RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2012/30/UE, id-Direttiva 2011/35/UE, id-Direttiva 2005/56/KE, id-Direttiva 2004/25/KE u d-Direttiva 2007/36/KE

25.6.2018 - (COM(2016)0852 – C8-0481/2016 – 2016/0362(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Gunnar Hökmark


Proċedura : 2016/0362(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0218/2018
Testi mressqa :
A8-0218/2018
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2012/30/UE, id-Direttiva 2011/35/UE, id-Direttiva 2005/56/KE, id-Direttiva 2004/25/KE u d-Direttiva 2007/36/KE

(COM(2016)0852 – C8-0481/2016 – 2016/0362(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0852),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0481/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0218/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2016/0362 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2014/59/UE dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2012/30/UE, id-Direttiva 2011/35/UE, id-Direttiva 2005/56/KE, id-Direttiva 2004/25/KE, id-Direttiva 2007/36/KE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[2]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) ippubblika d-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet (Term Sheet) tal-Kapaċità Totali ta' Assorbiment tat-Telf (TLAC) ("Standard TLAC") fid-9 ta' Novembru 2015, li kien approvat mill-G-20 f'Novembru 2015. L-istandard TLAC jirrikjedi lil banek sistemikament importanti globali ("G-SIBs"), magħrufa bħala istituzzjonijiet sistemikament importanti globali ("G-SIIs") fil-qafas tal-Unjoni, li jkollhom ammont minimu suffiċjenti ta' obbligazzjonijiet li jassorbu ħafna t-telf (bail-in-able) biex ikun żgurat l-assorbiment mingħajr xkiel u rapidu ta' telf u rikapitalizzazzjoni f'riżoluzzjoni. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Novembru 2015[4], il-Kummissjoni impenjat ruħha li sal-aħħar tal-2016 tressaq proposta leġiżlattiva sabiex l-istandard TLAC ikun jista' jiġi implimentat sal-iskadenza miftiehma internazzjonalment tal-2019.

(1a)  Sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar fit-tul u tiġi stabbilita ċertezza fir-rigward tal-bafers neċessarji, is-swieq jeħtieġu ċarezza f'waqtha dwar il-kriterji ta' eliġibbiltà meħtieġa sabiex l-istrumenti jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet TLAC/MREL.

(2)  L-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fl-Unjoni trid tqis ir-rekwiżit minimu eżistenti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) speċifiku għal istituzzjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment kollha tal-Unjoni kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5]. Peress li t-TLAC u l-MREL għandhom l-istess objettiv li jiżguraw li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkollhom kapaċità ta' assorbiment tat-telf suffiċjenti, jenħtieġ li ż-żewġ rekwiżiti jkunu elementi kumplimentarji ta' qafas komuni. Operattivament, jenħtieġ li l-livell minimu armonizzat tal-istandard TLAC għal G-SIIs ("rekwiżit minimu ta' TLAC") jiġi introdott fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni permezz ta' emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013[6], filwaqt li jenħtieġ li l-aġġuntiv speċifiku għal istituzzjoni għal G-SIIs u r-rekwiżit speċifiku għal istituzzjoni għal non-G-SIIs, magħruf bħala rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, jiġu indirizzati permezz ta' emendi mmirati għad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014[7]. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet jiġu applikati flimkien ma' dawk fil-biċċiet ta' leġiżlazzjoni msemmija qabel u fid-Direttiva 2013/36/UE[8] b'mod konsistenti.

(3)  In-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni armonizzati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC fl-Unjoni joħloq spejjeż addizzjonali u inċertezza legali ▌u jrendi l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna (bail-in) għal istituzzjonijiet transfruntiera aktar diffiċli. Dak in-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni armonizzati jirriżulta wkoll f'distorsjonijiet kompetittivi fis-suq intern minħabba li l-ispejjeż biex l-istituzzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti eżistenti u l-istandard TLAC jistgħu jkunu konsiderevolment differenti mal-Unjoni kollha. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew dawk l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u li jkunu evitati distorstjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta' regoli tal-Unjoni armonizzati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandard TLAC. Konsegwentement, il-bażi legali adatta għal din id-Direttiva hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat f'konformità mal-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(4)  F'konformità mal-istandard TLAC, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/59/UE tkompli tirrikonoxxi l-istrateġija ta' riżoluzzjoni kemm tal-Punt ta' Dħul Uniku (SPE) kif ukoll tal-Punti Multipli ta' Dħul (MPE). Skont l-istrateġija SPE, entità ta' grupp wieħed biss, is-soltu l-impriża prinċipali, tiġi riżolta filwaqt li entitajiet oħrajn tal-grupp, is-soltu sussidjarji operattivi, ma jitqiegħdux f'riżoluzzjoni, iżda jgħaddu t-telf u l-ħtiġijiet ta' rikapitalizzazzjoni tagħhom lill-entità li għandha tiġi riżolta. Skont l-istrateġija MPE, aktar minn entità ta' grupp waħda tista' tiġi riżolta. L-identifikazzjoni ċara tal-entitajiet li għandhom jiġu riżolti ("entitajiet ta' riżoluzzjoni") u s-sussidjarji tagħhom ("gruppi ta' riżoluzzjoni") hija importanti biex l-istrateġija ta' riżoluzzjoni mixtieqa tkun applikata b'mod effettiv. Dik l-identifikazzjoni hija rilevanti wkoll għad-determinazzjoni tal-livell ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kapaċità tal-assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni li d-ditti finanzjarji jenħtieġ li japplikaw. Jeħtieġ, għalhekk, li jiġu introdotti l-kunċetti ta' "entità ta' riżoluzzjoni" u ta' "grupp ta' riżoluzzjoni" u li tiġi emendata d-Direttiva 2014/59/UE dwar ippjanar ta' riżoluzzjoni ta' grupp biex l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu espliċitament mitluba jidentifikaw l-entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-gruppi ta' riżoluzzjoni fi ħdan grupp u jikkunsidraw l-implikazzjonijiet ta' kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni pjanata fi ħdan il-grupp kif suppost biex tkun żgurata riżoluzzjoni ta' grupp effettiva.

(5)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom kapaċità suffiċjenti ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni biex jiġi żgurat li jkun hemm assorbiment mingħajr xkiel u rapidu ta' telf u rikapitalizzazzjoni f'riżoluzzjoni b'impatt minimu fuq l-istabbiltà finanzjarja u fuq il-kontribwenti. Jenħtieġ li dan jinkiseb permezz ta' konformità mill-istituzzjonijiet ma' rekwiżit minimu speċifiku għal istituzzjoni għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ("MREL") kif stabbilit fid-Direttiva 2014/59/UE.

(6)  Biex id-denominaturi li jkejlu l-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet jiġu allinjati ma' dawk previsti fl-istandard TLAC, jenħtieġ li l-MREL ikun espress bħala perċentwal tal-ammont ta' esponiment għar-riskju totali u tal-miżura ta' esponiment tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-istituzzjoni rilevanti.

(6a)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza għas-swieq u jingħata lok biex jiġu akkumulati l-bafers neċessarji, is-swieq jeħtieġu ċarezza f'waqtha dwar il-kriterji ta' eliġibbiltà meħtieġa sabiex l-istrumenti jiġu rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet TLAC/MREL.

(7)  Jenħtieġ li l-kriterji ta' eliġibbiltà għal obbligazzjonijiet bail-inable għall-MREL ikunu allinjati mill-qrib ma' dawk imniżżla fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għar-rekwiżit minimu tat-TLAC, f'konformità mal-aġġustamenti u r-rekwiżiti kumplementarji introdotti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, jenħtieġ li ċerti strumenti ta' dejn b'komponent derivattiv inkorporat, bħal ċerti noti strutturati, ikunu eliġibbli biex jissodisfaw l-MREL sal-punt li għandhom ammont prinċipali fiss li jista' jitħallas lura mal-maturità filwaqt li ritorn addizzjonali biss ikun marbut ma' derivattiv u jkun jiddependi fuq il-prestazzjoni ta' assi ta' referenza. Fid-dawl tal-ammont prinċipali fiss tagħhom, jenħtieġ li dawk l-istrumenti jkunu jassorbu ħafna t-telf u jkunu faċilment bail-inable f'riżoluzzjoni. L-allinjament tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-MREL ma' dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għal istituzzjonijiet tal-Unjoni fuq livell globali, u dan ifisser li l-livell tar-rekwiżiti li jrid jiġi ssodisfat b'mod speċifiku b'dejn subordinat għandu jiġi stabbilit fil-livell tar-rekwiżiti għat-TLAC, kif traspost fil-liġi tal-Unjoni.

(8)  L-ambitu tal-obbligazzjonijiet biex jiġi ssodisfat l-MREL jinkludi, fil-prinċipju, l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw minn pretensjonijiet li jirriżultaw minn kredituri mhux preferuti mhux assigurati (obbligazzjonijiet non-subordinati) diment li ma jissodisfawx kriterji ta' eliġibbiltà speċifiċi previsti f'din id-Direttiva. Biex tittejjeb ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet permezz tal-użu effettiv tal-għodda għar-rikapitalizzazzjoni interna, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jirrikjedu li l-MREL ikun issodisfat b'obbligazzjonijiet subordinati, b'mod partikolari meta jkun hemm indikazzjonijiet ċari li kredituri b'rikapitalizzazzjoni interna x'aktarx li jerfgħu t-telf f'riżoluzzjoni li jkun jaqbeż it-telf potenzjali tagħhom f'insolvenza. Jenħtieġ li r-rekwiżit li l-MREL ikun issodisfat b'obbligazzjonijiet subordinati jintalab biss għal livell neċessarju biex ikun evitat li t-telf ta' kredituri f'riżoluzzjoni jkun 'il fuq mit-telf li kieku kien ikollhom isofru taħt insolvenza. Jenħtieġ li kwalunkwe subordinazzjoni ta' strumenti ta' dejn mitluba mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għall-MREL tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jkun parzjalment issodisfat ir-rekwiżit minimu ta' TLAC bi strumenti ta' dejn non-subordinat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif permess mill-istandard TLAC. Fl-istess waqt, meta l-istituzzjonijiet ikollhom livell għoli ta' kapital proprju, dan jenħtieġ li jkun rikonoxxut ukoll fl-applikazzjoni u fil-kalkolu tal-MREL. L-istituzzjonijiet jenħtieġ li jkunu kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti MREL bi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni (CET1), jew bi strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali, b'tali mod li l-istess rekwiżiti MREL japplikaw kemm għall-istituzzjonijiet b'livell ta' stokk ta' kapital proprju ogħla kif ukoll għal dawk b'livell ta' stokk ta' kapital proprju aktar baxx. L-objettiv ta' kondizzjonijiet ekwivalenti bejn l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiġi segwit ukoll fil-livell globali, b'mod partikolari fl-allinjament tal-kriterji ta' eliġibbiltà għall-MREL ma' dawk għar-rekwiżit minimu tat-TLAC.

(9)  Jenħtieġ li l-MREL jippermetti lill-istituzzjonijiet jassorbu t-telf mistenni f'riżoluzzjoni u jirrikapitalizzaw l-istituzzjoni wara r-riżoluzzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, abbażi tal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula minnhom, jiġġustifikaw debitament il-livell impost tal-MREL b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa u l-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fl-ammont ta' rikapitalizzazzjoni. Bħala tali, jenħtieġ li dak il-livell ikun magħmul mis-somma tal-ammont ta' telf mistenni f'riżoluzzjoni li jikkorrispondi mar-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni u l-ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti l-postriżoluzzjoni tal-istituzzjoni biex tissodisfa r-rekwiżiti ta' fondi proprji meħtieġa biex tkun awtorizzata twettaq l-attivitajiet tagħha stess skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula. Jenħtieġ li l-MREL ikun espress bħala perċentwal tal-miżuri tal-esponiment għar-riskju totali u tal-proporzjon ta' ingranaġġ, u li l-istituzzjonijiet simultanjament jissodisfaw il-livelli li jirriżultaw miż-żewġ kejlijiet. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtorità ta' riżoluzzjoni taġġusta l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni f'każijiet ġustifikati kif dovut sabiex jiġu riflessi wkoll b'mod adegwat riskji akbar li jaffettwaw ir-riżolvibbiltà li toħroġ mill-mudell ta' negozju, il-profil ta' finanzjament u l-profil ta' riskju globali tal-grupp ta' riżoluzzjoni, u li għalhekk f'tali ċirkostanzi limitati jkun meħtieġ li jiġu eċċeduti l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni li ssir referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(3) u (4).

(9a)  B'mod speċifiku, l-obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal drittijiet ta' nnettjar jew tpaċija li jdgħajfu l-kapaċità ta' assorbiment ta' telf tagħhom f'każ ta' riżoluzzjoni. Għalhekk jeħtieġ li l-obbligazzjonijiet eliġibbli ma jkunux soġġetti għal drittijiet ta' nnettjar jew arranġamenti ta' tpaċija, minkejja li d-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet eliġibbli mhux obbligati jinkludu klawżola li tiddikjara espliċitament li l-istrument mhux soġġett għal tali drittijiet. Bl-istess mod ma hemm l-ebda ħtieġa biex id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-obbligazzjonijiet eliġibbli jispeċifikaw li dawk l-obbligazzjonijiet jistgħu jiġu soġġetti għal valwazzjoni negattiva jew konverżjoni. Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-obbligazzjonijiet eliġibbli jenħtieġ li ma jkun fihom l-ebda inċentiv ta' tifdija u jenħtieġ li ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jaċċelera l-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-kapital prinċipali, ħlief fil-każ ta' likwidazzjoni.

(9b)  L-istrumenti eliġibbli kollha maħruġa qabel id-data tal-adozzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà jenħtieġ li jitqiesu eliġibbli għal MREL mingħajr il-ħtieġa li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà l-ġodda introdotti bil-pakkett dwar it-tnaqqis tar-riskji. Tali regola "ta' anterjorità" hija meħtieġa minħabba li l-parteċipanti tas-suq ma setgħux jantiċipaw dawk il-bidliet u jeħtieġu ż-żmien biex jaġġustaw il-ħruġ tagħhom. L-anterjorità jenħtieġ li tkopri l-kriterji ta' eliġibbiltà l-ġodda kollha, inklużi kemm id-drittijiet ta' nnettjar u tpaċija, kif ukoll id-drittijiet ta' aċċelerazzjoni.

(10)  Biex itejbu r-riżolvibbiltà tagħhom, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu MREL speċifiku għal istituzzjoni fuq G-SIIs flimkien mar-rekwiżit minimu ta' TLAC stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dak l-MREL speċifiku għal istituzzjoni jista' jiġi impost biss fejn ir-rekwiżit minimu ta' TLAC ma jkunx suffiċjenti biex jassorbi t-telf u jirrikapitalizza G-SII skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula.

(11)  Meta jistabbilixxu l-livell ta' MREL, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw il-grad ta' relevanza sistemika ta' istituzzjoni u l-impatt potenzjali negattiv tal-falliment tagħha fuq l-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtieġa ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni bejn G-SIIs u istituzzjonijiet oħra paragunabbli b'relevanza sistemika fi ħdan l-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-MREL ta' istituzzjonijiet li ma jkunux identifikati bħala G-SIIs iżda li r-relevanza sistemika tagħhom fi ħdan l-Unjoni tkun paragunabbli mar-relevanza sistemika ta' G-SIIs ma jvarjax b'mod sproporzjonat mil-livell u l-għamla ta' MREL li tkun ġeneralment iffissat għal G-SIIs.

(13)  F'konformità mar-Regolament Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li jikkwalifikaw bħala entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu soġġetti biss għall-MREL fil-livell ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat. Dan ifisser li jenħtieġ li l-entitajiet ta' riżoluzzjoni jkunu obbligati joħorġu strumenti u elementi eliġibbli biex ikun issodisfat l-MREL lil kredituri ta' parti terzi esterni li jkunu rikapitalizzati internament (bailed-in) jekk l-entità ta' riżoluzzjoni tidħol f'riżoluzzjoni.

(14)  Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-MREL fil-livell individwali. Jenħtieġ li l-ħtiġijiet ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet ġeneralment ikunu pprovduti mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom permezz tal-akkwiżizzjoni mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli minn dawk l-istituzzjonijiet u l-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tagħhom fi strumenti ta' appartenenza fil-punt fejn dawk l-istituzzjonijiet ma għadhomx aktar vijabbli. Bħala tali, jenħtieġ li l-MREL applikabbli għal istituzzjonijiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkun applikat flimkien u b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni. Dak għandu jippermetti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jirriżolvu grupp ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jqiegħdu xi wħud mill-entitajiet sussidjarji tiegħu f'riżoluzzjoni, u hekk jiġu evitati effetti li jistgħu potenzjalment ifixklu s-suq. ▌ Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu wkoll jirrinunzjaw kompletament l-applikazzjoni tal-MREL applikabbli għall-istituzzjonijiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni jekk kemm l-entità ta' riżoluzzjoni kif ukoll is-sussidjarji tagħha jkunu stabbiliti fl-istess Stat Membru. Jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-MREL għal istituzzjonijiet li mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni tikkonforma mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni magħżula, u b'mod partikolari ma għandhiex tbiddel ir-relazzjoni ta' appartenenza bejn l-istituzzjonijiet u l-grupp ta' riżoluzzjoni tagħhom wara li dawk l-istituzzjonijiet ikun ġew rikapitalizzati.

(15)  Biex ikunu żgurati livelli adatti tal-MREL għal finijiet ta' riżoluzzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet responsabbli mill-istabbiliment tal-livell tal-MREL ikunu l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, li hija l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-impriża prinċipali aħħarija, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' entitajiet oħra tal-grupp ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li kwalunkwe tilwima bejn l-awtoritajiet tkun soġġetta għas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9], fir-rispett tal-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet previsti f'din id-Direttiva.

(16)  Jenħtieġ li kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu tat-TLAC u tal-MREL ikun indirizzat sew u rimedjat mill-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni. Minħabba li ksur ta' dawk ir-rekwiżiti jista' jikkostitwixxi impediment għal riżolvibbiltà ta' istituzzjoni jew grupp, jenħtieġ li l-proċeduri eżistenti biex jitneħħew l-impedimenti għal riżolvibbiltà jitqassru biex kwalunkwe ksur tar-rekwiżiti jiġi indirizzat b'ħeffa. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu wkoll jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jimmodifikaw il-profili ta' maturità tal-istrumenti u l-elementi eliġibbli u li jħejju u jimplimentaw pjanijiet biex jirrestawraw il-livell ta' dawk ir-rekwiżiti.

(17)  Biex jiżguraw applikazzjoni trasparenti tal-MREL, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni tagħhom u jiżvelaw regolarment lill-pubbliku l-livelli ta' obbligazzjonijiet eliġibbli u l-kompożizzjoni ta' dawk l-obbligazzjonijiet, inklużi il-profil ta' maturità u l-klassifikazzjoni tagħhom fi proċedimenti ta' insolvenza normali. Għandu jkun hemm konsistenza fil-frekwenza tar-rappurtar superviżorju dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-fondi proprji u mal-MREL.

(18)  Ir-rekwiżit li jkun inkluż rikonoxximent kuntrattwali tal-effetti tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna (bail-in) fil-ftehimiet jew l-istrumenti li joħolqu obbligazzjonijiet regolati mil-liġijiet ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li jiżgura li dawk l-obbligazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu rikapitalizzati internament fil-każ ta' riżoluzzjoni. Diment u sakemm ma jkunux adottati oqfsa ta' rikonoxximent statutorji biex tkun possibbli riżoluzzjoni transfruntiera effettiva fil-ġurisdizzjonijiet tal-pajjiżi terzi kollha, jenħtieġ li l-ftehimiet kuntrattwali, meta jkunu abbozzati sew u adottati b'mod wiesa', ikunu joffru soluzzjoni li taħdem. Anki jekk ikun hemm fis-seħħ oqfsa ta' rikonoxximent statutorji, jenħtieġ li l-arranġamenti ta' rikonoxximent kuntrattwali jgħinu biex jissaħħu ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tar-rikonoxximent transfruntier ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni. Madankollu, jista' jkun hemm każijiet fejn ma jkunx prattiku li l-istituzzjonijiet jinkludu dawk it-termini kuntrattwali fil-ftehimiet jew l-istrumenti li joħolqu ċerti obbligazzjonijiet, b'mod partikolari obbligazzjonijiet li mhumiex esklużi mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont id-Direttiva 2014/59/UE, id-depożiti koperti jew l-istrumenti ta' fondi proprji. Huwa partikularment imprattikabbli li l-istituzzjonijiet jinkludu fil-ftehimiet jew l-istrumenti li joħolqu obbligazzjonijiet termini kuntrattwali dwar ir-rikonoxximent tal-effetti tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna (bail-in), meta dawk it-termini kuntrattwali jkunu kontra l-liġi fil-pajjiżi terzi kkonċernati jew fejn l-istituzzjonijiet ma għandhomx is-setgħa li jinnegozjaw biex dawk it-termini kuntrattwali jkunu imposti. Għalhekk jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżit li dawk it-termini kuntrattwali jkunu inklużi fejn dawk it-termini kuntrattwali jkunu jinvolvu spejjeż sproporzjonati għall-istituzzjonijiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw ma jkunux jipprovdu kapaċità ta' assorbiment ta' telf u ta' rikapitalizzazzjoni sinifikanti f'riżoluzzjoni. Madankollu din ir-rinunzja jenħtieġ li ma tintużax fejn għadd ta' ftehimiet jew obbligazzjonijiet flimkien kollettivament jipprovdu kapaċità sinifikanti ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, biex ikun żgurat li r-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet ma tkunx affettwata, jenħtieġ li l-obbligazzjonijiet li jibbenefikaw minn rinunzji ma jkunux eliġibbli għal MREL.

(19)  Sabiex tiġi preżervata l-istabbiltà finanzjarja, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrimedjaw id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta' istituzzjoni qabel ma dik l-istituzzjoni tasal f'punt fejn l-awtoritajiet ma jkollhom l-ebda alternattiva oħra ħlief li jirriżolvuha. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw setgħat adatti ta' intervent bikri. Jenħtieġ li s-setgħat ta' intervent bikri jinkludu s-setgħa li jiġu sospiżi, għall-iqsar żmien meħtieġ, ċerti obbligi kuntrattwali. Jenħtieġ li dik is-setgħa ta' sospensjoni tiġi definita b'attenzjoni u tkun eżerċitata biss fejn dan ikun neċessarju biex ikun stabbilit jekk humiex meħtieġa miżuri ta' intervent bikri jew biex ikun determinat jekk l-istituzzjoni hux qed tfalli jew x'aktarx li tfalli. Madankollu, dik is-setgħa ta' sospensjoni jenħtieġ li ma tapplikax għal obbligazzjonijiet fir-rigward tal-parteċipazzjoni f'sistemi nominati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10], kontropartijiet ċentrali (CCPs) u banek ċentrali inklużi CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Awtorità Ewropea tas-Swieq Kapitali ("ESMA"). Lanqas ma għandha tapplika għal depożiti koperti. Jenħtieġ li s-setgħat ta' intervent bikri jinkludu s-setgħat diġà previsti fid-Direttiva 2013/36/UE għal ċirkostanzi oħra minbarra dawk ikkunsidrati bħala intervent bikri kif ukoll għal sitwazzjonijiet fejn huwa meqjus li huwa neċessarju li tiġi restawrata s-sodezza finanzjarja ta' istituzzjoni.

(20)  Huwa fl-interess ta' riżoluzzjoni effiċjenti, u b'mod partikolari fl-interess li jiġu evitati kunflitti ta' ġuriżdizzjoni, li ma jinfetaħ jew jitkompla l-ebda proċediment ta' insolvenza normali għall-istituzzjoni li tkun qed tfalli waqt li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun qed teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni tagħha jew tkun qed tapplika l-għodod ta' riżoluzzjoni, ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità ta' riżoluzzjoni jew bil-kunsens tagħha. Huwa utli u meħtieġ li jiġu sospiżi, għal perjodu limitat, ċerti obbligi kuntrattwali biex l-awtorità ta' riżoluzzjoni jkollha żmien suffiċjenti twettaq il-valwazzjoni u tpoġġi fil-prattika l-għodod ta' riżoluzzjoni. Jenħtieġ li dik is-setgħa tkun inkwadrata b'attenzjoni u tkun eżerċitata biss għall-iqsar żmien neċessarju għall-valwazzjoni jew biex jitqiegħdu fil-prattika l-għodod ta' riżoluzzjoni. Madankollu jenħtieġ li dik is-setgħa ma tapplikax għal depożiti koperti jew għal obbligi fir-rigward tal-parteċipazzjoni f'sistemi nominati skont id-Direttiva 98/26/KE, CCPs u banek ċentrali, inklużi CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA. Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni f'sistemi ta' saldu ta' ħlasijiet u titoli, b'mod partikolari billi tnaqqas it-tħarbit fil-każ tal-insolvenza ta' parteċipant f'tali sistema. Biex jiġi żgurat li dawk il-protezzjonijiet japplikaw b'mod adatt f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, filwaqt li tinżamm ċertezza adatta għall-operaturi ta' sistemi ta' ħlas u ta' titoli u għal parteċipanti oħra tas-suq, id-Direttiva 2014/59/UE jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprovdi li miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi jew miżura ta' ġestjoni ta' kriżi ma għandhiex bħala tali titqies bħala proċedimenti ta' insolvenza fis-sens tad-Direttiva 98/26/KE, diment li l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt ikomplu jitwettqu. Minkejja dan, jenħtieġ li xejn fid-Direttiva 2014/59/UE ma jippreġudika t-tħaddim ta' sistema nominata skont id-Direttiva 98/26/KE jew id-dritt għal titolu kollaterali garantit minn dik l-istess Direttiva.

(21)  Sabiex tkun evitata duplikazzjoni ta' rekwiżiti u biex ikunu applikati r-regoli adatti għall-irkupru u r-riżoluzzjoni effettivi ta' CCPs skont ir-Regolament (UE) Nru [riżoluzzjoni dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCP], jenħtieġ li d-Direttiva 2014/59/UE tkun emendata biex teskludi mill-ambitu tagħha dawk is-CCPs li fir-rigward tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012[11], l-Istati Membri japplikaw ċerti rekwiżiti għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE u għaldaqstant huma awtorizzati wkoll bħala istituzzjonijiet ta' kreditu.

(22)  L-esklużjoni ta' obbligazzjonijiet speċifiċi ta' istituzzjonijiet tal-kreditu jew ditti tal-investiment mill-applikazzjoni tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna (bail-in) jew minn setgħat biex ikunu sospiżi ċerti obbligi, ikun ristrett l-infurzar ta' interessi ta' sigurtà jew temporanjament jiġu sospiżi d-drittijiet ta' terminazzjoni fid-Direttiva 2014/59/UE, jenħtieġ li tkopri ugwalment l-obbligazzjonijiet fir-rigward ta' CCPs stabbiliti fl-Unjoni u fir-rigward ta' CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA.

(23)  Sabiex ikun żgurat fehim komuni tat-termini użati f'diversi strumenti legali, jixraq li fid-Direttiva 98/26/KE jiġu inkorporati d-definizzjonijiet u l-kunċetti introdotti mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward ta' "kontroparti ċentrali" jew "CCP" jew "parteċipant".

(24)  Biex ir-riżoluzzjoni tas-CCPs tkun implimentata effettivament, is-salvagwardji previsti fid-Direttiva 2002/47/KE[12] jenħtieġ li ma japplikaw għall-ebda restrizzjoni tal-infurzar ta' arranġament kollaterali finanzjarju jew fuq l-effett ta' arranġamenti kollaterali finanzjarju ta' sigurtà, kwalunkwe nnettjar bi close-out jew dispożizzjoni ta' kumpens imposti bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP].

(25)  Id-Direttiva 2012/30/UE[13], Id-Direttiva 2011/35/UE[14], Id-Direttiva 2005/56/KE[15], Id-Direttiva 2004/25/KE[16] u d-Direttiva 2007/36/KE[17], fihom regoli għall-protezzjoni tal-azzjonisti u l-kredituri ta' CCPs li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-Direttivi. F'sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jeħtieġ jaġixxu b'mod rapidu skont ir-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCO], dawk ir-regoli jistgħu jfixklu azzjoni ta' riżoluzzjoni effettiva u l-użu ta' għodda u setgħat ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li d-derogi skont id-Direttiva 2014/59/UE ikunu estiżi għall-atti meħuda skont ir-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP]. Sabiex ikun garantit il-livell massimu ta' ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li d-derogi jkunu definiti b'mod ċar u preċiż, u jenħtieġ li jintużaw biss fl-interess tal-pubbliku u meta t-triggers ta' riżoluzzjoni jkunu ġew issodisfati. L-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni jippresupponi li l-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni mniżżla fir-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP] ikunu ssodisfati. Sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet jistgħu jimponu sanzjonijiet meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP] ma jkunux ġew rispettati u li dawk is-setgħat ta' sanzjonijiet ikunu konsistenti mal-qafas legali ta' rkupru u riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra, jenħtieġ li l-ambitu tal-applikazzjoni tat-Titolu VIII tad-Direttiva 2014/59/UE jkopri wkoll ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP].

(26)  Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli uniformi dwar qafas ta' rkupru u riżoluzzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu previst f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex dawk l-objettivi jintlaħqu.

(27)  Biex ikun hemm żmien adatt għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw tnax-il xahar biex jittrasponu din id-Direttiva fil-liġijiet nazzjonali tagħhom mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha u li l-istituzzjonijiet ikkonċernati jkunu mitluba jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet il-ġodda fi żmien sitt xhur mid-data ta' traspożizzjoni.

(27a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar l-insolvenza jirriflettu b'mod korrett il-ġerarkija ta' assorbiment tat-telf taħt riżoluzzjoni, billi jiġu evitati diskrepanzi kbar bejn ir-riżoluzzjoni u l-oqfsa legali ta' insolvenza u jiżguraw li l-istrumenti kapitali regolatorji jassorbu t-telf kemm taħt riżoluzzjoni kif ukoll taħt insolvenza qabel il-bqija tal-pretensjonijiet subordinati.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1Emendi għad-Direttiva 2014/59/UE

1.  Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu (3) li ġej:

"3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawk il-kontropartijiet li fir-rigward tagħhom, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-Istati Membri japplikaw ċerti rekwiżiti għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet imniżżla fit-Titolu VIII ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta' penali applikabbli fejn ma kienx hemm konformità mar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs]."

1a.  Fl-Artikolu 2(1), il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(2) "istituzzjoni ta' kreditu" tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bl-eċċezzjoni tal-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 2(5a) u l-Artikolu 2(5b) tad-Direttiva 2013/36/UE;"

2.  Fl-Artikolu 2(1), punt (71), "obbligazzjonijiet eliġibbli" hija sostitwita b'"obbligazzjonijiet bail-inable".

3.  Fl-Artikolu 2(1), jiżdied il-punt li ġej:

"(71a)  "Obbligazzjonijiet eliġibbli" tfisser obbligazzjonijiet bail-inable li jirrispettaw, kif applikabbli, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45b jew il-punt (a) tal-Artikolu 45g(3)."

4.  Fl-Artikolu 2(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin (83a) u (83b), (109) u (110):

"(83a) "entità ta' riżoluzzjoni" tfisser entità stabbilita fl-Unjoni, li hija identifikata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 12 bħala entità li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni jipprevedi azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(83b)  "grupp ta' riżoluzzjoni" tfisser:

(a)  entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li mhumiex:

(i)  entitajiet ta' riżoluzzjoni huma stess;

(ii)  sussidjarji ta' entitajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn; jew

(iii)  entitajiet stabbiliti f'pajjiż terz li mhumiex inklużi fil-grupp ta' riżoluzzjoni skont il-pjan ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħhom;

(b)  istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati ma' korp ċentrali, il-korp ċentrali u kwalunkwe istituzzjoni oħra taħt il-kontroll tal-korp ċentrali meta mill-inqas waħda minn dawk l-entitajiet hija entità ta' riżoluzzjoni.

"(109) "membru tal-ikklirjar" tfisser membru tal-ikklirjar kif definit fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(110)   "bord" tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, stabbilit f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012".

5.  Fl-Artikolu 12, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, ifasslu pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp. Il-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandu jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta':

(a)  l-impriża prinċipali tal-Unjoni;

(b)  is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jinsabu fl-Unjoni;

(c)  l-entitajiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(1); u

(d)  soġġett għat-Titolu VI, is-sussidjarji li huma parti mill-grupp u li jinsabu barra mill-Unjoni.

F'konformità mal-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jidentifika għal kull grupp:

(a)  l-entitajiet ta' riżoluzzjoni;

(b)  il-gruppi ta' riżoluzzjoni.".

6.  Fl-Artikolu 12(3), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(a)  jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni pjanati li għandhom jittieħdu għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni fix-xenarji msemmija fl-Artikolu 10(3), u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-entitajiet ta' grupp oħra msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1), għall-impriża prinċipali u għall-istituzzjonijiet sussidjarji;

(b)  jeżamina l-punt safejn l-għodda u s-setgħat tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati u eżerċitati b'mod koordinat għall-entitajiet ta' riżoluzzjoni li jkunu jinsabu fl-Unjoni, inklużi l-miżuri biex jiġi faċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp bħala ħaġa waħda, jew linji jew attivitajiet ta' negozju separati li huma provduti minn għadd ta' entitajiet ta' grupp, jew entitajiet ta' grupp partikolari jew gruppi ta' riżoluzzjoni, u jidentifikaw kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;".

7.  Fl-Artikolu 12(3), il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e)  jistabbilixxi kwalunkwe azzjoni addizzjonali, mhux imsemmija f'din id-Direttiva, li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti bi ħsiebhom jieħdu fir-rigward tal-entitatjiet ta' riżoluzzjoni;".

8.  Fl-Artikolu 12(3), jiżdied il-punt (a1) li ġej:

"(a1) fejn grupp jinkludi aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed, jistabbilixxi azzjonijiet ta' riżoluzzjoni pjanati fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni u l-implikazzjonijiet ta' dawk l-azzjonijiet fuq:

  (i) entitajiet tal-grupp oħrajn li jappartjenu għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni;

  (ii) gruppi ta' riżoluzzjoni oħrajn.".

9.  Fl-Artikolu 13(4), is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

"Fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed, l-ippjanar tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a1) tal-Artikolu 12(3) għandu jieħu l-forma ta' deċiżjoni konġunta kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.".

10.  Fl-Artikolu 13(6), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fi żmien erba' xhur, kull awtorità ta' riżoluzzjoni li hija responsabbli għal sussidjarja u li ma taqbilx mal-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess u, fejn ikun il-każ, għandha tidentifika l-entità ta' riżoluzzjoni u tfassal u żżomm pjan ta' riżoluzzjoni għall-grupp ta' riżoluzzjoni magħmul minn entitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. Kull waħda mid-deċiżjonijiet individwali għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ, fost l-oħrajn billi tistipula r-raġunijiet tan-nuqqas ta' qbil mal-pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp propost u billi tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn. Kull awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-membri l-oħra tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.".

11.  Fl-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Grupp għandu jitqies bħala riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li jillikwidaw l-entitajiet fi grupp skont proċeduri normali ta' insolvenza jew li jirrisolvu dak il-grupp bl-applikazzjoni ta' għodda u setgħat ta' riżoluzzjoni fuq l-entitajiet ta' riżoluzzjoni ta' dak il-grupp filwaqt li jiġi evitat kemm jista' jkun possibbli li jkun hemm konsegwenzi negattivi sinifikanti fuq is-sistemi finanzjarji, inkluż f'ċirkostanzi ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istati Membri li fihom ikunu l-entitajiet fi grupp, jew ta' Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni u b'kunsiderazzjoni tal-garanzija ta' kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi li jitwettqu minn dawk l-entitajiet fi grupp, fejn dawn jistgħu jiġu separati faċilment f'waqthom jew b'xi mezz ieħor. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom jinnotifikaw lill-EBA fil-ħin kull meta grupp jitqies mhux riżolvibbli.".

12.  Fl-Artikolu 16, jiżdied il-paragrafu (4) li ġej:

"4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta' kull grupp ta' riżoluzzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssir flimkien mal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-grupp kollu kemm hu.".

13.  Fl-Artikolu 17(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fejn impediment sostantiv għal riżolvibbiltà ikun dovut għal sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 141a(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istituzzjoni għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċevuta ta' notifika magħmula skont il-paragrafu 1, tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni miżuri possibbli biex tiżgura li l-istituzzjoni tikkonforma mal-Artikoli 45f jew 45g u r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 128(6) tad-Direttiva 2013/36/UE.".

14.  Fl-Artikolu 17(5), jiddaħħal il-punt (h1) li ġej:

"(h1)  jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tippreżenta pjan biex tkun restawrata l-konformità mal-Artikolu 45f u 45g, u r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 128(6) tad-Direttiva 2013/36/UE;".

15.  Fl-Artikolu 17(5), jiddaħħal il-punt (j1) li ġej:

"(j1)  jitolbu lil istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), biex ibiddlu l-profil ta' maturità tal-punti msemmija fl-Artikolu 45b jew il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 45g(3) biex tkun żgurata konformità kontinwa mal-Artikolu 45f jew l-Artikolu 45g.".

16.  Fil-punti (i) u (j) tal-Artikolu 17(5), "l-Artikolu 45" huwa sostitwit b'"l-Artikolu 45f u l-Artikolu 45g".

17.  Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 1 sa 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, flimkien mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-kulleġġ superviżorju u mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu l-fergħat sinifikattivi safejn huwa rilevanti għall-fergħa sinifikattiva, għandha tikkunsidra l-valutazzjoni mitluba mill-Artikolu 16 fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tittieħed deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni ta' miżuri identifikati f'konformità mal-Artikolu 17(4) fir-rigward tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni kollha u s-sussidjarji tagħhom li huma entitajiet parti mill-grupp imsemmi fl-Artikolu 1(1).

2.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f'kooperazzjoni mas-superviżur konsolidattiv u l-EBA skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-impriża prinċipali tal-Unjoni, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji, li għandha tipprovdih lis-sussidjarji taħt is-superviżjoni tagħhom, u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikanti. Ir-rapport għandu jitħejja wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effettiva tal-għodda ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-grupp u l-gruppi ta' riżoluzzjoni fejn grupp ikun magħmul minn aktar minn grupp ta' riżoluzzjoni wieħed. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-impatt fuq il-mudell ta' negozju tal-istituzzjoni u jirrakkomanda kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fl-opinjoni tal-awtorità, hija meħtieġa jew adatta sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.

Fejn l-impediment għar-riżolvibbiltà tal-grupp huwa dovut għal sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 141a(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tinnotifika l-valutazzjoni tagħha ta' dak l-impediment lill-impriża prinċipali tal-Unjoni wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha.

3.  Fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċevuta tar-rapport, l-impriża prinċipali tal-Unjoni tista' tippreżenta osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp biex tirrimedja l-impedimenti identifikati fir-rapport.

Fejn dawk l-impedimenti huma dovuti għal sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 141a(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, l-impriża prinċipali tal-Unjoni għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tar-riċevuta ta' notifika magħmula skont il-paragrafu 2, tipproponi lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp miżuri possibbli biex ikunu indirizzati jew imneħħija dawk l-impedimenti.

4.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriża prinċipali tal-Unjoni lis-superviżur konsolidattiv, lill-EBA, lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji u lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet fejn jinsabu fergħat sinifikattivi safejn ikun rilevanti għall-fergħa sinifikattiva. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' ġurisdizzjonijiet fejn jinstabu fergħat sinifikanti, għandhom jagħmlu kull ma huwa fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali, u jekk ikun meħtieġ, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriża prinċipali tal-Unjoni u l-miżuri mitluba mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti, li għandhom jikkunsidraw l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.

5.  Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien erba' xhur mill-preżentazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża prinċipali tal-Unjoni jew mal-iskadenza tal-perjodu ta' erba' xhur imsemmi fil-paragrafu 3, skont liema jiġi l-ewwel.

Id-deċiżjoni konġunta dwar l-impediment għal riżolvibbiltà minħabba sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 141a(2) tad-Direttiva 2013/36/UE għandha tittieħed fi żmien ġimagħtejn mill-preżentazzjoni ta' kwalunkwe osservazzjoni mill-impriża prinċipali tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 3.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u mniżżla f'dokument li għandu jiġi provdut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp lill-impriża prinċipali tal-Unjoni.

L-EBA tista', fuq it-talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jilħqu deċiżjoni konġunta skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 5, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess dwar il-miżuri adatti li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 17(4) fil-livell tal-grupp jew tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun kompletament iġġustifikata u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tingħata lill-impriża prinċipali tal-Unjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Jekk, fi tmien il-perjodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perjodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 għandu jitqies bħala li hu l-perjodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar jew fi żmien ġimgħa meta r-riferiment għall-EBA jkun relatat ma' impediment għal riżolvibbiltà dovut għal sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 141a(2) tad-Direttiva 2013/36/UE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perjodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tapplika.

7.  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarji għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess dwar il-miżuri adatti li għandhom jittieħdu mis-sussidjarji fil-livell individwali skont l-Artikolu 17(4). Id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata bis-sħiħ u għandha tqis il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-oħrajn. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta lis-sussidjarja kkonċernata u lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

Jekk, fi tmien il-perjodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5, kwalunkwe awtorità ta' riżoluzzjoni tkun irreferiet kwistjoni msemmija fil-paragrafu 9 ta' dan l-Artikolu lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA. Il-perjodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 għandu jitqies bħala li hu l-perjodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar jew fi żmien ġimgħa meta r-riferiment lill-EBA jkun relatat ma' impediment għal riżolvibbiltà dovut għal ksur tal-Artikoli 45 sa 45i. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-EBA wara t-tmiem tal-perjodu rilevanti msemmi fil-paragrafu 5 jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA, id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarja għandha tapplika.".

20.  Fl-Artikolu 32(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) b'kunsiderazzjoni taż-żmien u ċirkustanzi rilevanti oħra, ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva mis-settur privat, inklużi miżuri minn IPS, jew azzjoni superviżorja, inklużi miżuri ta' intervent bikri jew ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' strumenti kapitali jew obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti skont l-Artikolu 59(2) meħuda fir-rigward tal-istituzzjoni, tkun tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli;".

20a.  Jiddaħħal l-Artikolu 32a li ġej:

"Artikolu 32aProċeduri ta' insolvenza fir-rigward tal-istituzzjonijiet li ma jkunux soġġetti għal azzjoni ta' riżoluzzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-liġi nazzjonali li tirregola l-proċeduri ta' insolvenza normali, istituzzjoni li fir-rigward tagħha dawn kollha li ġejjin japplikaw tkun soġġetta għal proċeduri normali ta' insolvenza:

(a)  tkun qed tfalli jew aktarx li tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1); u

(b)  b'kont meħud taż-żmien u ċ-ċirkostanzi l-oħra rilevanti, ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva mis-settur privat, meħuda fir-rigward tal-istituzzjoni, inklużi miżuri mill-IPS, jew azzjoni ta' superviżjoni, inklużi miżuri ta' intervent bikri jew ta' valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni ta' strumenti kapitali skont l-Artikolu 59(2), tista' tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 32(1); u

(c)  l-awtorità ta' riżoluzzjoni tkun iddeterminat li azzjoni ta' riżoluzzjoni ma tkunx fl-interess pubbliku skont il-punt (c) tal-Artikolu 32(1)."

21.  Fl-Artikolu 33, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1), meta dik l-entità tirrispetta l-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 32(1).

3.  Meta l-istituzzjonijiet sussidjarji ta' kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta huma miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja, il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprovdi li l-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja tkun identifikata bħala entità ta' riżoluzzjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja intermedja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma jiħdux azzjonijiet ta' riżoluzzjoni għall-finijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja ta' attività mħallta.

4.  Soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u minkejja l-fatt li entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tirrispettax il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 32(1), l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(a)  l-entità hija entità ta' riżoluzzjoni;

(b)  waħda jew aktar mis-sussidjarji ta' dik l-entità li huma istituzzjonijiet, iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 32(1);

(c)  l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' dawk is-sussidjarji huma tali li l-falliment tagħhom jhedded il-grupp ta' riżoluzzjoni bħala ħaġa waħda u azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) hija neċessarja għar-riżoluzzjoni ta' tali sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni rilevanti bħala ħaġa waħda.".

21a.  Jiddaħħal l-Artikolu 33a li ġej:

Artikolu 33a

Setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, wara li jikkonsultaw mal-awtorità kompetenti, ikollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja skont kwalunkwe kuntratt li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tkun parti fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

  (a)  ikun ġie ddeterminat li istituzzjoni jew entità qed tfalli jew aktarx li tfalli skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1);

  (b)   ma jkun hemm l-ebda miżura tas-settur privat disponibbli minnufih fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 32(1) li tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni;

  (c)   l-eżerċizzju tas-setgħa ta' sospensjoni ikun kemm:

(1)    meħtieġ sabiex tiġi evitata d-deterjorazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1); kif ukoll

(2)(i)    meħtieġ biex tinkiseb id-determinazzjoni prevista fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 32(1); jew

(2)(ii)   meħtieġ biex jintgħażlu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni xierqa jew biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar.

2.  Iż-żmien ta' sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż il-perjodu minimu ta' żmien li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis neċessarju għall-finijiet indikati f'dak il-paragrafu u, fi kwalunkwe każ m'għandux jaqbeż jumejn ta' xogħol.

3.  Meta jiskadi l-perjodu ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 2, is-sospensjoni għandha titneħħa.

4.  Meta sospensjoni tkun seħħet skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe eżerċizzju tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 69 fir-rigward tal-istess entità m'għandux isseħħ sakemm ma jkunux għaddew tal-anqas 10 ijiem xogħol wara t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.  Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandha tapplika la għall-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura f'konformità mad-Direttiva 98/26/KE, la għal CCPs jew CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u lanqas għal banek ċentrali.

6.  Meta tiddetermina jekk teżerċitax setgħa skont dan l-Artikolu, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tasal għal deċiżjoni fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-impatt li l-eżerċitar ta' dik is-setgħa jista' jkollu fuq il-funzjonament tajjeb tas-swieq finanzjarji. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni tas-sospensjoni abbażi taċ-ċirkustanzi ta' kull każ. B'mod partikolari, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta bir-reqqa l-adegwatezza tal-inklużjoni tad-depożiti koperti fil-kamp ta' applikazzjoni tas-sospensjoni.

7.  Meta setgħa tas-sospensjoni tal-obbligi ta' ħlas jew ta' konsenja skont dan l-Artikolu tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti koperti, dawk id-depożiti m'għandhomx jitqiesu bħala mhux disponibbli għall-finijiet tal-punt (8) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE.

8.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn is-setgħa tas-sospensjoni tal-obbligu ta' ħlas jew konsenja tiġi eżerċitata fir-rigward ta' depożiti koperti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jippermettu lid-depożitanti jirtiraw kwota xierqa ta' kuljum għall-perjodu tas-sospensjoni.

9.  L-obbligu ta' ħlas jew konsenja li kien ikun dovut matul il-perjodu tas-sospensjoni għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza ta' dak il-perjodu.

10.  Jekk l-obbligi ta' ħlas jew konsenja fl-ambitu ta' kuntratt jiġu sospiżi skont il-paragrafu 1, l-obbligi ta' ħlas jew konsenja tal-kontropartijiet tal-entità fl-ambitu ta' dak il-kuntratt għandhom jiġu sospiżi għall-istess perjodu ta' żmien.

11.  Għal istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li fir-rigward tagħha l-pjan ta' riżoluzzjoni jipprevedi li l-istituzzjoni jew l-entità għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw regoli li jeċċedu l-kamp ta' applikazzjoni u t-tul tas-setgħa ta' sospensjoni prevista f'dan l-Artikolu. Il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu għall-użu tas-setgħa ta' sospensjoni huma mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet għal tali regoli nazzjonali ta' portata usa'.

22.  Fl-Artikolu 44(2), il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(f) obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' inqas minn sebat ijiem, dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba skont id-Direttiva 98/26/UE jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs ċentrali ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA;"

22a.  Fl-Artikolu 44, jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:

"2a. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet jew lill-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) milli jagħmlu xi suġġeriment, komunikazzjoni jew rappreżentazzjoni li obbligazzjoni, li ma tkunx elenkata fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ma tkunx soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni. Kwalunkwe ksur ta' din il-projbizzjoni għandu jkun soġġett għal penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn skont l-Artikoli 110 u 111.

2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, l-istrumenti ta' dejn imsemmija fl-Artikolu 108(2) jitqiesu bħala kumplessi u li d-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva fir-rigward tal-kunflitt ta' interess jiġu infurzati b'mod strett b'rabta mal-bejgħ ta' tali strument lil klijenti eżistenti tal-istituzzjoni emittenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti ta' investiment jitqiesu bħala li mhumiex qegħdin jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2014/65/UE meta jħallsu jew jitħallsu kwalunkwe tariffa jew kummissjoni, jew jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwalunkwe benefiċċju mhux monetarju jew kull meta dawn ma jiddivulgawx linji gwida interni speċifiċi b'rabta mat-tqegħid fis-suq ta' dejn superjuri mhux bi preferenza lill-investituri li ma jikkwalifikawx bħala professjonisti skont dik id-Direttiva."

23.  L-Artikolu 45 huwa sostitwit bl-Artikoli li ġejjin:

"Article 45Applikazzjoni u kalkolu tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jissodisfaw, f'kull ħin, rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikoli 45 sa 45i.

2.  Ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 45c(3) jew (4), kif applikabbli, bħala l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjoni eliġibbli u espress bħala perċentwali ta':

(a)  l-ammont ta' esponiment għar-riskju totali tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,

(b)  il-miżura tal-esponiment tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 kalkulat skont l-Artikolu 429(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2a.  L-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jistgħu jissodisfaw kwalunkwe parti mir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, jew bi strumenti tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali.

2b.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw perjodu tranżitorju xieraq għal istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) biex jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45f jew 45g jew ma' rekwiżit li jinħoloq b'riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(3), kif xieraq. L-iskadenza għall-konformità mar-rekwiżiti fl-Artikoli 45f jew 45g jew ma' rekwiżit li jinħoloq b'riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(3) għandha tkun l-1 ta' Jannar 2024.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiddetermina livell ta' objettiv intermedju għar-rekwiżiti fl-Artikoli 45f jew 45g jew għal rekwiżit li jinħoloq b'riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(3), kif xieraq. Istituzzjoni jew entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) għandha tikkonforma ma' dak il-livell ta' objettiv intermedju fl-1 ta' Jannar 2022. Il-livell ta' objettiv intermedju għandu jiżgura akkumulazzjoni lineari tal-obbligazzjonijiet eliġibbli u ta' fondi proprji lejn il-konformità ma' dak ir-rekwiżit.

Artikolu 45aEżenzjoni mir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.  Minkejja l-Artikolu 45, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jeżentaw mir-rekwiżit imniżżel fl-Artikolu 45(1) lill-istituzzjonijiet ta' kreditu ipotekarju ffinanzjati minn bonds koperti li, skont il-liġi nazzjonali ma jistgħux jirċievu depożiti fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha huma ssodisfati:

(a)  dawk l-istituzzjonijiet ser jiġu stralċjati permezz ta' proċeduri ta' insolvenza nazzjonali, jew tipi oħra ta' proċedura implimentati skont l-Artikoli 38, 40 jew 42, stabbiliti għal dawk l-istituzzjonijiet;

(b)  tali proċeduri ta' insolvenza nazzjonali, jew tipi ta' proċeduri oħra, ser jiżguraw li l-kredituri ta' dawk l-istituzzjonijiet, inklużi d-detenturi ta' bonds koperti fejn ikun rilevanti, ser iġarrbu t-telf b'mod li jissodisfa l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

2.  L-istituzzjonijiet eżentati mir-rekwiżit imniżżel fl-Artikolu 45(1) ma għandhomx ikunu parti mill-konsolidazzjoni msemmija fl-Artikolu 45f(1).

Artikolu 45bObbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.  L-obbligazzjonijiet eliġibbli għandhom jiġu inklużi fl-ammont tal-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni biss meta dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli li ġejjin tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a)  l-Artikolu 72a;

(b)  l-Artikolu 72b, bl-eċċezzjoni tal-punt (d) tal-paragrafu 2;

(c)  l-Artikolu 72c.

1a.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-obbligazzjonijiet maħruġa qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja] li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (g) sa (o) tal-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jiġu inklużi fl-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-entitajiet ta' riżoluzzjoni inklużi fl-MREL.

2.  B'deroga mill-punt (l) tal-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn strumenti ta' dejn b'karatteristiċi derivattivi, bħal noti strutturati, għandhom jiġu inklużi fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli biss fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jiġu ssodisfati:

(a)  ammont partikolari tal-obbligazzjoni li tirriżulta mill-istrument ta' dejn ikun magħruf minn qabel fil-mument tal-ħruġ, ikun fiss u ma jkunx affettwat minn karatteristika derivattiva;

(b)  l-istrument ta' dejn, inkluża l-karattteristika derivattiva tiegħu, ma jkunx soġġett għal xi ftehim ta' nnettjar u l-valwazzjoni tiegħu mhix soġġetta għall-Artikolu 49(3);

(ba)  l-entità tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li l-istrument jassorbi t-telf b'mod sostanzjali u jista' jkun soġġett għal rikapitalizzazzjoni interna mingħajr kumplessità żejda, b'kont meħud tal-prinċipji tal-valutazzjoni prudenzjali stabbiliti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-obbligazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu inklużi biss fl-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għall-parti li tikkorrispondi mal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

3.  Wara li jikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw u jiddeċiedu jekk u kemm ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f huwa ssodisfat mill-entitajiet ta' riżoluzzjoni bi strumenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bil-ħsieb li jkun żgurat li l-entità ta' riżoluzzjoni tista' tiġi riżolta b'mod adatt biex ikunu ssodisfati l-objettivi ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni skont dan il-paragrafu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Dawn ir-raġunijiet għandhom ikunu bbażati fuq li ġej:

(a)  il-fatt li l-obbligazzjonijiet nonsubordinati msemmija fl-ewwel u fit-tieni paragrafi għandhom l-istess klassifikazzjoni ta' prijorità fil-ġerarkija ta' insolvenza nazzjonali bħal ċerti obbligazzjonijiet li huma esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3);

(b)  ir-riskju li b'riżultat ta' applikazzjoni ppjanata ta' setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għal obbligazzjonijiet non-subordinati li mhumiex esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikolu 44(2) jew l-Artikolu 44(3), il-kredituri ta' pretensjonijiet li jirriżultaw minn dawk l-obbligazzjonijiet iġarrbu telf akbar milli kienu kieku jġarrbu fi stralċ skont proċedimenti ta' insolvenza normali.

L-ammont ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meħtieġ minn deċiżjoni skont dan il-paragrafu li jiġu ssodisfati bl-istrumenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 72a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 m'għandux jisboq l-ogħla wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;

(b)  proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6,75 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament,

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 72b(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali speċifikati fl-Artikolu 494 ta' dak ir-Regolament.

Soġġett għat-tielet subparagrafu, l-ammont ta' fondi proprji u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli meħtieġ b'deċiżjoni skont dan il-paragrafu għandu jkun suffiċjenti biex ikun żgurat li l-kredituri msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu ma jġarrbux telf 'il fuq mil-livell ta' telf li kieku kienu jġarrbu fi stralċ skont proċedimenti ta' insolvenza normali.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 dwar miżuri biex ikunu speċifikati ulterjorment il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Artikolu 45cDeterminazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.  Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' kull entità għandu jiġi determinat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, f'kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)  il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-entità ta' riżoluzzjoni tista' tiġi riżolta bl-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni inkluża, fejn ikun il-każ, l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b)  il-ħtieġa li jiġi żgurat, f'każijiet adatti, li l-entità ta' riżoluzzjoni u s-sussidjarji tagħha li huma istituzzjonijiet, iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni, ikollhom obbligazzjonijiet eliġibbli biżżejjed biex ikun żgurat li, jekk l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna jew is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni kellhom jiġu applikati għalihom, rispettivament, it-telf ikun jista' jiġi assorbit u l-proporzjon kapitali totali u l-proporzjoni ta' ingranaġġ fil-forma tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, tal-entitajiet rilevanti jkunu jistgħu jiġu restawrati għal livell neċessarju biex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għal awtorizazzjoni u biex ikomplu bl-attivitajiet li huma awtorizzati għalihom skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(c)  il-ħtieġa li jkun żgurat li, jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) jew jistgħu jiġu trasferiti fl-intier tagħhom lil benefiċjarju skont trasferiment parzjali, l-entità ta' riżoluzzjoni għandha obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn suffiċjenti biex tiżgura li t-telf ikun jista' jiġi assorbit u r-rekwiżiti ta' kapital, jew kif applikabbli, il-proporzjon ta' ingranaġġ fil-forma tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-entità ta' riżoluzzjoni, ikunu jistgħu jiġu restawrati għal livell neċessarju biex jagħmluha possibbli li hi tkomplu tikkonforma mal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni u biex tkompli bl-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE;

(d)  id-daqs, il-mudell tan-negozju, il-mudell ta' finanzjament u l-profil tar-riskju tal-entità;

(f)  il-punt kemm il-falliment tal-entità jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż, minħabba l-interkonnettività tal-entità ma' istituzzjonijiet jew entitajiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja permezz ta' kontaġju lil istituzzjonijiet jew entitajiet oħra.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-livell tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 12a(1) ikun proporzjonat mal-ispeċifiċitajiet tal-mudelli ta' negozju u ta' finanzjament tal-entità ta' riżoluzzjoni, filwaqt li jitqiesu:

(i)  il-prevalenza tad-depożiti fl-istruttura ta' finanzjament;

(ii)  in-nuqqas ta' esperjenza fil-ħruġ ta' strumenti ta' dejn minħabba l-aċċess limitat għas-swieq tal-kapital transfruntiera u tal-operaturi;

(iii)  il-fatt li l-istituzzjoni se tiddependi primarjament fuq l-istrumenti CET1 u l-istrumenti kapitali biex tissodisfa r-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1).

2.  Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li għandha tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni skont ix-xenarju ta' riżoluzzjoni rilevanti msemmi fl-Artikolu 10(3), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandha jkun daqs ammont suffiċjenti biex ikun żgurat li:

(a)  it-telf li jista' jkun mistenni li jiġġarrab mill-entità jkun kompletament assorbit ("assorbiment ta' telf");

(b)  l-entità jew is-sussidjarji tagħha li jkunu istituzzjonijiet, iżda mhux entitajiet ta' riżoluzzjoni huma rikapitalizzati sa livell neċessarju biex ikunu jistgħu jkomplu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni u jwettqu l-attivitajiet li għalihom huma awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew leġiżlazzjoni ekwivalenti ("rikapitalizzazzjoni");

Fejn il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li l-entità għandha tkun stralċjata skont proċedimenti ta' insolvenza normali, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għal dik l-entità ma għandux jaqbeż ammont suffiċjenti biex jassorbi t-telf skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

2a.  L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li l-ammont ta' assorbiment tat-telf imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 ma jiġix awtomatikament ikkunsidrat li huwa akbar minn jew daqs il-livell reali ta' fondi proprji tal-entità.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-aħħar subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għal entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkalkula l-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  it-total ta':

(i) l-ammont ta' telf li jrid jiġi assorbit f'riżoluzzjoni li jikkorrispondi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni,

(ii) ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta minn riżoluzzjoni biex jirrestawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' kapital totali tiegħu msemmi fl-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni ppreferuta;

(b)  it-total ta':

(i) l-ammont ta' telf li għandu jiġi assorbit f'riżoluzzjoni li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta' proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità ta' riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 92(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni; u

(ii) ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti li l-grupp ta' riżoluzzjoni li jirriżulta mir-riżoluzzjoni biex jirrestawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ imsemmi fl-Artikolu 92(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni wara l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni ppreferuta;

Għall-finijiet tal-punti (a)(ii) u b(ii) tal-ewwel subparagrafu, l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni għandu jiġi ssupplimentat ukoll b'ammont addizzjonali li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis neċessarju biex iżżomm biżżejjed fiduċja tas-suq wara r-riżoluzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-mudell ta' negozju, il-mudell ta' finanzjament u l-profil ta' riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni.

L-ammont ta' bafer ipprovdut fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż l-ammont tar-rekwiżit ta' bafer kombinat imsemmi fl-Artikolu 128(6) tad-Direttiva 2013/36/UE, ħlief għar-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) ta' dik id-dispożizzjoni, diment li livell ogħla ma jkunx neċessarju biex ikun żgurat li, wara l-każ ta' riżoluzzjoni, l-entità tkompli tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħha għal perjodu ta' żmien adatt li mhux itwal minn sena.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont kalkolat skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu diviż bl-ammont ta' esponiment għar-riskju totali.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 45(2), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont kalkolat skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu diviż bil-miżura ta' esponiment tal-proporzjoni ta' ingranaġġ.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni li ssir referenza għalihom fis-subparagrafi preċedenti skont l-azzjonijiet ta' riżoluzjoni previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni u tista' taġġusta dawk l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni biex ikunu jirriflettu b'mod xieraq ir-riskji li jaffettwaw ir-riżolvibbiltà li toħroġ mill-mudell ta' negozju, il-profil ta' finanzjament u l-profil ta' riskju globali tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

3a.  Meta l-awtorità ta' riżoluzzjoni tivvaluta li istituzzjoni, kieku kellha tfalli, tiġi likwidati jew inkella titqiegħed taħt proċedimenti ta' insolvenza, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' din id-Direttiva m'għandux jaqbeż ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-aħħar subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għal entitajiet li mhumiex huma nfushom entitajiet ta' riżoluzzjoni, sabiex jiġi ddeterminat l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkalkula l-ikbar wieħed minn ▌dawn li ġejjin:

(a)  it-total ta':

(i) l-ammont ta' telf li jrid jiġi assorbit f'riżoluzzjoni li jikkorrispondi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 92(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-entità, u

(ii) ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità biex tirrestawra l-konformità mar-rekwit tal-proporzjon ta' kapital totali tagħha msemmi fl-Artikolu 92(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-rekwiżit tiegħu msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE wara l-eżerċitar tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali u obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti skont l-Artikolu 59 ta' din id-Direttiva;

(b)  it-total ta':

(i) l-ammont ta' telf li jrid jiġi assorbit f'riżoluzzjoni li jikkorrispondi mal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entità msemmi fl-Artikolu 92(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u

(ii) ammont ta' rikapitalizzazzjoni li jippermetti lill-entità biex tirrestawra l-konformità mar-rekwiżit tal-proporzjon ta' ingranaġġ tagħha msemmi fl-Artikolu 92(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 wara l-eżerċitar tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 59 ta' din id-Direttiva;

Għall-finijiet tal-punti (a)(ii) u b(ii) tal-ewwel subparagrafu, l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni għandu jiġi ssupplimentat ukoll b'ammont addizzjonali li l-awtorità ta' riżoluzzjoni tqis neċessarju biex iżżomm biżżejjed fiduċja tas-suq wara r-riżoluzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-mudell ta' negozju, il-mudell ta' finanzjament u l-profil ta' riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni.

L-ammont ta' bafer ipprovdut fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż l-ammont tar-rekwiżit ta' bafer kombinat imsemmi fl-Artikolu 128(6) tad-Direttiva 2013/36/UE, ħlief għar-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) ta' dik id-dispożizzjoni, diment li livell ogħla ma jkunx neċessarju biex ikun żgurat li, wara l-każ ta' riżoluzzjoni, l-entità tkompli tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħha għal perjodu ta' żmien adatt li mhux itwal minn sena.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 45(2)(a), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont kalkolat skont il-punt (a) diviż bl-ammont ta' esponiment għar-riskju totali.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 45(2)(b), ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) għandu jkun espress f'termini perċentwali bħala l-ammont kalkolat skont il-punt (b) diviż bil-miżura ta' esponiment tal-proporzjoni ta' ingranaġġ.

L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni li ssir referenza għalihom fis-subparagrafi preċedenti skont l-azzjonijiet ta' riżoluzjoni previsti fil-pjan ta' riżoluzzjoni u tista' taġġusta dawk l-ammonti ta' rikapitalizzazzjoni biex ikunu jirriflettu b'mod xieraq ir-riskji li jaffettwaw il-ħtiġijiet ta' rikapitalizzazzjoni li joħorġu mill-mudell ta' negozju, il-profil ta' finanzjament u l-profil ta' riskju globali tal-entità.

5.  Fejn l-awtorità ta' riżoluzzjoni tistenna li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 44(3) jew jistgħu jiġu trasferiti fl-intier lil benefiċjarju skont trasferiment parzjali, ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ma għandux jaqbeż ammont suffiċjenti biex:

(a)  ikopri l-ammont ta' obbligazzjonijiet eklużi identifikati skont l-Artikolu 44(3);

(b)  jiżgura li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma ssodisfati.

6.  Id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li timponi rekwiżit minimu ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont dan l-Artikolu għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluża valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 2 sa 5.

7.  Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4, ir-rekwiżiti kapitali għandhom jiġu interpretati f'konformità mal-applikazzjoni tal-awtorità kompetenti ta' dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fil-Kapitoli 1, 2 u 4 tat-Titolu I tal-Għaxar Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jeżerċitaw l-opzjonijiet mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti b'dak ir-Regolament.

8.  L-EBA għandha tabbozza standards tekniċi regolatorji li għandhom jispeċifikaw ulterjorment il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 li abbażi tagħhom ir-rekwiżit għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet permissibbli għandu jiġi determinat skont dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards regolatorji lill-Kummissjoni sa [xahar wieħed (1) wara d-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 45dDeterminazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' G-SIIs

1.  Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' entità ta' riżoluzzjoni li hija G-SII jew parti minn G-SII għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)  soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 72b(3) u (4), u d-dispożizzjonijiet tranżitorji speċifikati fl-Artikolu 494 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ikbar wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)  proporzjon ibbażat fuq ir-riskju ta' 18 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkulat skont l-Artikolu 92(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;

(ii)  proporzjon mhux ibbażat fuq ir-riskju ta' 6,75 %, li jirrappreżenta l-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni espress bħala perċentwal tal-kejl totali tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 429(4) ta' dak ir-Regolament; u

(b)  kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli determinati mill-awtorità ta' riżoluzzjoni speċifika għall-entità skont il-paragrafu 2, li għandu jiġi ssodisfat b'obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45b(1) u (2).

2.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' timponi rekwiżit addizzjonali għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 biss:

(a)  fil-każ fejn ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 mhuwiex suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 45c; u

(b)  sal-punt li l-ammont ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli meħtieġa ma jaqbiżx livell li huwa neċessarju biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45c.

3.  Fejn aktar minn entità ta' G-SII waħda li tappartjeni għall-istess G-SII tal-UE tkun entità ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti għandhom jikkalkulaw l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2.

(a)  għal kull entità ta' riżoluzzjoni,

(b)  għall-entità prinċipali tal-Unjoni bħal li kieku kienet l-unika entità ta' riżoluzzjoni tal-G-SII tal-UE.

4.  Id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni li timponi rekwiżit addizzjonali ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, għandu jkun fiha r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni, inkluża valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 45fApplikazzjoni tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.  L-entitajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 45c sal-Artikolu 45e fuq bażi konsolidata fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni.

2.  Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' entità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat għandu jkun determinat skont l-Artikolu 45h, abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 45c sa 45e u ta' jekk is-sussidjarji ta' pajjiżi terzi tal-grupp għandhom jiġu riżolti b'mod separat skont il-pjan ta' riżoluzzjoni.

2a.  Għall-gruppi ta' riżoluzzjoni kif iddefiniti fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1)(83b), l-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti għandha tiddeċiedi liema entitajiet ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, identifikati skont dik id-dispożizzjoni, jikkonformaw mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45c(3), biex jiġi żgurat li l-grupp ta' riżoluzzjoni kollu kemm hu jikkonforma mar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 45gApplikazzjoni tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli għal entitajiet li mhumiex huma nfushom entitajiet ta' riżoluzzjoni

1.  Istituzzjonijiet li huma sussidjarji ta' entità ta' riżoluzzjoni u mhumiex entitatajiet ta' riżoluzzjoni huma nfushom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 45c ▌fuq bażi individwali. Awtorità ta' riżoluzzjoni tista', wara li tkun ikkonsultat mal-awtorità kompetenti, tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżit stabbilit f'dan l-Artikolu għal entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li hija sussidjarja ta' entità ta' riżoluzzjoni u li mhix entità ta' riżoluzzjoni hija nnifisha.

Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' entità msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun determinat skont l-Artikolu 45h u abbażi tar-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 45c▌.

2.  Ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta' entitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-entità ta' riżoluzzjoni tikkonforma mar-rekwiżit konsolidat imsemmi fl-Artikolu 45f;

(b)  it-total tar-rekwiżiti kollha li għandhom jiġu applikati għas-sussidjarji ta' grupp ta' riżoluzzjoni għandu jkun kopert minn, u ma jaqbiżx, ir-rekwiżit konsolidat imsemmi fl-Artikolu 45f diment li dan ma jkunx dovut biss għall-effetti tal-konsolidazzjoni fil-livell tal-grupp ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45f(1).

(c)  ir-rekwiżit għandu jiġi stabbilit għal bejn 75 % u 90 % tar-rekwiżiti kkalkolati f'konformità mal-Artikolu 45(1) u ma għandux jaqbeż il-kontribuzzjoni tas-sussidjarja għar-rekwiżit konsolidat imsemmi fl-Artikolu 45f(1).

(d)  huwa għandu jirrispetta l-kriterji ta' eliġibbiltà previsti fil-paragrafu 3.

3.  Ir-rekwiżit għandu jiġi ssodisfat b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)  obbligazzjonijiet li:

(i) huma maħruġin lill-entità ta' riżoluzzjoni u mixtrija minnha direttament jew indirettament permezz ta' entitajiet oħrajn fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni li xtara l-obbligazzjonijiet mill-entità soġġetta għan dan l-Artikolu jew minn parti kkonċernata eżistenti li ma tagħmilx parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni diment li l-eżerċitar tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;

(ii) jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 72a, ħlief għall-punt (b) tal-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(iii) qed jikklassifikaw fi proċedimenti ta' insolvenza normali skont obbligazzjonijiet minbarra dawk eliġibbli għal rekwiżiti ta' fondi proprji li huma maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet oħra minbarra l-entità ta' riżoluzzjoni;

(iv) huma soġġetti għas-setgħa ta' valutazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 li hija konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari billi ma jiġix affettwat il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni.

(b)  strumenti ta' fondi proprji maħruġa lil u mixtrija minn entitajiet oħra minbarra l-entità ta' riżoluzzjoni meta l-eżerċitar tas-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni.

3a.  B'deroga mill-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-obbligazzjonijiet maħruġa qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja] li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (g) sa (o) tal-Artikolu 72b(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistgħu jiġu inklużi fl-ammont tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli.

5.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' sussidjarja li mhix entità ta' riżoluzzjoni tista' tirrinunzja kompletament l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal dik is-sussidjarja meta:

(a)  kemm is-sussidjarja kif ukoll l-entità ta' riżoluzzjoni huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni mill-istess awtorità kompetenti, jew huma t-tnejn lokalizzati fi Stati Membri parteċipanti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(b)  l-entità ta' riżoluzzjoni tikkonforma fuq bażi sub-konsolidata mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 45f;

(c)  ma hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali attwali jew previst għat-trasferiment minnufih ta' fondi proprji jew ħlas lura ta' obbligazzjonijiet mill-entità ta' riżoluzzjoni lis-sussidjarja fir-rigward ta' liema saret determinazzjoni skont l-Artikolu 59(3), b'mod partikolari meta azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed fir-rigward tal-entità ta' riżoluzzjoni;

(d)  L-entità ta' riżoluzzjoni tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward it-tmexxija prudenti tas-sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-kunsens tal-awtorità kompetenti, li hi tiggarantixxi l-impenji li s-sussidjarja tkun daħlet għalihom, jew ir-riskji fis-sussidjarja ma huma tal-ebda sinifikat;

(e)  il-proċeduri tal-evalwazzjoni, il-kalkolu u l-kontroll tar-riskju tal-entità ta' riżoluzzjoni jkopru s-sussidjarja;

(f)  l-entità ta' riżoluzzjoni għandha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tas-sussidjarja jew għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tas-sussidjarja;

5a.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' entità tal-grupp ta' riżoluzzjoni li mhix entità ta' riżoluzzjoni għandha tikkunsidra, u wara dan tista' tirrinunzja parzjalment jew kompletament, l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 għal dik l-entità meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)  l-entità ta' riżoluzzjoni tal-grupp ta' riżoluzzjoni tkun il-korp ċentrali ta' netwerk jew ta' grupp kooperattiv;

(b)  l-entità tkun istituzzjoni ta' kreditu affiljata b'mod permanenti ma' dak il-korp ċentrali.

(c)  il-membri tan-netwerk ikunu soġġetti għal mekkaniżmu ta' solidarjetà intern b'bażi legali.

Artikolu 45hProċedura għad-determinazzjoni tar-rekwiżit

1.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-livell tal-grupp, fejn din tkun differenti minn ta' qabel, u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali għandhom jagħmlu kollox fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar:

(a)  l-ammont tar-rekwiżit applikat fil-livell konsolidat għal kull riżoluzzjoni ta' entità;

(b)  L-ammont tar-rekwiżit applikat għal kull sussidjarja tal-entità ta' riżoluzzjoni fuq livell individwali.

Id-deċiżjoni konġunta għandha tiżgura l-konformità mal-Artikolu 45f u l-Artikolu 45g, tkun kompletament ġustifikata u pprovduta lil:

(a)  l-entità ta' riżoluzzjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tagħha;

(b)  is-sussidjarji tal-entità ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rispettivi tagħhom;

(c)  l-impriża prinċipali tal-Unjoni tal-grupp mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni, meta l-impriża prinċipali tal-Unjoni ma tkunx hi nnifisha entità ta' riżoluzzjoni mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni.

2.  Fejn aktar minn entità G-SII waħda li jkunu jappartjenu għall-istess G-SII tal-UE tkun entità ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddiskutu u, fejn ikun il-każ u b'mod konsistenti mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni tal-G-II, jaqblu fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 72e tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u kwalunkwe aġġustament biex tkun minimizzata jew eliminata d-differenza bejn it-total tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(3) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitatjiet ta' riżoluzzjoni individiwali u s-somma tal-ammonti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(3) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Tali aġġustament jista' jiġi applikat skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-aġġustament jista' jiġi applikat fir-rigward tad-differenzi fil-kalkolu tal-ammonti ta' esponiment tar-riskju totali bejn l-Istati Membri rilevanti billi jiġi aġġustat il-livell tar-rekwiżit;

(b)  l-aġġustament ma għandux jiġi applikat biex ikunu eliminati d-differenzi li jirriżultaw mill-esponimenti bejn il-gruppi ta' riżoluzzjoni.

It-total tal-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 45d(3) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal entitajiet ta' riżoluzzjoni individwali m'għandu ikun iktar baxx mis-somma tal-ammonti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45d(3) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.  Fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta fi żmien erba' xhur, għandha tittieħed deċiżjoni skont il-paragrafi 4 sa 6.

4.  Fejn deċiżjoni konġunta ma tittiħiedx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar ir-rekwiżit konsolidat, għandha tittieħed deċiżjoni dwar ir-rekwiżit konsolidat mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni wara li tkun debitament ikkunsidrat:

(a)  il-valutazzjoni tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti,

(b)  l-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, fejn din tkun differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni.

Jekk, fit-tmien il-perjodu ta' erba' xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tiddifferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont id-deċiżjoni tal-EBA.

Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-EBA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità.

5.  Fejn deċiżjoni konġunta ma tittiħiedx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit li għandu jiġi applikat għas-sussidjarji tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rispettivi tas-sussidjarji fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)  il-fehmiet u r-riżervi espressi mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni ġew debitament meqjusa, u

(b)  l-opinjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ġiet debitament meqjusa fejn dik l-awtorità tkun differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni;

(c)  il-konformità mal-Artikolu 45g(2) ġiet valutata.

Jekk, fi tmien il-perijodu ta' erba' xhur, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tkun irreferiet il-kwistjoni lill-EBA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni responsabbli mis-sussidjarji fuq bażi individwali għandhom jiddiferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-EBA tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom skont id-deċiżjoni tal-EBA. Id-deċiżjoni tal-EBA għandha tqis il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira ta' dak ir-Regolament. L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar.

Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-EBA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.

Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-EBA fi żmien xahar, id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tas-sussidjarji għandhom japplikaw.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni mittieħda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandha tiġi analizzata u fejn huwa rilevanti aġġornata fuq bażi regolari.

6.  Fejn deċiżjoni konġunta ma tittiħiedx fi żmien erba' xhur minħabba nuqqas ta' qbil dwar il-livell tar-rekwiżit konsolidat u l-livell tar-rekwiżit li għandu jiġi applikat għas-sussidjarji tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali, dan li ġej għandu japplika:

(a)  għandha tittieħed deċiżjoni dwar ir-rekwiżit konsolidat skont il-paragrafu 4;

(b)  Għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-livell tar-rekwiżit li għandu jiġi applikat għas-sussidjarji tal-grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali skont il-paragrafu 4 wara:

(i) li tkun ġiet debitament ikkunsidrata d-deċiżjoni msemmija fil-punt (a);

(ii) li tkun ġiet ivvalutata l-konformità mal-Artikolu 45g(2).

7.  Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6 fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni konċernati.

Id-deċiżjoni konġunta u kwalunkwe deċiżjoni mittieħda fin-nuqqas ta' deċiżjoni konġunta għandha tiġi analizzata u fejn huwa rilevanti aġġornata fuq bażi regolari.

8.  L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jirrikjedu u jivverifikaw li l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżit msemmi fl-Artikolu 45(1), u għandhom jieħdu kwalunkwe deċiżjoni skont dan l-Artikolu b'mod parallel mal-iżvilupp u ż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.

9.  L-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-entità ta' riżoluzzjoni għandha tinforma lill-EBA bir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li ġew stabbiliti:

(a)  fil-livell ta' grupp ta' riżoluzzjoni konsolidat;

(b)  fil-livell tas-sussidjarji ta' grupp ta' riżoluzzjoni fuq bażi individwali.

Artikolu 45iRappurtar superviżorju u żvelar pubbliku tar-rekwiżit

1.  L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti u ta' riżoluzzjoni tagħhom fuq dan li ġej fuq talba u mill-inqas fuq bażi annwali:

(a)  il-livell ta' punti disponibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45b jew l-Artikolu 45g(3), l-ammonti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espressi skont l-Artikolu 45(2) wara l-applikazzjoni tat-tnaqqis skont l-Artikoli 72e sa 72j tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-livelli ta' obbligazzjonijiet li mhumiex esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 44 skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b)  il-kompożizzjoni tal-punti msemmija fil-punt (a), inkluż il-profil ta' maturità tagħhom u l-ikklassifikar fi proċedimenti ta' insolvenza normali.

2.  L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jagħmlu l-informazzjoni li ġejja pubblikament disponibbli mill-inqas fuq bażi annwali:

(a)  il-livelli ta' punti disponibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 45b jew 45g(3);

(b)  il-kompożizzjoni tal-punti msemmija fil-punt (a), inkluż il-profil ta' maturità tagħhom u l-ikklassifikar fi proċedimenti ta' insolvenza normali.

2a.  Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għall-entitajiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  meta l-entità tkun istituzzjoni, tilħaq proporzjon ta' ingranaġġ ta' mill-inqas 10 % skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(b)  il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprovdi li l-entità għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta' insolvenza.

3.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex ikunu speċifikati formats, mudelli u frekwenza uniformi u mudelli għar-rappurtar superviżorju u l-iżvelar pubbliku msemmi fil-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

4.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-paragrafu 2 mill-1 ta' Jannar 2025.

Artikolu 45jRappurtar lill-EBA

1.  L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jinformaw lill-EBA bir-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li ġew stabbilit għal kull istituzzjoni skont il-ġurisdizzjoni tagħha.

2.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi biex jiġu speċifikati formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, f'koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, lill-EBA għall-finijiet tal-paragrafu 1.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] ...[18]*.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 45kKsur tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

1.  Kwalunkwe ksur tar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli minn entità għandu jkun indirizzat mill-awtoritajiet rilevanti abbażi ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  setgħat biex jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 17 u 18;

(b)  miżuri msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/KE;

(c)  miżuri ta' intervent bikri skont l-Artikolu 27;

(d)  penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra skont l-Artikolu 110 u l-Artikolu 111;

1a.  L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jimmonitorjaw kull tliet xhur l-issodisfar tar-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli u għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe ksur jew avveniment rilevanti ieħor li jistgħu jaffettwaw l-issodisfar tar-rekwiżit minimu.

2.  L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u dawk kompetenti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin meta jeżerċitaw is-setgħat rispettivi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1.

2a.  B'deroga mill-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/KE, istituzzjoni ma għandhiex titqies bħala li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit ta' bafer kombinat għall-finijiet tal-Artikolu 141 ta' dik id-Direttiva jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 141a(2) ta' dik id-Direttiva, meta n-nuqqas li jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit jikkonċerna biss ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli kif speċifikat fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva, u meta n-nuqqas li jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit ma jdumx aktar minn 12-il xhar.

Artikolu 45lRapporti

1.  L-EBA għandha, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni fejn tipprovdi valutazzjonijiet dwar tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)  kif ir-rekwiżit għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli ġie implimentat fil-livell nazzjonali, u b'mod partikolari jekk kienx hemm diverġenzi fil-livelli stabbiliti għal entitajiet kumparabbli fl-Istati Membri kollha;

(b)  kif is-setgħa li l-istituzzjonijiet ikunu rikjesti jirrispettaw ir-rekwiżit bi strumenti msemmija fl-Artikolu 45b(2) ġiet eżerċitata mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u jekk kienx hemm diverġenzi fl-eżerċizzju ta' dik is-setgħa fl-Istati Membri kollha.

2.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkunsidra mill-anqas dan li ġej:

(a)  l-impatt tar-rekwiżit minimu, u kwalunkwe livell armonizzat propost tar-rekwiżit minimu dwar dan li ġej:

(i)  swieq finanzjarji in ġenerali u swieq għal dejn mhux assigurat u derivattivi b'mod partikolari;

(ii)  il-mudelli ta' negozju u l-istrutturi tal-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet, b'mod partikolari l-profil ta' finanzjament u l-istrateġija ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet, u l-istruttura legali u operattiva tal-gruppi;

(iii)  il-profitabbiltà tal-istituzzjonijiet, b'mod partikolari l-kost tal-finanzjament;

(iv)  il-migrazzjoni ta' esposizzjonijiet għal entitajiet li mhumiex soġġetti għal superviżjoni prudenzjali;

(v)  innovazzjoni finanzjarja;

(vi)  il-prevalenza ta' strumenti ta' rikapitalizzazzjoni interna kuntrattwali, u n-natura u l-kummerċjalizzabbiltà ta' strumenti tali;

(vii)  l-imġiba tal-istituzzjonijiet fir-rigward tat-teħid tar-riskji;

(viii)  il-livell ta' tfixkil għall-assi ta' istituzzjonijiet;

(ix)  l-azzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet biex jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi, u b'mod partikolari l-punt kemm ir-rekwiżiti minimi ġew issodisfati mid-diżingranaġġ tal-assi, il-ħruġ ta' dejn fil-perjodu fit-tul u ż-żieda tal-kapital; u

(x)  il-livell ta' self mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, b'enfasi partikolari fuq self lil impriżi mirko, żgħar u medji, awtoritajiet lokali, gvernijiet reġjonali u entitajiet tas-settur pubbliku u dwar l-iffinanzjar tan-negozju, inkluż is-self skont skemi uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni;

(b)  l-interazzjoni tar-rekwiżiti minimi bir-rekwiżiti tal-fondi proprji, proporzjon ta' lieva u r-rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE;

(c)  il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li independentement isibu kapital jew finanzjament minn swieq biex jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit minimu armonizzat propost;

3.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri sentejn kalendarji u għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja ta' wara l-aħħar sena kalendarja koperta mir-rapport. "

23a.  Fl-Artikolu 48, jiżdied il-paragrafu 6a li ġej:

"6a. Sabiex jippermettu l-applikazzjoni effikaċi tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna u/jew is-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni mingħajr ma jiksru l-prinċipju ġenerali stabbilit fl-Artikolu 34(1)(g), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-liġi nazzjonali li tirregola l-proċedimenti ta' insolvenza normali, l-istrumenti kapitali (strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali u strumenti tal-Grad 2) jiġu kklassifikati, fir-rigward tal-insolvenza, taħt il-bqija tal-pretensjonijiet subordinati li ma jikkwalifikawx bħala strumenti kapitali."

24.  L-Artikolu 55 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 55Rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jinkludu terminu kuntrattwali li permezz tiegħu l-kreditur jew il-parti għall-ftehim jew l-istrument li joħloq l-obbligazzjoni jirrikonoxxu li l-obbligazzjoni tista' tiġi soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni u jaqblu li jkunu marbuta bi kwalunkwe tnaqqis tal-ammont prinċipali jew pendenti dovut, konverżjoni jew kanċellazzjoni li jseħħu bl-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat minn awtorità ta' riżoluzzjoni, diment li dik l-obbligazzjoni tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  l-obbligazzjoni ma tkunx eskluża skont l-Artikolu 44(2);

(b)  l-obbligazzjoni ma tkunx depożitu kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 108;

(c)  l-obbligazzjoni tkun regolata mil-liġi ta' pajjiż terz;

(d)  l-obbligazzjoni tkun maħruġa jew magħmula wara d-data li fiha Stat Membru japplika d-dispożizzjonijiet adottati għat-traspożizzjoni ta' din it-Taqsima.

1a.  Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal obbligazzjonijiet ta' istituzzjonijiet jew entitajiet li fir-rigward tagħhom ir-rekwiżit skont l-Artikolu 45(1) ikun daqs l-ammont ta' assorbiment tat-telf kif definit skont il-punt (a) tal-Artikolu 45c(2), sakemm dawk l-obbligazzjonijiet ma jingħaddux għall-fini ta' dak ir-rekwiżit.

2.  Ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 jista' ma japplikax fejn jew:

(a)  ▌l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ▌jistgħu jkunu soġġetti għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stat Membru skont il-liġi tal-pajjiż terz jew skont ftehim vinkolanti konkluż ma' dak il-pajjiż terz; jew, kemm

(b)  ikun legalment ▌jew mod ieħor imprattikabbli għal istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) li jinkludu tali terminu kuntrattwali f'ċerti obbligazzjonijiet; u

(c)  tali applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 għal dawk l-obbligazzjonijiet ma tfixkilx ir-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet jew entità msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1).

L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) ma għandhomx jinkludu ▌strumenti addizzjonali tal-Livell 1, u strumenti tal-Livell 2. Barra minn hekk, għandhom jiġu qabel l-obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 108(2) u, jekk ikunu strumenti ta' dejn, għandhom ikunu ggarantiti. Is-somma tal-obbligazzjonijiet soġġetti għal eżenzjoni skont il-punti (b) u (c) ma għandhomx jaqbżu 15 % tal-obbligazzjonijiet totali li huma kemm superjuri għall-obbligazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 108(2), kif ukoll jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punti (a), (b) u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-obbligazzjonijiet li jonqsu li jinkludu t-terminu kuntrattwali kif meħtieġ mill-paragrafu 1 jew li għalihom, skont il-punti (b) u (c), ▌it-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 mhuwiex meħtieġ, ma għandhomx jiġu inklużi fir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jissorveljaw l-użu tal-eżenzjoni mir-rikonoxximent kuntrattwali skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu. Għal dak il-għan, għandu jkollhom id-dritt jispezzjonaw kuntratti li għalihom istituzzjoni jew entità tkun iddeterminat li l-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu japplikaw.

Meta l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jikkunsidraw li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni skont il-punt (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ma jkunux issodisfati, jistgħu jindirizzaw deċiżjoni lill-istituzzjoni jew lill-entità kkonċernata u jeżiġu li temenda l-politiki tagħha rigward l -applikazzjoni tal-eżenzjoni mir-rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżiġu li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) jipprovdu lill-awtoritajiet b'opinjoni ġuridika marbuta mal-infurzabbiltà u l-effettività ġuridika tat-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1.

4.  Jekk istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ma tinkludix fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti terminu kuntrattwali kif meħtieġ skont il-paragrafu 1, dan ▌ma għandux jipprevjeni lill-awtorità ta' riżoluzzjoni milli teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward ta' dik l-obbligazzjoni.

5.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji bil-għan li tiddetermina ulterjorment il-lista ta' obbligazzjonijiet li għalihom tapplika l-esklużjoni tal-paragrafu 1, u l-kontenut tat-terminu kuntrattwali meħtieġ f'dak il-paragrafu, b'kunsiderazzjoni tal-mudelli ta' negozju differenti tal-istituzzjonijiet.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...[sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet skont liema jkun legalment▌ jew b'mod ieħor imprattikabbli li istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tinkludi t-terminu kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1 f'ċerti obbligazzjonijiet, u skont liema, in-nuqqas ta' applikazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ifixkel ir-riżolvibbiltà ta' dik l-istituzzjoni jew l-entità.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [....sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 115 dwar l-emendar tal-perċentwal, speċifikat fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tas-somma tal-obbligazzjonijiet soġġetti għal eżenzjoni skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu."

27.  Fit-titoli tal-Artikolu 59 u l-Artikolu 60, "u obbligazzjonijiet eliġibbli" hija miżjuda.

28.  Fl-Artikolu 59, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.  Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti jew obbligazzjonijiet eliġibbli tista' tiġi eżerċitata jew:

(a)  indipendentement mill-azzjoni ta' riżoluzzjoni; jew

(b)  flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikoli 32 u 33.

Is-setgħa ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni ta' obbligazzjonijiet eliġibbli indipendentement minn azzjoni ta' riżoluzzjoni tista' tiġi eżerċitata biss fir-rigward ta' obbligazzjonijiet eliġibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 45g(3)(a), ħlief il-kundizzjonijiet relatati mal-maturità residwali tal-obbligazzjonijiet.".

29.  “Strumenti kapitali" fl-Artikolu 59(2) u (3) hija sostitwita bi “strumenti u obbligazzjonijiet kapitali msemmija fil-paragrafu 1".

30.  "Strumenti kapitali" fl-Artikolu 59(4) u (10) hija sostitwita bi "strumenti u obbligazzjonijiet kapitali msemmija fil-paragrafu 1".

31.  Fl-Artikolu 60(1), jiżdied il-punt (d) li ġej:

"(d)  l-ammont prinċipali ta' obbligazzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Artikolu 59(1) huwa valwat negattivament jew konvertit fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni mniżżla fl-Artikolu 31 jew sal-punt tal-kapaċità tal-obbligazzjonijiet eliġibbli rilevanti, skont liema huwa l-inqas.".

32.  Fl-Artikolu 60, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Meta l-ammont prinċipali ta' strument kapitali rilevanti jew obbligazzjoni eliġibbli huma valwati negattivament:

(a)  it-tnaqqis ta' dak l-ammont prinċipali għandu jkun permanenti, soġġett għal kwalunkwe valwazzjoni pożittiva skont il-mekkaniżmu ta' rimborż skont l-Artikolu 46(3);

(b)  l-ebda obbligazzjoni lejn id-detentur tal-istrument kapitali u obbligazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 59(1) ma għandha tibqa' taħt jew marbuta ma' dak l-ammont tal-istrument, li jkun ġie valwat negattivament, ħlief għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, u kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta' appell li jikkontesta l-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa tal-valwazzjoni negattiva;

(c)  ma jitħallas l-ebda kumpens lil kwalunkwe detentur tal-istrumenti u l-obbligazzjonijiet kapitali rilevanti msemmija fl-Artikolu 59(1) ħlief skont il-paragrafu 3."

33.  Fl-Artikolu 60(3), "l-istrumenti kapitali rilevanti" hija sostitwita bi "l-istrumenti u l-obbligazzjonijiet kapitali rilevanti msemmija fl-Artikolu 59(1)".

34.  Fl-Artikolu 69(4), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) obbligi ta' ħlas u ta' konsenja dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, kontropartijiet ċentrali, kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u lil banek ċentrali;".

35.  Fl-Artikolu 70, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe interess ta' garanzija ta' sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, kontropartijiet ċentrali u kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u lil banek ċentrali fuq assi mirhuna jew provduti b'marġini jew kollateral mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;".

36.  Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 ma għandhiex tapplika għal sistemi jew għal operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, kontropartijiet ċentrali u kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-ESMA skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew banek ċentrali.".

37.  Fl-Artikolu 88, "Artikolu 45" huwa sostitwit b'"Artikoli 45 sa 45i".

38.  Fl-Artikolu 88(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Soġġett għall-Artikolu 89 , l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandhom jistabbilixxu kulleġġi ta' riżoluzzjoni biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikoli 12, 13, 16, 18, 45 sa 45i, 91 u 92, u, fejn ikun il-każ, biex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi.".

39.  L-Artikolu 89 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 89Kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej

1.  Fejn istituzzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz ikollha sussidjarji tal-Unjoni jew impriżi prinċipali tal-Unjoni, stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew żewġ fergħat jew aktar tal-Unjoni li jkunu meqjusa bħala sinifikanti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti dawk l-entitajiet jew fejn ikunu jinsabu dawk il-fergħat sinifikanti għandhom jistabblilixxu kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew uniku wieħed.

2.  Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jwettaq il-funzjonijiet u jwettaq il-kompiti speċifikati fl-Artikolu 88 fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u, safejn dawn il-kompiti jkunu rilevanti, għall-fergħat.

Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-istabbiliment tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45i.

Fl-istabbiliment tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikoli 45 sa 45i, il-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandhom iqisu l-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, jekk ikun hemm, adottata mill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi.

Fil-każ fejn, skont l-istrateġija ta' riżoluzzjoni globali, is-sussidjarji tal-Unjoni jew impriża prinċipali tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha mhumiex entitajiet ta' riżoluzzjoni u l-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jaqblu ma' dik l-istrateġija, is-sussidjarji tal-Unjoni jew l-impriża prinċipali tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Artikolu 45g(1) dwar bażi konsolidata billi joħorġu strumenti eliġibbli msemmija fl-Artikolu 45g(3) (a) u (b) lill-entità ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz.

3.  Fejn impriża prinċipali tal-Unjoni waħda biss ikollha s-sussidjarji tal-Unjoni kollha ta' istituzzjoni ta' pajjiż terz jew impriża prinċipali ta' pajjiż terz, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun presjedut mill-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn l-impriża prinċipali tal-Unjoni tkun stabbilita.

Fejn l-ewwel subparagrafu ma japplikax, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' impriża prinċipali tal-Unjoni jew sussidjarja tal-Unjoni bl-ogħla valur ta' assi fuq il-karta tal-bilanċ totali miżmuma għandha tippresjedi l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew.

4.  L-Istati Membri jistgħu, bi qbil reċiproku tal-partijiet rilevanti kollha, jirrinunzjaw ir-rekwiżit li jiġi stabbilit kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew jekk grupp jew kulleġġ ieħor iwettaq l-istess kompiti speċifikati f'dan l-Artikolu u jikkonforma mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri kollha, inkluż dawk li jkopru is-sħubija u l-parteċipazzjoni f'kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej, stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 90. F'każ bħal dan ir-referenzi kollha għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni Ewropej f'din id-Direttiva għandhom ukoll jitqiesu bħala referenzi għal dawk il-gruppi jew il-kulleġġi l-oħra.

5.  Soġġett għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni Ewropew għandu altrimenti jiffunzjona skont l-Artikolu 88.

40.  L-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

(a)   fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli fejn ma kienx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet tar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs], u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati;

(b)  il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn japplikaw l-obbligi msemmija fl-ewwel paragrafu għal istituzzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi prinċipali tal-Unjoni fis-sens ta' din id-Direttiva jew għal CCPs, fejn jiġu kklirjati membri ta' CCPs jew impriżi prinċipali fis-sens tar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs] jew, fil-każ ta' ksur, ikunu jistgħu jiġu applikati penali amministrattivi, soġġett għall-kundizzjonijiet imniżżla fil-liġi nazzjonali, lill-membri tal-bord tat-tmexxija fis-sens ta' din id-Direttiva jew lill-membri tal-bord fis-sens tar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs], u għal persuni fiżiċi oħra li skont il-liġi nazzjonali huma responsabbli għall-ksur.";

(c)  fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Is-setgħat li jiġu imposti penali amministrattivi previsti f'din id-Direttiva Regolament għandhom jiġu attribwiti lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jew, fejn ikunu differenti, lill-awtoritajiet kompetenti, skont it-tip ta' ksur. ";  

41.  L-Artikolu 111 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(a) nuqqas li jitfasslu, jinżammu u jiġu aġġornati pjanijiet ta' rkupru u pjanijiet ta' rkupru ta' grupp, bi ksur tal-Artikolu 5 jew 7 ta' din id-Direttiva jew l-Artikolu 9 tar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs];

(b) nuqqas ta' notifika lill-awtorità kompetenti bl-intenzjoni li jingħata appoġġ finanzjarju lil grupp bi ksur tal-Artikolu 25 ta' din id-Direttiva;

(c) nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' rkupru bi ksur tal-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva jew l-Artikolu 14 tar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs];

(ca)  li jsir kwalunkwe suġġeriment, komunikazzjoni jew rappreżentazzjoni li obbligazzjoni, li ma tkunx elenkata fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 44(2), ma tkunx soġġetta għal setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew konverżjoni, bi ksur tal-paragrafu 2a ta' dak l-Artikolu;

(d) nuqqas mill-bord tat-tmexxija ta' istituzzjoni jew entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva jew tal-bord ta' CCP fis-sens tar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs] li jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta l-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva jew is-CCP ikunu qed ifallu, jew x'aktarx ifallu, bi ksur tal-Artikolu 81 ta' din id-Direttiva jew l-Artikolu 68(1) tar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs].";

(b)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja, impriża prinċipali tal-Unjoni, CCP jew persuna ġuridika oħra responsabbli u n-natura tal-ksur;";

(ii) il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp tat-tmexxija jew tal-maniġment anzjan tal-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva jew kontra il-bord tas-CCP jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet f'istituzzjonijiet jew entitajiet msemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva jew f'CCPs; " ʼ

42.  L-Artikolu 112 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom tal-inqas kwalunkwe penali amministrattiva li tkun ġiet imposta minnhom għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet imniżżla fir-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs] fejn tali penali ma kienux is-suġġett ta' appell jew fejn id-dritt ta' appell jkun ġie eżawrit.";

(b)   fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) meta l-pubblikazzjoni tkun tikkawża, sa fejn jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat għall-istituzzjonijiet jew l-entitajiet imsemmija fil-punt (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' din id-Direttiva jew lis-CCP jew lil persuni fiżiċi involuti.";

(c)  il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i) l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Sat-3 ta' Lulju 2016, l-EBA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni mill-Istati Membri, fuq bażi anonima kif previst skont il-paragrafu 2, ta' penali għal non-konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u b'mod partikolari jekk kienx hemm diverġenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f'dak ir-rigward.";

(ii) is-subparagrafu li ġej jiżdied:

" Sa [...], l-ESMA għandha tippreżenta rapport simili lill-Kummissjoni fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta' penali għal non-konformità mad-dispożizzjonijiet imniżżla fir-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs]";

43.  L-Artikolu 113 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 113Żamma ta' bażi ta' data ċentrali mill-EBA u mill-ESMA

1.  Soġġett għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 84, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EBA bil-penali amministrattivi kollha imposti minnhom skont l-Artikolu 111 għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u bl-istatus ta' dak l-appell u l-eżitu tiegħu.

Soġġett għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 71 tar-Regolament [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCPs], l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA skont il-każ fir-rigward ta' penali amministrattivi imposti għall-ksur ta' dak ir-Regolament.

2.  L-EBA u l-ESMA għandhom iżommu bażi ta' data ċentrali ta' penali rappurtati lilhom unikament għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni li għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biss u għandhom ikunu aġġornati abbażi tal-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni.

3.  L-EBA u l-ESMA għandhom iżommu bażi ta' data ċentrali ta' penali rappurtati lilhom unikament għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li għandhom ikun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandhom ikunu aġġornati abbażi tal-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet kompetenti.

4.  L-EBA u l-ESMA għandhom iżommu paġni web b'links għall-pubblikazzjoni ta' penali ta' kull awtorità ta' riżoluzzjoni u l-pubblikazzjoni ta' penali ta' kull awtorità kompetenti skont l-Artikolu 112 u jindikaw il-perjodu fir-rigward ta' liema kull Stat Membru jippubblika l-penali.".

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 98/26/KE

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)  jiddaħħal il-punt li ġej:

"(aa) kwalunkwe sistema ta' pajjiż terz kif definit fil-punt (ma) tal-Artikolu 2, irregolata mil-liġi ta' pajjiż li mhux Stat Membru;"

(b) il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b) kull parteċipant f'sistemi bħal dawn;

Fl-Artikolu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) "kontroparti ċentrali" jew "CCP" għandha tfisser CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 648/2012;".

Fl-Artikolu 2, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(f) "parteċipant" għandha tfisser istituzzjoni, kontroparti ċentrali, aġent ta' regolamentazzjoni, kamra tal-ikklirjar, operatur ta' sistema jew membru tal-ikklirjar ta' CCP awtorizzata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;".

Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"(ma) "sistema ta' pajjiż terz" tfisser sistema stabbilita f'pajjiż li mhux Stat Membru li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(2a)."

Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu (2a) li ġej:

"Sistema ta' pajjiż terz, u l-operatur tas-sistema tagħha, għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  tal-anqas parteċipant attwali jew potenzjali dirett fis-sistema tal-pajjiż terz ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fl-Unjoni;

(b)    fil-każ ta' sistema ta' pajjiż terz għall-ikklerjar u s-saldu ta' strumenti finanzjarji, l-ESMA tkun sodisfatta fir-rigward tal-adegwatezza tar-regoli li japplikaw għal dak il-pajjiż terz;

(c)   fil-każ ta' sistema ta' pajjiż terz għall-ipproċessar ta' ħlasijiet, ikun ġie stabbilit arranġament ta' sorveljanza kooperattiva bejn il-bank ċentrali tal-ħruġ tal-Unjoni rilevanti ta' kull munita tal-Unjoni ipproċessata f'dik is-sistema u l-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw dik is-sistema fil-pajjiż terz ikkonċernat.

Il-bank ċentrali tal-ħruġ għandu jinnotifika lill-ESMA bl-arranġament ta' sorveljanza msemmi f'dan il-punt.

L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista ta' sistemi ta' pajjiżi terzi inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva."

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2002/47/KE

Id-Direttiva 2002/47/KE hija emendata kif ġej:

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. L-Artikoli 4 sa 7 ta' din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' arranġamenti kollaterali finanzjarji jew kwalunkwe restrizzjoni fuq l-effett ta' arranġament kollaterali finanzjarju ta' garanzija, kwalunkwe dispożizzjoni ta' kumpens bi close out jew ta' tpaċija li hija imposta skont it-Titolu IV, il-Kapitolu V jew VI tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew tat-Titolu V, il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCP] jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din li hija imposta bis-saħħa ta' setgħat simili fil-liġi ta' Stat Membru biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordinata ta' kwalunkwe entità msemmija fil-punt (c)(iv) tal-paragrafu 2 li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV, il-Kapitolu VII tad-Direttiva 2014/59/UE u fit-Titolu V, il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCP]."

L-Artikolu 9a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 9a

Id-Direttivi 2008/48/KE, id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCP]

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2008/48/KE, id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' CCP]."

Artikolu 4

Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva ma japplikax fil-każ ta' użu ta' għodda, setgħat u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP].

Artikolu 5

Emenda għad-Direttiva 2005/56/KE

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpanija jew il-kumpaniji li huma s-suġġett tal-użu ta' għodda, setgħat u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP]".

Artikolu 6

Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/UE hija emendata kif ġej:

(a)  Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ tal-użu ta' għodda, setgħat u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP]".

(b)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP] il-laqgħa ġenerali tista', b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti validi mitfugħa, toħroġ konvokazzjoni għal laqgħa ġenerali, jew timmodifika l-istatuti biex tippreskrivi li tinħareġ konvokazzjoni għal laqgħa ġenerali, b'avviż iqsar minn kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sabiex tittieħed deċiżjoni dwar żieda fil-kapital, diment li dik il-laqgħa ma sseħħx fi żmien għaxart ijiem ta' kalendarju mill-konvokazzjoni, li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 27 jew 29 tad-Direttiva 2014/59/UE jew tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP] jiġu ssodisfati, u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa sabiex jiġu evitati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva 2014/59/UE jew fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP]."

Artikolu 7

Emenda għad-Direttiva 2011/35/UE

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpanija jew il-kumpaniji li huma s-suġġett tal-użu ta' għodda, setgħat u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE, u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP]."

Artikolu 8

Emenda għad-Direttiva 2012/30/UE

Fl-Artikolu 45, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 10, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 29(1), (2) u (3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(2), l-Artikoli 33 sa 36 u l-Artikoli 40, 41 u 42 ta' din id-Direttiva ma japplikawx fil-każ tal-użu tal-għodda, is-setgħat u l-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru [rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP].".

Artikolu 9Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa [data 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għal konformità ma' din id-Direttiva. Għalhekk għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn [data - 6 xhur mid-data ta' traspożizzjoni].

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 10Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1(1), 1(40), 1(41), 1(42), 1(43), 2, 3, 4, 5, 6, 7 u 8 għandhom jidħlu fis-seħħ fi [data - meta r-Regolament [dwar rkupru u riżoluzzjoni ta' CCP] jidħol fis-seħħ].

Artikolu 11Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

  • [1] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [2]   ĠU C , , p. .
  • [3]   ĠU C , , p. .
  • [4]   Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja", 24.11.2015, COM(2015) 587 final.
  • [5]   Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.
  • [6]   Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
  • [7]   Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
  • [8]   Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
  • [9]   Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE, ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
  • [10]   Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).
  • [11]   Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi ta' OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji kummerċjali, ĠU L 201, 27.7.2012, p.1
  • [12]   Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi ta' OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji kummerċjali, ĠU L 201, 27.7.2012, p.1
  • [13]   Id-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74).
  • [14]   Id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1).
  • [15]   Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).
  • [16]   Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12);
  • [17]   Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).
  • [18] *  ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: Tnax-il (12) xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u emenda tad-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2012/30/UE, id-Direttiva 2011/35/UE, id-Direttiva 2005/56/KE, id-Direttiva 2004/25/KE u d-Direttiva 2007/36/KE

Referenzi

COM(2016)0852 – C8-0481/2016 – 2016/0362(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

1.2.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

1.2.2017

ITRE

1.2.2017

JURI

1.2.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

15.12.2016

ITRE

12.1.2017

JURI

25.1.2017

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Gunnar Hökmark

24.11.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

25.4.2017

3.5.2017

11.12.2017

 

22.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

14

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, David Coburn, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Syed Kamall, Alain Lamassoure, Thomas Mann, Luigi Morgano, Michel Reimon, Joachim Starbatty

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

Data tat-tressiq

25.6.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells

ENF

Barbara Kappel

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Christofer Fjellner, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan

S&D

Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

14

-

ALDE

Caroline Nagtegaal

ECR

Ashley Fox, Syed Kamall, Stanisław Ożóg, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

EFDD

David Coburn, Bernard Monot, Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans, Marco Zanni

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

5

0

S&D

Hugues Bayet

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Ernest Urtasun

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Lulju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza