RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq

8.6.2018 - (COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Merja Kyllönen
Rapporteur għall-opinjoni (*):
Martina Dlabajová, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura


ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq

(COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0278),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0206/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti Nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq

li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI")

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Minħabba l-livell għoli ta' mobbiltà tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq, huma meħtieġa regoli speċifiċi għas-settur li jiżguraw bilanċ bejn il-libertà għall-operaturi li jipprovdu servizzi transfruntiera, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-protezzjoni soċjali tax-xufiera. Għalhekk, l-għan ta' din id-direttiva hu li tipprovdi ċertezza u ċarezza legali, li tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni u tħeġġeġ l-infurzar u l-ġlieda kontra prattiki illegali u li tnaqqas il-piż amministrattiv.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li min-naħa jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u li min-naħa l-oħra jiġu pprovduti kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni għall-operaturi.

(1)  Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li jiġu żgurati l-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu provduti servizzi, kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u li jiġu pprovduti kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u ambjent kompetittiv għall-operaturi, filwaqt li jiġu rrispettati l-libertajiet fundamentali, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi b'mod partikolari kif iggarantiti mit-Trattati.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Kwalunkwe regola nazzjonali applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata u ġustifikata u ma tridx tostakola jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat, bħall-moviment liberu tas-servizzi, sabiex tinżamm jew tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni filwaqt li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali għax-xufiera.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma' ostakli amministrattivi sproporzjonati li jillimitaw bla bżonn il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera.

(2)  Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi, li ħafna minnhom (90 %) huma SMEs b'anqas minn 10 ħaddiema, ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma' ostakli amministrattivi sproporzjonati jew kontrolli abbużivi u diskriminatorji, li jillimitaw bla bżonn il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Kwalunkwe regola nazzjonali applikata għat-trasport bit-triq trid tkun proporzjonata kif ukoll ġustifikata u ma tridx tostakola jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti bit-Trattat, bħall-moviment liberu tal-merkanzija u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi sabiex tinżamm jew saħansitra tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni, inklużi l-kostijiet ta' prodotti u servizzi billi jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali għax-xufiera kif ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-settur peress li x-xufiera huma ħaddiema mobbli ħafna, mhux ħaddiema stazzjonati.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċiltar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(3)  Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċiltar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta, proporzjonata, mhux diskriminatorja bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Kwalunkwe att leġiżlattiv nazzjonali jew linja ta' politika implimentata fil-livell nazzjonali fis-settur tat-trasport trid għalhekk twassal għall-iżvilupp u t-tisħiħ ta' żona Ewropea unika tat-trasport u bl-ebda mod ma tikkontribwixxi għall-frammentazzjoni tas-suq intern. 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli. Dan joħloq inċertezza legali u trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi, li huwa ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur.

(4)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom, kif ukoll prattiki illegali, bħall-użu ta' kumpaniji fittizji. Jenħtieġ li ssir enfasi addizzjonali fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fis-settur tat-trasport. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli, u dan joħloq piż amministrattiv kbir ħafna għax-xufiera u l-operaturi. Dan joħloq inċertezza legali, li hija ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttivi 96/71/KE1a u 2014/67/UE1b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu applikati b'mod korrett, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera, u jenħtieġ li jsiru kontrolli aktar stretti biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali għall-ħaddiema stazzjonati fil-fatt jitħallsu.

 

_________________

 

1a. Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1).

 

1b Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol huwa kruċjali għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/UE.

(5)  L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol u tal-mistrieħ huwa kruċjali biex titjieb is-sigurtà fit-triq, il-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/UE. Il-possibilità li jiġu kkumbinati flimkien kontrolli dwar il-ħin tas-sewqan u l-ħin tax-xogħol ma' kontrolli dwar ir-regoli fuq l-istazzjonar tax-xufiera jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll mingħajr piż amministrattiv addizzjonali. Jenħtieġ li l-kontrolli tal-konformità mal-ħin tax-xogħol ikunu limitati għal kontrolli mwettqa fl-istabbilimenti tal-operaturi tat-trasport sakemm teknoloġija ġdida ma tippermettix kontrolli dwar il-ħin tax-xogħol li jitwettqu b'mod effettiv fil-ġenb tat-triq.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Wara li jitqies il-karattru speċifiku tas-servizzi tat-trasport u l-impatt dirett fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, b'enfasi speċjali fuq is-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq, kontrolli fit-triq jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu. Jenħtieġ li x-xufiera ma jkunux responsabbli għal obbligi amministrattivi addizzjonali tal-kumpaniji rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-ħin tax-xogħol ikun ikkontrollat biss fl-istabbiliment tal-operatur tat-trasport.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Sabiex il-kontrolli fil-ġenb tat-triq ikunu aktar effiċjenti, aktar veloċi u aktar numerużi filwaqt li jonqos il-piż amministrattiv fuq ix-xufiera, jenħtieġ li tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva 2002/15/KE fil-kuntest ta' spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-kumpanija pjuttost milli fil-kuntest ta' kontrolli fil-ġenb tat-triq.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex titrawwem kooperazzjoni amministrattiva effettiva u skambju effettiv ta' informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri joħolqu interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi nazzjonali tagħhom (NER) permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU), fuq il-bażi tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi nazzjonali jkunu interkonnessi sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-ispetturi fit-triq, jista' jkollhom aċċess dirett fil-ħin reali għad-dejta u l-informazzjoni fl-ERRU.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Biex tiġi ffaċilitata applikazzjoni aktar effikaċi u uniformi tal-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 u d-Direttiva 2002/15/KE, u biex tiġi ffaċilita l-konformità tal-operaturi tat-trasport bit-triq mar-rekwiżiti amministrattivi meta jiġu stazzjonati x-xufiera, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa wieħed jew diversi moduli tal-IMI għat-tressiq tad-dikjarazzjonijiet ta' stazzjonar u applikazzjoni elettronika li se jipprovdu lill-ispetturi aċċess dirett f'ħin reali għall-ERRU u l-IMI matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Sabiex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi għall-ħaddiema u n-negozji jeħtieġ li jsir progress lejn infurzar intelliġenti u jiġi provdut l-appoġġ kollu possibbli għall-introduzzjoni u l-użu komplet ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tar-riskji. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar jingħataw aċċess f'ħin reali għar-reġistri elettroniċi nazzjonali (NERs), filwaqt li jsir użu massimu tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Jenħtieġ li r-regoli applikabbli dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet tat-trasport fit-triq ikunu bilanċjati, sempliċi, u b'piż amministrattiv baxx għall-Istati Membri u l-impriżi tat-trasport. Jenħtieġ li dawn ma jiskuraġġux operazzjonijiet barra mill-pajjiż ta' stabbiliment ta' impriża.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' trasport transfruntiera bit-triq, b'effetti kollaterali negattivi fuq l-impjiegi.

(9)  Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw inċertezza legali, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport u piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' trasport transfruntiera bit-triq, b'effetti kollaterali negattivi fuq l-impjiegi u l-kompetittività tal-kumpaniji tat-trasport. Jeħtieġ li jiġu armonizzati r-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll sabiex it-trasportaturi ma jitħallewx ibatu minn dewmien bla bżonn jew dewmien arbitrarju.

_________________

_________________

15 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1).

15 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1).

16 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

16 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiskambjaw id-dejta u l-informazzjoni, jimpenjaw ruħhom f'kooperazzjoni amministrattiva u assistenza reċiproka permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) – li stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1034/2012 – bil-għan li jiżguraw konformità sħiħa ma' dawn ir-regoli. Bl-istess mod, l-IMI jenħtieġ li tintuża biex tissottometti u taġġorna d-dikjarazzjonijiet dwar l-istazzjonar bejn l-operaturi tat-trasport u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri destinatarji. Biex jintlaħaq dan l-aħħar objettiv, ikun meħtieġ li tiġi żviluppata interfaċċja pubblika parallela fi ħdan is-sistema tal-IMI li għaliha jkollhom aċċess l-operaturi tat-trasport.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  L-atturi kollha fil-katina tal-konsenja tal-merkanzija jenħtieġ li jerfgħu s-sehem ġust tagħhom ta' responsabbiltà għal ksur tar-regoli stipulati f'din id-Direttiva. Dan jenħtieġ li jkun il-każ fejn l-atturi fil-fatt ikunu saru jafu bi ksur jew meta, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, dawn kellhom ikunu jafu bihom.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta' kontroll għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu applikati b'mod korrett kif definit fid-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE, jenħtieġ li jissaħħu l-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 9d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d)  Jenħtieġ li l-kuntratturi jaġixxu b'responsabbiltà soċjali billi jutilizzaw l-operaturi tat-trasport li jikkonformaw mar-regoli previsti f'din id-Direttiva. Biex ikun aktar faċli għal kuntratturi li jsibu tali operaturi tat-trasport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-istrumenti eżistenti u l-aħjar prassi li jippromwovu l-imġiba soċjalment responsabbli tal-atturi kollha fil-katina tal-konsenja ta' merkanzija bil-ħsieb li titwaqqaf pjattaforma Ewropea ta' kumpaniji tat-trasport ta' fiduċja, jekk ikun xieraq.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Minħabba l-fatt li hemm nuqqas ta' xufiera fl-Ewropa, il-kundizzjonijiet tax-xogħol jenħtieġ li jittejbu b'mod sinifikanti sabiex il-professjoni tkun aktar attraenti.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera.

(11)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, fid-Direttiva 96/71/KE, u dwar l-infurzar ta' dawn id-dispożizzjonijiet, fid-Direttiva 2014/67/UE, jenħtieġ li japplikaw għas-settur tat-trasport bit-triq skont it-termini ta' din id-Direttiva.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jenħtieġ li kriterji bbilanċjati bħal dawn ikunu bbażati fuq kunċett ta' rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta' żmien, li meta jinqabeż għandhom japplikaw ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali. Dan il-limitu ta' żmien ma għandux japplika għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/200918 u fir-Regolament 1073/200919, minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti. Bħala konsegwenza, ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti għandhom japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier.

(12)  Jenħtieġ li kriterji bbilanċjati bħal dawn ikunu bbażati fuq kunċett ta' rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ospitanti. Din ir-rabta suffiċjenti teżisti fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/200918 u fir-Regolament 1073/200919, minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti. Bħala konsegwenza, id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE jenħtieġ li japplikaw għall-kabotaġġ. Barra minn hekk, jenħtieġ ukoll li japplikaw ir-regoli dwar l-istazzjonar għat-traġitt bit-triq tat-trasport ikkombinat, kif imsemmi fid-Direttiva 1992/106/KE, dment li t-traġitt bit-triq isir fi ħdan l-istess Stat Membru.

__________________

__________________

18 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

18 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

19 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

19 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Id-Direttiva 96/71/KE jenħtieġ li tapplika għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u fir-Regolament (KE) Nru 1073/2009, minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti u hemm kompetizzjoni diretta mal-impriżi lokali. Bħala konsegwenza, id-Direttiva 96/71/KE jenħtieġ li tapplika għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  Peress li ma hemm l-ebda rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ta' transitu, jenħtieġ li operazzjonijiet ta' transitu ma jkunux ikkunsidrati bħala sitwazzjonijiet ta' stazzjonar.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)  It-trasport bit-triq huwa settur mobbli ħafna u jirrikjedi approċċ komuni għal ċerti aspetti ta' remunerazzjoni fis-settur. L-impriżi tat-trasport jeħtieġu ċertezza legali dwar ir-regoli u r-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom. Dawk ir-regoli u rekwiżiti jenħtieġ li jkunu ċari, jinftiehmu faċilment u jkunu aċċessibbli faċilment għall-impriżi tat-trasport u jenħtieġ li jippermettu kontrolli effettivi. Huwa importanti li regoli ġodda ma jintroduċux piż amministrattiv bla bżonn u li dawn iqisu kif xieraq l-interessi tal-SMEs.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll speċifiċi, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħat-takografu diġitali.

(13)  Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll speċifiċi, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħat-takografu diġitali. Bil-ħsieb li titnaqqas il-kumplessità tal-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ħielsa li jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi speċifikati f'din id-Direttiva – li kienu mfassla biex ikunu adattati għas-settur tat-trasport bit-triq – fuq l-operaturi tat-trasport bit-triq.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piż amministrattiv u l-kompiti ta' ġestjoni tad-dokumenti imposti fuq ix-xufiera, l-operaturi tat-trasport għandhom jipprovdu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn huwa bbażat l-operatur, id-dokumenti kollha meħtieġa, kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2014/67/UE dwar assistenza u kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  Biex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tintuża s-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 fl-Istati Membri għal skambju mtejjeb ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-livell transfruntier. L-estensjoni tal-karatteristiċi tal-IMI biex tinkludi s-sottomissjoni u t-trażmissjoni ta' dikjarazzjonijiet sempliċi tista' wkoll tkun ta' vantaġġ.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)  Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-operaturi tat-trasport, li ta' spiss huma impriżi żgħar u ta' daqs medju, ikun xieraq li jiġi ssemplifikat il-proċess li bih jintbagħtu dikjarazzjonijiet dwar l-istazzjonar mill-operaturi tat-trasport permezz ta' formoli standardizzati b'xi elementi definiti minn qabel tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13d)  Implimentazzjoni u applikazzjoni ġenerali tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema għat-trasport bit-triq jistgħu jaffettwaw l-istruttura tal-industrija tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dan il-proċess.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 13e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13e)  Jenħtieġ li l-infurzar jikkonċentra fuq spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-impriżi. Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq ma jiġux esklużi, iżda jenħtieġ li jsiru b'mod mhux diskriminatorju unikament għal noti tal-kunsinna jew il-verżjonijiet elettroniċi tagħhom, għal konfermi ta' prereġistrazzjoni u l-attestazzjoni għal ritorn lejn il-pajjiż tal-istabbiliment tal-operatur jew ir-residenza tax-xufier. Jenħtieġ li l-kontrolli mal-ġenb tat-triq jikkontrollaw l-ewwel nett id-dejta takografika li hi importanti biex tiġi determinata l-attività ta' xufier u tal-vettura fuq perjodu kontinwu ta' erba' ġimgħat u l-kopertura ġeografika ta' din l-attività. Ir-reġistru tal-kodiċi tal-pajjiż jista' jkun ta' għajnuna.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 13f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13f)  L-impatt tal-applikazzjoni u tal-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema għas-settur tat-trasport bit-triq jenħtieġ li jiġi kontinwament evalwat mill-Kummissjoni u rrapportat lill-Parlament u lill-Kunsill, u jenħtieġ li jsiru proposti biex dawn ikomplu jiġu ssemplifikati u jitnaqqas il-piż amministrattiv.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 13g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13g)  B'rikonoxximent tal-ħtieġa għal trattament speċifiku għas-settur tat-trasport, li fih il-moviment huwa l-qofol tal-ħidma mwettqa mix-xufiera, l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/UE għas-settur tat-trasport bit-triq jenħtieġ li tikkoinċidi mad-data tad-dħul fis-seħħ tal-emenda tad-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' infurzar, u tar-regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 13h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13h)   Sabiex jiġu adattati l-Annessi għal din id-Direttiva għall-iżviluppi tal-aħjar prattika, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti fir-rigward tal-emendar ta' dawk l-Annessi, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Jenħtieġ li, fil-kontest ta' kooperazzjoni amministrattiva effettiva u ta' assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri, l-iskambju ta' informazzjoni jkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Jenħtieġ li s-sħab kollha fil-katina tal-provvista jirrispettaw ir-regoli li jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet soċjali tajba tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-UE. Sabiex jinħoloq suq intern Ewropew ekonomikament u soċjalment sostenibbli, jenħtieġ li tiġi stabbilita u implimentata katina ta' responsabbiltà li tkopri lill-atturi kollha fil-katina loġistika. It-tisħiħ tat-trasparenza u tar-responsabbiltà u ż-żieda fl-ugwaljanza soċjali u ekonomika se żżid il-possibbiltà li l-professjoni tkun aktar attraenti u tiġi promossa kompetizzjoni b'saħħitha.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena dawn il-kontrolli għandhom ikopru kampjun wiesa' u rappreżentattiv ta' ħaddiema mobbli, xufiera, impriżi u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u ta' ħaddiema mobbli u xufiera li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE.;

Kull sena dawn il-kontrolli għandhom ikopru kampjun wiesa' u rappreżentattiv ta' ħaddiema mobbli, xufiera, impriżi u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u f'każ ta' kontrolli fl-istabbilimenti, ta' ħaddiema mobbli u xufiera li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE. L-Istati Membri għandhom jorganizzaw kontrolli mal-ġenb tat-triq fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE unikament wara l-introduzzjoni ta' teknoloġija li tippermetti li jsiru kontrolli effettivi. Sadanittant, dawk il-kontrolli għandhom jitwettqu esklussivament fl-istabbilimenti ta' impriżi tat-trasport.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'tali mod li jsiru kontrolli fuq mill-inqas 3 % tal-jiem li jkunu nħadmu mix-xufiera ta' vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE.

Kull Stat Membru għandu jorganizza kontrolli b'tali mod li jsiru kontrolli fuq mill-inqas 3 % tal-jiem li jkunu nħadmu mix-xufiera ta' vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE. Wara li jsiru kontrolli fil-ġenb tat-triq u fejn ix-xufier ma jkunx f'pożizzjoni li jippreżenta dokument wieħed meħtieġ jew aktar , ix-xufiera għandhom ikunu rilaxxati biex ikomplu l-operazzjoni tagħhom ta' trasport u l-operatur ta' trasport fl-Istat Membru ta' stabbiliment ikun obbligat jippreżenta d-dokumenti permezz tal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 2, paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha tinkludi l-għadd ta' xufiera li sarulhom kontrolli fil-ġenb tat-triq, l-għadd ta' kontrolli li jkunu saru fl-istabbilimenti tal-impriżi, l-għadd ta' jiem ta' xogħol li saru kontrolli dwarhom u l-għadd u t-tipi ta' ksur li ġew irrappurtati, kif ukoll reġistru li juri jekk ġewx trasportati passiġġieri jew ġietx ittrasportata merkanzija.

4.  L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha tinkludi l-għadd ta' xufiera li sarulhom kontrolli fil-ġenb tat-triq, l-għadd ta' kontrolli li jkunu saru fl-istabbilimenti tal-impriżi, l-għadd ta' jiem ta' xogħol li saru kontrolli dwarhom fl-istabbilimenti u l-għadd u t-tipi ta' ksur li ġew irrappurtati, kif ukoll reġistru li juri jekk ġewx trasportati passiġġieri jew ġietx ittrasportata merkanzija.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)  L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom, tal-anqas sitt darbiet fis-sena, jagħmlu kontrolli flimkien fit-triq ta' xufiera u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 jew 3821/85. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet tal-infurzar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, kull waħda topera fit-territorju tagħha.

L-Istati Membri għandhom, tal-anqas sitt darbiet fis-sena, jagħmlu kontrolli flimkien fit-triq u fl-istabbilimenti ta' xufiera u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 561/2006 jew (UE) 165/2014. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet tal-infurzar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, kull waħda topera fit-territorju tagħha. Is-sommarju tar-riżultati ta' kontrolli miftehma għandhom isiru pubbliċi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kontrolli fl-istabbiliment għandhom ikunu ppjanati fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta' trasport u ta' impriżi. Dawn għandhom jitwettqu wkoll jekk waqt il-kontroll fil-ġenb tat-triq jinstab xi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014 jew tad-Direttiva 2002/15/KE.;

1.  Il-kontrolli fl-istabbiliment għandhom ikunu ppjanati fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta' trasport u ta' impriżi. Dawn għandhom jitwettqu wkoll jekk waqt il-kontroll fil-ġenb tat-triq jinstab xi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 7 - paragrafu 1 - punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)  fl-Artikolu 7(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b) li jgħaddi l-prospetti tal-istatistika li jsiru darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85;

"(b) li jgħaddi l-prospetti tal-istatistika li jsiru darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006;";

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt -a (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  Fl-Artikolu 8(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

1. Tagħrif li jsir disponibbli bilateralment skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 jew l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 għandu jiġi skambjat bejn il-korpi nominati notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(2):

1. Tagħrif li jsir disponibbli bilateralment skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jew l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 għandu jiġi skambjat bejn il-korpi nominati notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7:

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fuq talba motivata minn Stat Membru f'każijiet individwali.

(b)  fuq talba speċifika minn Stat Membru f'każijiet individwali, sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx disponibbli permezz ta' konsultazzjoni diretta ta' reġistri elettroniċi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Stat Membru għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħra skont il-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu fi żmien 25 jum ta' xogħol minn meta tasal it-talba f'każijiet li jeħtieġu analiżi fil-fond jew li jinvolvu kontrolli fl-istabbilimenti tal-impriżi kkonċernati. Jista' jiġi miftiehem limitu ta' żmien iqsar bi qbil reċiproku bejn l-Istati Membri. F'każijiet urġenti jew f'każijiet li jeħtieġu konsultazzjoni sempliċi tar-reġistri, bħal pereżempju dawk ta' sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppreżentata fi żmien tlett ijiem ta' xogħol.

1a.  Stat Membru għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħra skont il-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba. F'każijiet debitament ġustifikati li jeħtieġu analiżi fil-fond jew li jinvolvu kontrolli fl-istabbilimenti tal-impriżi kkonċernati, il-limitu ta' żmien għandu jkun 20 jum ta' ħidma. Jista' jiġi miftiehem limitu ta' żmien iqsar bi qbil reċiproku bejn l-Istati Membri. F'każijiet urġenti jew f'każijiet li jeħtieġu konsultazzjoni sempliċi tar-reġistri, bħal pereżempju dawk ta' sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi ppreżentata fi żmien tlett ijiem ta' xogħol.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja t-talba b'mod ulterjuri. Fejn dan ma jkunx possibbli, it-talba tista' tiġi miċħuda mill-Istat Membru.

Jekk l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jikkunsidra li t-talba mhijiex motivata biżżejjed, għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. L-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba għandu jissostanzja t-talba b'mod ulterjuri. Fejn dan ma jkunx possibbli, it-talba tista' tiġi miċħuda mill-Istat Membru.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol, u għandu jagħti r-raġunijiet għal dan. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu flimkien, bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li titqajjem.

Meta jkun diffiċli jew impossibbli li tinkiseb konformità ma' talba għal informazzjoni jew li jsiru kontrolli, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru rikjest għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba b'dan fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, filwaqt li jagħti raġunijiet biex debitament jiġġustifika d-diffikultà jew l-impossibbiltà li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddiskutu flimkien, bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe diffikultà li titqajjem.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1a – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-Kummissjoni ssir konxja ta' problema persistenti fl-iskambju ta' informazzjoni, jew ta' rifjut permanenti biex tiġi pprovduta informazzjoni, hi tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tirrimedja s-sitwazzjoni, inkluża, jekk ikun xieraq, investigazzjoni tal-kwistjoni u eventwalment toħroġ sanzjonijiet kontra l-Istat Membru.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  L-Istati Membri għandhom ifittxu li jistabbilixxu sistemi għall-iskambju elettroniku ta' l-informazzjoni. Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi metodoloġija komuni għall-iskambju effettiv ta' tagħrif.

2.  B'deroga mill-Artikolu 21 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri previst fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu għandu jiġi implimentat permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess dirett fil-ħin reali għal dejta fir-reġistri elettroniċi nazzjonali permezz tar-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bb (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa applikazzjoni elettronika komuni għall-Istati Membri kollha tal-UE, li ser tipprovdi lill-ispetturi aċċess dirett f'ħin reali għall-ERRU u l-IMI matul il-kontrolli mal-ġenb tat-triq u fl-istabbilimenti mis-sena 2020. Din l-applikazzjoni għandha tiġi żviluppata permezz ta' proġett pilota.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodu komuni għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi li għandu jikkunsidra l-għadd, is-serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur, u li jqis ukoll ir-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur, u jekk impriża tat-trasport bit-triq kinitx qed tagħmel użu mit-takografu intelliġenti fil-vetturi kollha tagħha skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta' din id-Direttiva.”

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 biex tistabbilixxi metodu komuni għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi li għandu jikkunsidra l-għadd, is-serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur, u li jqis ukoll ir-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur, u jekk impriża tat-trasport bit-triq kinitx qed tagħmel użu mit-takografu intelliġenti fil-vetturi kollha tagħha skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  Fil-paragrafu 3, l-ewwel u t-tieni inċiżi huma sostitwiti b'dan li ġej:

3.  Lista inizjali ta' ksur tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 tinsab fl-Anness III.

3.  Lista inizjali ta' ksur tar-Regolamenti (KE) Nri 561/2006 u (UE) 165/2014 tinsab fl-Anness III.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bil-ħsieb li jingħataw linji ta' gwida dwar il-konsegwenzi tal-ksur tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3820/85, il-Kummissjoni tista', kif adegwat, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tadotta l-Anness III tieħu inizjattivi bil-ħsieb li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar firxa komuni ta' ksur tar-regolamenti, maqsuma f'kategoriji skont is-serjetà tagħhom.

Bil-ħsieb li jingħataw linji ta' gwida dwar il-konsegwenzi tal-ksur tar-Regolamenti (KE) Nri 561/2006 jew (UE) Nru 165/2014, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(a), biex temenda l-Anness III, tieħu inizjattivi bil-ħsieb li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar firxa komuni ta' ksur tar-regolamenti maqsuma f'kategoriji skont is-serjetà tagħhom.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ba (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kategorija għall-ksur tar-regolamenti l-aktar serju għandha tinkludi dak fejn in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 joħolqu riskju serju ta' riskju ta' mewt jew ta' korriment personali gravi.

Il-kategorija għall-ksur tar-regolamenti l-aktar serju għandha tinkludi dak fejn in-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nri 561/2006 jew (UE) 165/2014 joħolqu riskju serju ta' mewt jew ta' korriment personali gravi.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9, paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq, fil-ħin tal-kontroll, id-dejta li tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha ta' kontroll tal-Istat Membru kkonċernat.

4.  Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq, fil-ħin tal-kontroll, id-dejta li tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju u r-reġistri nazzjonali tal-impriżi u l-attivitajiet tat-trasport għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha ta' kontroll tal-Istat Membru kkonċernat tal-inqas permezz ta' applikazzjoni elettronika komuni għall-Istati Membri kollha, li permezz tagħha huma se jkollhom aċċess dirett fil-ħin reali għall-ERRU.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni li tkun tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju disponibbli fuq talba, jew għandhom jagħmluha direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra skont il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 8.”;

5.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni li tkun tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju direttament aċċessibbli permezz tar-reġistri elettroniċi nazzjonali interoperabbli kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra. (Emendi 228, 229, 230, 231). F'dan ir-rigward, l-iskambju ta' informazzjoni u dejta dwar ksur mill-operaturi tat-trasport u dwar klassifikazzjoni tar-riskju għandu jkun ikkonċentrat u mwettaq permezz tal-interkonnessjoni li l-ERRU jipprovdi bejn ir-reġistri nazzjonali differenti fl-Istati Membri.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi approċċ komuni għar-reġistrazzjoni u għall-kontroll ta' perjodi ta' xogħol ieħor, kif stabbilit fil-punt (e) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, u ta' perjodi ta' mill-inqas ġimgħa li matulhom xufier ma jkunx mal-vettura. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2)”;

3.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15a biex tistabbilixxi approċċ komuni għar-reġistrazzjoni u għall-kontroll ta' perjodi ta' xogħol ieħor, kif stabbilit fil-punt (e) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, inkluża l-forma tar-rekordjar u tal-każijiet speċifiċi li fihom se sseħħ u r-rekordjar u l-perjodi ta' kontrolli ta' mill-inqas darba fil-ġimgħa li matulhom xufier ma jkunx mal-vettura u ma jkunx jista' jwettaq ebda attività b'dik il-vettura.;

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Id-Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, tenut kont tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

 

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

 

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32006L0022&rid=1)

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 13 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8a)  fl-Artikolu 13, il-punt b huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)  li tħeġġeġ koerenza fl-approċċ bejn awtoritajiet ta' l-infurzar u interpretazzjoni armonizzata tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar;

(b)  li tħeġġeġ koerenza fl-approċċ bejn awtoritajiet tal-infurzar u interpretazzjoni armonizzata tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 bejn l-awtoritajiet tal-infurzar;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)

Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 14

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8b)  L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 14

Artikolu 14

Negozjati ma' pajjiżi terzi

Negozjati ma' pajjiżi terzi

Ladarba din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-Komunità għandha tibda negozjati mal-pajjiżi terzi rilevanti bil-ħsieb li jkunu applikati regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva.

Ladarba din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, l-Unjoni għandha tibda negozjati mal-pajjiżi terzi rilevanti bil-ħsieb li jkunu applikati regoli ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva.

Fl-istennija tal-konklużjoni ta' dawn in-negozjati, l-Istati Membri għandhom jinkludu data dwar kontrolli, fuq vetturi minn pajjiżi terzi, fl-informazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85."

Fl-istennija tal-konklużjoni ta' dawn in-negozjati, l-Istati Membri għandhom jinkludu data dwar kontrolli, fuq vetturi minn pajjiżi terzi, fl-informazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006."

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 8c (ġdid)

Direttiva 2000/22/KE

Artikolu 15

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(8c)  L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Emendi għall-Annessi li huma meħtieġa sabiex jiġu adattati għal żviluppi fl-aħjar prattika għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15a li jemenda l-Annessi I u II sabiex jiġu introdotti l-adattamenti meħtieġa għal żviluppi fl-aħjar prattika.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 8d (ġdid)

Direttiva 2000/22/KE

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8d)  L-Artikolu 15a li ġej huwa miżjud wara l-Artikolu 15:

 

Artikolu 15a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 9(3) u 15 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandu ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M' għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill .

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 15 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a (ġdid)

Direttiva 2006/22/KE

Anness I – parti A – punt 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fil-Parti A, il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1)  ħinijiet ta' sewqan kuljum u ta' kull ġimgħa, pawżi u perijodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa; anke l-folji li fihom jitniżżlu r-rekords tal-jiem preċedenti u li għandhom jinġarru abbord il-vettura skont l-Artikolu 15(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 u/jew id-data maħżuna għall-istess perijodu fuq il-kard tax-xufier u/jew fil-memorja tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni skont l-Anness II ta' din id-Direttiva u/jew fil-materjal f'forma stampata;

(1)  ħinijiet ta' sewqan kuljum u ta' kull ġimgħa, pawżi u perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u fil-ġimgħa; anke l-folji li fihom jitniżżlu r-rekords tal-jiem preċedenti u li għandhom jinġarru abbord il-vettura skont l-Artikolu 36(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u/jew id-data maħżuna għall-istess perjodu fuq il-kard tax-xufier u/jew fil-memorja tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni skont l-Anness II ta' din id-Direttiva u/jew fil-materjal f'forma stampata; 

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt -aa (ġdid)

Direttiva 2006/22/KE

Anness I – parti A – punt 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)  fil-Parti A, il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(2) għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, każijiet fejn tinqabeż il-veloċità awtorizzata tal-vettura, jiġifieri kull perijodu ta' aktar minn minuta li fiha l-veloċità tal-vettura teċċedi d-90 kilometru fis-siegħa għal vetturi fil-kategoriji N3 jew il-105 kilometru fis-siegħa km/h għal vetturi fil-kategorija M3 (kategoriji N3 u M3 huma skont id-definizzjoni fl-Anness II, Parti A tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas- 6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom1a;a.

għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 36(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, każijiet fejn tinqabeż il-veloċità awtorizzata tal-vettura, jiġifieri kull perjodu ta' aktar minn minuta li fiha l-veloċità tal-vettura teċċedi d-90 kilometru fis-siegħa għal vetturi fil-kategoriji N3 jew il-105 kilometru fis-siegħa km/h għal vetturi fil-kategorija M3 (kategoriji N3 u M3 huma definiti fid-Direttiva 2007/46/KE1a).

__________________

__________________

1a ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 27).

1a Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru)";

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt -ab (ġdid)

Direttiva 2006/22/KE

Anness I – parti A – punt 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-ab)  fil-Parti A, il-punt (4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(4)  it-tħaddim tajjeb tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni (li tkun determinata l-possibiltà ta' użu ħażin tat-tagħmir u/jew il-kard tax-xufier u/jew il-folji li fihom jitniżżlu r-rekords) jew, fejn xieraq, il-preżenza tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85.

(4)  it-tħaddim tajjeb tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni (li tkun determinata l-possibiltà ta' użu ħażin tat-tagħmir u/jew il-kard tax-xufier u/jew il-folji li fihom jitniżżlu r-rekords) jew, fejn xieraq, il-preżenza tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Direttiva 2006/22/KE

Anness I – parti A – punt 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  il-ħinijiet tax-xogħol fil-ġimgħa kif stipulat fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2002/15/KE.;

(6)  il-ħinijiet tax-xogħol fil-ġimgħa kif stipulat fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2002/15/KE, dment li t-tekonoloġija tippermetti li jitwettqu kontrolli effikaċi;

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2006/22/KE

Anness I – Parti B – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  fil-Parti B, is-subparagrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri jistgħu, jekk ikun xieraq, jikkontrollaw ir-responsabbilità konġunta ta' instigaturi jew aċċessorji oħra fil-katina tat-trasport, bħalma huma dawk li jieħdu ħsieb il-merkanzija trasportata, burdnara jew kuntratturi, jekk ikun instab li twettaq xi ksur, inkluż il-verifika li l-kuntratti għall-provvista tat-trasport jippermettu l-konformità mar-Regolamenti (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85.

L-Istati Membri jistgħu, jekk ikun xieraq, jikkontrollaw ir-responsabbilità konġunta ta' instigaturi jew aċċessorji oħra fil-katina tat-trasport, bħalma huma dawk li jieħdu ħsieb il-merkanzija trasportata, burdnara jew kuntratturi, jekk ikun instab li twettaq xi ksur, inkluż il-verifika li l-kuntratti għall-provvista tat-trasport jippermettu l-konformità mar-Regolamenti (KE) Nri 561/2006 u (UE) Nru 165/2014.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009, meta l-perjodu ta' stazzjonar fit-territorju tagħhom għat-twettiq tal-operazzjonijiet ikun ugwali għal 3 ijiem jew inqas matul perjodu ta' xahar kalendarju wieħed.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw id-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009 u operazzjonijiet ta' tranżitu meta x-xufier jagħmel it-tranżitu.minn Stat Membru mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella' jew iniżżel passiġġieri.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-perjodu ta' stazzjonar ikun itwal minn 3 ijiem, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għall-perjodu kollu ta' stazzjonar fit-territorju tagħhom matul il-perjodu ta' xahar kalendarju wieħed imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

imħassar

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodi ta' stazzjonar imsemmija fil-paragrafu 2:

imħassar

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  perjodu ta' xogħol ta' kuljum ta' inqas minn sitt sigħat imqattgħin fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti għandu jitqies bħala nofs ġurnata;

imħassar

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  perjodu ta' xogħol ta' kuljum ta' sitt sigħat jew aktar imqattgħin fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti għandu jitqies bħala ġurnata sħiħa;

imħassar

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-pawżi, il-perjodi ta' mistrieħ u l-perjodi ta' disponibbiltà mqattgħin fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti għandhom jitqiesu bħala perjodi ta' xogħol.

imħassar

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jwettqu:

 

(a)  operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolamenti (KE) Nri 1072/2009 u 1073/2009.

 

(b)  it-traġitt bit-triq ta' trasport ikkombinat, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1992/106/KEE, dment li t-traġitt bit-triq isir fl-istess Stat Membru

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-Artikolu 3(1a) [dwar it-tul tal-istazzjonar] tad-Direttiva 96/71/KE, kif emendata, għall-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq li jidħlu fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin:

4.  B'deroga mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin:

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jibgħat dikjarazzjoni ta' stazzjonar f'forma elettronika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż u li jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja:

(a)  obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jippreżenta dikjarazzjoni jew kwalunkwe aġġornament tagħha f'forma elettronika permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012, lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja:

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq;

(i)  l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq permezz tan-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa intra-Komunitarju tiegħu;

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  l-għadd antiċipat u l-identitajiet tax-xufiera stazzjonati;

(iii)  informazzjoni dwar ix-xufiera stazzjonati, inkluż dan li ġej: l-identità, il-pajjiż ta' residenza, il-pajjiż fejn isir il-pagament tal-kontribuzzjonijiet soċjali, in-numru tas-sigurtà soċjali u n-numru tal-liċenzja tas-sewqan;

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  kemm mistenni jdum, id-data prevista tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonar;

(iv)  l-Istati Membri ospitanti, id-data tal-bidu prevista u t-tul taż-żmien stmat, u d-data tat-tmiem tal-istazzjonar u l-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-impjieg;

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 4 – punt a – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva)  l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tad-destinatarji, dment li l-operatur tat-trasport ma jużax e-CMR;

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 4 – punt a – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(via)  l-indirizzi tat-tagħbija u tal-ħatt, dment li l-operatur tat-trasport ma jużax e-CMR;

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tad-dikjarazzjoni tal-istazzjonar u evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti, bħal nota ta' konsenja elettronika (e-CMR) jew il-provi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(b)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jiżgura li x-xufier ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tad-dikjarazzjoni u evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti, bħal nota ta' konsenja elettronika (e-CMR) jew il-provi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, u b'mod partikolari l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta' kabotaġġ;

(c)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jiżgura li x-xufier ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, u b'mod partikolari l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta' kabotaġġ;

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq imsemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan l-Artikolu, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi d-dokumenti mitluba;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt cb

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  obbligu li x-xufier, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (b), (c) u (e), fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

(cb)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (b) u (c), fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli, kif ukoll id-dokumentazzjoni tar-remunerazzjoni tax-xufiera stazzjonati li tikkonċerna l-perjodu tal-istazzjonar u l-kuntratt ta' impjieg jew dokument ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE1a, ir-reġistri tal-ħinijiet relatati max-xogħol tax-xufier u prova tal-pagamenti. F'konformità mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tagħmel it-talba korrispondenti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment, u din tal-aħħar għandha titlob dik l-informazzjoni mingħand l-operatur. L-operatur jista' juża l-IMI biex jippreżenta d-dokumentazzjoni.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tal-kuntratt ta' impjieg jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE20, tradott lejn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż;

imħassar

__________________

__________________

20 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

20 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  obbligu li x-xufier jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tar-riċevuti tal-paga tal-aħħar xahrejn; waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi din il-kopja;

imħassar

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, operatur tat-trasport bit-triq jista' jipprovdi dikjarazzjoni ta' stazzjonar li tkopri perjodu mhux itwal minn sitt xhur.

5.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, operatur tat-trasport bit-triq jista' jipprovdi dikjarazzjoni li tkopri perjodu mhux itwal minn sitt xhur.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet għandha tinżamm fir-repożitorju tal-IMI għall-fini ta' kontrolli għal perjodu ta' 18-il xahar u għandha tkun aċċessibbli direttament u f'ħin reali għall-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri l-oħra maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/67/UE, l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/22/KE.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex jiġu mfassla formoli standardizzati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni sabiex jintużaw għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet, jiġu speċifikati l-funzjonalitajiet tad-dikjarazzjoni fl-IMI u kif l-informazzjoni msemmija fil-punti (i) sa (via) tal-paragrafu 4, punt (a) tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni u jiġi żgurat li dik l-informazzjoni mid-dikjarazzjonijiet tiġi awtomatikament tradotta f'lingwa ta' Stat Membru ospitanti. L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2).

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c.  L-Istati Membri għandhom jevitaw dewmien bla bżonn fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' kontroll li jista' jaffettwa t-tul ta' żmien u d-dati tal-istazzjonar.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2b

 

Responsabbiltà

 

L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet kontra l-konsenjaturi, l-ispedizjonieri, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, meta huma jkunu jafu, jew, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha għandhom ikunu jafu, li s-servizzi tat-trasport li huma kkummissjonaw jiksru din id-Direttiva.

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2c

 

Klawżola ta' rieżami dwar il-pjattaforma Ewropea ta' kumpaniji ta' fiduċja

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istrumenti eżistenti u l-aħjar prassi li jippromwovu l-imġiba soċjalment responsabbli tal-atturi kollha fil-katina tal-konsenja ta' merkanzija u tfassal proposta leġiżlattiva biex tistabbilixxi Pjattaforma Ewropea ta' Fiduċja, jekk ikun xieraq, fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2d

 

Infurzar intelliġenti

 

1.  Bla preġudizzju għad-Direttiva 2014/67/UE u sabiex l-obbligi previsti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva jiġu infurzati aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata strateġija ta' infurzar nazzjonali koerenti fit-territorju tagħhom. Dik l-istrateġija għandha tiffoka fuq l-impriżi b'rata għolja ta' riskju, imsemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

2.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontrolli previsti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE jinkludu, fejn rilevanti, kontroll dwar l-istazzjonar u li dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr diskriminazzjoni, b'mod partikolari mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-numri tal-pjanċi tal-vetturi li jintużaw fl-istazzjonar.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq l-impriżi li huma kklassifikati bħala li jikkostitwixxu riskju akbar ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, li huma applikabbli għalihom. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom, fi ħdan is-sistema ta' klassifikazzjoni tar-riskju stabbilita minnhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li ġiet estiża skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jittrattaw ir-riskju ta' ksur ta' dan it-tip bħala riskju fih innifsu.

 

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti u d-dejta rreġistrata, ipproċessata jew maħżuna mit-takografu intelliġenti msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 għad-dikjarazzjonijiet ta' stazzjonar imsemmija fl-Artikolu 2(4) ta' din id-Direttiva u għad-dokumenti tat-trasport elettroniċi, bħal noti ta' konsenja elettronika fl-ambitu il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt għat-Trasport Internazzjonali ta' Merkanzija bit-Triq (eCMR).

 

5.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex jiġu stipulati l-karatteristiċi tad-dejta li l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għaliha, il-kundizzjonijiet tal-użu tagħha u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni tagħha jew l-aċċess għaliha, billi tispeċifika b'mod partikolari:

 

(a)  lista dettaljata ta' informazzjoni u dejta li għalihom l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom aċċess, li għandhom jinkludu tal-inqas il-ħin u l-post tal-qsim tal-fruntieri, l-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt, il-pjanċa ta' reġistrazzjoni tal-vettura u d-dettalji tax-xufier;

 

(b)  id-drittijiet ta' aċċess tal-awtoritajiet kompetenti, divrenzjati, fejn xieraq, skont it-tip ta' awtoritajiet kompetenti, it-tip ta' aċċess u l-għan li għalih tintuża d-dejta;

 

(c)  l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-trażmissjoni jew l-aċċess għad-dejta msemmija fil-punt (a), inkluż, fejn ikun rilevanti, it-tul ta' żmien massimu taż-żamma tad-dejta, divrenzjat, meta xieraq, skont it-tip ta' dejta.

 

6.  Kwalunkwe dejta personali msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli jew maħżuna għal mhux iktar minn dak li jkun neċessarju għall-finijiet li għalihom id-dejta tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata aktar. Ladarba tali dejta ma tkunx meħtieġa iżjed għal dawk il-finijiet, din għandha tinqered.

 

7.  L-Istati Membri għandhom iwettqu, tal-inqas tliet darbiet f'sena, il-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq fuq l-istazzjonar, li jistgħu jikkoinċidu mal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/22/KE. Dawn il-kontrolli għandhom isiru fl-istess ħin mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tar-regoli fil-qasam tal-istazzjonar ta' żewġ Stati Membri jew aktar, fejn kull waħda minnhom topera fit-territorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-għadd u t-tip ta' ksur osservat wara li jkunu saru l-kontrolli miftiehma fil-ġenb tat-triq.

 

Is-sommarju tar-riżultati ta' kontrolli miftiehma għandhom isiru pubbliċi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2(e)

 

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

 

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 jiżdiedu l-punti li ġejjin:

 

8.  Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE; Artikolu 8

 

9.  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq: Artikolu 2(5).

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-impatt tal-Artikolu 2, sa [3 snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jekk ikun xieraq, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-impatt tal-Artikolu 2(2), sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu. Jekk ikun xieraq, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm komprensiv u integrat ta' taħriġ u adattament għar-regoli u r-rekwiżiti l-ġodda għax-xufiera u l-atturi l-oħra kollha involuti fil-proċedura, l-impriżi, l-amministrazzjonijiet u l-ispetturi.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [...] [Il-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni se jkun qasir kemm jista' jkun, u ġeneralment, ma għandux jaqbeż sentejn], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-settur tat-trasport, minħabba l-karatteristiċi rikonoxxuti tiegħu ta' mobbiltà kbira, huwa eżentat mill-miżuri li joħorġu mill-att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 96/71/KE sakemm din id-Direttiva ssir applikabbli.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-settur tat-trasport huwa eżenti mill-miżuri li jirriżultaw mill-att leġiżlattiv li jemenda d-Direttiva 96/71/KE sad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti ta' infurzar li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar it-trasport previsti f'din id-Direttiva..

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Kummissjoni Juncker huwa li tinbena Ewropa aktar ġusta permezz tat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tagħha. Fil-politika tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasport bit-triq, ittieħed pass f'din id-direzzjoni meta fil-31 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-ewwel pakkett ta' mobbiltà mit-tliet pakketti ta' mobbiltà tagħha.

Is-settur Ewropew tat-trasport bit-triq jipprovdi impjiegi għal aktar minn ħames miljun ruħ, filwaqt li l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra annwali tiegħu jammontaw għal madwar għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet mis-settur tat-trasport kollu kemm hu. Naturalment, l-għan tal-ewwel pakkett ta' mobbiltà huwa li jimmodernizza s-settur Ewropew tat-trasport/tal-mobbiltà u jagħmlu aktar ekwu soċjalment u aktar kompetittiv fi tranżizzjoni lejn trasport aktar nadif.

L-għan tal-emendi proposti mill-Kummissjoni huwa li jagħmlu l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar it-trasport bit-triq aktar ġusta u aktar effiċjenti u li jżidu r-responsabbiltà soċjali fil-qasam. Fl-istess ħin, l-għan huwa li jittaffa l-piż regolatorju eċċessiv fuq l-operaturi u li jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

Valutazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq uriet li l-qafas leġiżlattiv attwali huwa mxekkel b'għadd ta' nuqqasijiet u problemi, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jinterpretawh, japplikawh u jimplimentawh f'modi ferm differenti. Dan ma wassalx biss għal inċertezza legali iżda anke għal trattament inugwali tax-xufiera u tal-operaturi tat-trasport bit-triq.

Ir-regolamenti soċjali ewlenin fis-settur tat-trasport bit-triq huma:

- id-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq;

- id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE;

- ir-Regolament 561/2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85;

- id-Direttiva 2014/67/UE dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI"), u.

- id-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi.

Pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur temmen li l-proposti fl-ewwel pakkett ta' mobbiltà għal emendi għad-Direttiva 2006/22/KE u l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni speċifika, "lex specialis", dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq (proposti għal emendi għad-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE) jikkostitwixxu pakkett legali koerenti flimkien mal-emendi għar-Regolamenti 561/2006, 165/2014, 1071/2009 u 1072/2009. Fost l-inizjattivi fl-ewwel pakkett ta' mobbiltà, dawn il-proposti li jikkonċernaw il-pilastru soċjali u l-pilastru tas-suq intern għandhom b'mod partikolari jiġu ttrattati bħala unità waħda.

Bħala rimarka ġenerali, ir-rapporteur tixtieq tirringrazzja lill-Kummissjoni talli ressqet din il-proposta komprensiva pjuttost milli proposti leġiżlattivi individwali. Ir-rapporteur temmen li l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi biżżejjed elementi biex tagħmel titjib sinifikanti sabiex jinħoloq suq intern tal-UE soċjalment aktar ġust, jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, tiġi promossa s-sigurtà fit-toroq u jiġi evitat id-dumping soċjali. L-għadd kbir ta' proposti sabiex jitnaqqas l-ammont ta' ħsara ambjentali kkawżata mit-trasport bit-triq huwa wkoll importanti, kemm fil-każ tal-ewwel pakkett ta' mobbiltà kif ukoll fit-tieni wieħed. Jeħtieġ li jsiru sforzi konsiderevoli fir-rigward tal-klima, u l-proposti tal-Kummissjoni se jgħinu f'dan ir-rigward.

Lex specialis – leġiżlazzjoni speċifika dwar xufiera stazzjonati

Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li attwalment id-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema qed tiġi riveduta kompletament. Riforma komprensiva tista' titqies li hija ġustifikata, iżda r-riżultat aħħari tagħha jrid jitqies fl-abbozzar ta' leġiżlazzjoni speċifika dwar it-trasport bit-triq. Ir-rapporteur temmen li huwa possibbli li l-proposti dwar il-ħaddiema stazzjonati u x-xufiera stazzjonati jitqiesu b'mod parallel, iżda mhux li tiġi adottata pożizzjoni finali sakemm ma jkunx magħruf l-eżitu finali tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema.

Ir-rapporteur tqis li huwa ġustifikabbli li x-xufiera tat-trasport bit-triq u t-trasport bit-triq fil-leġiżlazzjoni jiġu ttrattati b'mod separat mid-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, u taqbel ma' dan l-approċċ. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tixtieq tirringrazzja lill-Kummissjoni għall-proposta tagħha dwar it-trasport bit-triq u għad-deċiżjoni li dan jiġi ttrattat bħala kwistjoni separata, peress li hija tqis li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema ma tfasslitx b'tali mod li tqis in-natura mobbli tal-professjoni tax-xufiera. Din hija wkoll waħda mir-raġunijiet ewlenin għala d-Direttiva eżistenti dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema kienet diffiċli ħafna biex tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq. Min-naħa l-oħra, problemi ta' interpretazzjoni wasslu għal sitwazzjoni li fiha l-Kummissjoni nediet proċedimenti legali kontra Stati Membri tal-UE. Dawn l-azzjonijiet għadhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u, sa fejn ir-rapporteur hija konxja, qed jistennew indikazzjonijiet mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament. L-ambigwitajiet għamlu possibbli sitwazzjoni li fiha nħolqot kompetizzjoni inġusta fis-settur tat-trasport, flimkien mad-dumping soċjali li jaffettwa x-xufiera, u l-inugwaljanzi tal-istatus bejn ix-xufiera fi Stati Membri differenti tal-UE. Ir-rapporteur tqis li l-lex specialis għandha tindirizza dawn in-nuqqasijiet u tagħmel l-industrija tat-trasport, li hija s-sinsla tas-suq intern tal-UE, soċjalment ġusta b'tali mod li l-leġiżlazzjoni tkun ċara għall-partijiet kollha u jkun faċli għalihom biex jimplimentawha u jinfurzawha.

Il-Kummissjoni pproponiet li, meta l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali jitwettqu fuq bażi sottokuntrattwali, għandu jkun hemm limitu ta' tlett ijiem/18-il siegħa qabel ma japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema li jikkonċernaw il-liv annwali u l-paga minima. Hawnhekk, ir-rapporteur hija tal-opinjoni li għandha tingħata kunsiderazzjoni lil soluzzjoni alternattiva fl-interess tal-faċilità tal-implimentazzjoni u l-infurzar u b'referenza għall-piż amministrattiv fuq in-negozji. Barra minn hekk, għall-finijiet ta' ċarezza, il-Lex specialis għandha tkopri wkoll sitwazzjonijiet oħra tat-trasport, li għalihom tapplika immedjatament id-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema, sa mill-Ewwel Jum.

Fir-rigward tar-rekwiżiti u l-kontrolli amministrattivi, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal lista magħluqa. Dan se jevita l-arbitrarjetà fit-twettiq ta' kontrolli u jagħmel ir-regoli ċari għal kulħadd. Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fid-dikjarazzjoni, ir-rapporteur tqis li jeħtieġ li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi ċċarata aktar, tal-inqas fir-rigward tad-dettalji tal-parti li tkun ordnat it-trasport. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll lista tal-punti ta' informazzjoni li x-xufier għandu jipprovdi matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq. Fl-opinjoni tar-rapporteur, din il-lista għandha tiġi eżaminata ulterjorment mil-lat tal-piż amministrattiv, u għandu jkun possibbli li din tikkomunika l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, huwa mixtieq ukoll li jiġi eżaminat jekk l-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni għandux japplika għall-kumpanija li twettaq l-operazzjoni tat-trasport minflok għax-xufier. Ir-rapporteur hija wkoll tal-opinjoni li r-responsabbiltà tal-parti li tordna għandha titqies bħala element possibbli li l-Istati Membri jistgħu jqisu fl-implimentazzjoni jekk huma jkunu jixtiequ dan.

Ir-rekwiżiti u l-kontrolli amministrattivi għandhom jitqiesu bħala unità sħiħa fir-rigward tat-tipi tat-trasport li għalihom jiġu applikati r-regolamenti dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema. Ir-rekwiżiti jridu jkunu raġonevoli mil-lat tal-piż amministrattiv, kif ukoll effettivi fejn huma kkonċernati l-kontrolli fil-ġenb tat-triq, sabiex ma jittardjawx it-trasport. Ir-rapporteur tqis li huwa importanti li l-opportunitajiet ippreżentati mid-diġitizzazzjoni sabiex jittejbu l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu vvalutati bir-reqqa u li l-kamp ta' applikazzjoni għall-introduzzjoni tal-prinċipju ta' punt uniku ta' kuntatt abbażi ta' sistemi tal-iskambju ta' informazzjoni eżistenti, inkluża s-sistema tal-IMI, għandu jiġi investigat.

Ir-rapporteur tqis li huwa estremament importanti li l-pieni għan-nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-istazzjonar ikunu adegwati. F'dan ir-rigward, is-sistema ta' reputazzjoni tajba, is-sistema li tikklassifika r-riskju u l-opportunitajiet li toffri d-Direttiva 2014/67/UE u l-adegwatezza tagħhom għandhom jiġu vvalutati.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tqis li huwa meħtieġ li fil-proċedura li jmiss għandhom isiru wkoll valutazzjonijiet tas-sitwazzjoni fir-rigward tax-xufiera u n-negozji f'pajjiżi terzi (pajjiżi barra mill-UE) u ġejjin minnhom. Fl-opinjoni tar-rapporteur, ir-regoli tal-UE dwar ix-xufiera stazzjonati ma jridux iwasslu għal sitwazzjoni li fiha d-dumping soċjali dirett kontra x-xufiera jiġi trasferit barra mill-UE. Jibqa' importanti li jiġu vvalutati eċċezzjonijiet possibbli applikabbli kemm għat-trasport ta' oġġetti kif ukoll għat-trasport tal-passiġġieri.

Emendi proposti għad-Direttiva 2006/22/KE

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari b'referenza għall-għan li l-iskambji ta' informazzjoni transfruntier bejn l-awtoritajiet isiru aktar effettivi. Fil-ġejjieni, se jkun importanti li jiġi vvalutat il-kamp ta' applikazzjoni li joffri d-diġitizzazzjoni sabiex jittejjeb aktar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet.

Ir-rapporteur għandha dubji dwar il-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi inkorporat il-monitoraġġ tal-ħin tax-xogħol fil-kontrolli fil-ġenb tat-triq. Il-prestazzjoni prattika tal-kontrolli fuq il-ħin tax-xogħol u l-awtoritajiet li jwettquhom ivarjaw bejn l-Istati Membri, filwaqt li dan il-fatt għandu jitqies f'ħidma ulterjuri dwar din il-proposta. Jekk il-kontrolli fuq il-konformità mar-regoli dwar il-ħin tax-xogħol jiġu inklużi fil-kontrolli fil-ġenb tat-triq, għandha tiġi stabbilita sistema fejn, bħala parti mill-operazzjoni tat-takografi intelliġenti, il-ħin tax-xogħol jiġi mmonitorjat ukoll f'ħin reali, mingħajr il-ħtieġa li wieħed iġorr formoli abbord il-vettura.

Fir-rigward tas-sistema li tikklassifika r-riskju, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' formola uniformi.

Fid-dawl tal-fatti t'hawn fuq, huwa importanti li tiġi aċċelerata l-introduzzjoni tat-takografi intelliġenti. Il-kamp ta' applikazzjoni għall-użu ta' takografi intelliġenti anke sabiex tiġi mmonitorjata b'mod komprensiv il-konformità mar-regoli dwar ix-xufiera stazzjonati għandu wkoll jiġi eżaminat mill-qrib fil-proċedura li jmiss.

 Konklużjoni

Ir-rapporteur tixtieq tirrimarka li fi ħdan il-Parlament, it-tilwima bejn il-Kumitati TRAN u EMPL fir-rigward ta' min minnhom għandu jkun il-kumitat responsabbli ġiet solvuta biss fil-15 ta' Novembru 2017, u b'hekk din ittardjat il-bidu tax-xogħol. Barra minn hekk, filwaqt li tqis il-kumplessità tal-leġiżlazzjoni u r-riformi kontinwi għal-leġiżlazzjoni dwar il-ħaddiema stazzjonati, ir-rapporteur se tkompli l-ħidma tagħha sabiex tissupplimenta r-rapport tagħha bi proposti speċifiċi għal emendi.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (4.5.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta' rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq
(COM(2017)0278 - C8-0170/2017 – 2017/0121(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Martina Dlabajová

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-trasport bit-triq jirrikjedi regoli speċifiċi għas-settur biex is-Suq Uniku jsir aktar b'saħħtu u aktar kompetittiv. Dawn ir-regoli għandhom ikunu sempliċi, uniformi, ċari u infurzabbli faċilment biex jiffaċilitaw l-operazzjonijiet tat-trasport filwaqt li jipproteġu lill-ħaddiema impjegati f'din l-industrija. Ir-regoli li mhumiex ċari jew li huma diffiċli biex jiġu infurzati x'aktarx iwasslu biex l-Istati Membri jinterpretaw ir-regoli komuni b'mod differenti kif ukoll biex titnaqqas l-effettività tal-infurzar tagħhom, u b'hekk jistgħu jwasslu għall-frammentazzjoni tas-suq intern. Barra minn hekk, ir-regoli li mhumiex ċari u li mhumiex infurzati b'mod effettiv ma jwasslux għal protezzjoni aħjar tal-ħaddiema.

Kif ikkonkludiet il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti amministrattivi eżistenti dwar l-istazzjonar mhumiex adatti għan-natura mobbli ħafna tax-xogħol li jagħmlu x-xufiera. Dan iwassal għal piżijiet regolatorji sproporzjonati għall-operaturi u joħloq ostakli mhux ġustifikati għall-provvista ta' servizzi transfruntieri.

L-għan ta' dan l-abbozz ta' opinjoni huwa li jkompli jissimplifika r-regoli dwar l-istazzjonar li japplikaw għas-settur tat-trasport bit-triq u li jnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji u għax-xufiera tagħhom. Ir-rapporteur tipproponi l-esklużjoni espliċita tat-trasport ta' tranżitu u internazzjonali mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema. Dan huwa ġustifikat għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, il-ħaddiema impjegati f'dawn l-attivitajiet huma mobbli ħafna; jistgħu jsibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn jaħdmu f'diversi pajjiżi differenti f'jum wieħed. It-tieni, il-kumpaniji involuti fit-trasport ta' tranżitu jew internazzjonali f'pajjiż partikolari mhumiex f'kompetizzjoni mad-ditti tat-trasport ta' dak il-pajjiż.

Barra minn hekk, f'dawn il-każijiet, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema mhijiex komparabbli ma' dik ta' ħaddiema stazzjonati f'setturi oħra li ħafna drabi jgħixu fi Stat Membru ospitanti partikolari għal perjodi ta' żmien estiżi. L-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE għat-trasport ta' tranżitu u internazzjonali jwasslu għal piżijiet amministrattivi kbar ħafna, jiġifieri l-liġijiet nazzjonali applikabbli jistgħu jinbidlu fuq bażi ta' kuljum matul vjaġġ wieħed. Fl-opinjoni tar-rapporteur, sitwazzjoni bħal din timponi ostakli mhux ġustifikati fuq waħda mil-libertajiet fundamentali tal-UE: il-moviment liberu tas-servizzi.

Ir-rapporteur tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-problemi li jinħolqu mill-hekk imsejjaħ "sewqan nomadiku" (ħaddiema li jibqgħu barra mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom għal ħafna xhur u li effettivament jgħixu u jorqdu fit-trakkijiet tagħhom matul dawk il-perjodi estiżi). Madankollu, hija ma temminx li l-proposta attwali hija l-mezz xieraq biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni. Minflok, għandha tiġi indirizzata permezz tal-att leġiżlattiv ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni COM(2017) 277 dwar il-ħinijiet massimi tas-sewqan ta' kuljum u fil-ġimgħa. Din il-proposta tinkludi rekwiżit għax-xufier u l-vettura biex jirritornaw lura fil-post tal-impjieg tagħhom.

L-opinjoni attwali tipproponi li jiġu applikati ċerti elementi tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema u d-Direttiva 2014/67/UE dwar l-Infurzar għall-operazzjonijiet tal-kabotaġġ. F'dawn il-każijiet, l-impriżi barranin u lokali huma f'kompetizzjoni diretta ma' xulxin; essenzjalment għandhom japplikaw regoli simili rigward il-paga tal-ħaddiema. Madankollu, dawn iż-żewġ Direttivi għandhom japplikaw biss għall-kabotaġġ sal-punt deskritt f'din il-lex specialis, filwaqt li tiġi kkunsidrata n-natura mobbli ħafna tas-settur u l-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi.

Ir-rapporteur għalhekk tipproponi li tiġi abolita l-metodoloġija mressqa mill-Kummissjoni sabiex jiġu kkalkulati l-perjodi ta' xogħol ta' kuljum bil-għan li jiġu identifikati s-sitwazzjonijiet ta' stazzjonar. Hija temmen li fil-prattika dan ftit li xejn ikun infurzabbli u joħloq piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, b'mod partikolari meta jiġi applikat flimkien mar-Regolament 561/2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq.

Finalment, l-opinjoni tissuġġerixxi li din il-lex specialis hija l-post fejn għandha tiġi determinata d-data tal-applikazzjoni u d-dħul fis-seħħ tar-regoli speċifiċi għall-istazzjonar ta' ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq. Id-determinazzjoni ta' dawn id-dati mid-Direttiva ġenerali dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema toħloq ir-riskju li japplikaw regoli ġodda għas-settur tat-trasport bit-triq ħafna qabel kwalunkwe settur ieħor (filwaqt li jitqies l-approċċ ġenerali tal-Kunsill li jagħti lill-Istati Membri tliet snin biex jadottaw il-leġiżlazzjoni tagħhom u erba' snin biex il-miżuri jsiru effettivi). Barra minn hekk, hija tissuġġerixxi li s-settur tat-trasport għandu jiġi eżentat mid-Direttiva 96/71 sakemm tiġi adottata din il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li min-naħa jiġi żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u li min-naħa l-oħra jiġu pprovduti kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u kundizzjonijiet ġusti ta' kompetizzjoni għall-operaturi.

(1)  Il-moviment liberu tal-ħaddiema, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi huma prinċipji fundamentali tas-suq intern. Huma minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u huma essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern. Sabiex ikun jista' jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli jeħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn il-moviment liberu tas-servizzi tat-trasport u kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, trattament ugwali u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera u ambjent tan-negozju kompetittiv u ġust għall-operaturi.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta' Settembru 2017, il-President tal-Kummissjoni ħabbar li se tinħoloq Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom u li l-operaturi ma jkollhomx iħabbtu wiċċhom ma' ostakli amministrattivi sproporzjonati li jillimitaw bla bżonn il-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi transfruntiera.

(2)  Il-mobbiltà għolja inerenti tas-servizzi tat-trasport bit-triq teħtieġ attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li x-xufiera jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet li huma intitolati għalihom, u li jinżammu kundizzjonijiet ekwi filwaqt li tiġi rrispettata l-libertà tagħhom li jipprovdu servizzi.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Kwalunkwe regola nazzjonali applikata għat-trasport bit-triq għandha tkun proporzjonata u ġustifikata u m'għandhiex tostakola jew trendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-TFUE, bħal-libertà li jiġu provduti servizzi, sabiex tinżamm jew tiżdied il-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jiġu rrispettati l-kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti u l-protezzjoni soċjali tax-xufiera.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Is-settur tat-trasport bit-triq huwa settur kompetittiv ħafna u kkaratterizzat minn distorsjonijiet partikolari ġġenerati mill-prattiki abbużivi tal-operaturi ta' għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni sabiex jitnaqqsu jew jiġu evitati l-kostijiet tal-pagi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, jew kundizzjonijiet oħra soċjali u tax-xogħol li, fil-passsat, wasslu għal kompetizzjoni lejn livelli baxxi. Suq intern li jiffunzjona għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet ekwi. Għaldaqstant, jinħtieġu miżuri ulterjuri għall-prevenzjoni ta' prattiki abbużivi mill-operaturi tat-trasport bit-triq permezz tal-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni, inklużi miżuri orizzontali fid-dritt tal-kumpaniji tal-Unjoni biex jintemmu r-"regime shopping" u l-arbitraġġ regolatorju mill-operaturi tat-trasport bit-triq.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera u l-iffaċiltar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi nazzjonali u barranin huwa kruċjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(3)  Il-bilanċ bejn l-iffaċiltar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq abbażi ta' kompetizzjoni mhux diskriminatorja bejn l-operaturi nazzjonali u barranin, it-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u t-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol tax-xufiera huwa kruċjali biex jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jiffunzjona bla xkiel fis-suq intern.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli. Dan joħloq inċertezza legali u trattament mhux ugwali tax-xufiera u tal-operaturi, li huwa ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur.

(4)  Wara li ġew evalwati l-effettività u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni soċjali attwali tal-Unjoni dwar it-trasport bit-triq, fid-dispożizzjonijiet eżistenti ġew identifikati ċerti lakuni, filwaqt li nstabu nuqqasijiet fl-infurzar tagħhom, kif ukoll prattiki illegali, bħall-użu ta' kumpaniji fittizji. Għandha ssir enfasi addizzjonali fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fis-settur tat-trasport. Barra minn hekk, jeżistu għadd ta' diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-interpretazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni tar-regoli, u dan joħloq piż amministrattiv kbir ħafna għax-xufiera u l-operaturi. Dan joħloq inċertezza legali, li hija ta' ħsara għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, soċjali u tal-kompetizzjoni fis-settur.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttivi 96/71/KE1a u 2014/67/UE1b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jiġu applikati b'mod korrett, il-kontrolli u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi relatata mal-istazzjonar tax-xufiera għandhom jissaħħu, u għandhom isiru kontrolli aktar stretti biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali għall-ħaddiema stazzjonati fil-fatt jitħallsu.

 

_________________

 

1a. Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1).

 

1b Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol huwa kruċjali għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/UE.

(5)  L-infurzar adegwat, effettiv u konsistenti tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol huwa kruċjali għall-protezzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' konformità. Għalhekk huwa mixtieq li r-rekwiżiti uniformi eżistenti ta' infurzar stipulati fid-Direttiva 2006/22/KE jiġu estiżi għall-kontroll tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol stipulati fid-Direttiva 2002/15/UE. Il-kontrolli fil-ġenb tat-triq stabbiliti fid-Direttiva 2002/15/UE għandhom ikunu limitati għall-ħin tax-xogħol fil-ġimgħa u ta' kuljum, il-pawżi, il-perjodi ta' mistrieħ u x-xogħol bil-lejl. Obbligi oħra li jirriżultaw mid-Direttiva 2002/15/KE għandhom jiġu kkontrollati fl-istabbilimenti tal-operatur.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Jidher li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq ma kinitx biżżejjed, u wasslet biex l-infurzar transfruntiera jkun aktar diffiċli, ineffiċjenti u inkonsistenti. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal komunikazzjoni effettiva u assistenza reċiproka, inkluż l-iskambju ta' dejta dwar każijiet ta' ksur u informazzjoni dwar prattiki tajba fil-qasam tal-infurzar.

(6)  Jidher li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri u l-appoġġ tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regoli soċjali fis-settur tat-trasport bit-triq ma kinitx biżżejjed, u wasslet biex l-infurzar transfruntiera jkun aktar diffiċli, ineffiċjenti u inkonsistenti. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas għal komunikazzjoni effettiva u assistenza reċiproka, inkluż l-iskambju ta' dejta dwar każijiet ta' ksur u informazzjoni dwar prattiki tajba fil-qasam tal-infurzar.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti. Dan ħoloq restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta' trasport transfruntiera bit-triq, b'effetti kollaterali negattivi fuq l-impjiegi.

(9)  Instabu wkoll diffikultajiet fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema speċifikati fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15 għas-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. L-istess jgħodd fil-każ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. Il-miżuri nazzjonali mhux koordinati dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq iġġeneraw piżijiet amministrattivi kbar għall-operaturi tal-Unjoni li mhumiex residenti, u ħolqu sitwazzjoni inġusta fil-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji f'dan is-settur.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1).

15 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.97, p. 1).

16 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

16 Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-istabbiliment ta' kumpaniji internazzjonali tat-trasport bit-triq joħloq differenzi fis-suq uniku kollu u jikkontribwixxi għal sitwazzjoni inġusta fil-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji. Il-kundizzjonijiet li jirregolaw it-twaqqif ta' kumpaniji internazzjonali tat-trasport bit-triq għalhekk għandhom ikunu aktar stretti u aktar faċli biex jiġu ssorveljati, b'mod partikolari bil-għan li jiġi miġġieled il-ħolqien ta' kumpaniji fittizji.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Fil-proposta tagħha tat-8 ta' Marzu 201617 għar-reviżjoni tad-Direttiva 96/71/KE, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva tqajjem kwistjonijiet u diffikultajiet legali partikolari fis-settur tat-trasport bit-triq, li huwa mobbli ħafna. Il-Kummissjoni indikat ukoll li jenħtieġ li l-aħjar mod kif dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati huwa permezz ta' leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tat-trasport bit-triq.

(10)  Fil-proposta tagħha tat-8 ta' Marzu 201617 għar-reviżjoni tad-Direttiva 96/71/KE, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva fis-settur tat-trasport bit-triq li huwa mobbli ħafna, tqajjem kwistjonijiet u diffikultajiet legali partikolari. Il-Kummissjoni indikat ukoll li jenħtieġ li l-aħjar mod kif dawk il-kwistjonijiet jiġu indirizzati huwa permezz ta' leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tat-trasport bit-triq. Madankollu, b'kont meħud tal-fatt li s-settur tat-trasport huwa wieħed mis-setturi l-aktar vulnerabbli, id-dispożizzjonijiet minimi ta' protezzjoni tad-Direttiva 96/71/KE għandhom jiġu applikati għall-ħaddiema kollha.

__________________

__________________

17 COM(2016)128

17 COM(2016)128

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Peress li hemm nuqqas ta' xufiera fl-Unjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom jittejbu b'mod sinifikanti sabiex il-professjoni ssir aktar attraenti.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera.

(11)  Sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 96/71/KE tiġi implimentata fis-settur tat-trasport bit-triq b'mod effettiv u proporzjonat, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-settur, u li jissaħħaħ l-infurzar tagħhom, li jirriflettu n-natura partikolari tal-forza tax-xogħol mobbli ħafna fis-settur tat-trasport bit-triq, u li jiġi pprovdut bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li l-operaturi jipprovdu servizzi transfruntiera.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jenħtieġ li kriterji bbilanċjati bħal dawn ikunu bbażati fuq kunċett ta' rabta suffiċjenti ta' xufier ma' territorju ta' Stat Membru ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta' żmien, li meta jinqabeż għandhom japplikaw ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti fil-każ ta' operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali. Dan il-limitu ta' żmien ma għandux japplika għal operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/200918 u fir-Regolament 1073/200919, minħabba li l-operazzjoni ta' trasport kollha kemm hi qed issir fi Stat Membru ospitanti. Bħala konsegwenza, ir-rata tal-paga minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti għandhom japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier.

(12)  L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/200918 u fir-Regolament 1073/200919huma servizzi li huma koperti mid-Direttiva 96/71/KE peress li l-operazzjoni ta' trasport qed issir għalkollox fi Stat Membru ieħor. Bħala konsegwenza, ir-rata ta' remunerazzjoni minima u l-liv annwali minimu bil-ħlas tal-Istat Membru ospitanti għandhom japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u miż-żmien ta' kemm idumu l-operazzjonijiet imwettqa minn xufier.

__________________

__________________

18 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

18 Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

19 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88)

19 Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88)

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-operazzjonijiet tat-trasport u n-nuqqas ta' rabta suffiċjenti tax-xufier mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti, dawn għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema u sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, jenħtieġ li fis-settur tat-trasport bit-triq jiġu stabbiliti rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll speċifiċi, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħat-takografu diġitali.

(13)  Sabiex ikun hemm regoli ċari u speċifiċi għas-settur dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema li joriġinaw mid-Direttivi 96/71/KE [kif emendata bil-proċedura COD 2016/0070] u 2014/67/UE kif ukoll biex jiġi żgurat l-infurzar effettiv u effiċjenti tagħhom u biex jiġu evitati piżijiet amministrattivi sproporzjonati għas-settur tal-operaturi mhux residenti, formoli standardizzati mfassla mill-Kummissjoni u rekwiżiti amministrattivi u ta' kontroll imnaqqsa għandhom jiġu stabbiliti fis-settur tat-trasport bit-triq, filwaqt li jiġu sfruttati għalkollox l-għodod ta' kontroll bħas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), il-portal tal-GNSS (Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita) għat-trasport bit-triq u t-takografi intelliġenti..

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-prattiki li permezz tagħhom kumpaniji omm fi Stat Membru wieħed jingħataw il-parti l-kbira tal-profitti u kumpaniji sussidjarji tat-trasport fi Stat Membru ieħor jispiċċaw b'riżorsi limitati għalkemm ikunu ġġeneraw il-parti l-kbira tal-fatturat min-negozju tat-trasport tagħhom, jistgħu jwasslu għal inugwaljanzi u għal ċaqliq sproporzjonat tal-profitti bejn l-Istati Membri, u dan għandu jiġi evitat. Konsegwenza soċjali negattiva ta' dawn il-prattiki hija li d-dħul tax-xufiera fl-Istati Membri li fihom il-kumpaniji sussidjarji tat-trasport joperaw jinżamm f'livell aktar baxx. Sabiex tiġi indirizzata kompetizzjoni inġusta possibbli fis-settur tat-trasport bit-triq, tali prattiki għandhom jiġu analizzati mill-qrib bil-għan li jiġu evitati.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  Sabiex tkun żgurata konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni soċjali, u sakemm titwaqqaf l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll għandu jkollhom aċċess għall-IMI u l-portal tal-GNSS u jivverifikaw id-dejta kollha trażmessa permezz tagħhom.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena dawn il-kontrolli għandhom ikopru kampjun wiesa' u rappreżentattiv ta' ħaddiema mobbli, xufiera, impriżi u vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u ta' ħaddiema mobbli u xufiera li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE.;

Kull sena dawn il-kontrolli għandhom ikopru kampjun wiesa' u rappreżentattiv ta' ħaddiema mobbli, xufiera, impriżi u vetturi tal-kategoriji kollha tat-trasport li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u ta' ħaddiema mobbli u xufiera li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/15/KE.;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kontrolli fl-istabbiliment għandhom ikunu ppjanati fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta' trasport u ta' impriżi. Dawn għandhom jitwettqu wkoll jekk waqt il-kontroll fil-ġenb tat-triq jinstab xi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 jew tad-Direttiva 2002/15/KE.;

1.  Il-kontrolli fl-istabbiliment għandhom ikunu ppjanati fid-dawl tal-esperjenza tal-passat fir-rigward tad-diversi tipi ta' trasport u ta' impriżi. Dawn għandhom jitwettqu wkoll jekk waqt il-kontroll fil-ġenb tat-triq jinstab xi ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 jew tad-Direttiva 2002/15/KE, fir-rigward tal-ħin tax-xogħol massimu fil-ġimgħa u ta' kuljum, u tar-rekwiżiti relatati mal-pawżi, il-perjodi ta' mistrieħ u x-xogħol bil-lejl;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fuq talba motivata minn Stat Membru f'każijiet individwali.

(b)  fuq it-talba speċifika minn Stat Membru f'każijiet individwali.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodu komuni għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi li għandu jikkunsidra l-għadd, is-serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur, u li jqis ukoll ir-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur, u jekk impriża tat-trasport bit-triq kinitx qed tagħmel użu mit-takografu intelliġenti fil-vetturi kollha tagħha skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta' din id-Direttiva.

Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodu komuni għall-klassifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi li għandu jikkunsidra l-għadd, is-serjetà u l-frekwenza tal-okkorrenza ta' ksur, u li jqis ukoll ir-riżultati tal-kontrolli meta ma jkun instab ebda ksur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(2) ta' din id-Direttiva.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq, fil-ħin tal-kontroll, id-dejta li tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha ta' kontroll tal-Istat Membru kkonċernat.;

4.  Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq, fil-ħin tal-kontroll, id-dejta li tinsab fis-sistema nazzjonali ta' klassifikazzjoni tar-riskju għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti kollha ta' kontroll tal-Istati Membri;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt ca (ġdid)

Direttiva 2006/22/KE

Artikolu 9 − paragrafu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5a.  It-takografu intelliġenti, li jindika fejn jinsabu x-xufiera fuq perjodu ta' 56 jum, għandu jiġi introdott fil-vetturi kollha involuti fit-trasport internazzjonali u fil-kabotaġġ sat-2 ta' Jannar 2020.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward ta' ċerti aspetti tad-Direttiva 96/71/KE b'rabta mal-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u fir-rigward ta' ċerti aspetti tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta' kontroll għall-istazzjonar ta' dawk ix-xufiera.

1.  Dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tal-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE b'rabta mal-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u fir-rigward ta' ċerti aspetti tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rabta mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta' kontroll għall-istazzjonar ta' dawk ix-xufiera.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  It-takografu intelliġenti, li jindika fejn jinsabu x-xufiera fuq perjodu ta' 56 jum, għandu jiġi introdott fil-vetturi kollha involuti fit-trasport internazzjonali u fil-kabotaġġ sat-2 ta' Jannar 2020.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  It-tranżitu għandu jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 96/71/KE.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009, meta l-perjodu ta' stazzjonar fit-territorju tagħhom għat-twettiq tal-operazzjonijiet ikun ugwali għal 3 ijiem jew inqas matul perjodu ta' xahar kalendarju wieħed.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta' dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali jew ta' kabotaġġ kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE għall-perjodu kollu ta' stazzjonar fit-territorju tagħhom għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1(3) meta jwettqu partijiet ta' vjaġġi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' trasport ikkombinat kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106/KEE.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE, meta l-operazzjonijiet jitwettqu f'aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess jum, għandhom japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg li jkunu l-aktar favorevoli għax-xufier stazzjonat.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin:

4.  L-Istati Membri għandhom jimponu, għal kull xufier stazzjonat, obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jibgħat, permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), dikjarazzjoni sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, f'forma elettronika standardizzata żviluppata u magħmula disponibbli mill-Kummissjoni, mingħajr dewmien indebitu, bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, u li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)  obbligu li operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru ieħor jibgħat dikjarazzjoni ta' stazzjonar f'forma elettronika lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mhux aktar tard minn meta jibda l-istazzjonar, b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż u li jkun fiha biss l-informazzjoni li ġejja:

 

(i)  l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq;

(i)  l-identità tal-operatur tat-trasport bit-triq u, fil-każ ta' sussidjarja, l-indirizz tas-sede prinċipali;

(ii)   id-dettalji ta' kuntatt ta' maniġer tat-trasport jew ta' persuna/i oħra ta' kuntatt fl-Istat Membru ta' stabbiliment biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qed jiġu pprovduti s-servizzi, u biex jibagħtu u jirċievu dokumenti jew avviżi;

(ii)   id-dettalji ta' kuntatt ta' maniġer tat-trasport jew ta' persuna/i oħra ta' kuntatt fl-Istat Membru ta' stabbiliment biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li fih ikunu qed jiġu pprovduti s-servizzi, u biex jibagħtu u jirċievu dokumenti jew avviżi;

(iii)  l-għadd antiċipat u l-identitajiet tax-xufiera stazzjonati;

(iii)  l-informazzjoni dwar ix-xufier stazzjonat, inkluż dan li ġej: l-identità, il-pajjiż ta' residenza, il-liġi tax-xogħol applikabbli għall-kuntratt tal-impjieg, il-pajjiż ta' pagament tal-kontribuzzjonijiet soċjali u l-identifikatur tas-sigurtà soċjali;

(iv)  kemm mistenni jdum, id-data prevista tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonar;

(iv)  id-data prevista tal-bidu u tat-tmiem tal-istazzjonar ta' kull ħaddiem, mingħajr preġudizzju għal estensjoni possibbli fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi mhux previsti;

(v)  in-numri tal-pjanċi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li jintużaw fl-istazzjonar;

(v)  in-numri tal-pjanċi ta' reġistrazzjoni tal-vetturi li jintużaw fl-istazzjonar;

(vi)  it-tip ta' servizzi tat-trasport, jiġifieri l-ġarr tal-merkanzija, it-trasport tal-passiġġieri, it-trasport internazzjonali, l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ;

(vi)  it-tip ta' servizzi tat-trasport, jiġifieri l-ġarr tal-merkanzija, it-trasport tal-passiġġieri, it-trasport internazzjonali, l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ.

Id-dikjarzzjoni sempliċi msemmija fl-ewwel subparagrafu tista' tkopri perjodu massimu ta' sitt xhur u għandha tiġi aġġornata elettronikament mill-operatur tat-trasport bit-triq bi qbil mas-sitwazzjoni fattwali kurrenti mingħajr dewmien indebitu.

 

4a.  L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll li ġejjin:

(b)  obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tad-dikjarazzjoni tal-istazzjonar u evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti, bħal nota ta' konsenja elettronika (e-CMR) jew il-provi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(a) obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq jipprovdi lix-xufier stazzjonat bid-dokumenti li ġejjin, fuq karta jew f'forma elettronika, għall-fini ta' kontrolli fil-ġenb tat-triq:

 

(i)   kopja tad-dikjarazzjoni sempliċi msemmija fil-paragrafu 4;

 

(ii)   evidenza dwar l-operazzjoni tat-trasport li tkun qed isseħħ fl-Istat Membru ospitanti kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

 

(iii)   in-nota ta' konsenja elettronika (e-CMR);

 

(iv)   kopja tal-kuntratt ta' impjieg b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew bl-Ingliż;

 

(v)   kopja tar-riċevuta tal-paga tal-aħħar xahrejn;

(c)  obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu, u b'mod partikolari l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta' kabotaġġ;

(b)  obbligu li x-xufier iżomm u jagħmel disponibbli, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, ir-reġistrazzjonijiet rilevanti tat-takografu, u b'mod partikolari l-kard tax-xufier bil-qsim tal-fruntieri rreġistrat u l-kodiċijiet tal-pajjiż tal-Istati Membri li fihom kien preżenti x-xufier meta kien qed iwettaq operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq jew operazzjonijiet ta' kabotaġġ;

(d)  kopja tal-kuntratt ta' impjieg jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE20, tradott lejn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew bl-Ingliż;

 

(e)  obbligu li x-xufier jagħmel disponibbli fuq karta jew f'forma elettronika, meta mitlub waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, kopja tar-riċevuti tal-paga tal-aħħar xahrejn; waqt li jkun qed isir il-kontroll fil-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi din il-kopja;

 

(f)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (b), (c) u (e), fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

(c)  obbligu li l-operatur tat-trasport bit-triq, wara l-perjodu ta' stazzjonar, jippreżenta fuq karta jew f'forma elettronika, kopji tad-dokumenti msemmija fil-punti (a) u (b), inklużi kopji tar-riċevuti tal-paga rilevanti, fuq talba tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien indebitu.

 

 

 

 

__________________

__________________

20 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

 

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta' kontroll oħra, f'każ li jinqalgħu sitwazzjonijiet jew żviluppi ġodda li minnhom ikun jidher li r-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta' kontroll eżistenti mhumiex biżżejjed jew effiċjenti biex jiżguraw monitoraġġ effettiv tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE, [Direttiva 2014/67/UE] u f'din id-Direttiva, dment li dawn ikunu ġustifikati u proporzjonati.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-fornituri tas-servizz kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 4a li japplikaw jew li jkunu implimentaw. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawk il-miżuri lill-Istati Membri l-oħra. L-informazzjoni għall-fornituri tas-servizz għandha tkun disponibbli b'mod ġenerali fis-sit web nazzjonali uffiċjali uniku msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/67/UE. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 4(c), tevalwa l-konformità tagħhom mad-dritt tal-Unjoni u, meta jkun xieraq, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa b'konformità mal-kompetenzi tagħha skont it-TFUE. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill dwar il-miżuri kkomunikati mill-Istati Membri u, meta jkun xieraq, dwar is-sitwazzjoni attwali tal-analiżi jew il-valutazzjoni tagħha.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4d.  L-evidenza msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(4a) għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata lill-uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzati tal-Istat Membru li qed jospita lix-xufier stazzjonat matul il-kontroll fil-ġenb tat-triq.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4e.  Għall-fini tal-valutazzjoni ta' jekk ġewx issodisfati d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jivverifikaw dawn li ġejjin matul il-kontrolli fil-ġenb tat-triq:

 

(a)   id-data tat-takografu tal-jum attwali u tas-56 jum preċedenti;

 

(b)   in-noti ta' konsenja elettronika tal-jum attwali u tas-56 jum preċedenti;

 

(c)   id-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4a.

 

L-awtoritajiet tal-kontrolli fil-ġenb tat-triq għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu ta' hawn fuq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità mad-Direttivi 96/71/KE u 2014/67/UE.

 

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'assistenza reċiproka u bl-informazzjoni rilevanti kollha, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE u fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

 

Sabiex tiżdied l-effettività tal-infurzar transfruntier u tal-kontrolli mmirati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu aċċess f'ħin reali lill-awtoritajiet awtorizzati rilevanti kollha tal-ispezzjoni, għall-IMI, għar-reġistri elettroniċi nazzjonali stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għad-dikjarazzjonijiet sempliċi msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u għal kwalunkwe bażi ta' dejta rilevanti oħra.

Justification

Posting of workers cannot entirely be checked at the roadside, as the roadside control authorities do not have the primary competence and knowledge to evaluate posting situations. However, roadside checks can play a key role in the enforcement of posting of workers rules in road transport, if adequately combined with company checks by labour and transport authorities. Thus roadside checks are meant to collect the data relevant to posting and transmit it to the competent authorities of the Member State where the check takes place, which will engage an exchange of information with its counterparts from across the EU. This is an effective combination of momentary and cross-border controls to deal with mobile nature of the sector.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 4f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4f.  Għandha tiġi ppubblikata lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti legali rilevanti sabiex tiġi żgurata l-akbar trasparenza possibbli. Din il-lista tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni żviluppati fil-livell tal-Unjoni u għandha tiġi riveduta annwalment mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol. It-trasportaturi tal-merkanzija bit-triq elenkati fil-lista tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal projbizzjoni tal-operazzjoni. Il-projbizzjonijiet tal-operazzjoni fil-lista tal-Unjoni għandhom japplikaw fit-territorju kollu tal-Istati Membri. F'każijiet straordinarji, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri unilaterali. F'każ ta' emerġenza, u meta jiltaqgħu ma' problema ta' sigurtà mhux prevista, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li immedjatament joħorġu projbizzjoni ta' operazzjoni għat-territorju tagħhom stess.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 4, operatur tat-trasport bit-triq jista' jipprovdi dikjarazzjoni ta' stazzjonar li tkopri perjodu mhux itwal minn sitt xhur.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dikjarazzjoni ta' stazzjonar għal grupp ta' xufiera u t-tipi kollha ta' trasport għal perjodu ta' sitt xhur ma jkollha ebda valur miżjud għall-infurzar peress li tinkludi informazzjoni ġenerali biss li fuq il-bażi tagħha l-infurzaturi ma jistgħux jagħmlu valutazzjoni fuq il-ġenwinità tal-istazzjonar. Għall-kuntrarju, dikjarazzjoni ta' stazzjonar għal kull xufier u kull sitwazzjoni ta' stazzjonar tipprovdi rabta ġenwina u infurzabbli bejn operazzjoni ta' trasport, minn naħa waħda, u x-xufier u l-vettura involuti, min-naħa l-oħra. Dan huwa l-uniku mod biex jiġu eliminati l-abbużi potenzjali.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib u għandhom jagħtu assistenza reċiproka u l-informazzjoni rilevanti kollha lil xulxin, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2014/67/UE u fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c.  Sabiex tiżdied l-effettività tal-infurzar transfruntier u tal-kontrolli mmirati, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet rilevanti kollha aċċess f'ħin reali għall-IMI, għar-reġistri elettroniċi nazzjonali stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1071/2009, għad-dikjarazzjonijiet sempliċi msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, u għal kwalunkwe bażi tad-dejta

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [...] [Il-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni se jkun qasir kemm jista' jkun, u ġeneralment, ma għandux jaqbeż sentejn], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sad-data msemmija fit-tieni subparagrafu, id-Direttivi 2003/88/KE, 96/71/KE u 2014/67/KE għandhom jibqgħu applikabbli fl-intier tagħhom.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq

Referenzi

COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.6.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

14.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Martina Dlabajová

21.9.2017

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

26.2.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

23

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Rosa D’Amato, Karima Delli, Christelle Lechevalier, Paloma López Bermejo, Evelyn Regner, Anne Sander, Jasenko Selimovic, Michaela Šojdrová, Neoklis Sylikiotis, Flavio Zanonato, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Maria Grapini, Christel Schaldemose, Marco Valli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Robert Rochefort

EFDD

Laura Agea, Rosa D'Amato, Marco Valli

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

NI

Lampros Fountoulis

PPE

Georges Bach, Jérôme Lavrilleux, Thomas Mann, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander

S&D

Guillaume Balas, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Evelyn Regner, Christel Schaldemose, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Karima Delli, Jean Lambert, Terry Reintke

23

-

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Jasenko Selimovic, Yana Toom

ECR

Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská, Kosma Złotowski

ENF

Dominique Bilde, Christelle Lechevalier, Dominique Martin

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

PPE

Ádám Kósa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Verónica Lope Fontagné, Marek Plura, Michaela Šojdrová

S&D

Vilija Blinkevičiūtė, Maria Grapini, Georgi Pirinski

2

0

PPE

Heinz K. Becker, Romana Tomc

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI ()

Titolu

Rekwiżiti tal-infurzar u regoli speċifiċi għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq

Referenzi

COM(2017)0278 – C8-0170/2017 – 2017/0121(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.6.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.6.2017

 

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

14.12.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Merja Kyllönen

10.7.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

20.3.2018

15.5.2018

 

Data tal-adozzjoni

4.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

21

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Eickhout, Michael Gahler, Maria Grapini, Ryszard Antoni Legutko, Bolesław G. Piecha, Marek Plura, Franck Proust, Dario Tamburrano

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, José Manuel Fernandes, Lampros Fountoulis, Barbara Kappel, Andrey Novakov, Marco Valli

Data tat-tressiq

8.6.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

27

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Pavel Telička

ECR

Ryszard Antoni Legutko, Bolesław G. Piecha, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

GUE/NGL

Merja Kyllönen

PPE

Deirdre Clune, Andor Deli, Frank Engel, José Manuel Fernandes, Michael Gahler, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Marek Plura, Claudia Schmidt, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Inés Ayala Sender, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

21

-

ALDE

Dominique Riquet

EFDD

Daniela Aiuto, Dario Tamburrano, Marco Valli

ENF

Marie-Christine Arnautu, Barbara Kappel

GUE/NGL

Marie-Pierre Vieu

NI

Lampros Fountoulis

PPE

Georges Bach, Franck Proust, Massimiliano Salini

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Marita Ulvskog

Verts/ALE

Michael Cramer, Bas Eickhout, Keith Taylor

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Ġunju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza