun ikunu pprovduti lil bini minn sors ċentrali li jaqdi għadd ta' bini jew minn netwerk ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali, għandu jiġi installat arloġġ fejn isir l-iskambju tas-sħana jew fil-punt ta' konsenja.

2.  F'binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi b'sors ċentrali ta' tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin jew tat-tkessiħ jew tal-misħun għal kull unità tal-bini.

2.  F'binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi b'sors ċentrali ta' tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin jew tat-tkessiħ jew tal-misħun għal kull unità tal-bini, fejn teknikament fattibbli u kosteffikaċi f'termini li jkun proporzjonali fir-rigward tal-iffrankar ta' enerġija potenzjali.

Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew fejn ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejlu t-tisħin u t-tkessiħ f'kull unità ta' bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull radjatur dment li l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tas-sħana. Il-kundizzjonijiet tan-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u tan-nuqqas ta; kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.

Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew fejn ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejlu t-tisħin u t-tkessiħ f'kull unità ta' bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull radjatur dment li l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tas-sħana. Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-kriterji, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri ġenerali li jiddeterminaw in-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u tan-nuqqas ta' kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.

F'bini ġdid tat-tip imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew meta bini bħal dan jiġi rinnovat drastikament, kif stabbilit fid-Direttiva 2010/31/UE, għandhom dejjem jingħataw arloġġi individwali.

F'bini ġdid b'aktar minn appartament wieħed u fil-parti residenzjali ta' bini ġdid b'diversi użi, fejn dawn ikollhom sors ċentrali ta' tisħin għall-ilma sħun jew huma fornuti minn sistemi ta' tisħin distrettwali, arloġġi individwali għandhom, minkejja s-subparagrafi 1 u 2, jiġu provduti għall-ilma sħun.

3.  Fejn binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi huma moqdija minn tisħin jew tkessiħ distrettwali, jew fejn is-sistemi komuni tagħhom ta' tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkunu prevalenti, l-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli trasparenti dwar l-allokazzjoni tal-ispiża tat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-misħun f'tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontijiet tal-konsum individwali inkluż:

(a)   misħun għall-ħtiġijiet domestiċi;

(a)   misħun għall-ħtiġijiet domestiċi;

(b)   sħana mormija mill-installazzjoni tal-bini u għall-iskop tat-tisħin taż-żoni komuni (fejn it-taraġ u l-kurituri jkunu mgħammra b'radjaturi);

(b)   sħana mormija mill-installazzjoni tal-bini u għall-iskop tat-tisħin taż-żoni komuni (fejn it-taraġ u l-kurituri jkunu mgħammra b'radjaturi);

(c)   għall-iskop tat-tisħin jew it-tkessiħ ta' appartamenti.

(c)   għall-iskop tat-tisħin jew it-tkessiħ ta' appartamenti.

4.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, mill-1 ta' Jannar 2020 l-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża installati għandhom ikunu apparati li jinqraw mill-bogħod.

4.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, mill-1 ta' Jannar 2020 l-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati reċentement għandhom ikunu apparati li jinqraw mill-bogħod. Il-kundizzjonijiet rigward il-fattibilità teknika u l-kosteffettività stipulati fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafi 2 għandhom jibqgħu japplikaw.

L-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża li diġà ġew installati imma li ma jinqrawx mill-bogħod għandhom jiġu pprovduti b'din il-kapaċità jew jiġu ssostitwiti b'apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta' Jannar 2027, ħlief fejn l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhuwiex kosteffiċjenti.;

L-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin li diġà ġew installati imma li ma jinqrawx mill-bogħod għandhom jiġu pprovduti b'din il-kapaċità jew jiġu ssostitwiti b'apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta' Jannar 2027, ħlief fejn l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhuwiex kosteffiċjenti.;

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-klijenti aħħarin ma jkollhomx l-arloġġi intelliġenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta' Diċembru 2014, li l-informazzjoni dwar il-kontijiet tkun preċiża u bbażata fuq il-konsum proprju, f'konformità mal-punt 1.1 tal-Anness VII, għall-gass, fejn dan ikun teknikament possibbli u ekonomikament iġġustifikat.;

1.  Meta l-klijenti aħħarin ma jkollhomx l-arloġġi intelliġenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta' Diċembru 2014, li l-informazzjoni dwar il-kontijiet tkun affidabbli, preċiża u bbażata fuq il-konsum proprju, f'konformità mal-punt 1.1 tal-Anness VII, għall-gass, fejn dan ikun teknikament possibbli u ekonomikament iġġustifikat.;

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-arloġġi installati skont id-Direttiva 2009/73/KE għandhom jippermettu informazzjoni preċiża dwar kontijiet ibbażata fuq il-konsum effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikollhom il-possibbiltà ta' aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku li jippermettu verifiki dettaljati minnhom stess.

L-arloġġi installati skont id-Direttiva 2009/73/KE għandhom jipprovdu informazzjoni preċiża dwar kontijiet ibbażata fuq il-konsum effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikollhom il-possibbiltà ta' aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku li jippermettu verifiki dettaljati minnhom stess.

Ġustifikazzjoni

Kontijiet preċiżi għandhom ikunu garantiti meta jinxtegħlu l-funzjonalitajiet ta' meters intelliġenti.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2012/27/UE

“Artikolu 10a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Artikolu 10a

Informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku

Informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum hija preċiża u bbażata fuq il-konsum reali, skont il-punti 1 u 2 tal-Anness VIIa għall-utenti aħħarin kollha fejn hemm installati l-arloġġi jew l-allokaturi tal-ispiża.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-arloġġi jew l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin ikunu installati, il-kontijiet u l-informazzjoni dwar il-konsum ikunu affidabbli, preċiżi u bbażati fuq il-konsum reali jew fuq il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tas-sħana, skont il-punti 1 u 2 tal-Anness VIIa għall-utenti aħħarin kollha, jiġifieri, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru t-tisħin, it-tkessiħ jew l-ilma sħun għall-użu proprju tagħhom, jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jokkupaw bini individwali jew unità f'bini b'aktar minn appartament wieħed jew f'bini b'diversi użi fornut b'tisħin, tkessiħ jew ilma sħun minn sors ċentrali li ma għandu ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.

Dan l-obbligu jista', ħlief fil-każ ta' konsum b'sottoarloġġi skont l-Artikolu 9a(2), jiġi ssodisfat minn sistema ta' qari regolari tal-konsum proprju mill-klijent aħħari li permezz tiegħu huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom lill-fornitur tal-enerġija. Biss f'każijiet meta l-klijent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perjodu partikolari ta' kontijiet, il-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq konsum stmat jew rata fissa.

Dan l-obbligu jista', fejn Stat Membru jipprevedi għal dan, u ħlief fil-każ ta' konsum b'sottoarloġġi ibbażat fuq allokaturi tal-ispiża tas-sħana skont l-Artikolu 9a(2), jiġi ssodisfat minn sistema ta' qari proprju regolari tal-konsum mill-klijent aħħari jew mill-utent aħħari li permezz tiegħu huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom. Biss f'każijiet meta l-klijent aħħari jew l-utent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perjodu partikolari ta' kontijiet, il-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq konsum stmat jew rata fissa.

2.  L-Istati Membri:

2.  L-Istati Membri:

(a)  għandhom jirrikjedu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku tal-utenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli, għal fornitur ta' servizz ta' enerġija magħżul minn utent aħħari;

(a)  għandhom jirrikjedu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tas-sħana tal-utenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli fuq talba mill-utent aħħari, għal fornitur ta' servizz tal-enerġija magħżul mill-utent aħħari;

(b)  għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin jkun offrut l-għażla ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi u li jirċievi, fuq talba, spjegazzjoni ċara u li tiftiehem ta' kif il-kont tiegħu nħadem, speċjalment fejn il-kontijiet ma jkunux ibbażati fuq il-konsum reali;

(b)  għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikunu offruti l-għażla ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi;

(c)  għandom jiżguraw li informazzjoni xierqa tingħata mal-kont ibbażat fuq il-konsum reali lill-utentiaħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VII;

(c)  għandom jiżguraw li informazzjoni ċara u li tinftiehem tingħata mal-kont lill-utenti aħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VIIa;

(d)  jistgħu jipprovdu li, fuq talba tal-klijent aħħari, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-kontijiet ma jkollhiex titqies li tikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu offruti arranġamenti flessibbli għall-ħlas reali;

(da)  għandhom jippromwovu ċ-ċibersigurtà u jiżguraw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-utenti aħħarin f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

2a.  L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu min għandu jkun responsabbli biex jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lil dawk l-utenti aħħarin li ma jkollhom ebda kuntratt dirett jew individwali ma' fornitur tal-enerġija.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a) fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Għandha tiġi definita metodoloġija komuni mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, sabiex l-operaturi tan-netwerks ikunu inkoraġġiti jnaqqsu t-telf, jimplimentaw programm ta' investiment fl-infrastruttura li jkun effettiv mil-lat ta' spejjeż tal-enerġija u li jikkunsidra sew l-effiċjenza enerġetika u l-flessibbiltà tan-netwerk. Il-Kummissjoni għandha, sa... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], tadotta att delegat skont l-Artikolu 23 li jissupplimenta din id-Direttiva billi jispeċifika dik il-metodoloġija."

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a – punt ii

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII.;

L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa li jiżguraw il-kontinwità fil-provvista ta' tisħin meta jagħmlu konnessjoni, filwaqt li jiggarantixxu aċċess għan-netwerk u jibagħtu koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, u għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII.

Ġustifikazzjoni

Suq kompetittiv u sigur huwa essenzjali biex jiġu ssalvagwardjati l-operazzjonijiet kummerċjali tat-tisħin industrijali kosteffettiv, jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-konsumaturi kollha u jingħataw protezzjoni kontra telf mhux mistenni tal-provvista tat-tisħin.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 19a

Il-finanzjament tal-effiċjenza fl-enerġija minn banek Ewropej

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) għandhom jadattaw l-objettivi ta' politika tagħhom bil-għan li jirrikonoxxu l-effiċjenza fl-enerġija bħala sors tal-enerġija minnu nnifsu u investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija bħala parti mill-portafoll tal-investiment fl-infrastruttura tagħhom.

Il-BEI u l-BERŻ għandhom, flimkien mal-banek promozzjonali nazzjonali, jiddisinjaw, jiġġeneraw u jiffinanzjaw programmi u proġetti mfassla għas-settur tal-effiċjenza, inkluż għal unitajiet domestiċi f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet u l-għodod proposti mill-Inizjattiva Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti."

Ġustifikazzjoni

Tinħtieġ bidla f'fażijiet sabiex l-istituzzjonijiet finanzjarji jwasslu l-istrumenti finanzjarji adegwati għal investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija fuq skala kbira.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11b (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 20 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b)  Fl-Artikolu 20, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6a.   L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħlas lura fi skemi tal-kontijiet u/jew tat-taxxa fejn l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika jkunu prefinanzjati minn faċilitajiet ta' finanzjament kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza Enerġetika kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, jew minn partijiet obbligati kif imsemmi fl-Artikolu 7(4) u mħallsa lura permezz ta' primjum fiss fuq l-ispejjeż tad-distribuzzjoni relatati ma' arloġġ individwali (ħlas lura fuq il-kont) jew permezz ta' primjum fuq it-taxxa tal-proprjetà marbuta ma' bini (ħlas lura fuq it-taxxa). Il-ħlas lura għandu jibqa' marbut mal-arloġġ jew mal-proprjetà u mhux mas-sid jew l-inkwilin. Il-perjodi ta' ħlas lura għandhom ikunu stabbiliti b'tali mod li ħlasijiet lura regolari ma jaqbżux l-ispejjeż tal-enerġija ffrankata."

Ġustifikazzjoni

Il-ħolqien ta' skemi ta' ħlas lura mal-kont joħloq sors ta' ħlas lura aktar affidabbli minn prodotti ta' finanzjament tradizzjonali u jnaqqas l-ispejjeż ta' tranżazzjoni u ta' amministrazzjoni billi jorbot il-ħlas lura mal-arloġġ minflok mal-proprjetarju jew mal-inkwilin. Jekk ikun iddisinjat sew, il-ħlas lura minn klijenti tal-kont ser ikun daqs jew iktar baxx mill-ispejjeż iffrankati minħabba konsum aktar baxx tal-enerġija. Barra minn hekk, skemi ta' ħlas lura mal-kont jegħlbu l-inċentiv maqsum bejn l-inkwilini u s-sidien.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 24 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Fil-kuntest ta' rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju skont l-Artikolu 29(1) u (2)(c) tar-Regolament (UE) XX/20XX [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija], filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 24 – paragrafu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2024, u kull ħames snin minn dik id-data 'l quddiem, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.;

12.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2024, u kull ħames snin minn dik id-data 'l quddiem, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effikaċja ġenerali ta' din id-Direttiva u l-ħtieġa li tiġi aġġustata l-politika tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni skont l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, l-iżviluppi ekonomiċi u ta' innovazzjoni. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 24 – paragrafu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12a.  Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi fil-fond separata tal-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija relatat:

(a) mal-konverżjoni u t-trasformazzjoni tal-enerġija;

(b) mat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija;

(c) mal-produzzjoni u t-trasport sussegwenti tal-provvisti tal-enerġija jiġifieri l-enerġija użata fl-estrazzjoni tal-fjuwils fossili u t-trasport tagħha lejn il-post tal-użu;

(d) mal-ħżin tal-enerġija.

Abbażi tal-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal att leġiżlattiv f'dan ir-rigward sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2021.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt a

Direttiva 2012/27/UE

Anness IV – nota f'qiegħ il-paġna 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fl-Anness IV, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3 qed tinbidel b'dan li ġej: "(3) Applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f'termini ta' enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f'kWh tal-elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta' 2,0. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh.

(a)  fl-Anness IV, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3 qed tinbidel b'dan li ġej: "(3) Applikabbli għal finijiet ta' din id-Direttiva biss u meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f'termini ta' enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f'kWh tal-elettriku, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent stabbilit permezz ta' metodu trasparenti komparabbli fl-Istati Membri kollha, abbażi taċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom ikunu sostanzjati, jistgħu jitkejlu u verifikabbli kif xieraq u bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta' 2,0, jew koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-taħlita enerġetika tagħhom inklużi l-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu [3] tar-Regolament (UE) XX/20XX [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Il-koeffiċjent awtomatiku għandu jiġi rivedut kull ħames snin abbażi ta' data attwali osservata.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness V – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  irid jintwera li l-iffrankar huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat liema ffrankar jista' jitqies bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xenarju bażi li jiddeskrivi kif il-konsum tal-enerġija se jevolvi fin-nuqqas tal-miżura ta' politika inkwistjoni. Ix-xenarju bażi għandu jirrifletti tal-anqas l-elementi li ġejjin: ix-xejriet tal-konsum tal-enerġija, it-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u t-tibdil ikkawżat minn miżuri oħra implimentati fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE;

(a)  irid jintwera li l-iffrankar huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat liema ffrankar jista' jitqies bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xenarju bażi li jiddeskrivi kif il-konsum tal-enerġija se jevolvi fin-nuqqas tal-miżura ta' politika inkwistjoni u l-azzjoni individwali ġdida li tirriżulta. Ix-xenarju bażi għandu jirrifletti tal-anqas l-elementi li ġejjin: ix-xejriet tal-konsum tal-enerġija, it-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u t-tibdil ikkawżat minn miżuri oħra implimentati fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness V – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala ffrankar li kien se jsir fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, tal-partijiet parteċipanti jew tal-partijiet fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni, u b'hekk ma jistax jintalab taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, ħlief għall-iffrankar relatat mar-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti diment li jiġi żgurat il-kriterju tal-materjalità msemmi fil-parti 3(h);

(b)  l-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-Unjoni huwa kkunsidrat bħala ffrankar li kien se jsir fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, tal-partijiet parteċipanti jew tal-partijiet fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni, u b'hekk ma jistax jintalab taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, ħlief għall-iffrankar relatat ma' miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti diment li jiġi żgurat il-kriterju tal-materjalità msemmi fil-parti 3(h);

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness V – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri. Dan il-kalkolu għandu jsir billi jingħadd l-iffrankar li għalih se twassal kull azzjoni individwali bejn id-data tal-implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb tal-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodi oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar ta' enerġija kkalkulat bl-użu ta' dawn il-metodi l-oħra ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali kienet tikseb bejn id-data ta' implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u għall-Klima tagħhom skont il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija liema metodi oħrajn użaw u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat li huma jilħqu dan ir-rekwiżit vinkolanti għall-kalkolu.

(h)  il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri u r-rata li biha t-tfaddil jonqos maż-żmien. Dan il-kalkolu għandu jsir billi jingħadd l-iffrankar li għalih se twassal kull azzjoni individwali bejn id-data tal-implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb tal-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodi oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar ta' enerġija kkalkulat bl-użu ta' dawn il-metodi l-oħra ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali kienet tikseb bejn id-data ta' implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u għall-Klima tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija liema metodi oħrajn użaw u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat li huma jilħqu dan ir-rekwiżit vinkolanti għall-kalkolu.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness V – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ jew li għandu jinkiseb mill-miżura ta' politika jiġi espress fil-konsum finali jew primarju tal-enerġija, bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni mogħtija fl-Anness IV;

(d)  l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ jew li għandu jinkiseb mill-miżura ta' politika jiġi espress fil-konsum finali u primarju tal-enerġija, bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni mogħtija fl-Anness IV;

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness V – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-miżuri ta' politika meħuda skont il-punt (e) tal-Artikolu 7(2), l-Istati Membri jistgħu jużaw il-metodoloġija tal-kalkolu stabbilita fid-Direttiva 2010/31/UE sakemm din tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva u ma' dan l-Anness.

imħassar

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness VIIa

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness VIIa

Anness VIIa

Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet ibbażata fuq il-konsum proprju tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun

Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun

1.   Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju

1.   Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin

Sabiex l-utenti aħħarin jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru abbażi tal-konsum proprju tal-inqas darba fis-sena.

Sabiex l-utenti aħħarin jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru abbażi tal-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin tal-inqas darba fis-sena.

2.   Frekwenza minima tal-kontijiet jew tal-informazzjoni dwar il-konsum

2.   Frekwenza minima tal-kontijiet jew tal-informazzjoni dwar il-konsum

Minn [Please insert here ….the entry into force], fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum ibbażata fuq il-konsum proprju għandhom ikunu disponibbli tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-konsumaturi finali jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku, jew inkella darbtejn fis-sena.

Minn [Jekk jogħġbok daħħal hawn ... id-data ta' traspożizzjoni], fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża tat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin għandhom ikunu pprovduti lill-utenti aħħarin tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-konsumaturi finali jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku, jew inkella darbtejn fis-sena.

Mill-1 ta' Jannar 2022, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum għandhom ikunu disponibbli tal-inqas kull xahar. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit barra l-istaġun tat-tisħin jew tat-tkessiħ.

Mill-1 ta' Jannar 2022, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża tat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin għandha tkun ipprovduta lill-utenti aħħarin kollha tal-inqas kull xahar. Din għandha tkun ukoll disponibbli b'mod kontinwu permezz tal-internet u aġġornata ta' sikwit skont kif permess minn apparati u sistemi tal-kejl. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit barra l-istaġun tat-tisħin jew tat-tkessiħ.

3.  Informazzjoni minima inkluża fil-kont ibbażata fuq il-konsum proprju

3.  Informazzjoni minima inkluża fil-kont

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew li din tkun mehmuża magħhom:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun preċiża u tkun disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew li din tkun mehmuża magħhom fejn dawn huma bbażati fuq il-konsum attwali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin:

(a)  il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija;

(a)  il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija jew l-ispiża totali tat-tisħin u l-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin;

(b)  informazzjoni dwar it-taħlita tal-fjuwils użata, inkluż għall-utenti aħħarin fornuti b'tisħin jew bi tkessiħ distrettwali;

(b)  informazzjoni dwar it-taħlita tal-fjuwils użata u l-emissjonijiet ta' gass serra, inkluż għall-utenti aħħarin fornuti b'tisħin jew bi tkessiħ distrettwali u spjegazzjoni tat-taxxi, tal-imposti u tat-tariffi differenti;

(c)  il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-utenti aħħarin mal-konsum għall-istess perjodu fis-sena preċedenti f'forma grafika, bil-korrezzjonijiet tal-klima għat-tisħin u għat-tkessiħ;

(c)  il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-utenti aħħarin mal-konsum għall-istess perjodu fis-sena preċedenti f'forma grafika, bil-korrezzjonijiet tal-klima għat-tisħin u għat-tkessiħ;

(d) l-informazzjoni ta' kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inklużi l-indirizzi tas-siti elettroniċi minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija.

(da)  l-informazzjoni dwar il-proċeduri għall-ilmenti rilevanti, is-servizzi tal-ombudsman jew mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim alternattivi;

Barra minn dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paraguni ma' utent aħħari medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fl-istess kategorija tal-utenti jsiru disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew fid-dokumenti mehmużin magħhom.

(db)  il-paraguni ma' utent aħħari medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fl-istess kategorija tal-utenti aħħarin.

Kontijiet li ma jkunux ibbażati fuq il-konsum attwali jew qari tal-allokatur tal-ispiża għat-tisħin għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u li tinftiehem ta' kif l-ammont stabbilit fil-kont kien ikkalkulat, u tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (da).

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Anness IX – Parti 1 – punt g

Test fis-seħħ

Emenda

2a.  Fl-Anness VI, Parti 1, il-punt 20 huwa mibdul b'dan li ġej:

(g) Analiżi ekonomika: Inventarju tal-effetti

Analiżi ekonomika: Inventarju tal-effetti

L-analiżijiet ekonomiċi għandhom jieħdu kont tal-effetti ekonomiċi rilevanti kollha.

L-analiżijiet ekonomiċi għandhom jieħdu kont tal-effetti ekonomiċi rilevanti kollha.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jieħdu kont fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-ispejjeż u l-iffrankar tal-enerġija mill-flessibbiltà miżjuda fil-provvista tal-enerġija u minn tħaddim aktar ottimali tan-netwerks tal-elettriku, inklużi l-ispejjeż evitati u l-iffrankar mill-investiment imnaqqas fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.

L-ispejjeż u l-benefiċji meqjusa għandhom jinkludu mill-inqsas dawn li ġejjin:

L-ispejjeż u l-benefiċji meqjusa għandhom jinkludu mill-inqsas dawn li ġejjin:

(i) Benefiċċji

(i) Benefiċċji

— Valur tal-output għall-konsumatur (tisħin u elettriku)

— Valur tal-output għall-konsumatur (tisħin u elettriku)

— Benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali jew ta' saħħa, safejn possibbli.

— Benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali, ta' emissjonijiet ta' gass serra jew ta' saħħa

— Effetti fis-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija, u l-kompetittività

(ii) Spejjeż

(ii) Spejjeż

— Spejjeż kapitali ta' impjanti u tagħmir

— Spejjeż kapitali ta' impjanti u tagħmir

— Spejjeż kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati

— Spejjeż kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati

— Spejjeż ta' tħaddim varjabbli u fissi

— Spejjeż ta' tħaddim varjabbli u fissi

— Spejjeż tal-enerġija

— Spejjeż tal-enerġija

— Spiża ambjentali u ta' saħħa, safejn possibbli

— Spiża ambjentali, ta' saħħa u tas-sikurezza

— Spejjeż tas-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija, il-kompetittività"

Ġustifikazzjoni

L-effetti ekonomiċi ta' miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija għandhom ikunu kkunsidrati b'mod dovut f'analiżi kost-benefiċċji skont il-lista mhux eżawrjenti tal-effetti stabbiliti hawn fuq.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Anness – punt 2b (new)

Direttiva 2012/27/UE

Anness XII – subparagrafu 1 – punt a

Test fis-seħħ

Emenda

2b.   Fl-Anness XII, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘a) jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mas-sostenn u mal-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja u t-tisħiħ tal-grilja, it-titjib fit-tħaddim tal-grilja u r-regoli dwar implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa;

‘a) jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mas-sostenn u mal-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja, it-tisħiħ tal-grilja u l-introduzzjoni ta' grilji ġodda, it-titjib fit-tħaddim tal-grilja u r-regoli dwar implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa u sorsi diffużi oħra."

Ġustifikazzjoni

Grilji b'effiċjenza għolja u sorsi ta' enerġija mhux diffużi jridu jiġu kkunsidrati wkoll.

(1)

ĠU C 246, 28.7.2017, p. 42.

(2)

ĠU C 342, 12.10.2017, p. 119.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL (20.9.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija

COM(2016)0761– C8-0498/2016 – 2016/0376(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Jytte Guteland

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija adottata fil-25 ta' Frar 2015. It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija se jkun ta' benefiċċju għall-ambjent, inaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra, itejjeb is-sigurtà tal-enerġija bit-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija minn barra l-Unjoni, jaqta' l-ispiża tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għall-kumpaniji, jgħin biex itaffi l-faqar enerġetiku u jwassal għal żieda fl-impjiegi u fl-attività ekonomika fl-ekonomija kollha. Dan huwa konformi mal-impenni tal-Unjoni magħmula fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u fl-aġenda tal-klima globali stabbilita fil-Ftehim ta' Pariġi ta' Diċembru 2015 mill-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

(1)  Il-moderazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija adottata fil-25 ta' Frar 2015. It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija se jkun ta' benefiċċju għall-ambjent, itejjeb il-kwalità tal-arja permezz ta' inqas domanda għal karburanti solidi tat-tisħin f'bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija, itejjeb is-saħħa taċ-ċittadini tal-Unjoni billi jnaqqas it-tniġġis fl-arja u joħloq ambjent ta' ġewwa tajjeb għas-saħħa, inaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra, itejjeb is-sigurtà tal-enerġija bit-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-enerġija minn barra l-Unjoni, jaqta' l-ispiża tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi u għall-kumpaniji, jgħin biex itaffi l-faqar enerġetiku u jwassal għal żieda fl-impjiegi u fl-attività ekonomika fl-ekonomija kollha. Dan huwa konformi mal-impenni tal-Unjoni magħmula fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u fl-aġenda tal-klima globali stabbilita fil-Ftehim ta' Pariġi ta' Diċembru 2015 mill-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premeassa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9 hija element għall-progress lejn l-Unjoni tal-Enerġija li taħtha l-effiċjenza fl-enerġija tenħtieġ li tiġi ttrattata bħala sors tal-enerġija fiha nnifisha. Għandu jitqies il-prinċipju li l-"effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" meta jiġi stabbilit regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma ta' politika oħra. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tan-naħa tad-domanda jkunu jistgħu jikkompetu fuq termini ekwi mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata fl-ippjanar ta' sistemi tal-enerġija rilevanti jew kull meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjamenti. Irid isir titjib effiċjenti fl-enerġija kull meta dan ikun iżjed kosteffettiv minn soluzzjonijiet mil-lat tal-provvista li jkunu ekwivalenti. Dan għandu jgħin biex jiġu sfruttati d-diversi benefiċċji tal-effiċjenza fl-enerġija għas-soċjetà tal-Ewropa, b'mod partikolari għaċ-ċittadini u għan-negozji.

(2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9 hija element għall-progress lejn l-Unjoni tal-Enerġija li taħtha l-effiċjenza fl-enerġija tenħtieġ li tiġi ttrattata bħala sors tal-enerġija fiha nnifisha. Jenħtieġ li jitqies il-prinċipju li l-"effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" meta jiġu stabbiliti regoli ġodda għan-naħa tal-provvista u għal oqsma ta' politika oħra, u jenħtieġ li jiġi rikonoxxut mill-istituzzjonijiet finanzjarji billi jiġu pprovduti fondi u strumenti ddedikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-effiċjenza fl-enerġija u r-rispons tan-naħa tad-domanda jkunu jistgħu jikkompetu fuq termini ekwi mal-kapaċità tal-ġenerazzjoni. Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-enerġija tiġi kkunsidrata fl-ippjanar ta' sistemi tal-enerġija rilevanti jew kull meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjamenti. Irid isir titjib effiċjenti fl-enerġija kull meta dan ikun iżjed kosteffettiv minn soluzzjonijiet mil-lat tal-provvista li jkunu ekwivalenti. Jenħtieġ li dan jgħin biex jiġu sfruttati d-diversi benefiċċji tal-effiċjenza fl-enerġija għas-soċjetà tal-Ewropa, b'mod partikolari għaċ-ċittadini u għan-negozji.

__________________

__________________

9 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

9 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 stabbilixxa mira ta' 27 % ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2030, li għandha tiġi riveduta sal-2020 "b'kont meħud tal-livell tal-Unjoni ta' 30 %". F'Diċembru 2015, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta wkoll il-vijabbiltà ta' mira ta' 40 % għall-effiċjenza fl-enerġija għall-istess perjodu ta' żmien. Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva tiġi riveduta u konsegwentement emendata biex tiġi adattata għall-perspettiva tal-2030.

(3)  Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 stabbilixxa mira ta' 27 % ta' effiċjenza fl-enerġija għall-2030, li għandha tiġi riveduta sal-2020 "b'kont meħud tal-livell tal-Unjoni ta' 30 %". F'Ġunju 2016, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi mira ta' 40 % għall-effiċjenza fl-enerġija vinkolanti għall-2030 li ser tirrifletti wkoll il-livell tal-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija kosteffettiva. Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva tiġi riveduta u konsegwentement emendata biex tiġi adattata għall-perspettiva tal-2030.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  L-eċċess kbir ta' kwoti fis-Sistema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti ta' Emissjonijiet (ETS), minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, l-influss ta' krediti tal-karbonju internazzjonali u l-allokazzjoni żejda, irriżulta fi prezz dgħajjef tal-kwoti tal-ETS. Il-prezz tal-karbonju mhuwiex imbassar li jiżdied fil-futur prevedibbli għal livell li jinċentiva b'mod suffiċjenti t-titjib fl-iffrankar tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, u għaldaqstant huwa meħtieġ li jinżammu miżuri speċifiċi u qafas stabbli fit-tul fil-livell tal-Unjoni għal investimenti fl-iffrankar tal-enerġija.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Ma hemm l-ebda mira vinkolanti fil-livell nazzjonali fil-perspettiva tal-2030. Il-ħtieġa tal-Unjoni li tilħaq il-miri tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell tal-UE, espressi f'konsum tal-enerġija primarja u finali, fl-2020 u fl-2030 tenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod ċar fil-forma ta' mira vinkolanti ta' 30 %. Din il-kjarifika fil-livell tal-Unjoni ma għandhiex tirristrinġi lill-Istati Membri għaliex il-libertà tagħhom tinżamm biex ikunu jistgħu jistabbilixxu l-kontribut nazzjonali tagħhom abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-intensità tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija nazzjonali filwaqt li jqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali. Dan ifisser li l-konsum ta' enerġija primarja għandu jitnaqqas bi 23 % u li l-konsum ta' enerġija finali għandu jitnaqqas bi 17 % fl-Unjoni meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Evalwazzjoni regolari tal-progress;ejn il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 hija neċessarja u hija stipulata fil-proposta leġiżlattiva dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.

(4)  Jenħtieġ li jkun hemm miri vinkolanti kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni fil-perspettiva tal-2030. Il-ħtieġa tal-Unjoni li tilħaq il-miri tagħha tal-effiċjenza fl-enerġija, espressi f'konsum tal-enerġija primarja u finali, fl-2020 u fl-2030 tenħtieġ li tiġi stabbilita b'mod ċar minn mira vinkolanti ta' effiċjenza fl-enerġija ta' 40 %. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali tal-enerġija, inklużi miri vinkolanti nazzjonali, imfassla b'mod konformi mar-Regolament (UE) XX (20XX) [Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Il-kjarifika fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li ma tirristrinġix lill-Istati Membri għaliex il-libertà tagħhom tinżamm biex ikunu jistgħu jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew tal-intensità tal-enerġija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-miri vinkolanti nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza fl-enerġija nazzjonali filwaqt li jqisu li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 132 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 849 Mtoe ta' enerġija finali. Dan ifisser li l-konsum ta' enerġija primarja għandu jitnaqqas b'34 % u li l-konsum ta' enerġija finali għandu jitnaqqas b'31 % fl-Unjoni meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Evalwazzjoni regolari tal-progress lejn il-kisba tal-mira tal-Unjoni għall-2030 hija neċessarja u hija stipulata fil-proposta leġiżlattiva dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fid-dawl tal-qafas tal-klima u l-enerġija għall-2030 l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi estiż lil hinn mill-2020. L-estensjoni tal-perjodu ta' impenn lil hinn mill-2020 jaf joħloq aktar stabbiltà għall-investituri u b'hekk jinkoraġġixxi l-investimenti fit-tul u miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fit-tul, bħar-rinnovazzjoni tal-bini.

(6)  Fid-dawl tal-objettivi ta' dekarbonizzazzjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi u l-qafas tal-klima u l-enerġija għall-2030, kif ukoll il-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2050, l-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jiġi estiż lil hinn mill-2020. L-estensjoni tal-perjodu ta' impenn b'viżjoni fuq terminu twil u b'miżuri ta' politika assoċjati lil hinn mill-2020 jaf joħloq aktar stabbiltà għall-investituri u b'hekk jinkoraġġixxi l-investimenti fit-tul u miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija fit-tul, bħar-rinnovazzjoni tal-bini u t-tranżizzjoni lejn "bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero". Il-kooperazzjoni mas-settur privat hija importanti biex jiġi vvalutat fuq liema bażi jista' jiġi sfruttat l-investiment privat għal proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  It-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija għandu wkoll impatt pożittiv fuq il-kwalità tal-arja, minħabba li aktar bini effiċjenti fl-enerġija jnaqqas id-domanda fil-karburanti tat-tisħin, b'mod speċjali l-karburanti solidi tat-tisħin. Għalhekk, il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jikkontribwixxu għat-titjib fil-kwalità tal-arja interna u esterna u jgħinu, b'mod kosteffettiv, biex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-kwalità tal-arja tal-Unjoni, kif stabbiliti b'mod partikolari mid-Direttiva (UE) 2016/2284 (id-"Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja")1a. It-tnaqqis tad-domanda tal-enerġija fil-bini jenħtieġ li jiġi kkunsidrat b'mod ġenerali bħala element tal-politika tal-kwalità tal-arja u b'mod speċjali fi Stati Membri fejn il-kisba tal-limiti tal-Unjoni fuq l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja hija problematika u l-effiċjenza fl-enerġija tista' tghin biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

__________________

1a Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1-31)

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-miżuri fit-tul tal-effiċjenza fl-enerġija se jkomplu jipprovdu l-iffrankar tal-enerġija wara l-2020 imma sabiex jikkontribwixxu għall-mira li jmiss tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni għall-2030, dawk il-miżuri għandhom iwasslu għal iffrankar ġdid wara l-2020. Min-naħa l-oħra, l-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta' Diċembru 2020 ma jistax jgħodd lejn l-ammont ta' ffrankar kumulattiv meħtieġ għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

(8)  Il-miżuri fit-tul tal-effiċjenza fl-enerġija se jkomplu jipprovdu l-iffrankar tal-enerġija wara l-2020 imma sabiex jikkontribwixxu għall-mira li jmiss tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u l-għanijiet tal-enerġija u l-klima tal-Unjoni għall-2050 f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, dawk il-miżuri jenħtieġ li jwasslu għal iffrankar ġdid wara l-2020. Min-naħa l-oħra, l-iffrankar tal-enerġija miksub wara l-31 ta' Diċembru 2020 ma jistax jgħodd lejn l-ammont ta' ffrankar kumulattiv meħtieġ għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jistax jiġi ddikjarat diment li l-miżura inkwistjoni ma tmurx lil hinn mill-minimu rikjest mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni, kemm bl-istabbiliment ta' rekwiżiti iktar ambizzjui tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell nazzjonali u kemm biż-żieda fl-adozzjoni tal-miżura. Filwaqt li jkun rikonoxxut il-fatt li r-rinnovazzjoni tal-bini hija element essenzjali fuq perjodu fit-tul biex jiżdied l-iffrankar fl-enerġija, jenħtieġ li jkun iċċarat li l-iffrankar kollu tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti jista' jiġi ddikjarat jekk dan ikun addizzjonali għall-iżvilupp li kien isir fin-nuqqas tal-miżura ta' politika u jekk l-Istat Membru juri li l-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata ikkontribwiet realment fil-kisba tal-iffrankar iddikjarat mill-miżura inkwistjoni.

(10)  L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jista' jiġi ddikjarat biss jekk jirriżulta minn miżuri ġodda ta' politika, kemm jekk introdotti wara l-31 ta' Diċembru 2020 kif ukoll qabel, sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali ġodda li jitwettqu wara l-31 ta' Diċembru 2020 u jwasslu għal iffrankar ġdid; u li l-miżura inkwistjoni ma tmurx lil hinn mill-minimu rikjest mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni inkwistjoni, kemm bl-istabbiliment ta' rekwiżiti iktar ambizzjui tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell nazzjonali u kemm biż-żieda fl-adozzjoni tal-miżura. Il-bini jikkostitwixxi potenzjal sostanzjali għaż-żieda ulterjuri tal-effiċjenza fl-enerġija u r-rinnovazzjoni tal-bini hija element essenzjali fuq perjodu fit-tul biex jiżdied l-iffrankar tal-enerġija, li l-aċċelerazzjoni tiegħu hija meħtieġa minħabba l-perjodu relattivament qasir li għad fadal biex jiġġedded l-istokk tal-bini eżistenti. Jenħtieġ li jkun iċċarat li l-iffrankar kollu tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri li jippromwovu r-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti jista' jiġi ddikjarat jekk dan ikun addizzjonali għall-iżvilupp li kien isir fin-nuqqas tal-miżura ta' politika u jekk l-Istat Membru juri li l-parti obbligata, parteċipanti jew inkarigata ikkontribwiet realment fil-kisba tal-iffrankar iddikjarat mill-miżura inkwistjoni.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Il-ġestjoni effettiva tal-ilma tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iffrankar ta' enerġija. Is-settur tal-ilma juża kważi 3,5 % tal-elettriku fl-Unjoni1a. It-trattament u t-trasport tal-ilma permezz ta' sistemi ta' ppumpjar u tal-pressjoni mħaddma minn muturi tal-elettriku jikkunsmaw ħafna enerġija. Id-domanda tal-ilma hija mistennija li tiżdied b'25 % sal-2040, primarjament fl-ibliet. Fl-istess ħin, tnixxijiet tal-ilma jammontaw għal 24 % tal-kwantità totali tal-ilma kkunsmat fl-Ewropa, b'ħela tal-enerġija kif ukoll l-ilma. Konsegwentement, kwalunkwe miżura mmirata lejn il-ġestjoni tal-ilma b'mod aktar effiċjenti u t-tnaqqis tal-użu tiegħu tgħin biex tinkiseb il-mira tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni.

_______________

1a World Energy Outlook 2016 (Perspettiva tal-Enerġija fid-Dinja għall-2016), Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, 2016

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10b)  Is-settur tal-industrija huwa l-ewwel konsumatur tal-ilma fl-Ewropa b'44 %1a. L-użu ta' teknoloġiji u proċessi intelliġenti ta' ġestjoni effiċjenti tal-ilma jista' jiġġenera ffrankar kbir tal-enerġija, filwaqt li jsaħħaħ il-kompetittività tal-impriżi. L-istess japplika għall-ibliet fejn l-ilma jammonta għal 30 sa 50 % tal-kont tad-dawl tal-muniċipalitajiet.

________________

1a Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Agriculture and sustainable water management in the EU (L-agrikoltura u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma fl-UE), 28 ta' April 2017

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini għandu jkun ta' benefiċċju b'mod partikolari għall-konsumaturi affettwati mill-faqar enerġetiku. L-Istati Membri diġà jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jinkludu għanijiet soċjali fil-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, fir-rigward tal-faqar enerġetiku, u issa din il-possibbiltà għandha tiġi estiża għal miżuri alternattivi u ttrasformata f'obbligu filwaqt li titħalla l-flessibbiltà sħiħa għall-Istati Membri fir-rigward tad-daqs, l-ambitu u l-kontenut ta' dawn il-miżuri. F'konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat, il-politiki tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija għandhom ikunu inklussivi u għalhekk jiżguraw ukoll l-aċċessibbiltà tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għall-konsumaturi f'faqar enerġetiku.

(12)  Jenħtieġ li jiġi żgurat li t-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini jenħtieġ li jkun ta' benefiċċju b'mod partikolari għall-konsumaturi b'introjtu baxx b'riskju ta' faqar enerġetiku. L-Istati Membri diġà jistgħu jitolbu lill-partijiet obbligati jinkludu għanijiet soċjali fil-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija, fir-rigward tal-faqar enerġetiku, u issa din il-possibbiltà jenħtieġ li tiġi estiża għal miżuri alternattivi, tissaħħaħ biex tirrikjedi sehem sinifikanti li għandu jiġi implimentat bħala prijorità, u ttrasformata f'obbligu filwaqt li titħalla l-flessibbiltà sħiħa għall-Istati Membri fir-rigward tad-daqs, l-ambitu u l-kontenut ta' dawn il-miżuri. F'konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat, il-politiki tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija għandhom ikunu inklussivi u għalhekk jiżguraw ukoll l-aċċessibbiltà tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għall-konsumaturi f'faqar enerġetiku. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-faqar enerġetiku jiġi definit sew, tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-miżuri min-naħa tal-Istati Membri u li l-iskemi jiġu akkumpanjati minn strumenti finanzjarji adegwati.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  B'madwar 50 miljun unità domestika fl-Unjoni affettwati mill-faqar enerġetiku, il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jridu jkunu ċentrali għal kull strateġija kosteffettiva sabiex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà tal-konsumaturi u jkunu komplementari għall-politiki ta' sigurtà soċjali fil-livell tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jridu jindirizzaw lil dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku, li mhux ser ikollhom il-mezzi biex jagħmlu l-investimenti neċessarji. Investimenti fl-unitajiet domestiċi li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku, madankollu, ser joħolqu benefiċċji sinifikanti għal dawk l-unitajiet domestiċi u s-soċjetà b'mod ġenerali.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  Il-konsumaturi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu l-ogħla benefiċċju għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija li jimplimentaw anke minħabba li l-ispejjeż, il-perjodi tal-ħlas lura u l-benefiċċji kollha huma trasparenti b'mod sħiħ.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c)  L-istokk tal-bini tal-Unjoni ser jeħtieġ li jsir "bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero" sal-2050, skont l-objettivi tas-COP21 (Il-Ftehim ta' Pariġi). Ir-rati attwali tar-rinovazzjoni tal-bini mhumiex suffiċjenti u dak il-bini li huwa proprjetà ta', jew okkupat minn, ċittadini b'introjtu baxx li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku, huwa l-aktar diffiċli biex jintlaħaq. Għalhekk, il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 7, 7a u 7b huma ta' importanza partikolari.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jridu jindirizzaw lil dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku, li mhux ser ikollhom il-mezzi biex jagħmlu l-investimenti neċessarji. Investimenti fl-unitajiet domestiċi li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku, madankollu, ser joħolqu benefiċċji sinifikanti għal dawk l-unitajiet domestiċi u s-soċjetà b'mod ġenerali.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini minn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli tnaqqas l-enerġija fossili fornuta. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini huma miżuri importanti biex inaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija tal-Unjoni u l-emissjonijiet tal-gass serra, b'mod speċjali fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti għall-2030 kif ukoll l-impenn globali li ttieħed fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) li saret f'Pariġi f'Diċembru 2015. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu kapaċi jqisu ċertu ammont ta' enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq jew fil-bini għall-użu proprju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-iffrankar tal-enerġija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-metodoloġiji stabbiliti skont id-Direttiva 2010/31/UE.

(13)  L-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini minn teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli tnaqqas l-enerġija fossili fornuta. It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini huma miżuri importanti biex inaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija tal-Unjoni u l-emissjonijiet tal-gass serra, b'mod speċjali fid-dawl tal-objettivi ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti għall-2030 kif ukoll l-impenn globali li ttieħed fil-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) li saret f'Pariġi f'Diċembru 2015, li tiddikjara li ż-żieda fit-temperatura medja globali jenħtieġ li tinżamm ferm taħt 2 °C u li jenħtieġ li jiġu segwiti l-isforzi biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C. Jenħtieġ li l-Istati Membri għalhekk jadottaw strateġiji ta' rinnovazzjoni ambizzjużi u fit-tul b'mod konformi mal-Artikolu 2a tad-Direttiva 2010/31/UE kif inhi fis-seħħ, bil-għan li jaslu għal stokk ta' bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero effiċjenti ħafna fl-enerġija sal-2050 bil-ħtiġijiet tal-enerġija li jifdal li jridu jiġu sodisfatti minn enerġija rinnovabbli.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Bħala parti mill-miżuri stabbiliti fil-Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ, id-drittijiet minimi tal-konsumaturi għal informazzjoni ċara u fil-ħin dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom jeħtieġ li jissaħħu. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikoli 9 sa 11 u l-Anness VII tad-Direttiva 2012/27/UE jiġu emendati biex jistipulaw feedback frekwenti u mtejjeb dwar il-konsum tal-enerġija. Għandu jiġi ċċarat ukoll li d-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontijiet u mal-informazzjoni tal-kontijiet japplikaw għall-konsumaturi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun fornut minn sors ċentrali anki meta ma jkollhomx relazzjoni kuntrattwali individwali diretta ma' fornitur tal-enerġija. Għalhekk, għall-finijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet, it-terminu "utent aħħari" għandu jkopri l-klijenti aħħarin li jixtru t-tisħin/it-tkessiħ/il-misħun għall-użu proprju tagħhom kif ukoll l-okkupanti tal-unitajiet individwali ta' bini b'aktar minn appartament wieħed jew b'diversi użi fejn dawn l-unitajiet huma fornuti minn sors ċentrali. It-terminu "sottoarloġġi" għandu jirreferi għall-kejl tal-konsum f'unitajiet individwali ta' tali bini. Sal-1 ta' Jannar 2020 arloġġi tas-sħana u allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati ġodda għandhom ikunu jinqraw mill-bogħod biex jiżguraw l-għoti kosteffikaċi u frekwenti tal-informazzjoni dwar il-konsum. L-Artikolu 9a il-ġdid huwa maħsub biex japplika biss għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun fornut minn sors ċentrali.

(14)  Bħala parti mill-miżuri stabbiliti fil-Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Istrateġija dwar it-Tisħin u t-Tkessiħ, id-drittijiet minimi tal-konsumaturi għal informazzjoni ċara u fil-ħin dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom jeħtieġ li jissaħħu. Għalhekk jenħtieġ li l-Artikoli 9 sa 11 u l-Anness VII tad-Direttiva 2012/27/UE, bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu tal-enerġija tal-konsumatur, jiġu emendati biex jipprovdu informazzjoni u feedback frekwenti u mtejjeb dwar il-konsum tal-enerġija meta dan hu teknikament fattibbli u kosteffiċjenti fid-dawl tal-apparati tal-kejl fis-seħħ. Għandu jiġi ċċarat ukoll li d-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontijiet u mal-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum japplikaw għall-konsumaturi tat-tisħin, tat-tkessiħ jew tal-misħun fornut minn sors ċentrali anki meta ma jkollhomx relazzjoni kuntrattwali individwali diretta ma' fornitur tal-enerġija. Id-definizzjoni tat-terminu "klijent aħħari" tista' tinftiehem li tinkludi biss persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jixtru l-enerġija abbażi ta' kuntratt dirett u individwali ma' fornitur tal-enerġija. It-terminu "utent aħħari" jenħtieġ li jirreferi għal grupp usa' ta' konsumaturi. It-terminu "utent aħħari" jenħtieġ li flimkien mal-klijenti aħħarin li jixtru t-tisħin/it-tkessiħ/il-misħun għall-użu proprju tagħhom ikopri wkoll l-okkupanti tal-unitajiet individwali ta' bini b'aktar minn appartament wieħed jew b'diversi użi fejn dawn l-unitajiet huma fornuti minn sors ċentrali u fejn l-okkupanti m'għandhom ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija. Sal-1 ta' Jannar 2020 arloġġi tat-tisħin u allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati ġodda jenħtieġ li ikunu jinqraw mill-bogħod biex jiżguraw l-għoti kosteffettiv u frekwenti tal-informazzjoni dwar il-konsum. L-Artikolu 9a il-ġdid huwa maħsub biex japplika biss għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-misħun fornut minn sors ċentrali. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom id-diskrezzjoni li jiddeċiedu dwar kif l-aħjar jiddisinjaw il-miżuri dettaljati u jipprovdu feedback frekwenti u mtejjeb dwar il-konsum tal-enerġija għall-okkupanti li jgħixu f'unitajiet individwali f'bini b'aktar minn appartament wieħed jew f'bini b'diversi użi fornuti b'tisħin, tkessiħ jew misħun minn sors ċentrali. It-terminu "sottoarloġġi" jenħtieġ li jirreferi għall-kejl tal-konsum f'unitajiet individwali ta' tali bini. Il-kosteffiċjenza tas-sottometraġġ tiddependi minn jekk l-ispejjeż relatati humiex proporzjonali fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  Minħabba dawn ir-rekwiżiti l-ġodda, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li l-innovazzjoni u t-teknoloġija l-ġdida jirrikjedu investimenti mtejba fl-edukazzjoni u l-ħiliet, li huma neċessarji għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' dawn it-teknoloġiji u biex iċ-ċittadini kif ukoll in-negozji jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet tal-effiċjenza fl-enerġija stabbiliti mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ċerti dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar it-trasformazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija jenħtieġ li jitħassru. Ir-reviżjoni tal-acquis fil-qasam tal-enerġija tista' tirriżulta fl-obbligi tal-Istati Membri taħt l-atti differenti relatati mal-enerġija jiġu strutturati b'mod differenti. Dan ir-ristrutturar ma għandux jaffettwa l-obbligu tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti sostantivi tad-Direttiva 2012/27/UE li jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid, kompletament jew parzjalment, f'atti oħra.

(15)  Ċerti dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar it-trasformazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija jenħtieġ li jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet rilevanti tas-suq tal-elettriku. Ir-reviżjoni tal-acquis fil-qasam tal-enerġija tista' tirriżulta fl-obbligi tal-Istati Membri taħt l-atti differenti relatati mal-enerġija jiġu strutturati b'mod differenti. Dan ir-ristrutturar ma għandux jaffettwa l-obbligu tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti sostantivi tad-Direttiva 2012/27/UE.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-effettività tad-Direttiva 2012/27/UE, għandu jiġi introdott rekwiżit għal rieżami ġenerali tad-Direttiva u għal rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024.

(18)  Il-liġi dwar l-enerġija u l-liġi dwar il-klima huma komplementari u jenħtieġ li jsaħħu lil xulxin. Għalhekk, bħala parti mill-obbligi skont il-Ftehim ta' Pariġi, fi żmien sitt xhur mir-rendikont globali tal-UNFCCC fl-2023 u allinjat mal-proċess ta' rieżami tar-Regolament dwar il-Governanza [ ], il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq rieżami ġenerali tad-Direttiva 2012/27/UE u tintroduċi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effikaċja ġenerali tad-Direttiva 2012/27/UE u l-ħtieġa li tiġi aġġustata l-politika tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni skont l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Tali rieżami u rapport jenħtieġ li jitwettqu f'rendikonti globali sussegwenti wara dan.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2012/27/UE

Article 1 – paragraph 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri ewlenin tal-Unjoni għall-effiċjenza fl-enerġija ta' 20 % għall-2020 u l-miri vinkolanti ewlenin tagħha ta' 35 % għall-2030 u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija lil hinn minn dawk id-dati. Hija tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u tipprovdi sabiex ikunu stabbiliti miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija u l-kontributi għall-2020 u l-2030;

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri li jippromwovu l-effiċjenza fl-enerġija fl-Unjoni sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri ewlenin tal-Unjoni għall-effiċjenza fl-enerġija ta' 20 % għall-2020 u l-miri vinkolanti ewlenin ta' 40 % għall-2030 u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija lil hinn minn dawk id-dati li jikkonformaw mal-miri għall-enerġija fuq terminu twil stabbiliti minn qabel u impenji magħmula skont l-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll l-objettiv tal-klima globali skont il-Ftehim ta' Pariġi. Din tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u torbot mal-impenn tal-Unjoni li tpoġġi l-ewwel l-effiċjenza fl-enerġija u ġġib benefiċċji multipli għall-klima, iċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-Direttiva tipprovdi l-istabbiliment ta' miri nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020 u miri u kontributi nazzjonali vinkolanti għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2030;

Sabiex timmobilizza l-finanzjament privat għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija u r-rinovazzjonijiet tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tibda djalogu kemm mal-istituzzjonijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati sabiex tieħu nota tal-mekkaniżmi ta' politika potenzjali. Minħabba l-potenzjal kbir għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-bini, l-investimenti f'dan is-settur għandhom jitqiesu b'mod partikolari, b'enfażi primarja fuq il-bini residenzjali b'unitajiet domestiċi b'introjtu baxx li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku. Barra minn hekk, sabiex l-investimenti fi proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija jkunu aktar finanzjarment interessanti u fattibbli għall-investituri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-opzjonijiet dwar kif tiragruppa proġetti żgħar f'oħrajn kbar. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif jiġi stimolat l-investiment privat sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2019.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt 8a ġdid:

(8a)   "awtorità pubblika" tfisser kull amministrazzjoni tal-gvern jew pubblika oħra, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, inklużi sptarijiet u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, kif ukoll bini għall-edukazzjoni u akkomodazzjonijiet soċjali;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Miri għall-effiċjenza fl-enerġija

Miri għall-effiċjenza fl-enerġija

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira indikattiva nazzjonali għall-2020 għall-effiċjenza fl-enerġija, abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, jew l-intensità tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 24(1) u mal-Parti 1 tal-Anness XIV. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jesprimu wkoll dawk il-miri f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u għandhom jispjegaw kif, u abbażi ta' liema data, dan ġie kkalkulat.

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira indikattiva nazzjonali għall-2020 għall-effiċjenza fl-enerġija u mira vinkolanti nazzjonali għall-2030, abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew tal-enerġija finali, jew l-intensità tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 24(1) u mal-Parti 1 tal-Anness XIV. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jesprimu wkoll dawk il-miri f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u għandhom jispjegaw kif, u abbażi ta' liema data, dan ġie kkalkulat.

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:

(a)  li l-konsum tal-Unjoni għall-2020 ma jridx ikun aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali;

(a)  li l-konsum tal-Unjoni għall-2020 ma jridx ikun aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali;

(b)  tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;

(b)  tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;

(c)  tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE; u

(c)  tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE; u

(d)  ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.

(d)  ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:

Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:

(a)  il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;

(a)  il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;

(b)  l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-PDG;

(b)  l-evoluzzjoni u l-previżjoni tal-PDG;

(c)  il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;

(c)  il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;

(ca)  żviluppi teknoloġiċi li jistgħu jiffaċilitaw il-fattibbiltà tal-miri;

(d)  l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u

(d)  l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u

(da)  il-Ftehim ta' Pariġi ta' Diċembru 2015, li jirrikjedi lill-Unjoni u lill-Istati Membri li jillimitaw iż-żieda fit-temperatura globali medja għal ferm taħt iż-2°C u preferibbilment għal mhux aktar minn 1,5°C; u

(db)  l-għanijiet tal-klima u l-enerġija tal-Unjoni għall-2050.

(e)  azzjoni bikrija.

(e)  azzjoni bikrija.

2. Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb il-konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.

2. Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb il-konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.

3. Fit-twettiq tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:

3. Fit-twettiq tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:

(a)  tgħodd il-miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija rrapurtati mill-Istati Membri;

(a)  tgħodd il-miri nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija rrapurtati mill-Istati Membri;

(b)  tivvaluta jekk it-total ta' dawk il-miri jistax jiġi kkundirat gwida affidabbli dwar jekk l-Unjoni bis-sħiħ hijiex fit-triq it-tajba, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-ewwel rapport annwali skont l-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);

(b)  tivvaluta jekk it-total ta' dawk il-miri jistax jiġi kkunsidrat gwida affidabbli u realistika bbażata fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji dwar jekk l-Unjoni bis-sħiħ hijiex fit-triq it-tajba, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-ewwel rapport annwali skont l-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);

(c)  tqis l-analiżi komplementari li tirriżulta minn:

(c)  tqis l-analiżi komplementari li tirriżulta minn:

(i)  valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum tal-enerġija finali jew l-iffrankar tal-enerġija finali, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta' dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta' din id-Direttiva;

(i)  valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum tal-enerġija finali jew l-iffrankar tal-enerġija finali, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta' dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta' din id-Direttiva;

(ii)  ir-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar relatati max-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni.

(ii)  ir-riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar relatati max-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni.

(d)   tqabbel ir-riżultati skont il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tkun meħtieġa biex tinkiseb konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.

(d)   tqabbel ir-riżultati skont il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tkun meħtieġa biex tinkiseb konsum tal-enerġija ta' mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta' enerġija finali fl-2020.

4. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 f'konformità mal-Artikoli [4] u [6] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Meta jistabbilixxu dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dwar dawk il-kontribuzzjonijiet lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima f'konformita mal-proċedura skont l-Artikoli [3] u [7] sa [11] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].

4. Kull Stat Membru għandu jidentifika l-potenzjal tekniku u ekonomiku minn isfel għal fuq għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija f'kull settur, inkluż kif miżuri speċifiċi ta' politika fl-istadji kollha tas-sistema tal-enerġija, mill-fażi tal-provvista, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni għall-użu finali tal-enerġija, ser jippermettu l-ilħuq tal-miri vinkolanti nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija f'konformità mal-mira tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 f'konformità mal-Artikoli [4] u [6] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 132 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 849 Mtoe ta' enerġija finali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miri nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima f'konformita mal-proċedura skont l-Artikoli [3] u [7] sa [11] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. L-Istati Membri għandhom ukoll jirrappurtaw annwalment lill-Kummissjoni dwar il-progress lejn il-kisba tal-miri tagħhom.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 5

Test fis-seħħ

Emenda

(2 a)  l-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 5

Artikolu 5

Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi

Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, kull Stat Membru għandu jiżgura li, mill-1 ta' Jannar 2014, tiġi rrinovata kull sena 3 % mill-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tiegħu sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, kull Stat Membru għandu jiżgura li, mill-1 ta' Jannar 2014, tiġi rrinovata kull sena 3 % mill-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tiegħu sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Sa mill-1 ta' Jannar 2021 dan il-paragrafu għandu japplika għall-bini msaħħan u/jew imkessaħ li jkun il-proprjetà ta' u okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kompetenzi rispettivi u l-kompożizzjoni amministrattiva tagħhom.

Ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 500 m2 ta' art utilizzabbli li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Dak il-limitu għandu jitnaqqas għal 250 m2 mid-9 ta' Lulju 2015.

Ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 500 m2 ta' art utilizzabbli li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Dak il-limitu għandu jitnaqqas għal 250 m2 mid-9 ta' Lulju 2015 u għandu japplika għall-bini li jkun il-proprjetà ta' u okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi sa mill-1 ta' Jannar 2021 b'kunsiderazzjoni xierqa tal-kompetenzi rispettivi u l-kompożizzjoni amministrattiva tagħhom.

Fejn Stat Membru jeħtieġ li l-obbligu li kull sena tiġi rinovata 3 % tal-erja totali tal-art jestendi għall-erja tal-art li hija proprjetà tad-dipartimenti amministrattivi f'livell taħt il-gvern ċentrali, ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' art utilizzabbli ta' iktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, iktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali jew ta' dawn id-dipartimenti amministrattivi tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.

Meta jimplimentaw miżuri għar-rinovazzjoni komprensiva tal-bini tal-gvern ċentrali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jqisu l-bini inġenerali, inklużi l-pakkett finanzjarju, it-tagħmir, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini.

Meta jimplimentaw miżuri għar-rinovazzjoni komprensiva tal-bini tal-awtorità pubblika f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jqisu l-bini inġenerali, inklużi l-pakkett finanzjarju, it-tagħmir, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini tal-gvern ċentrali bl-aktar prestazzjoni baxxa ta' enerġija jkun prijorità għall-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija, fejn dan ikun kosteffettiv u teknikament fattibbli.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini tal-awtorità pubblika bl-aktar prestazzjoni baxxa ta' enerġija jkun prijorità għall-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija, fejn dan ikun kosteffettiv u teknikament fattibbli.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a)   bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent magħżul, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija tibdel b'mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(a)   bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent magħżul, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija tibdel b'mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(b)   bini li hu proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintuża għal finijiet ta' difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta' għajxien singoli jew bini tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;

(b)   bini li hu proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintuża għal finijiet ta' difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta' għajxien singoli jew bini tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;

(c)   bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi.

(c)   bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi.

3.  Jekk Stat Membru jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tal-gvern ċentrali f'sena speċifika, huwa jista' jgħodd mar-rata annwali ta' rinovazzjoni kwalunkwe waħda mit-tliet snin preċedenti jew sussegwenti.

3.  Jekk Stat Membru jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tal-gvern ċentrali f'sena speċifika, huwa jista' jgħodd mar-rata annwali ta' rinovazzjoni kwalunkwe waħda mit-tliet snin preċedenti jew sussegwenti.

4.  L-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinovazzjoni annwali ta' bini pubbliku bini ġdid okkupat u li huwa proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku li jkun twaqqa' f'waħda mis-sentejn preċedenti, jew bini li jkun inbiegħ, li twaqqa' jew li m'għadux jintuża f'xi waħda mis-sentejn preċedenti minħabba użu aktar intensiv ta' bini ieħor.

4.  L-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinovazzjoni annwali ta' bini tal-awtorità pubblika bini ġdid okkupat u li huwa proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku tal-awtorità pubblika li jkun twaqqa' f'waħda mis-sentejn preċedenti, jew bini li jkun inbiegħ, li twaqqa' jew li m'għadux jintuża f'xi waħda mis-sentejn preċedenti minħabba użu aktar intensiv ta' bini ieħor.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju ta' bini tal-gvern ċentrali imsaħħan u/jew imkessaħ b'art utilizzabbli ta' daqs totali ta' aktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, ta' aktar minn 250 m2, bl-esklużjoni ta' bini eżentat abbażi tal-paragrafu 2. L-inventarju għandu jkollu fih id-data li ġejja:

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju ta' bini tal-awtorità pubblika imsaħħan u/jew imkessaħ b'art utilizzabbli ta' daqs totali ta' aktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, ta' aktar minn 250 m2, bl-esklużjoni ta' bini eżentat abbażi tal-paragrafu 2. L-inventarju għandu jkollu fih id-data li ġejja:

(a)   l-erja tal-art f'm2; u

(a)   l-erja tal-art f'm2; u

(b)   il-prestazzjoni tal-enerġija ta' kull binja jew data rilevanti dwar l-enerġija.

(b)   il-prestazzjoni tal-enerġija ta' kull binja;

(c)   il-konsum attwali mkejjel tal-enerġija;

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu approċċ alternattiv għall-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, fejn huma jieħdu miżuri kosteffettivi oħrajn, inklużi rinovazzjonijiet profondi u miżuri għal bidla fl-imġiba tal-okkupanti, sabiex sal-2020 jiksbu ammont ta' ffrankar tal-enerġija f'bini eliġibbli li huwa l-proprjetà tal-gvern ċentrali tagħhom li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fil-paragrafu 1, rappurtat fuq bażi annwali.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu approċċ alternattiv għall-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, fejn huma jieħdu miżuri kosteffettivi oħrajn, inklużi rinovazzjonijiet profondi u miżuri għal bidla fl-imġiba tal-okkupanti, sabiex sal-2020 jiksbu ammont ta' ffrankar tal-enerġija f'bini eliġibbli li huwa l-proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi tagħhom li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fil-paragrafu 1, rappurtat fuq bażi annwali.

Għall-finijiet tal-approċċ alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali qabel u wara r-rinovazzjoni u skont l-istimi tas-superfiċje tal-istokk tagħhom. Il-kategoriji ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali għandhom jirrappreżentaw l-istokk ta' tali bini tal-gvern ċentrali.

Għall-finijiet tal-approċċ alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali qabel u wara r-rinovazzjoni u skont l-istimi tas-superfiċje tal-istokk tagħhom. Il-kategoriji ta' bini ta' riferiment tal-awtorità pubblika għandhom jirrappreżentaw l-istokk ta' tali bini.

L-Istati Membri li jagħżlu l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2013, dwar il-miżuri alternattivi li biħsiebhom jadottaw, filwaqt li juru kif se jiksbu titjib ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li huwa proprjetà tal-gvern ċentrali.

L-Istati Membri li jagħżlu l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa 6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, dwar il-miżuri alternattivi li biħsiebhom jadottaw, filwaqt li juru kif se jiksbu titjib ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li huwa proprjetà tal-awtorità pubblika.

7.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u lill-korpi ta' akkomodazzjoni soċjali rregolati mid-dritt pubbliku, b' konsiderazzjoni debita għall-kompetenzi u l-istruttura amministrattiva rispettivi tagħhom, biex:

7.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u lill-korpi ta' akkomodazzjoni soċjali rregolati mid-dritt pubbliku, b'konsiderazzjoni debita għall-kompetenzi u l-istruttura amministrattiva rispettivi tagħhom, biex:

(a)   jadottaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija, awtonomu jew bħala parti minn pjan usa' għall-klima jew għall-ambjent, li jkun fih għanijiet u azzjonijiet speċifiċi għall-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija, bil-ħsieb li jsegwi r-rwol eżemplari tal-bini tal-gvern ċentrali stabbilit fil-paragrafi 1, 5 u 6;

(a)   jadottaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija u strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul għal kull bini, awtonomu jew bħala parti minn pjan usa' għall-klima jew għall-ambjent, li jkun fih għanijiet speċifiċi għall-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll valutazzjonijiet u azzjonijiet tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, bil-ħsieb li jsegwi r-rwol eżemplari tal-bini tal-awtorità pubblika stabbilit fil-paragrafi 1, 5 u 6;

(b)   jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-enerġija, inklużi verifiki tal-enerġija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;

(b)   jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-enerġija, inklużi verifiki tal-enerġija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;

(c)   jużaw, fejn xieraq, kumpanniji ta' servizzi tal-enerġija, u kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-finanzjament tar-rinovazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-pjani għall-manutenzjoni jew it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fit-tul.

(c)   jużaw, fejn xieraq, kumpanniji ta' servizzi tal-enerġija, u kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-finanzjament tar-rinovazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-pjani għall-manutenzjoni jew it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fit-tul.

7a.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-iffrankar tal-enerġija annwali li jirriżulta mir-rinnovazzjonijiet, inkluż dwar is-sehem ta' rinnovazzjonijiet profondi, u dwar l-erja totali tal-art rinnovata, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar il-Governanza [ ].

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Article 7 – Titolu u paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija

Skemi ta' appoġġ għall-iffrankar tal-enerġija

1. L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:

1. Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2050 u l-objettivi fit-tul skont il-Ftehim ta' Pariġi, l-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:

(a)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ta' 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2013.

(a)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ta' 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2013.

(b)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ta' 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019.

(b)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ta' 1.5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019.

(ba)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2031 sal-31 ta' Diċembru 2040 ta' 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2029.

(bb)  iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2041 sal-31 ta' Diċembru 2050 ta' 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perjodu ta' tliet snin riċenti qabel l-1 ta' Jannar 2039;

Jekk rieżamijiet mill-Kummissjoni jindikaw il-ħtieġa, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-obbligu tal-iffrankar annwali tagħhom b'mod konformi mal-perjodi li ġejjin: 2014-2020, 2021-2030, 2031-2040 u 2041-2050.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid ta' 1.5 % għal perjodi ta' għaxar snin wara l-2030, sakemm l-analiżijiet mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin warajhom jikkonkludu li dan mhux meħtieġ biex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2050.

L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid ta' 1,5 % għall-perjodi 2031-2040 u 2041-2050, sakemm ir-rieżamijiet ibbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji stabbiliti mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin warajhom jikkonkludu li biex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija, il-klima u d-dekarbonizzazzjoni għall-2050, jenħtieġ li jiġi aġġustat l-obbligu annwali għall-iffrankar tal-enerġija.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (b), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu biss dak l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ġodda ta' politika introdotti wara l-31 ta' Diċembru 2020 jew miżuri ta' politika introdotti matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 sakemm jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali li jittieħdu wara l-31 ta' Diċembru 2020 u jagħtu l-iffrankar.

Għall-finijiet tal-punt (b), u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jgħoddu biss dak l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ġodda ta' politika introdotti jew wara l-31 ta' Diċembru 2020 jew qabel sakemm jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali ġodda li jittieħdu wara l-31 ta' Diċembru 2020 u jagħtu ffrankar ġdid.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bejgħ tal-enerġija, skont il-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dawn il-kalkoli.

Mill-2014 sal-2020, il-bejgħ tal-enerġija, skont il-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dawn il-kalkoli. Mill-2021 'il quddiem il-bejgħ tal-enerġija, skont il-volum, użata fit-trasport ma jistax jiġi eskluż minn dawn il-kalkoli.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif il-kwantità kkalkulata tal-iffrankar il-ġdid għandha titqassam f'fażijiet fuq kull perjodu msemmija fil-punt(a) u (b) sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ ikun intleħaq sal-aħħar ta' kull perjodu.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif il-kwantità kkalkulata tal-iffrankar il-ġdid għandha titqassam f'fażijiet fuq kull perjodu msemmija fil-punt (a), (b), (ba) u (bb) sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ ikun intleħaq sal-aħħar ta' kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni jenħtieġ li tapplika wkoll għall-perjodi 2030-2050 sabiex jiġi ggarantit qafas stabbli meħtieġ għall-investimenti.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull Stat Membru jista':

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull Stat Membru jista':

(a)  jwettaq il-kalkolu metieġ fil-punt (a) tal-paragrafu 1 billi juża valuri ta' 1 % fl-2014 u fl-2015; 1.25 % fl-2016 u fl-2017; u 1.5 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020;

(a)  jwettaq il-kalkolu metieġ fil-punt (a) tal-paragrafu 1 billi juża valuri ta' 1 % fl-2014 u fl-2015; 1,25 % fl-2016 u fl-2017; u 1,5 % fl-2018, fl-2019 u fl-2020;

(b)  jeskludi mill-kalkolu parti mill-bejgħ jew il-bejgħ kollu, skont il-volum, tal-enerġija użata f'attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;

(c)  jippermetti li l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, b'riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1;

(c)  jippermetti li l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, b'riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1;

(d)  jgħodd l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn azzjonijiet individwali li għadhom kemm ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 li jkun għad għandu impatt fl-2020 u li jista' jitkejjel u jiġi vverifikat, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1; u

(e)  jeskludi mill-kalkolu tar-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1 l-ammont verifikabbli tal-enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għal użu proprju b'riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwocu tal-installazzjoni ta' teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-għażliet kollha magħżula skont il-paragrafu 2 meħuda flimkien iridu jammontaw għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw u jikkalkolaw l-effett tal-għażliet magħżula għall-perjodi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 separatament:

3.  L-għażliet kollha magħżula skont il-paragrafu 2 meħuda flimkien iridu jammontaw għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw u jikkalkolaw l-effett tal-għażliet magħżula għall-perjodi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 separatament:

(a)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (a), (b), (c), u (d) tal-paragrafu 2;

(a)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2;

(b)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (b), (c), (d)u (e) tal-paragrafu 2, sakemm l-azzjonijiet individwali fis-sens tal-punt (d) ikomplu jkollhom impatt verifikabbli u li jista' jitkejjel wara l-31 ta' Diċembru 2020.

(b)  għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu msemmi fil-punti (b), (ba) u (bb) tal-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punt (c) tal-paragrafu 2.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom juru li meta jkun hemm trikkib fl-impatt ta' miżuri ta' politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta' ffrankar tal-enerġija.";

7.  Filwaqt li jirrikonoxxu li l-gwadanji fl-effiċjenza mill-enerġija primarja u finali huma komplementari, l-Istati Membri għandhom juru li meta jkun hemm trikkib fl-impatt ta' miżuri ta' politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta' ffrankar tal-enerġija.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7a

Artikolu 7a

L-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija

L-iskemi tal-appoġġ għall-effiċjenza fl-enerġija

1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta' ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7 (1) permezz ta' skema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija huma għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati msemmija fil-paragrafu 2 li joperaw fit-territorju ta' kull Stat Membru jiksbu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiva fl-użu finali stabbilita fl-Artikolu 7(1).

1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-ammont ta' ffrankar meħtieġ skont l-Artikolu 7 (1) permezz ta' skema tal-appoġġ għall-effiċjenza fl-enerġija huma għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati msemmija fil-paragrafu 2 li joperaw fit-territorju ta' kull Stat Membru jiksbu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(2), ir-rekwiżit tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiva fl-użu finali stabbilita fl-Artikolu 7(1).

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati fost id-distributuri tal-enerġija u/jew kumpaniji li jbigħu l-enerġija fil-livell tal-konsum li joperaw fit-territorju tiegħu u dawn jistgħu jinkludu distributuri tal-karburant għat-trasport jew bejjiegħa fil-livell tal-konsum tal-karburant għat-trasport li joperaw fit-territorju tiegħu. L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati fost il-klijenti aħħarin, nominati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu magħmul fl-Artikolu 7(1), jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, permezz ta' ffrankar iċċertifikat li jkun ġej minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 5.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati fost id-distributuri tal-enerġija u/jew kumpaniji li jbigħu l-enerġija fil-livell tal-konsum li joperaw fit-territorju tiegħu u dawn għandhom jinkludu distributuri tal-karburant għat-trasport u bejjiegħa fil-livell tal-konsum tal-karburant għat-trasport li joperaw fit-territorju tiegħu. L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati fost il-klijenti aħħarin, nominati mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu magħmul fl-Artikolu 7(1), jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, permezz ta' ffrankar iċċertifikat li jkun ġej minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 5.

3.  L-Istati Membri għandhom jesprimu l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ minn kull parti obbligata f'termini ta' konsum tal-enerġija finali jew primarja. Il-metodu magħżul biex jiġi espress l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għandu jintuża wkoll biex jiġi kkalkulat l-iffrankar iddikjarat mill-partijiet obbligati. Għandhom japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Anness IV.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kejl, kontroll u verifika fejn jitwettaq l-awditjar iddokumentat fuq proporzjon statistikament sinifikanti u kampjun rappreżentattiv tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija stabbiliti mill-partijiet obbligati. Dan il-kejl, kontroll u verifika għandhom jitwettqu indipendentament mill-partijiet obbligati.

5.  Fl-iskema tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri:

5.  Fl-iskema tal-appoġġ għall-effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri:

(a)  għandhom jinkludu rekwiżiti b'għan soċjali fl-obbligi ta' ffrankar li jimponu huma, inkluż billi jeżiġu li proporzjon tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jiġi implimentat bħala prijorità f'unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku u fl-akkomodazzjoni soċjali;

(a)  għandhom jinkludu u jagħmlu pubbliċi r-rekwiżiti b'għan soċjali fl-obbligi ta' ffrankar li jimponu huma, inkluż billi jeżiġu li proporzjon sinifikanti tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jiġi implimentat bħala prijorità f'unitajiet domestiċi b'introjtu baxx li jinsabu f'rikju ta' faqar enerġetiku jew fl-akkomodazzjoni soċjali u għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għall-appoġġ finanzjarju neċessarju permezz ta' strumenti finanzjarji adegwati;

(b)  jistgħu jħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta' servizzi ta' enerġija jew partijiet terzi oħrajn inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-Istat jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu jew ma jinvolvux sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri jippermettu dan, huma għandhom jiżguraw li jkun stabbilit proċess ta' approvazzjoni li jkun ċar, trasparenti u miftuħ għall-atturi kollha tas-suq, u jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;

(b)  għandhom iħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta' servizzi ta' enerġija jew partijiet terzi oħrajn inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-Istat, bħal fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali, jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu jew ma jinvolvux sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri jippermettu dan, huma għandhom jiżguraw li jkun stabbilit proċess ta' approvazzjoni li jkun ċar, trasparenti u miftuħ għall-atturi kollha tas-suq, u jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;

(c)  jistgħu jħallu l-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar miksub f'sena partikolari bħallikieku nkiseb fi kwalunkwe waħda mill-erba' snin preċedenti jew mit-tliet snin sussegwenti sakemm dan ma jmurx lil hinn mit-tmiem tal-perjodi obbligatorji stabbiliti fl-Artikolu 7(1).

6.  Darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-iffrankar tal-enerġija miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta' parti obbligata, u b'kollox taħt l-iskema.

6.  Darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-iffrankar tal-enerġija miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta' parti obbligata, u b'kollox taħt l-iskema.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 7b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7b

Artikolu 7b

Miżuri ta' politika alternattivi

Miżuri ta' politika alternattivi

1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-iffrankar skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' miżuri ta' politika alternattivi huma għandhom jiżguraw li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) jinkiseb fost il-klijenti aħħarin.

1.  Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiksbu l-iffrankar skont l-Artikolu 7(1) permezz ta' miżuri ta' politika alternattivi huma għandhom jiżguraw li l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont l-Artikolu 7(1) jinkiseb fost il-klijenti aħħarin.

2.  Fit-tfassil tal-miżuri ta' politika alternattivi biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom iqisu l-effett fuq l-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku.

2.  Fit-tfassil tal-miżuri ta' politika alternattivi biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija u biex jiġi żgurat li titwettaq ir-rinnovazzjoni ambizzjuża tal-enerġija ta' bini eżistenti, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri li jkunu ta' benefiċċju għall-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku jew fl-akkomodazzjoni soċjali. Dawk il-mirużi għandhom isiru pubbliċi.

3.  Għall-miżuri kollha għajr dawk li jirrelataw ma' miżuri ta' tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' kejl, kontroll u verifika fejn jitwettaq l-awditjar iddokumentat fuq proporzjon statistikament sinifikanti u kampjun rappreżentattiv tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija stabbiliti mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati. Dan il-kejl, kontroll u verifika għandhom jitwettqu indipendentament mill-partijiet parteċipanti u inkarigati.";

3.  Għall-miżuri kollha għajr dawk li jirrelataw ma' miżuri ta' tassazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' kejl, kontroll u verifika fejn jitwettaq l-awditjar iddokumentat fuq proporzjon statistikament sinifikanti u kampjun rappreżentattiv tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija stabbiliti mill-partijiet parteċipanti jew inkarigati. Dan il-kejl, kontroll u verifika għandhom jitwettqu indipendentament mill-partijiet parteċipanti u inkarigati.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

(4a)  Fl-Artikolu 8 il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi li mhumiex SMEs ikunu soġġetti għal verifika tal-enerġija li ssir b'mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kkwalifikati u/jew akkreditati jew implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġislazzjoni nazzjonali sal-5 ta' Diċembru 2015 u tal-anqas kull erba' snin mid-data tal-verifika tal-enerġija preċedenti."

“4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi li mhumiex SMEs ikunu soġġetti għal verifika tal-enerġija li ssir b'mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kkwalifikati u/jew akkreditati jew implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġislazzjoni nazzjonali sal-5 ta' Diċembru 2015 u tal-anqas kull erba' snin mid-data tal-verifika tal-enerġija preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jinċentivaw lill-SMEs li għandhom konsum tal-enerġija għal kull fatturat ogħla mill-medja tal-UE biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu."

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

(4b)  Fl-Artikolu 8 il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

6.  Intrapriżi li mhumiex SMEs u li qed jimplimentaw sistema ta' ġestjoni ta' enerġija jew ambjentali - ċertifikata minn korp indipendenti konformement mal-Istandards Ewropej jew Internazzjonali rilevanti - għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżiti tal-paragrafu 4, dment li l-Istati Membri jiżguraw li s-sistema ta' ġestjoni kkonċernata tinkludi verifika tal-enerġija abbażi tal-kriterji minimi bbażati fuq l-Anness VI.

“6.  Intrapriżi li mhumiex SMEs u intrapriżi li huma SMEs li għandhom konsum għoli tal-enerġija għal kull impjegat jew għal kull fatturat u li qed jimplimentaw sistema ta' ġestjoni ta' enerġija jew ambjentali - ċertifikata minn korp indipendenti konformement mal-Istandards Ewropej jew Internazzjonali rilevanti - għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżiti tal-paragrafu 4, dment li l-Istati Membri jiżguraw li s-sistema ta' ġestjoni kkonċernata tinkludi verifika tal-enerġija abbażi tal-kriterji minimi bbażati fuq l-Anness VI.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn huwa teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijenti aħħarin tal-gass naturali jingħataw arloġġi individwali bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum proprju ta' enerġija tal-klijent aħħari u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa fejn huwa teknikament possibbli, kosteffettiv u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijenti aħħarin tal-gass naturali jingħataw arloġġi individwali bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum proprju ta' enerġija tal-klijent aħħari u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi għandhom dritt għal informazzjoni ċara, li tinftiehem u f'waqtha dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom. Madankollu, arloġġi tat-tisħin u allokaturi tal-ispiża tat-tisħin f'bini b'aktar minn appartament wieħed jew f'bini b'diversi użi jkunu ġġustifikati biss jekk ikunu teknikament fattibbli, kosteffettivi u proporzjonati fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija. Inkella, jistgħu jwasslu għal konsegwenzi mhux mixtieqa bħall-ħolqien ta' riskji ġodda ta' faqar enerġetiku minflok ma jiġi miġġieled, u jfixklu miżuri oħra li jiksbu riżultati aħjar tal-effiċjenza fl-enerġija għall-klijenti.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 9a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Artikolu 9a

Arloġġi, sottoarloġġi u allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku

Arloġġi, sottoarloġġi u allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin u t-tkessiħ u għall-misħun domestiku

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali u tal-misħun domestiku jingħataw arloġġi bi prezz kompetittiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum finali reali ta' enerġija mill-klijent.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali u tal-misħun domestiku jingħataw arloġġi bi prezz kompetittiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum finali reali ta' enerġija mill-klijent.

Fejn it-tisħin u t-tkessiħ jew il-misħun ikunu pprovduti lil bini minn sors ċentrali li jaqdi għadd ta' bini jew minn netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandu dejjem jiġi installat arloġġ tas-sħana jew tal-misħun fejn isir l-iskambju tas-sħana jew fil-punt ta' konsenja.

Fejn it-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun ikunu pprovduti lil bini minn sors ċentrali li jaqdi għadd ta' bini jew minn netwerk ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali, għandu dejjem jiġi installat arloġġ fejn isir l-iskambju tas-sħana jew fil-punt ta' konsenja.

2.  F'binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi b'sors ċentrali ta' tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin jew tat-tkessiħ jew tal-misħun għal kull unità tal-bini.

2.  F'binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi b'sors ċentrali ta' tisħin jew tkessiħ jew fornuti minn sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, għandhom jiġu installati arloġġi individwali biex ikejlu l-konsum tat-tisħin jew tat-tkessiħ jew tal-misħun għal kull unità tal-bini, fejn ikun teknikament possibbli, kosteffettiv u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija.

Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew fejn ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejlu t-tisħin u t-tkessiħ f'kull unità ta' bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull radjatur dment li l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tas-sħana. Il-kundizzjonijiet tan-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u tan-nuqqas ta; kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.

Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew fejn ma jkunx kosteffiċjenti jew proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija li jitkejlu t-tisħin u t-tkessiħ f'kull unità ta' bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża tat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull radjatur dment li l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża tat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tas-sħana. Il-kundizzjonijiet tan-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u tan-nuqqas ta; kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.

F'bini ġdid tat-tip imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew meta bini bħal dan jiġi rinnovat drastikament, kif stabbilit fid-Direttiva 2010/31/UE, għandhom dejjem jingħataw arloġġi individwali.

F'bini ġdid tat-tip imsemmi fl-ewwel subparagrafu jew meta bini bħal dan jiġi rinnovat drastikament, kif stabbilit fid-Direttiva 2010/31/UE, għandhom jingħataw arloġġi tal-misħun, fejn ikun teknikament possibbli, kosteffettiv u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija u filwaqt li jiġi żgurat li dan ma jżidx ir-riskju tal-faqar enerġetiku.

3.  Fejn binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi huma moqdija minn tisħin jew tkessiħ distrettwali, jew fejn is-sistemi komuni tagħhom ta' tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkunu prevalenti, l-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli trasparenti dwar l-allokazzjoni tal-ispiża tat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-misħun f'tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontijiet tal-konsum individwali inkluż:

3.  Fejn binjiet b'aktar minn appartament wieħed u b'diversi użi huma moqdija minn tisħin jew tkessiħ distrettwali, jew fejn is-sistemi komuni tagħhom ta' tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkunu prevalenti, l-Istati Membri għandhom jintroduċu u jagħmlu pubbliċi regoli trasparenti nazzjonali dwar l-allokazzjoni tal-ispiża tat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-misħun f'tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontijiet tal-konsum individwali inkluż:

4. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, mill-1 ta' Jannar 2020 l-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża installati għandhom ikunu apparati li jinqraw mill-bogħod.

4. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, mill-1 ta' Jannar 2020 l-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin installati għandhom ikunu apparati li jinqraw mill-bogħod. Il-kundizzjonijiet rigward il-fattibilità teknika u l-kosteffettività stipulati fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafi 2 għandhom jibqgħu japplikaw.

L-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża li diġà ġew installati imma li ma jinqrawx mill-bogħod għandhom jiġu pprovduti b'din il-kapaċità jew jiġu ssostitwiti b'apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta' Jannar 2027, ħlief fejn l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhuwiex kosteffiċjenti.";

L-arloġġi u l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin diġà ġew installati imma li ma jinqrawx mill-bogħod għandhom jiġu pprovduti b'din il-kapaċità jew jiġu ssostitwiti b'apparati li jinqraw mill-bogħod sal-1 ta' Jannar 2027, ħlief fejn l-Istat Membru inkwistjoni juri li dan mhuwiex kosteffiċjenti.";

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-arloġġi installati skont id-Direttiva 2009/73/KE għandhom jippermettu informazzjoni preċiża dwar kontijiet ibbażata fuq il-konsum effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikollhom il-possibbiltà ta' aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku li jippermettu verifiki dettaljati minnhom stess.

L-arloġġi installati skont id-Direttiva 2009/73/KE għandhom jippermettu informazzjoni preċiża dwar kontijiet ibbażata fuq il-konsum effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikollhom il-possibbiltà ta' aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku li jippermettu verifiki dettaljati minnhom stess. Biex tiġi żgurata l-privatezza tal-konsumaturi aħħarin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arloġġi jipproteġu l-privatezza u jintużaw f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)). L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll l-importanza tar-reżistenza għaċ-ċiberkriminalità f'sistemi ta' arloġġi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha teżamina, qabel l-1 ta Jannar 2019 jekk id-Direttiva 2013/40/UE (dwar attakki kontra sistemi tal-informazzjoni) għandhiex bżonn tiġi aġġornata biex tinkludi sistemi ta' arloġġi.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 10a – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum hija preċiża u bbażata fuq il-konsum reali, skont il-punti 1 u 2 tal-Anness VII għall-utenti aħħarin kollha fejn hemm installati l-arloġġi jew l-allokaturi tal-ispiża.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum hija preċiża u bbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin, skont il-punti 1 u 2 tal-Anness VII għall-konsumaturi aħħarin kollha fejn hemm installati l-arloġġi jew l-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 10a – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu min għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum abbażi tal-konsum effettiv jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin lill-utenti aħħarin, jiġifieri, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jokkupaw bini individwali jew unità f'bini b'aktar minn appartament wieħed jew bini b'diversi użi fornut bit-tisħin, it-tkessiħ jew il-misħun minn sors ċentrali li m'għandhom l-ebda kuntratt dirett jew individwali mal-fornitur tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li tkun ipprovduta l-informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum lill-utenti aħħarin mhux dejjem possibbli li jkun issodisfat bl-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin peress li huma ma jkejlux il-konsum reali tat-tisħin u jkun għali ħafna u teknikament ikkumplikat li tissostitwixxihom b'arloġġi tal-enerġija. Jenħteġ li, bħala regola, l-informazzjoni dwar il-kontijiet fir-rigward tal-konsum tat-tisħin ibbażat fuq il-qari tal-arloġġ tat-tisħin tkun ipprovduta biss lill-klijent aħħari. L-ambitu tal-informazzjoni pprovdut lill-utenti aħħarin (f'każ li mhumiex il-klijenti finali), jenħtieġ li jkun deċiż b'mod individwali mill-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċità tal-infrastruttura tal-bini f'kull żona u l-istat legali attwali.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 10a – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għandhom jirrikjedu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku tal-utenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli, għal fornitur ta' servizz ta' enerġija magħżul minn utent aħħari;

(a)  għandhom jirrikjedu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin tal-konsumaturi aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli fuq talba mill-utent aħħari, għal fornitur ta' servizz tal-enerġija magħżul mill-konsumatur aħħari;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 10a – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għandom jiżguraw li informazzjoni xierqa tingħata mal-kont ibbażat fuq il-konsum reali lill-utentiaħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VII;

(c)  għandhom jiżguraw li informazzjoni xierqa tingħata mal-kont ibbażat fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin lill-konsumaturi aħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VIIa;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11a.  għandu jiddaħħal l-Artikolu 19a li ġej:

Artikolu 19a

Il-finanzjament tal-effiċjenza fl-enerġija minn banek Ewropej

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostituzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) għandhom jadattaw l-objettivi ta' politika tagħhom bil-għan li jirrikonoxxu l-effiċjenza fl-enerġija bħala sors tal-enerġija minnu nnifsu u investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija bħala parti mill-portafoll tal-investiment fl-infrastruttura tagħhom.

Il-BEI u l-BERŻ għandhom, anke flimkien mal-banek promozzjonali nazzjonali, jiddisinjaw, jiġġeneraw u jiffinanzjaw programmi u proġetti mfassla għas-settur tal-effiċjenza, inkluż għal unitajiet domestiċi f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet u l-għodod proposti mill-Inizjattiva Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti.

Ġustifikazzjoni

Tinħtieġ bidla f'fażijiet sabiex l-istituzzjonijiet finanzjarji jwasslu l-istrumenti finanzjarji adegwati għal investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija fuq skala kbira.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 24 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

(12a)  Fl-Artikolu 24 il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

4.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq id-Direttivi 2003/87/KE, 2009/28/KE u 2010/31/UE u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, u fuq is-setturi industrijali, b'mod partikolari dawk li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-karbonju, kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2010/2/UE.

"Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq id-Direttivi 2003/87/KE, 2009/28/KE u 2010/31/UE u r-RegolamentNru … (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima) u kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk, abbażi tar-rapporti regolari, il-Kummissjoni jkollha evidenza li l-interazzjoni tal-politiki twassal għall-funzjonament mhux xieraq tas-suq tal-karbonju, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva li tindirizza miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu."

(Il-punt (13) u punt (14) oriġinali/attwali tal-proposta se jiġu nnumerati mill-ġdid u jsiru l-punt (14) u l-punt (15) rispettivament.)

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-bilanċ fraġli bejn il-provvista u d-domanda mistenni wara l-2020, it-tnaqqis addizzjonali tad-domanda kkawżat mit-trikkib tal-EU ETS fuq politiki oħra dwar il-klima jista' jissarraf f'sitwazzjoni, fejn il-provvista tal-kwoti tkun kronikament ugwali għal jew ogħla mid-domanda rispettiva. Għalhekk, l-effett negattiv tal-politiki dwar il-klima li jirkbu fuq xulxin jenħtieġ li jiġi newtralizzat billi l-MSR jitqiegħed fil-volum tal-kwoti ekwivalenti għall-iffrankar tal-emissjonijiet miksuba barra mis-suq EU ETS.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 2012/27/UE

Artikolu 24 – paragrafu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2024, u kull ħames snin minn dik id-data 'l quddiem, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.

12.  Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ġenerali ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sitt xhur mir-rendikont globali tal-UNFCCC fl-2023, u wara rendikonti globali sussegwenti minn dik id-data 'l quddiem, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività ġenerali ta' din id-Direttiva u l-ħtieġa li tiġi aġġustata l-politika tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni skont l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni ta' din id-Direttiva trid titqies fil-kuntest globali ġdid wara l-adozzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi. Miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija ambizzjużi se jkunu għodod ewlenin biex jintlaħqu l-obbligi tal-Ewropa u jridu jiġu aġġornati kull 5 snin.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Anness 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 2012/27/UE

Anness IV – nota f'qiegħ il-paġna 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fl-Anness IV, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3 qed tinbidel b'dan li ġej: "(3) Applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f'termini ta' enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f'kWh tal-elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta' 2,0. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh.

(a)  fl-Anness IV, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3 qed tinbidel b'dan li ġej: "(3) Applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat f'termini ta' enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f'kWh tal-elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta' 2,0. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh abbażi ta' ċirkustanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja. Jenħtieġ li dawk iċ-ċirkostanzi jkunu sostanzjati, imkejla u verifikabbli kif xieraq u bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness V – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  irid jintwera li l-iffrankar huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat liema ffrankar jista' jitqies bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xenarju bażi li jiddeskrivi kif il-konsum tal-enerġija se jevolvi fin-nuqqas tal-miżura ta' politika inkwistjoni. Ix-xenarju bażi għandu jirrifletti tal-anqas l-elementi li ġejjin: ix-xejriet tal-konsum tal-enerġija, it-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u t-tibdil ikkawżat minn miżuri oħra implimentati fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE;

(a)  irid jintwera li l-iffrankar huwa addizzjonali għal dak li kien se jkun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati u/jew tal-awtoritajiet tal-implimentazzjoni. Sabiex jiġi ddeterminat liema ffrankar jista' jitqies bħala addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xenarju bażi li jiddeskrivi kif il-konsum tal-enerġija se jevolvi fin-nuqqas tal-miżura ta' politika inkwistjoni u l-azzjonijiet individwali ġodda li jirriżultaw. Ix-xenarju bażi għandu jirrifletti tal-anqas l-elementi li ġejjin: ix-xejriet tal-konsum tal-enerġija, it-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi, il-progress teknoloġiku u t-tibdil ikkawżat minn miżuri oħra implimentati fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness V – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri. Dan il-kalkolu għandu jsir billi jingħadd l-iffrankar li għalih se twassal kull azzjoni individwali bejn id-data tal-implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb tal-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodi oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar ta' enerġija kkalkulat bl-użu ta' dawn il-metodi l-oħra ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali kienet tikseb bejn id-data ta' implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u għall-Klima tagħhom skont il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija liema metodi oħrajn użaw u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat li huma jilħqu dan ir-rekwiżit vinkolanti għall-kalkolu.

(h)  il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri billi jingħadd l-iffrankar li għalih se twassal kull azzjoni individwali bejn id-data tal-implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb tal-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodi oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar ta' enerġija kkalkulat bl-użu ta' dawn il-metodi l-oħra ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali kienet tikseb bejn id-data ta' implimentazzjoni tagħha u l-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u għall-Klima tagħhom skont il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija liema metodi oħrajn użaw u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat li huma jilħqu dan ir-rekwiżit vinkolanti għall-kalkolu.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/12/UE

Anness V – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-miżuri ta' politika meħuda skont il-punt (e) tal-Artikolu 7(2), l-Istati Membri jistgħu jużaw il-metodoloġija tal-kalkolu stabbilita fid-Direttiva 2010/31/UE sakemm din tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva u ma' dan l-Anness.

imħassar

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness V – paragrafu 5 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  sorsi użati fil-kalkolu tad-data tal-bejgħ tal-enerġija li jinkludu ġustifikazzjoni għall-użu ta' sorsi tal-istatistika alternattivi u kull differenza fil-kwantitajiet li jirriżultaw (jekk jintużaw sorsi oħra li mhumiex tal-Eurostat);

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Annexx V – paragrafu 5 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  it-tul ta' ħajja tal-miżuri u kif dan jiġi kkalkulat jew fuq xiex inhu bbażat;

(h)  it-tul ta' ħajja tal-miżuri u kif dan jiġi kkalkulat jew fuq xiex inhu bbażat kif ukoll kwalunkwe metodu ieħor adottat li huwa stmat li jikseb tal-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – punt b

Direttiva 2010/31/UE

Anness VIIa – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet ibbażata fuq il-konsum proprju tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun

Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet għat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-misħun

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – punt b

Direttiva 2010/31/UE

Anness VIIa – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju

Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin

Sabiex l-utenti aħħarin jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru abbażi tal-konsum proprju tal-inqas darba fis-sena.

Sabiex l-utenti aħħarin jkunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru abbażi tal-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin tal-inqas darba fis-sena.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – punt b

Direttiva 2010/31/UE

Anness VIIa – punt 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minn [Please insert here ….the entry into force], fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum ibbażata fuq il-konsum proprju għandhom ikunu disponibbli tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-konsumaturi finali jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku, jew inkella darbtejn fis-sena.

Minn [Jekk jogħġbok daħħal hawn ... id-data ta' traspożizzjoni], fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża tat-tisħin, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum ibbażata fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin għandhom ikunu disponibbli tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-konsumaturi finali jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku, jew inkella darbtejn fis-sena.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – punt b

Direttiva 2010/31/UE

Anness VIIa – punt 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2022, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża, il-kontijiet jew l-informazzjoni dwar il-konsum għandhom ikunu disponibbli tal-inqas kull xahar. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit barra l-istaġun tat-tisħin jew tat-tkessiħ.

Mill-1 ta' Jannar 2022, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża tat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-konsum jew il-kontijiet ibbażata fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin għandha tkun disponibbli tal-inqas kull xahar. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit barra l-istaġun tat-tisħin jew tat-tkessiħ.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – punt b

Direttiva 2010/31/UE

Anness VIIa – punt 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni minima inkluża fil-kont ibbażata fuq il-konsum proprju

Informazzjoni minima inkluża fil-kont ibbażata fuq il-konsum proprju jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – punt b

Direttiva 2012/27/UE

Anness VIIa – punt 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew li din tkun mehmuża magħhom:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tkun preċiża u disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew li din tkun mehmuża magħhom:

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – punt b

Direttiva 2010/31/UE

Anness VIIa – punt 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija;

(a)  il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv jew l-ispiża totali tat-tisħin u l-qari tal-allokatur tal-ispiża tat-tisħin;

Ġustifikazzjoni

L-Anness VIIa jeħtieġ li jiġi emendat f'konformità mal-Artikolu 10a.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2012/27/UE

Anness IX – Parti I – punt g

Test fis-seħħ

Emenda

2a.   Fl-Anness IX, Parti I, il-punt g huwa sostitwit b'dan li ġej:

(g) Analiżi ekonomika: Inventarju tal-effetti

(g) Analiżi ekonomika: Inventarju tal-effetti

L-analiżijiet ekonomiċi għandhom jieħdu kont tal-effetti ekonomiċi rilevanti kollha.

L-analiżijiet ekonomiċi għandhom jieħdu kont tal-effetti ekonomiċi rilevanti kollha.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jieħdu kont fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-ispejjeż u l-iffrankar tal-enerġija mill-flessibbiltà miżjuda fil-provvista tal-enerġija u minn tħaddim aktar ottimali tan-netwerks tal-elettriku, inklużi l-ispejjeż evitati u l-iffrankar mill-investiment imnaqqas fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jieħdu kont fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-ispejjeż u l-iffrankar tal-enerġija mill-flessibbiltà miżjuda fil-provvista tal-enerġija u minn tħaddim aktar ottimali tan-netwerks tal-elettriku, inklużi l-ispejjeż evitati u l-iffrankar mill-investiment imnaqqas fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.

L-ispejjeż u l-benefiċji meqjusa għandhom jinkludu mill-inqsas dawn li ġejjin:

L-ispejjeż u l-benefiċji meqjusa għandhom jinkludu mill-inqsas dawn li ġejjin:

(i) Benefiċċji

(i) Benefiċċji

— Valur tal-output għall-konsumatur (tisħin u elettriku)

— Valur tal-output għall-konsumatur (tisħin u elettriku)

— Benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali jew ta' saħħa, safejn possibbli.

— Benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali, ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra jew ta' saħħa

— Effetti fis-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija, u l-kompetittività

(ii) Spejjeż

(ii) Spejjeż

— Spejjeż kapitali ta' impjanti u tagħmir

— Spejjeż kapitali ta' impjanti u tagħmir

— Spejjeż kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati

— Spejjeż kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati

— Spejjeż ta' tħaddim varjabbli u fissi

— Spejjeż ta' tħaddim varjabbli u fissi

— Spejjeż tal-enerġija

— Spejjeż tal-enerġija

— Spiża ambjentali u ta' saħħa, safejn possibbli

— Spiża ambjentali u ta' saħħa

Spejjeż tas-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija, il-kompetittività

NOTA SPJEGATTIVA

Niksbu l-għanijiet tagħna skont il-Ftehim ta' Pariġi

L-Unjoni Ewropea trid tkun il-mexxej fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima. Il-Ftehim ta' Pariġi storiku tana qafas ċar sabiex nimmitigaw it-tisħin globali u l-konsegwenzi diżastrużi tiegħu għal din il-ġenerazzjoni u għal ħafna ġenerazzjonijiet futuri. L-effiċjenza fl-enerġija hija l-għodda primarja tagħna fid-dekarbonizzazzjoni tal-provvista tal-enerġija, il-bini, it-trasport u l-industrija tal-Ewropa. Il-proposti f'dan ir-rapport jiksbu tnaqqis ipproġettat ta' 47 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 fl-UE b'paragun mal-livelli tal-1990, jiġifieri jenħtieġ li nilħqu faċilment l-għan tagħna ta' tnaqqis ta' 40 % skont il-Ftehim ta' Pariġi. Dan jiżgura li l-miri tal-protezzjoni tal-klima u tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Ewropa jsaħħu lil xulxin. Madankollu, hemm bżonn li nkomplu l-isforzi biex nilħqu newtralità tal-karbonju netta sal-2050, u għalhekk jeħtiġilna nkomplu l-impenn tagħna favur l-effiċjenza fl-enerġija lil hinn mill-2030.

Is-sigurtà tal-enerġija

Id-dipendenza fuq l-enerġija tirrappreżenta problemi ekonomiċi u ġeopolitiċi għall-Ewropa. L-UE timporta 53 % tal-enerġija kollha li tikkonsma, bi prezz ta' aktar minn EUR 1 biljun kuljum. Billi jitnaqqas l-ammont globali tal-enerġija meħtieġa fl-Ewropa, il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jippermettulna li nnaqqsu d-dipendenza tagħna fuq pajjiżi terzi u għalhekk insaħħu s-sigurtà tal-enerġija tagħna. Il-proposti f'dan ir-rapport inaqqsu l-importazzjonijiet tal-enerġija b'mod sinifikanti sal-2050: fil-perjodu 2021-2030 it-tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-karburanti fossili jiffranka EUR 288 biljun, b'iffrankar li jkompli jiżdied fil-perjodu sal-2050.

Il-faqar enerġetiku

Bejn 50 miljun u 125 miljun persuna fl-UE jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku – u mhumiex kapaċi jżommu djarhom sħan jew iħallsu l-kontijiet tagħhom. L-effett tal-politika dwar l-enerġija Ewropea fuq il-faqar enerġetiku ma jridx jiġi injorat jew sempliċiment jitħalla f'idejn is-soluzzjonijiet tal-politika soċjali nazzjonali. L-Ewropa għandha potenzjal kbir li żżid l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini, iżda s-soluzzjonijiet iridu jitfasslu apposta biex jiġu evitati effetti mhux intenzjonati li jistgħu jkomplu jżidu r-riskju tal-faqar enerġetiku. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-arloġġi individwali, pereżempju, huma kwistjoni waħda fejn tali aspetti jridu jitqiesu bir-reqqa.

Hekk kif qed nimxu lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini fil-futur, għal dak il-bini li huwa proprjetà jew okkupat minn unitajiet domestiċi b'introjtu baxx se jkun aktar diffiċli li jsirlu l-investimenti neċessarji biex jittieħdu l-benefiċċji. Għalhekk, huwa vitali li diġà nibdew nieħdu azzjonijiet immirati biex ngħinu lil dawn il-gruppi. Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku u lill-akkomadazzjoni soċjali, u huwa għalhekk li r-rapporteur tipproponi li l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jirrikjedu sehem sinifikanti ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku u mill-akkomadazzjoni soċjali,

It-tkabbir ekonomiku

Huwa żbaljat li wieħed jaħseb li waqt li l-ekonomija qed tikber, il-konsum tal-enerġija jrid jiżdied fl-istess ħin. Is-suċċess tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija wera li mhux biss huwa possibbli li l-konsum tal-enerġija jonqos matul it-tkabbir ekonomiku, iżda li l-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jistgħu fil-verità jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tkabbir. Il-konsum tal-enerġija finali ilu jonqos sa mill-2010, filwaqt li l-PDG tal-UE qiegħed jiżdied. It-tnaqqis tal-użu tal-enerġija huwa l-aktar mod irħis kif niksbu effiċjenza fl-enerġija kosteffettiva. Filwaqt li l-mudelli ekonomiċi huma differenti, il-proposti f'dan ir-rapport iwasslu għal sitwazzjoni li tvarja minn effett żero nett għal żieda fil-PDG ta' 4.1 %, dment li jkun disponibbli finanzjament xieraq għall-investimenti. U dan mingħajr ma jitqiesu l-benefiċċji ekonomiċi l-oħra tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, bħal kwalità mtejba tal-arja u benefiċċji sinifikanti tas-saħħa.

Il-miżuri f'dan ir-rapport huma wkoll imfassla biex jagħtu spinta reali lill-impjiegi. B'finanzjament tajjeb għall-investimenti fis-seħħ, il-mudelli juru żieda sinifikanti ħafna ta' impjiegi – bejn 405 000 u 4,8 miljun persuna.

L-għeluq tal-lakuni

L-aġġornament ta' din id-Direttiva jagħtina l-opportunità li nsolvu l-problemi identifikati fil-liġi nazzjonali. Miżura waħda importanti ta' din id-Direttiva hija l-mira ta' ffrankar tal-enerġija annwali ta' 1,5 %. Madankollu, numru ta' flessibbiltajiet ġew introdotti ma' dan ir-rekwiżit u jippermetti lill-Istati Membri li jnaqqsu l-ambizzjoni billi jqisu azzjonijiet preċedenti jew billi jeskludu ċerti setturi mill-kalkoli. Dan wassal għal sitwazzjoni fejn intlaħaq biss in-nofs tal-miri tal-iffrankar tal-enerġija annwali. Id-dgħufija ta' dawn il-miri m'għandhiex titkompla, u għalhekk ir-rapporteur tipproponi l-għeluq ta' ħafna minn dawn il-lakuni. Hi tipproponi wkoll l-estensjoni addizzjonali tal-miżuri li kienu effettivi, bħar-rinovazzjoni tal-bini pubbliku u l-awditi tal-enerġija għall-intrapriżi.

Id-difiża taċ-ċittadini

Il-Parlament Ewropew ivvota b'mod konsistenti għal miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija aktar progressivi. Bħala rappreżentanti taċ-ċittadini, il-Membri tal-Parlament Ewropew irrikonoxxew il-benefiċċji ta' tali miżuri li jistgħu jkollhom mhux biss għall-ambjent iżda wkoll għas-saħħa, il-konsumaturi u n-negozji. L-aktar eżempju ċar huwa li l-proposti f'dan ir-rapport iżidu is-snin ta' ħajja bi 17-il miljun, permezz ta' titjib estensiv fil-kwalità tal-arja. Il-Parlament irid ikompli jiddefendi l-interessi taċ-ċittadini, inlużi l-konsumaturi li jixtiequ kontijiet tal-enerġija aktar baxxi u djar aktar sħan, in-negozji li jixtiequ enerġija orħos u aktar nadifa u ċertezza legali, u l-intraprendituri li jixtiequ jiġu ppremjati b'mod ġust għall-avvanzi teknoloġiċi li jtejbu b'mod kostanti l-effiċjenza fl-enerġija.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Effiċjenza fl-enerġija

Referenzi

COM(2016)0761 – C8-0498/2016 – 2016/0376(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.12.2016

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.12.2016

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Jytte Guteland

14.2.2017

Eżami fil-kumitat

8.6.2017

Data tal-adozzjoni

7.9.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

12

12

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Arne Gericke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Jørn Dohrmann, Elena Gentile, Jan Huitema, Merja Kyllönen, Stefano Maullu, Mairead McGuinness, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Norbert Erdős, Jill Evans, Barbara Lochbihler, Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Anneli Jäätteenmäki, Frédérique Ries, Nils Torvalds

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Lynn Boylan, Stefan Eck, Merja Kyllönen

PPE

Stefano Maullu

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Marco Affronte, Jill Evans, Benedek Jávor, Barbara Lochbihler, Davor Škrlec, Keith Taylor

12

-

ALDE

Valentinas Mazuronis

ECR

Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

ENF

Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh

PPE

Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer

12

0

ALDE

Jan Huitema

PPE

Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Birgit Collin-Langen, Norbert Erdős, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Peter Liese, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

Tifsira tas-simboli użati

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Effiċjenza fl-enerġija

Referenzi

COM(2016)0761 – C8-0498/2016 – 2016/0376(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.12.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.12.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miroslav Poche

2.2.2017

Rapporteurs preċedenti

Adam Gierek

Eżami fil-kumitat

23.3.2017

22.6.2017

4.9.2017

Data tal-adozzjoni

28.11.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

30

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Michel Reimon, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Pilar Ayuso, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Jude Kirton-Darling, Rupert Matthews, Clare Moody, Markus Pieper, Dennis Radtke, Dominique Riquet, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Albert Deß, Arndt Kohn, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

6.12.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Angelika Mlinar, Dominique Riquet, Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Lieve Wierinck, Morten Helveg Petersen

EFDD

Dario Tamburrano, David Borrelli, Marco Zullo

GUE/NGL

Neoklis Sylikiotis, Paloma López Bermejo, Xabier Benito Ziluaga

S&D

Arndt Kohn, Carlos Zorrinho, Clare Moody, Dan Nica, Edouard Martin, Eva Kaili, José Blanco López, Jude Kirton-Darling, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Miapetra Kumpula-Natri, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Peter Kouroumbashev, Theresa Griffin, Zigmantas Balčytis

VERTS/ALE

Benedek Jávor, Claude Turmes, Jakop Dalunde, Michel Reimon, Rebecca Harms

30

-

ECR

Anneleen Van Bossuyt, Edward Czesak, Evžen Tošenovský, Hans-Olaf Henkel, Rupert Matthews, Zdzisław Krasnodębski

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel, Christelle Lechevalier

PPE

Albert Deß, Algirdas Saudargas, András Gyürk, Angelika Niebler, Christian Ehler, Cristian-Silviu Buşoi, Dennis Radtke, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Jerzy Buzek, Krišjānis Kariņš, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Michèle Alliot-Marie, Paul Rübig, Pilar Ayuso, Pilar del Castillo Vera, Sabine Verheyen, Seán Kelly, Vladimir Urutchev

2

0

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček

S&D

Adam Gierek

Tifsira tas-simboli użati

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Diċembru 2017Avviż legali