Proċedura : 2017/0305(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0140/2018

Testi mressqa :

A8-0140/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/04/2018 - 10.8

Testi adottati :

P8_TA(2018)0181

RAPPORT     *
PDF 848kWORD 92k
9 t'April 2018
PE 616.844v02-00 A8-0140/2018

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri

(COM(2017)0677 – C8-0424/2017 – 2017/0305(NLE))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Tatjana Zdanoka

PR_NLE-CN_LegAct_am

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri

(COM(2017)0677 – C8-0424/2017 – 2017/0305(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0677),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li b'mod konformi miegħu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0424/2017),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0140/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jaħdmu biex tiġi żviluppata strateġija koordinata għall-impjiegi u b'mod partikolari biex tiġi promossa forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u adattabbli u swieq tax-xogħol li jwieġbu għat-tibdil ekonomiku bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' livell massimu ta' impjiegi u l-progress soċjali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Wara li jqisu l-prattiki nazzjonali relatati mar-responsabbiltajiet tal-maniġment u tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjoni ta' interess komuni u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward fi ħdan il-Kunsill.

(1)  L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jiżviluppaw u jwasslu strateġija koordinata effettiva għall-impjiegi u b'mod partikolari biex jiġu promossi swieq tax-xogħol inklużivi li jwieġbu għar-realtajiet u t-tibdil ekonomiku, soċjali u ambjentali, b'forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u adattabbli u li jissalvagwardjaw il-benessri tal-ħaddiema kollha, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' ekonomija soċjali tas-suq, livell massimu ta' impjiegi u l-progress soċjali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Wara li jqisu l-prattiki nazzjonali relatati mar-responsabbiltajiet tal-maniġment u tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-promozzjoni tal-impjiegi bħala kwistjoni ta' interess komuni u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward fi ħdan il-Kunsill.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Unjoni qiegħda biex tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u biex tippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-protezzjoni, kif ukoll l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont ta' rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ.

(2)  L-Unjoni għandha tindirizza l-forom kollha ta' faqar, esklużjoni soċjali u diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, kif ukoll l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Jenħtieġ li dan l-objettiv ġenerali jiġi mħaddan permezz ta' atti legali u politiki tal-Unjoni f'oqsma oħra. Meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont ta' rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ. L-Unjoni għandha tippromwovi parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini kollha fil-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)   F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni żviluppat u implimentat strumenti għall-koordinazzjoni ta' politika għall-politiki fiskali, makroekonomiċi u strutturali. Bħala parti minn dawn l-istrumenti, dawn il-Linji Gwida għall-Politiċi dwar l-Impjiegi tal-Istati Membri, flimkien mal-Linji Gwida Ġenerali dwar il-Politika Ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184, jiffurmaw il-Linji Gwida Integrati li Jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020. Qegħdin hemm biex jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-politika fl-Istati Membri u fl-Unjoni, u jirriflettu l-interdipendenza bejn l-Istati Membri. Is-sett li jirriżulta ta' politiki u riformi kkoordinati Ewropej u nazzjonali jikkostitwixxu taħlita ta' politika ekonomika u soċjali ġenerali adegwata li għandha tikseb effetti kollaterali pożittivi.

(3)   F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni żviluppat u implimentat strumenti għall-koordinazzjoni ta' politika għall-politiki fiskali, makroekonomiċi u strutturali li għandhom impatt sinjifikanti fuq is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjiegi fl-Unjoni, b'effetti potenzjali li jinkludu n-nuqqas ta' sigurtà, il-faqar u l-inugwaljanza. Bħala parti minn dawn l-istrumenti, dawn il-Linji Gwida għall-Politiċi dwar l-Impjiegi tal-Istati Membri, flimkien mal-Linji Gwida Ġenerali dwar il-Politika Ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184, jiffurmaw il-Linji Gwida Integrati li Jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020. Qegħdin hemm biex jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-politika fl-Istati Membri u fl-Unjoni, u jirriflettu l-interdipendenza bejn l-Istati Membri. Is-sett li jirriżulta ta' politiki u riformi kkoordinati Ewropej u nazzjonali jikkostitwixxu taħlita ta' politika ekonomika u soċjali ġenerali adegwata li għandha tikseb effetti kollaterali pożittivi għall-Istati Membri kollha.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Sabiex jiġi żgurat proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet aktar demokratiku fil-kuntest tal-Linji Gwida integrati, li jaffettwaw lin-nies u lis-swieq tax-xogħol madwar l-Unjoni, huwa importanti li l-Kunsill iqis il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Linji Gwida għall-Politiki dwar l-Impjiegi huma konsistenti mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea u diversi inizjattivi tal-UE, inkluża rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ1, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol2, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet3 u l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi4.

(4)  Il-Linji Gwida għall-Politiki dwar l-Impjiegi huma konsistenti mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea u diversi inizjattivi tal-UE, inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ1, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol2, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet3 u l-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi4.

__________________

__________________

1 ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1–6

1 ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.

2 ĠU C 67, 20.2.2016, p. 1.

2 ĠU C 67, 20.2.2016, p. 1.

3 ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

3 ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.

4 COM/2017/0563 finali - 2017/0244 (NLE).

4 COM/2017/0563 final - 2017/0244 (NLE).

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien l-istrumenti differenti f'qafas ġenerali għal sorveljanza multilaterali integrata ta' politiki ekonomiċi, baġitarji, dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u għandu l-għan li jikseb il-miri tal-Ewropa 2020, inklużi dawk li jirrigwardaw l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE5. Mill-2015, is-Semestru Ewropew ġie rinforzat u ssimplifikat kontinwament, b'mod partikolari biex jissaħħaħ il-fokus tiegħu fuq l-impjieg u dak soċjali u biex jiffaċilita aktar id-djalogu mal-Istati Membri, is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

(5)  Is-Semestru Ewropew jiġbor flimkien l-istrumenti differenti f'qafas ġenerali għal sorveljanza multilaterali integrata ta' politiki ekonomiċi, baġitarji, dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u għandu l-għan li jikseb il-miri tal-Ewropa 2020, inklużi dawk li jirrigwardaw l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE5. Mill-2015, is-Semestru Ewropew ġie rinforzat u ssimplifikat kontinwament, b'mod partikolari biex jissaħħaħ il-fokus tiegħu fuq l-impjieg u dak soċjali u biex jiffaċilita aktar id-djalogu mal-Istati Membri, is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili filwaqt li fl-istess ħin iżomm enfasi qawwija fuq ir-riformi strutturali u l-kompetittività.

_________________

_________________

5 ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

5 ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-irkupru tal-Unjoni Ewropea mill-kriżi ekonomika qed jappoġġa tendenzi pożittivi fis-suq tax-xogħol, iżda għad hemm sfidi u spareġġi importanti fil-prestazzjoni ekonomika u soċjali bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom. Il-kriżi enfasizzat l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-Istati Membri u s-swieq tax-xogħol. L-isfida ewlenija li qed niffaċċjaw illum hija li niżguraw li l-Unjoni timxi lejn stat ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u ħolqien ta' impjiegi. Dan jirrikjedi politika koordinata u ambizzjuża kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, f'konformità mat-TFUE u d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-governanza ekonomika. Billi tikkombina miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, din l-azzjoni ta' politika jeħtieġ li tagħti spinta lill-investiment, iġġedded l-impenn għal riformi strutturali b'sekwenza b'mod xieraq li jtejbu l-produttività, il-prestazzjoni tat-tkabbir, il-koeżjoni soċjali u r-reżiljenza ekonomika ffaċċati b'xokkijiet u l-eżerċizzju ta' responsabbiltà fiskali, filwaqt li tieħu kont tal-impatt tagħhom fuq l-impjiegi u fuq is-soċjetà.

(6)  L-irkupru tal-Unjoni Ewropea mill-kriżi ekonomika qed jappoġġa tendenzi pożittivi fis-suq tax-xogħol, iżda għad hemm sfidi u spareġġi importanti fil-prestazzjoni ekonomika u soċjali bejn l-Istati Membri u fi ħdanhom peress li t-tkabbir ekonomiku ma jirriżultax awtomatikament f'rati ogħla ta' impjiegi. Il-kriżi enfasizzat l-interdipendenza mill-qrib tal-ekonomiji tal-Istati Membri u s-swieq tax-xogħol. L-isfida ewlenija li qed niffaċċjaw illum hija li niżguraw li l-Unjoni timxi lejn stat ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, akkumpanjata mill-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità. Dan jirrikjedi politika koordinata u ambizzjuża kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali, f'konformità mat-TFUE u d-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-governanza ekonomika. Billi tikkombina miżuri min-naħa tal-provvista u min-naħa tad-domanda, din l-azzjoni ta' politika jenħtieġ li tagħti spinta lill-investiment, inkluż fl-ekonomija ċirkolari u fl-ekonomija ekoloġika u fir-rigward tal-investiment soċjali, iġġedded l-impenn għal riformi strutturali, b'sekwenza xierqa, li huma soċjalment u ekonomikament ibbilanċjati, li jtejbu l-produttività, il-prestazzjoni tat-tkabbir, il-koeżjoni soċjali u r-reżiljenza ekonomika ffaċċati b'xokkijiet u l-eżerċizzju ta' responsabbiltà fiskali, filwaqt li dawk ir-riformi strutturali jenħtieġ li jkollhom impatt pożittiv fuq l-impjiegi u fuq is-soċjetà.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Riformi fis-suq tax-xogħol, fosthom il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi nazzjonali, jeħtieġ isegwu prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali u jippermettu l-opportunità meħtieġa biex jiġu kkunsidrati b'mod ġenerali l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi, inklużi titjib fil-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi, politiki dwar it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ kif ukoll dwar id-dħul reali.

(7)  Riformi fis-suq tax-xogħol, fosthom il-mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi nazzjonali, jenħtieġ li jsegwu prattiki nazzjonali tad-djalogu soċjali u jippermettu l-opportunità meħtieġa biex jiġu kkunsidrati b'mod ġenerali l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi, inklużi titjib fl-istandards tal-għajxien, fl-ugwaljanza, fil-kompetittività, fil-produttività, fil-ħolqien tal-impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, fil-politiki dwar it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ kif ukoll fid-dħul reali.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-Istati Membri u l-Unjoni jeħtieġu jindirizzaw ukoll il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u jimmiraw li jibnu soċjetà inklużiva li fiha n-nies jingħataw is-setgħa li jantiċipaw u jiġġestixxu l-bidla, u li jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà u fl-ekonomija, kif deskritt ukoll fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva ta' nies esklużi mis-suq tax-xogħol6. L-inugwaljanza jenħtieġ tiġi ttrattata, l-aċċess u opportunitajiet għal kulħadd jeħtieġu jiġu żgurati filwaqt li l-faqar u l-esklużjoni soċjali (inklużi dawk tat-tfal) jenħtieġ li jitnaqqsu, b'mod partikolari billi jiġi żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali u jitneħħew l-ostakoli għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Hekk kif iseħħu mudelli ekonomiċi u kummerċjali ġodda fil-postijiet tax-xogħol tal-UE, ir-relazzjonijiet tax-xogħol qed jinbidlu wkoll. L-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li r-relazzjonijiet ġodda ta' impjieg iżommu u jsaħħu l-mudell soċjali tal-Ewropa.

(8)  L-Istati Membri u l-Unjoni jenħtieġ li jindirizzaw ukoll il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u jimmiraw li jibnu soċjetà inklużiva u soċjalment ġusta li fiha n-nies jingħataw is-setgħa li jantiċipaw u jiġġestixxu l-bidla, u li jkunu jistgħu jieħdu sehem b'mod attiv fis-soċjetà u fl-ekonomija, kif deskritt ukoll fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva ta' nies esklużi mis-suq tax-xogħol6. L-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni jenħtieġu li jiġu ttrattati, l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd jenħtieġ li jiġu żgurati filwaqt li l-faqar u l-esklużjoni soċjali (partikolarment fost it-tfal) jenħtieġu li jiġu eradikati, b'mod partikolari billi jiġi żgurat funzjonament effettiv tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali adegwati u effettivi u jitneħħew l-ostakoli għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol. Hekk kif iseħħu mudelli ekonomiċi u kummerċjali ġodda fil-postijiet tax-xogħol tal-UE, ir-relazzjonijiet tax-xogħol qed jinbidlu wkoll. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li r-relazzjonijiet ġodda ta' impjieg iżommu u jsaħħu l-mudell soċjali tal-Ewropa billi jiżguraw li n-nies f'forom ta' xogħol emerġenti jkunu koperti u protetti mir-regolamenti tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw il-potenzjal tal-persuni b'diżabilità fil-kontribuzzjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp soċjali.

__________________

__________________

6 COM/2008/0639 finali

6 COM/2008/0639 final.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li joħolqu spazji ta' riflessjoni u djalogu bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) speċjalizzati u tal-organizzazzjonijiet ta' persuni li jesperjenzaw il-faqar, sabiex jiġi żgurat li dawn il-persuni jistgħu jikkontribwixxu għall-evalwazzjoni tal-politiki li jaffettwawhom.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Dawn il-Linji Gwida Integrati jeħtieġ li jsawru l-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li l-Kunsill jaf jagħti lill-Istati Membri, L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħra tal-Unjoni biex irawmu l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni, u jtejbu l-amministrazzjoni pubblika. Filwaqt li dawn il-Linji Gwida Integrati huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, huma jeħtieġu jiġu implimentati fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, filwaqt li l-parlamenti, kif ukoll is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jkunu involuti mill-qrib.

(11)  Dawn il-Linji Gwida Integrati u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jenħtieġ li jsawru l-bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mmirati sew, li l-Kunsill jindirizza lill-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħra tal-Unjoni biex irawmu l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni, u jtejbu l-amministrazzjoni pubblika. Filwaqt li dawn il-Linji Gwida Integrati huma indirizzati lill-Istati Membri u lill-Unjoni, huma jenħtieġu li jiġu implimentati fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, filwaqt li l-parlamenti, kif ukoll is-sħab soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jkunu involuti mill-qrib.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali għandhom jissorveljaw il-mod li bih il-politiki rilevanti jiġu implimentati fid-dawl tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom ibbażati fuq it-Trattat. Dawn il-kumitati u korpi preparatorji oħra tal-Kunsill involuti fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u soċjali għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib,

(12)  Il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jenħtieġ li jissorveljaw il-mod li bih il-politiki rilevanti jiġu implimentati fid-dawl tal-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom ibbażati fuq it-Trattat. Dawn il-kumitati u korpi preparatorji oħra tal-Kunsill involuti fil-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u soċjali jenħtieġ li jaħdmu flimkien mill-qrib mal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari mal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tiegħu, bil-għan li jiżguraw responsabbiltà demokratika,

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jiffaċilitaw il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, inkluż billi jitnaqqsu l-ostakoli li n-negozji jiffaċċjaw biex jimpjegaw in-nies, billi tiġi promossa l-intraprenditorija u l-impjieg indipendenti u, b'mod partikolari, billi jiġu sostnuti l-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro u żgħar. L-Istati Membri jeħtieġ li jippromwovu b'mod attiv l-ekonomija soċjali u jrawmu l-innovazzjoni soċjali.

L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jinvestu fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, aċċessibbli u ta' kwalità fil-livelli ta' ħiliet, is-setturi tas-suq tax-xogħol u r-reġjuni, inkluż billi jiżviluppaw bis-sħiħ il-potenzjal ta' setturi orjentati lejn il-futur, bħall-ekonomija ekoloġika u l-ekonomija ċirkolari, is-settur tal-kura u s-settur diġitali. L-Istati Membri għandhom jippermettu lin-nies jibbilanċjaw ix-xogħol u l-ħajja privata, jiżguraw li l-postijiet tax-xogħol ikunu adattati għal persuni b'diżabilità u għal ħaddiema kbar fl-età, jgħinu lin-negozji biex jimpjegaw in-nies, u jippromwovu l-intraprenditorija responsabbli u l-impjiegi indipendenti, b'mod partikolari billi jiġu sostnuti l-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro u żgħar. L-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv l-ekonomija soċjali u jrawmu l-innovazzjoni soċjali.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jinkoraġġixxu forom innovattivi ta' xogħol, li joħolqu opportunitajiet ta' xogħol għal kulħadd b'mod responsabbli.

L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu forom innovattivi ta' xogħol, li joħolqu opportunitajiet ta' xogħol ta' kwalità għolja għal kulħadd b'mod responsabbli, filwaqt li jqisu l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, filwaqt li jiżguraw konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-prattiki tax-xogħol kif ukoll mas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu prattiki tajba f'dan il-qasam.

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-burokrazija sabiex itaffu kull piż żejjed fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li jikkontribwixxu b'mod sinjifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-piż tat-taxxa jeħtieġ li jiġi mbiegħed mix-xogħol għal sorsi oħra ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir u jitqies l-effett ridistributtiv tas-sistema tat-taxxa, filwaqt li jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u nfiq li jsaħħaħ it-tkabbir.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex inaqqsu l-piż tat-taxxa fuq ix-xogħol u jbegħduh mix-xogħol lejn sorsi oħra ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir u jitqies l-effett ridistributtiv tas-sistema tat-taxxa, filwaqt li jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u nfiq li jsaħħaħ it-tkabbir, inkluż l-investiment fis-servizzi pubbliċi ta' interess ġenerali.

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità ma' prattiki nazzjonali u b'rispett lejn l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri jeħtieġ li jinkoraġġixxu mekkaniżmi trasparenti u prevedibbli li jiffissaw il-pagi u jippermettu li l-pagi jirrispondu għall-iżviluppi fil-produttività filwaqt li jiżguraw pagi ġusti li jipprovdu għal livell ta' għajxien deċenti. Dawn il-mekkaniżmi jeħtieġ li jieħdu kont tad-differenzi fil-livelli tal-ħiliet u tad-diverġenzi fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpaniji. F'rispett tal-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali jeħtieġ li jiżguraw livelli ta' pagi minimi filwaqt li jieħdu kont tal-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu.

F'konformità ma' prattiki nazzjonali u b'rispett lejn l-awtonomija tas-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu mekkaniżmi trasparenti u prevedibbli li jiffissaw il-pagi u jippermettu li l-pagi jirrispondu għall-iżviluppi fil-produttività filwaqt li jiżguraw pagi ġusti li jipprovdu għal livell ta' għajxien deċenti b'mod sostenibbli u responsabbli. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jieħdu kont tad-differenzi fil-livelli tal-ħiliet u tad-diverġenzi fil-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni, is-setturi u l-kumpaniji. F'rispett tal-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw livelli ta' pagi minimi filwaqt li jieħdu kont tal-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu.

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tal-ħaddiema: aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi

Il-Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tax-xogħol u ntejbu l-aċċess għall-impjiegi, il-ħiliet u l-kompetenzi

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest ta' żviluppi teknoloġiċi, tibdil ambjentali u demografiku, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jeħtieġ li jippromwovu l-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti matul il-ħajja kollha tax-xogħol tan-nies biex iwieġbu għall-ħtiġijiet kurrenti u futuri tas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri jeħtieġ li jagħmlu l-investimenti meħtieġa fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, kemm f'dawk inizjali kif ukoll f'dawk kontinwi. Jeħtieġ li jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u partijiet ikkonċernati oħra biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, biex jipprovdu edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi. Jeħtieġ li jiżguraw it-trasferiment tal-intitolamenti tat-taħriġ matul tranżizzjonijiet professjonali. Dan se jippermetti lil kulħadd li jantiċipa u jadatta aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u li jiġġestixxi t-tranżizzjonijiet b'suċċess, u b'hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza globali tal-ekonomija għax-xokkijiet.

Fil-kuntest ta' żviluppi teknoloġiċi, tibdil ambjentali u demografiku, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili, għandhom jippromwovu s-sostenibbiltà, il-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi rilevanti matul il-ħajja kollha tax-xogħol tan-nies biex iwieġbu għall-opportunitajiet kurrenti u futuri tas-suq tax-xogħol, inkluż permezz tal-promozzjoni mmirata tat-taħriġ fis-setturi tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, kemm f'dawk inizjali kif ukoll f'dawk kontinwi u fit-tagħlim tul il-ħajja, intiżi mhux biss għall-edukazzjoni formali iżda wkoll għat-tagħlim mhux formali u informali, u li jiżguraw aċċess u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, mal-fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ma' partijiet ikkonċernati oħra biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali u tittejjeb il-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, biex jipprovdu edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklussivi, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet partikolari tal-persuni b'diżabilità, tal-minoranzi etniċi u nazzjonali, tal-immigranti u tar-rifuġjati. Għandhom jiżguraw it-trasferiment ta' intitolamenti għal taħriġ f'bidliet matul il-ħajja professjonali permezz ta' sistema ta' punti u l-akkumulazzjoni ta' drittijiet assoċjati. Dan għandu jippermetti lil kulħadd li jantiċipa u jadatta aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, li jevita n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u li jiġġestixxi t-tranżizzjonijiet b'suċċess, u b'hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza globali tal-ekonomija għax-xokkijiet.

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jrawmu opportunitajiet ugwali fl-edukazzjoni u jgħollu l-livelli ġenerali tal-edukazzjoni, b'mod partikolari għal dawk l-inqas kwalifikati. Jeħtieġ li dawn jiżguraw riżultati ta' tagħlim ta' kwalità, inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola, lill-gradi terzjarji jtejbulhom ir-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet u jżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi. L-Istati Membri jeħtieġ i jsaħħu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali tagħhom, inkluż permezz ta' apprendistati effettivi u ta' kwalità, billi jagħmlu l-ħiliet aktar viżibbli u paragunabbli u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksubin barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali. Jeħtieġ li jtejbu u jżidu l-provvista u l-użu tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu flessibbli. L-Istati Membri jeħtieġ li jappoġġaw ukoll lill-adulti b'ħiliet baxxi biex iżommu jew jiżviluppaw l-impjegabbiltà tagħhom fuq medda twila ta' żmien billi tingħata spinta lill-aċċess u t-teħid ta' opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità, permezz tal-istabbiliment tal-Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, inkluż valutazzjoni tal-ħiliet, l-offerta tat-tlaqqigħ għall-edukazzjoni u t-taħriġ u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba.

L-Istati Membri għandhom irawmu opportunitajiet ugwali fl-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, u jgħollu l-livelli ġenerali tal-edukazzjoni, b'mod partikolari għal dawk l-inqas kwalifikati u għal studenti li ġejjin minn ambjenti żvantaġġati. Huma għandhom jiżguraw riżultati ta' tagħlim ta' kwalità, jiżviluppaw u jsaħħu l-ħiliet bażiċi, irawmu l-iżvilupp ta' ħiliet intraprenditorjali, inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola, lill-gradi terzjarji jtejbulhom ir-rilevanza tagħhom għas-suq tax-xogħol, itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet u jżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fl-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwi, inkluż permezz ta' politiki li jipprevedu liv edukattiv u għal taħriġ, kif ukoll taħriġ vokazzjonali waqt ix-xogħol u tagħlim tul il-ħajja. L-Istati Membri għandhom isaħħu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali tagħhom, inkluż permezz ta' apprendistati effettivi u ta' kwalità, billi jagħmlu l-ħiliet aktar viżibbli u paragunabbli u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksubin barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali. Huma għandhom itejbu u jżidu l-provvista u l-użu tat-taħriġ vokazzjonali kontinwu flessibbli. L-Istati Membri għandhom jimmiraw l-appoġġ ukoll għall-adulti b'ħiliet baxxi biex iżommu jew jiżviluppaw l-impjegabbiltà tagħhom fuq medda twila ta' żmien billi tingħata spinta lill-aċċess u t-teħid ta' opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità, permezz tal-istabbiliment tal-Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, inkluż valutazzjoni tal-ħiliet, offerta għall-edukazzjoni u t-taħriġ li taqbel mal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba.

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bl-għan li jippromwovu l-produttività u l-benesseri fit-tul tal-forza tax-xogħol tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom, apparti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, ikunu mmirati lejn it-trawwim tal-iżvilupp personali, il-koeżjoni soċjali, il-fehim interkulturali u ċ-ċittadinanza attiva;

Emenda    22

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rati għoljin tal-qgħad u l-inattività jeħtieġ li jiġu indirizzati, fosthom permezz ta' assistenza f'waqtha u mfassla apposta bbażata fuq l-appoġġ għat-tfittix ta' impjieg, taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid. Wara 18-il xahar ta' qgħad, l-aktar tard, jeħtieġ jiġu segwiti strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fid-dettall bl-għan li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-qgħad strutturali u biex jiġi evitat. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rati għolja ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs), jeħtieġ li jiġu indirizzati permezz ta' titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ1.

Ir-rati għoljin tal-qgħad, il-qgħad fit-tul u l-inattività fit-tul għandhom jiġu indirizzati, fosthom permezz ta' assistenza f'waqtha, integrata u mfassla apposta bbażata fuq l-appoġġ għat-tfittix ta' impjieg, taħriġ, kwalifikazzjoni mill-ġdid u segwitu xieraq. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ approċċ ikkoordinat f'dak li jikkonċerna s-servizzi soċjali u tal-impjiegi, u dan ifisser kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi tal-impjiegi, is-servizzi soċjali, is-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali. Għandhom jiġu segwiti strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fid-dettall kemm jista' jkun bikrija bl-għan li jitnaqqas u jiġi evitat b'mod sinifikanti l-qgħad fit-tul u strutturali. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u r-rati għolja ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs), għandhom jiġu indirizzati permezz ta' titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ1.

__________________

__________________

1 ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1–6

1 ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.

Emenda    23

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riformi fit-tassazzjoni biex it-taxxi jiġu mbiegħda mix-xogħol jeħtieġ li jkollhom l-għan li jitnaqqsu l-ostakoli u d-diżinċentivi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol. Jeħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw ambjent adattat għax-xogħol għal persuni b'diżabilità, inkluż azzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju mmirati u servizzi finanzjarji li jippermettulhom li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.

Ir-riformi fit-tassazzjoni biex it-taxxi jiġu mbiegħda gradwalment mix-xogħol għandu jkollhom l-għan li jitnaqqsu l-ostakoli mhux ġustifikati u l-burokrazija żejda u jipprovdu inċentivi fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol, filwaqt li jiġi żgurat li t-trasferimenti tat-taxxa ma jipperikolawx is-sostenibbiltà tal-istat soċjali. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw ambjent adattat għax-xogħol għal persuni b'diżabilità u l-ħaddiema kbar fl-età, inkluż azzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju mmirati u servizzi finanzjarji li jippermettulhom li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà kollha kemm hi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu impjiegi appoġġati f'suq tax-xogħol miftuħ u inklużiv.

Emenda    24

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ostakoli għall-parteċipazzjoni u l-progress fil-karriera jeħtieġ li jiġu eliminati biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn is-sessi u tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' paga ndaqs għall-istess xogħol. Jeħtieġ li tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja, b'mod partikolari permezz tal-aċċess għall-kura fit-tul u b'edukazzjoni u kura ta' kwalità li huma ta' prezz raġonevoli fit-tfulija bikrija. Jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħrajn b'responsabbiltajiet ta' kura jkollhom aċċess għal liv xieraq tal-familja u arranġamenti flessibbli ta' xogħol sabiex jintlaħaq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bbilanċjat ta' dawn id-drittijiet bejn in-nisa u l-irġiel.

L-ostakoli għall-parteċipazzjoni u l-progress fil-karriera għandhom jiġu eliminati biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn is-sessi u tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' paga ndaqs għall-istess xogħol fis-setturi u l-professjonijiet kollha. L-Istati Membri għandhomjiżviluppaw u jimplimentaw politiki dwar it-trasparenza tal-pagi u l-awditi tal-pagi sabiex titnaqqas id-diskrepanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a billi jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-impjegaturi li jħallsu pagi differenti għall-istess xogħol, skont jekk jitwettaqx minn raġel jew mara. Ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol, dik privata u dik tal-familja għandha tiġi promossa għal kulħadd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħrajn b'responsabbiltajiet ta' kura, ikollhom aċċess għal liv xieraq tal-familja u liv għall-indukrar, kura fit-tul u edukazzjoni u indukrar bikrija tat-tfal ta' kwalità u affordabbli u arranġamenti flessibbli ta' xogħol orjentati lejn il-ħaddiema, bħat-telexogħol u l-metodi aġevolati ta' ħidma, sabiex jintlaħaq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bbilanċjat ta' dawn id-drittijiet bejn in-nisa u l-irġiel. L-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ għall-persuni li jindukraw li jkollhom jillimitaw jew iwaqqfu l-attività professjonali tagħhom biex ikunu jistgħu jindukraw kif xieraq lil persuna oħra.

 

 

________________

 

1a Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.)

Emenda    25

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-politiki jeħtieġ li jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw l-adattament u t-transizzjonijiet għas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri jeħtieġ li jattivaw b'mod effettiv u jippermettu dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Jeħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jagħmluhom aktar immirati, aktar mifruxin, jilħqu aktar 'il bogħod u billi jorbtuhom aħjar mal-appoġġ għad-dħul, ibbażati fuq id-drittijiet u r-responsabbiltajiet għad-diżokkupati li qed ifittxu impjieg b'mod attiv. Jeħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aktar effettivi billi jiżguraw assistenza f'waqtha u mfassla apposta li tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg. Dawn is-servizzi jeħtieġ li jappoġġaw id-domanda tas-suq tax-xogħol u jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni.

Il-politiki għandu jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw l-adattament u t-transizzjonijiet għas-suq tax-xogħol sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jimxu 'l quddiem fil-karrieri tagħhom. L-Istati Membri għandhom jattivaw b'mod effettiv u jippermettu dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol permezz ta' appoġġ individwali u servizzi integrati fi ħdan approċċ ta' inklużjoni attiva aktar wiesa'. L-Istati Membri għandhom isaħħu l-effettività tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jżidu l-finanzjament tagħhom, jagħmluhom aktar immirati, aktar mifruxin, jilħqu aktar 'il bogħod u billi jiżguraw appoġġ għad-dħul adegwat għad-diżokkupati filwaqt li jkunu qed ifittxu impjieg, u filwaqt li jitqiesu d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tad-diżokkupati. Dan jinkludi ħidma mas-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiżdied l-effettività u l-obbligu ta' rendikont ta' dawk il-politiki. L-Istati Membri għandhom jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aktar effettivi, interkonnessi u ta' kwalità, billi jiżguraw assistenza f'waqtha u mfassla apposta li tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg, li jippermettu li dawn ikunu jistgħu jfittxu impjieg fl-Unjoni kollha, li jappoġġaw id-domanda tas-suq tax-xogħol u li jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni.

Emenda    26

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-persuni qiegħda b'benefiċċji tal-qgħad adegwati għal tul ta' żmien raġonevoli, f'konformità mal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-regoli ta' eliġibilità nazzjonali. Jeħtieġ li dawn il-benefiċċji ma jikkostitwixxux diżinċentiv għal ritorn lura ta' malajr għax-xogħol.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni qiegħda benefiċċji tal-qgħad adegwati għal tul ta' żmien li jkun biżżejjed biex itihom il-ħin raġonevolment meħtieġ ħalli jsibu impjieg ta' kwalità, f'konformità mal-kontribuzzjonijiet tagħhom u r-regoli ta' eliġibilità nazzjonali. Dawn il-benefiċċji għandhom ikunu akkumpanjati minn politiki attivi tas-suq tax-xogħol u miżuri li joħolqu inċentivi għal ritorn rapidu għal impjiegi ta' kwalità.

Emenda    27

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mobbiltà tal-istudenti u l-ħaddiema jeħtieġ li tiġi promossa bl-għan li jittejbu l-ħiliet tal-impjegabbiltà u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew. Jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli għall-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-pensjonijiet okkupazzjonali u personali u fir-rikonoxximent ta' kwalifiki. L-Istati Membri jeħtieġ li jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi ma jkunux fattur ta' imblukkar jew ta' kumplikazzjoni għall-ħaddiema minn Stati Membri oħra f'impjieg attiv. L-Istati Membri jeħtieġ ukoll li jipprevjenu l-abbuż tar-regoli eżistenti u jindirizzaw l-‘eżodu potenzjali ta' mħuħ' minn ċerti reġjuni.

Il-mobbiltà tal-istudenti u l-ħaddiema għandha tiġi żgurata bħala libertà fundamentali bl-għan li jittejbu l-ħiliet u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew. Għandha tiġi promossa wkoll il-mobilità interna. Għandhomjitneħħew l-ostakli għall-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-pensjonijiet okkupazzjonali u personali, fl-aċċess għall-protezzjoni soċjali, fir-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-ħiliet kif ukoll ir-rekwiżiti lingwistiċi sproporzjonati. Il-ħaddiema mobbli għandhom jiġu appoġġati anke billi jittejjeb l-aċċess u l-għarfien tagħhom b'rabta md-drittijiet fuq il-post tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi ma jkunux fattur ta' imblukkar jew ta' kumplikazzjoni għall-ħaddiema minn Stati Membri oħra f'impjieg attiv. L-Istati Membri għandhom jipprevjenu wkoll l-abbuż tar-regoli eżistenti u jindirizzaw l-"eżodu ta' mħuħ" potenzjali minn ċerti reġjuni. Huma għandhom jagħmlu dan billi jintensifikaw u jappoġġaw l-investiment f'setturi li għandhom potenzjal reali li jiġġeneraw opportunitajiet ta' impjiegi ta' kwalità għolja, bħalma huma l-ekonomija ekoloġika u l-ekonomija ċirkolari, is-settur tal-kura u s-settur diġitali.

Emenda    28

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità ma' prattiki nazzjonali, u sabiex jinkiseb djalogu soċjali aktar effikaċi u eżiti soċjoekonomiċi aħjar, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw involviment f'waqtu u sinifikanti tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi ekonomiċi u soċjali u fil-qasam tal-impjiegi u l-politiki, inkluż billi jingħata appoġġ lil kapaċità akbar tas-sħab soċjali. Is-sħab soċjali jeħtieġ li jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva.

F'konformità ma' prattiki nazzjonali u mal-prinċipji tas-sħubija, u sabiex jinkiseb djalogu soċjali u ċivili aktar effikaċi u eżiti soċjoekonomiċi aħjar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw involviment f'waqtu, ġenwin u sinifikanti tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki u r-riformi ekonomiċi, soċjali u fil-qasam tal-impjiegi, fil-fażijiet kollha tal-proċess, inkluż billi jingħata appoġġ għal kapaċità akbar tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Tali involviment għandu jmur lil hinn mis-sempliċi konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati. Is-sħab soċjali għandhom jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva. Il-ħaddiem b'kuntratti atipiċi ta' impjieg u l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw ukoll id-dritt tagħhom ta' organizzazzjoni u tal-innegozjar kollettiv. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex isaħħu r-rwol tas-sħab soċjali, pereżempju permezz ta' aċċess imtejjeb għal informazzjoni rilevanti fin-negozji u l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-kwistjonijiet tal-kumpanija.

Emenda    29

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Linja gwida 8: Nippromwovu l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar

Il-Linja gwida 8: Nippromwovu l-ugwaljanza u l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni għal kulħadd, inrawmu l-inklużjoni soċjali u niġġieldu l-faqar

Emenda    30

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jeħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd, billi jdaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi sabiex jippromwovu opportunitajiet indaqs għal gruppi li ma jkunux rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol. Huma jeħtieġ li jiżguraw it-trattament ugwali rigward l-impjiegi, il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, irrispettivament mis-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, idaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi għall-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni u jippromwovu opportunitajiet indaqs għal kulħadd biex kulħadd ikun jista' jipparteċipa fis-soċjetà. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk li jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd, fosthom permezz ta' miżuri li jiġġieldu d-diskriminazzjoni fl-aċċess għas-suq tax-xogħol u fi ħdanu, bl-għan li jingħata appoġġ lil dawk li qed jiġu diskriminati, li huma sottorappreżentati jew li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw trattament ugwali u jiġġieldu t-tipi kollha ta' dikiminazzjoni fl-impjiegi, il-protezzjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, irrispettivament mis-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew l-isfond soċjoekonomiku. Għal dak l-għan, huma meħtieġa miżuri partikolari li jappoġġaw lill-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli, bħalma huma l-migranti jew il-minoranzi etniċi, u jeħtieġ li dawn jiġu appoġġati b'finanzjament adegwat sabiex tiġi evitata kwalunkwe kompetizzjoni potenzjali għar-riżorsi bejn il-benefiċjarji kkonċernati.

Emenda    31

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja tal-individwu, filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali 'l fuq, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tas-sistemi fiskali u ta' benefiċċji tagħhom. Jeħtieġ li l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali twassal għal aċċessibbiltà, sostenibbiltà, adegwatezza u kwalità aħjar.

L-Istati Membri għandhom itejbu s-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja tal-individwu, inklużi l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali 'l fuq, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tas-sistemi fiskali u ta' benefiċċji tagħhom. It-titjib u l-innovazzjonijiet fis-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom iwasslu għal aċċess, disponibbiltà, sostenibbiltà, adegwatezza u kwalità aħjar.

Emenda    32

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji preventivi u integrati permezz ta' kombinazzjoni ta' tliet faxex ta' inklużjoni attiva: appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali jeħtieġ li jiżguraw id-dritt għal benefiċċji adegwati tal-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jinkoraġġixxu lin-nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.

L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji preventivi u integrati permezz ta' kombinazzjoni ta' tliet faxex ta' inklużjoni attiva: appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità mfassla skont il-ħtiġijiet individwali. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom jiżguraw benefiċċji adegwati tal-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jinkoraġġixxu lin-nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà.

Emenda    33

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jippromwovu l-parteċipazzjoni attiva ta' NGOs speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-faqar kif ukoll ta' organizzazzjonijiet ta' persuni li jesperjenzaw il-faqar fit-tfassil ta' politiki intiżi biex jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Emenda    34

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Servizzi bħal dawk tal-indukrar tat-tfal, l-indukrar barra l-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, id-djar, is-servizzi tas-saħħa u ta' kura fit-tul, li jkunu ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli, huma essenzjali biex jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs, inkluż għat-tfal u ż-żgħażagħ. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali filwaqt li jitnaqqas il-faqar fost dawk li jaħdmu. L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi essenzjali, inklużi l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għal dawk fil-bżonn u l-persuni vulnerabbli, l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw aċċess għal assistenza ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata kif ukoll id-dritt għal assistenza u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata. Jeħtieġ li l-problema ta' persuni mingħajr dar tiġi indirizzata b'mod speċifiku. Jeħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni b'diżabilità.

L-aċċess u d-disponibbiltà ta' servizzi bħal dawk tal-indukrar tat-tfal, l-indukrar barra l-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, id-djar, is-servizzi tas-saħħa, ta' riabilitazzjoni u ta' kura fit-tul, li jkunu ta' kwalità, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli, huma essenzjali biex jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs, inkluż għat-tfal, iż-żgħażagħ, il-minoranzi etniċi u l-migranti. It-tfal li jgħixu fil-faqar għandu jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa, edukazzjoni u kura tat-tfal bla ħlas, u għal akkomodazzjoni diċenti u nutrizzjoni xierqa. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż it-tnaqqis tal-faqar fost dawk li jaħdmu, u d-diskriminazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi essenzjali u li dawn ikunu affordabbli, inklużi l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, l-ilma nadif, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għal dawk fil-bżonn jew f'sitwazzjoni vulnerabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal assistenza ta' akkomodazzjoni soċjali adegwata kif ukoll id-dritt għal assistenza u protezzjoni xierqa kontra t-tkeċċija sfurzata. Il-problema ta' persuni mingħajr dar għandha tiġi indirizzata b'mod speċifiku. Għandhom jitqiesu kemm il-ħtiġijiet speċifiċi kif ukoll il-potenzjal tal-persuni b'diżabilità. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom, inter alia, jeżaminaw mill-ġdid is-sistemi ta' valutazzjoni tad-diżabilità tagħhom sabiex jevitaw il-ħolqien ta' ostakoli fl-aċċess għas-suq tax-xogħol.

Emenda    35

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi li jirreklutaw persuni b'diżabilità jingħataw appoġġ u konsulenza adegwati. L-għoti ta' assistenza personali fl-edukazzjoni u mis-servizzi tal-impjiegi għall-persuni b'diżabilità għandhom jiġu promossi u appoġġati.

Emenda    36

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw id-dritt ta' aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli u ta' kwalità tajba, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt ta' aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli u aċċessibbli u ta' kwalità tajba, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà fuq medda twila ta' żmien.

Emenda    37

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Linja gwida 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'kuntest ta' żieda fil-lonġevità u tibdil demografiku, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet għan-nisa u l-irġiel, jipprovdu opportunitajiet indaqs għall-ħaddiema u għal dawk li jaħdmu għal rashom, taż-żewġ sessi, biex jakkwistaw id-drittijiet għal pensjoni, inkluż permezz ta' skemi supplimentari biex tiġi żgurata ħajja dinjituża. Ir-riformi tal-pensjonijiet jeħtieġ li jiġu appoġġati minn miżuri li jestendu l-ħajja tax-xogħol u jgħollu l-età effettiva tal-irtirar billi, pereżempju, jiġi limitat il-ħruġ bikri mis-suq tax-xogħol u tiżdied l-età statutorja tal-irtirar biex tirrifletti ż-żieda fl-istennija tal-għomor. Jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu djalogu kostruttiv mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta tar-riformi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'urġenza s-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-pensjonijiet għan-nisa u l-irġiel, jipprovdu opportunitajiet indaqs għall-ħaddiema kollha u għal dawk li jaħdmu għal rashom biex jakkwistaw drittijiet għal pensjoni statutorji adegwati, u għandhom ukoll jirsistu biex jiżguraw introjtu adegwat għall-persuni b'età iktar avvanzata li jkun minn tal-inqas 'il fuq mis-soll tal-faqar. Għandu jingħata aċċess nondiskriminatorju għal skemi supplimentari, li jistgħu jservu bħala element komplementari għall-pensjonijiet statutorji. Skont id-dritt nazzjonali u l-arranġamenti istituzzjonali tal-Istati Membri, il-pensjonijiet ibbażati fuq l-ewwel pilastru waħdu jew flimkien mat-tieni pilastru għandhom jistabbilixxu introjtu ta' sostituzzjoni adegwat abbażi tal-pagi preċedenti tal-ħaddiem. L-Istati Membri għandhom jipprovdu krediti tal-pensjoni adegwati lill-persuni li jkunu qattgħu żmien barra mis-suq tax-xogħol biex jipprovdu l-kura fuq bażi informali. Ir-riformi tal-pensjonijiet, inkluża l-possibilità ta' żieda fl-età effettiva tal-irtirar, għandhom isiru fil-kuntest ta' strateġiji ta' tixjiħ attiv u fi stat tajjeb ta' saħħa, u għandhom jiġu appoġġati minn miżuri li jestendu l-ħajja tax-xogħol għal dawk li jixtiequ jkomplu jaħdmu. Il-ħaddiema li jkunu qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar għandhom jingħataw l-għażla li b'mod volontarju jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu kostruttiv mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili, u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta tar-riformi kollha.

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0355.

(2)

ĠU C 265, 11.8.2017, p. 201.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri

Referenzi

COM(2017)0677 – C8-0424/2017 – 2017/0305(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

1.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.12.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miroslavs Mitrofanovs

5.3.2018

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Tatjana Ždanoka

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

22.2.2018

21.3.2018

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

10

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Michael Detjen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Miroslavs Mitrofanovs, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Amjad Bashir, Karima Delli, Tania González Peñas, Anne Sander, Sven Schulze, Jasenko Selimovic, Csaba Sógor, Neoklis Sylikiotis

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jude Kirton-Darling, James Nicholson, Ivari Padar, Massimo Paolucci, Renate Sommer

Data tat-tressiq

9.4.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

EFDD

NI

PPE

S&D

Verts/ALE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic, Yana Toom, Renate Weber

Tiziana Beghin

Fountoulis Lampros

Georges Hach, David Casa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Renate Sommer, Csaba Sógor, Romana Tomc

Brando Benifei, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Ivari Padar, Massimo Paolucci, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog

Karima Delli, Miroslavs Mitrofanovs

10

-

ECR

ENF

GUE/NGL

Amjad Bashir, Czesław Hoc, James Nicholson, Ulrike Trebesius

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Tania González Peñas, Patrick Le Hyaric, João Pimenta Lopes, Neoklis Sylikiotis

1

0

PPE

Ádám Kósa

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 16 t'April 2018Avviż legali