RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar

16.7.2018 - (COM(2018)0021 – C8-0022/2018 – 2018/0006(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Tom Vandenkendelaere


Proċedura : 2018/0006(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0260/2018
Testi mressqa :
A8-0260/2018
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar

(COM(2018)0021 – C8-0022/2018 – 2018/0006(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0021),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0022/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0260/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE21 tippermetti li l-Istati Membri jkomplu japplikaw l-iskemi speċjali tagħhom għall-impriżi ż-żgħar skont id-disposizzjonijiet komuni u bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni aktar mill-qrib. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet mhumiex aġġornati u ma jnaqqsux il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar peress li kienu mfassla għal sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ibbażata fuq l-Istat Membru tal-oriġini.

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE21 tippermetti li l-Istati Membri jkomplu japplikaw l-iskemi speċjali tagħhom għall-impriżi ż-żgħar skont id-dispożizzjonijiet komuni u bil-għan li jkun hemm armonizzazzjoni aktar mill-qrib. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet mhumiex aġġornati u ma jissodisfawx l-objettiv tagħhom li jnaqqsu l-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar peress li kienu mfassla għal sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ibbażata fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru tal-oriġini.

_________________

_________________

21 ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

21 ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT tagħha22, il-Kummissjoni ħabbret pakkett komprensiv ta' simplifikazzjoni għall-impriżi ż-żgħar li għandu l-għan li jnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom u jgħin biex jinħoloq ambjent tat-taxxa li jiffaċilita t-tkabbir tagħhom u l-iżvilupp tal-kummerċ transfruntier. Dan se jinkludi rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar is-segwitu għall-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT23. Għalhekk, ir-rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar jinvolvi element importanti tal-pakkett ta' riforma stabbilit fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT.

(2)  Fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT22 tagħha, il-Kummissjoni ħabbret pakkett komprensiv ta' simplifikazzjoni għall-impriżi ż-żgħar li għandu l-għan li jnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom u jgħin biex jinħoloq ambjent tat-taxxa li jiffaċilita t-tkabbir tagħhom u l-iżvilupp tal-kummerċ transfruntier, kif ukoll biex tiżdied il-konformità tal-VAT. L-impriżi ż-żgħar fl-Unjoni huma partikolarment attivi f'ċerti setturi li joperaw bejn il-fruntieri, bħalma huma dawk tal-kostruzzjoni, tal-komunikazzjoni, tas-servizz tal-ikel u tal-kummerċ bl-imnut, u jistgħu jikkostitwixxu sors importanti ta' impjiegi. Biex jinkisbu dawk l-objettivi, huwa meħtieġ rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar kif deskritt fil-Komunikazzjoni dwar is-segwitu għall-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT23. Għalhekk, ir-rieżami tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar jinvolvi element importanti tal-pakkett ta' riforma stabbilit fil-pjan ta' azzjoni dwar il-VAT.

_________________

_________________

22 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016) 148 final tas-7 ta' April 2016).

22 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016) 148 final tas-7 ta' April 2016).

23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017) 566 final tal-4 ta' Ottubru 2017).

23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017) 566 final tal-4 ta' Ottubru 2017).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-rieżami ta' din l-iskema speċjali huwa marbut mill-qrib mal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema tal-VAT definittiva għall-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni24. Il-bidla tas-sistema tal-VAT lejn tassazzjoni bbażata fuq id-destinazzjoni identifikat li wħud mir-regoli attwali mhumiex adattati għal sistema tat-taxxa bbażata fuq id-destinazzjoni.

(3)  Ir-rieżami ta' din l-iskema speċjali huwa marbut mill-qrib mal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema tal-VAT definittiva għall-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni24. Il-bidla tas-sistema tal-VAT lejn tassazzjoni bbażata fuq id-destinazzjoni identifikat li wħud mir-regoli attwali mhumiex adattati għal sistema tat-taxxa bbażata fuq id-destinazzjoni. Id-diffikultajiet prinċipali rigward il-kummerċ transfruntier imsaħħaħ għall-impriżi ż-żgħar jinqalgħu minħabba r-regoli diversi u kumplessi relatati mal-VAT madwar l-Unjoni, kif ukoll minħabba l-fatt li l-eżenzjoni nazzjonali tal-SMEs jibbenefikaw minnha biss l-impriżi ż-żgħar fl-Istati Membri fejn dawk l-impriżi ż-żgħar huma stabbiliti.

_________________

_________________

24 Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017) 569 final tal-4 ta' Ottubru 2017).

24 Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017) 569 final tal-4 ta' Ottubru 2017).

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-piż ta' konformità sproporzjonat li jaffaċċjaw l-impriżi ż-żgħar, jenħtieġ li l-miżuri ta' simplifikazzjoni jkunu disponibbli mhux biss għall-impriżi li huma eżentati skont ir-regoli attwali, iżda wkoll għal dawk meqjusa bħala żgħar f'termini ekonomiċi. Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni tar-regoli tal-VAT, l-impriżi jitqiesu "żgħar" jekk il-fatturat tagħhom jikkwalifikahom bħala mikroimpriżi skont id-definizzjoni ġenerali prevista fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25.

(4)  Sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-piż ta' konformità sproporzjonat li jaffaċċjaw l-impriżi ż-żgħar, jenħtieġ li l-miżuri ta' simplifikazzjoni jkunu disponibbli mhux biss għall-impriżi li huma eżentati skont ir-regoli attwali, iżda wkoll għal dawk meqjusa bħala żgħar f'termini ekonomiċi. Id-disponibbiltà ta' tali miżuri hija partikolarment rilevanti, peress li l-maġġoranza tan-negozji ż-żgħar, kemm jekk eżenti jew mhux, fir-realtà huma obbligati jużaw is-servizzi ta' konsulenti jew konsulenti esterni li jgħinuhom jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT tagħhom, u dan iqiegħed piż finanzjarju addizzjonali fuq dawk l-impriżi ż-żgħar. Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni tar-regoli tal-VAT, l-impriżi jitqiesu "żgħar" jekk il-fatturat tagħhom jikkwalifikahom bħala mikroimpriżi skont id-definizzjoni ġenerali prevista fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE25.

_________________

_________________

25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

25 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-impriżi ż-żgħar jistgħu jibbenefikaw biss mill-eżenzjoni jekk il-fatturat annwali tagħhom ikun inqas mil-limitu applikat mill-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Waqt l-istabbiliment tal-limitu tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ir-regoli dwar il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/112/KE. Dawk ir-regoli, li l-biċċa l-kbira tagħhom ġew stabbiliti fl-1977, ma għadhomx adattati.

(6)  L-impriżi ż-żgħar jistgħu jibbenefikaw biss mill-eżenzjoni jekk il-fatturat annwali tagħhom ikun inqas mil-limitu applikat mill-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT. Waqt l-istabbiliment tal-limitu tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ir-regoli dwar il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/112/KE. Dawk ir-regoli, li l-biċċa l-kbira tagħhom ġew stabbiliti fl-1977, ma għadhomx adattati. Għal raġunijiet ta' flessibbiltà u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu limiti xierqa aktar baxxi proporzjonali għad-daqs u l-ħtiġijiet tal-ekonomija tagħhom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti biss limiti massimi fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu l-livell nazzjonali tagħhom għall-eżenzjoni fil-livell l-aktar adattat għall-kundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħhom, skont il-limitu massimu previst f'din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi ċċarat li meta l-Istati Membri japplikaw limiti differenti, dawn iridu jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi.

(8)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu l-livell nazzjonali tagħhom għall-eżenzjoni fil-livell l-aktar adattat għall-kundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi tagħhom, skont il-limitu massimu previst f'din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi ċċarat li meta l-Istati Membri japplikaw limiti differenti, dawn iridu jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi. Sabiex jiġi ffaċilitat in-negozju transfruntier, il-lista ta' limiti nazzjonali għall-eżenzjoni jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli għall-impriżi ż-żgħar kollha li jixtiequ joperaw f'diversi Stati Membri.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Meta tapplika eżenzjoni, l-impriżi ż-żgħar li jibbenefikaw mill-eżenzjoni jenħtieġ li, bħala minimu, ikollhom aċċess għal obbligi ta' reġistrazzjoni, fatturazzjoni, kontabbiltà u rappurtar issimplifikati tal-VAT.

(12)  Meta tapplika eżenzjoni, l-impriżi ż-żgħar li jibbenefikaw mill-eżenzjoni jenħtieġ li, bħala minimu, ikollhom aċċess għal obbligi ta' reġistrazzjoni, fatturazzjoni, kontabbiltà u rappurtar issimplifikati tal-VAT. Sabiex jiġu evitati l-konfużjoni u l-inċertezza legali fl-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi linji gwida dwar reġistrazzjoni u kontabbiltà simplifikati, filwaqt li tispjega f'aktar dettall liema proċeduri jenħtieġ li jiġu ssimplifikati u sa liema punt. Sa ... [tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], dik is-simplifikazzjoni jenħtieġ li tiġi soġġetta għal evalwazzjoni mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jivvalutaw jekk għandhiex valur miżjud u impatt pożittiv reali fuq l-impriżi u l-konsumaturi.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mogħtija minn Stat Membru lil impriżi li mhumiex stabbiliti hemmhekk, jeħtieġ li tintalab notifika minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Jenħtieġ li din in-notifika ssir mill-impriża ż-żgħira lill-Istat Membru fejn hi stabbilita. Wara, abbażi tal-informazzjoni ddikjarata fuq il-fatturat ta' dik l-impriża, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

(13)  Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mogħtija minn Stat Membru lil impriżi li mhumiex stabbiliti hemmhekk, jeħtieġ li tintalab notifika minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jibbenefikaw mill-eżenzjoni. Jenħtieġ li din in-notifika ssir permezz ta' portal online li għandu jitwaqqaf mill-Kummissjoni. Wara, jenħtieġ li l-Istat Membru tal-istabbiliment, abbażi tal-informazzjoni ddikjarata fuq il-fatturat ta' dik l-impriża, jinforma lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati. L-impriżi ż-żgħar jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jinnotifikaw lill-Istat Membru ta' reġistrazzjoni tagħhom dwar ir-rieda tagħhom li jerġgħu lura għas-sistema tal-VAT ġenerali.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Biex jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar li mhumiex eżentati, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jissimplifikaw ir-reġistrazzjoni tal-VAT u ż-żamma ta' rekords, u li jtawlu l-perjodi tat-taxxa biex ikun hemm inqas preżentazzjonijiet frekwenti tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT.

(15)  Biex jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar li mhumiex eżentati, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jissimplifikaw ir-reġistrazzjoni tal-VAT u ż-żamma ta' rekords. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi punt uniku ta' servizz għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT fi Stati Membri differenti.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar, li ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. B'hekk, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(17)  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jitnaqqas il-piż ta' konformità tal-impriżi ż-żgħar, li ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni. B'hekk, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Madankollu, il-kontrolli tal-VAT imwettqa minħabba l-proċessi ta' konformità huma strumenti sodi kontra l-frodi tat-taxxa. Għalhekk, irid ikun enfasizzat li l-proċessi ta' ffaċilitar għall-impriżi ż-żgħar jenħtieġ li ma jsirx għad-detriment tal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 284 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra, l-impriża ż-żgħira għandha tinnotifika lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi portal online li permezz tiegħu għandhom jirreġistraw dawk l-impriżi ż-żgħar li jkunu jixtiequ jibbenefikaw mill-eżenzjoni fi Stat Membru ieħor.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 284 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta impriża żgħira tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra għajr dak li fih hija stabbilita, l-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura d-dikjarazzjoni eżatta tal-fatturat annwali fl-Unjoni u tal-fatturat annwali fl-Istat Membru mill-impriża u għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra li fihom l-impriża ż-żgħira twettaq provvista.;

Meta impriża żgħira tibbenefika mill-eżenzjoni fi Stati Membri oħra għajr dak li fih hija stabbilita, l-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura d-dikjarazzjoni eżatta tal-fatturat annwali fl-Unjoni u tal-fatturat annwali fl-Istat Membru mill-impriża u għandu jinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati l-oħra li fihom l-impriża ż-żgħira twettaq provvista. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom għarfien suffiċjenti dwar l-istat tal-impriżi ż-żgħar u tar-relazzjonijiet ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew sjieda tagħhom, sabiex jiġi żgurat li tassew ikunu impriżi żgħar.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 288a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta matul sena kalendarja sussegwenti l-fatturat annwali fl-Istat Membru ta' impriża żgħira jaqbeż il-limitu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 284(1), l-impriża ż-żgħira għandha tkun tista' tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni għal dik is-sena, dment li l-fatturat annwali tagħha fl-Istat Membru matul dik is-sena ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 284(1) b'aktar minn 50 %.;

Meta matul sena kalendarja sussegwenti l-fatturat annwali fl-Istat Membru ta' impriża żgħira jaqbeż il-limitu tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 284(1), l-impriża ż-żgħira għandha tkun tista' tkompli tibbenefika mill-eżenzjoni għal sentejn oħra, dment li l-fatturat annwali tagħha fl-Istat Membru matul dawk is-sentejn ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 284(1) b'aktar minn 33 %.;

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  l-Artikoli 291 sa 294 jitħassru;

(17)  l-Artikoli 291 u 292 jitħassru;

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 293 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(17a)  fl-Artikolu 293, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:(1) titjib għall-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar;(2) l-adattament ta' sistemi nazzjonali fir-rigward ta' eżenzjonijiet u ħelsien gradwat mit-taxxa;(3) l-adattament tal-limiti massimi previsti fit-Taqsima 2.

"Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:

 

(i) titjib għall-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar;

 

(ii) l-adattament ta' sistemi nazzjonali fir-rigward ta' eżenzjonijiet u l-possibbiltà li l-eżenzjonijiet nazzjonali madwar l-Unjoni jiġu armonizzati;

 

(iii) l-adattament tal-limiti massimi previsti fit-Taqsima 2."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32006L0112&from=MT)

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  L-Artikolu 294 huwa mħassar;

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 294e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 294e

Artikolu 294e

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi ż-żgħar mill-obbligu li jippreżentaw denunzja tal-VAT stabbilita fl-Artikolu 250.

L-Istati Membri għandhom jeżentaw lill-impriżi ż-żgħar mill-obbligu li jippreżentaw denunzja tal-VAT stabbilita fl-Artikolu 250 jew jistgħu jippermettu lil dawn l-impriżi ż-żgħar eżentati jippreżentaw denunzja tal-VAT issimplifikata - li mill-inqas tinkludi l-informazzjoni li ġejja: il-VAT imponibbli, il-VAT deduċibbli, l-ammont nett tal-VAT (pagabbli jew riċevibbli), il-valur totali tat-tranżazzjonijiet tal-input u l-valur totali tat-tranżazzjonijiet tal-output – biex jiġi kopert il-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252.

Jekk din l-għażla ma tkunx eżerċitata, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil dawn l-impriżi ż-żgħar eżentati jippreżentaw denunzja tal-VAT issimplifikata biex tkoperi l-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252.

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 294i – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-impriżi ż-żgħar, il-perjodu tat-taxxa li għandu jkun kopert f'denunzja tal-VAT għandu jkun il-perjodu ta' sena kalendarja. Madankollu, l-impriżi ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jiġi applikat il-perjodu tat-taxxa stabbilit skont l-Artikolu 252.

imħassar

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 294ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 294ia

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt uniku ta' servizz li permezz tiegħu l-impriżi ż-żgħar ikunu jistgħu jippreżentaw id-denunzji tal-VAT tal-Istati Membri differenti fejn ikunu qed joperaw. L-Istat Membru ta' stabbiliment għandu jkun responsabbli għall-ġbir tal-VAT.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 294j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 294j

imħassar

Minkejja l-Artikolu 206, l-Istati Membri m'għandhomx jitolbu li jsiru ħlasijiet interim mill-impriżi ż-żgħar.

 

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 904/2010

Artikolu 31 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:

 

Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta' oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta' telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi pprovduti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu, għall-ħtiġijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ta' kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u l-indirizz assoċjati. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi għad-data msemmija fl-Artikolu 17.

"1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiżguraw li persuni involuti fil-provvista intra-Komunitarja ta' oġġetti jew servizzi u persuni taxxabbli mhux stabbiliti li jfornu servizzi ta' telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi pprovduti elettronikament, partikolarment dawk imsemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2006/112/KE, huma permessi jiksbu, għall-ħtiġijiet ta' dawn it-tranżazzjonijiet, konferma elettronika tal-validità tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT ta' kwalunkwe persuna speċifikata kif ukoll l-isem u l-indirizz assoċjati. Din l-informazzjoni għandha tikkorrispondi għad-data msemmija fl-Artikolu 17. Is-Sistema tal-iskambju ta' informazzjoni tal-VAT (VIES) għandha tinkludi referenza għal jekk l-impriżi ż-żgħar eliġibbli jagħmlux użu mill-eżenzjoni mill-VAT."

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2022.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2020.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jittaffa l-piż tal-konformità tal-VAT fuq l-SMEs. In-negozji ż-żgħar iġorru spejjeż ta' konformità tal-VAT proporzjonalment ogħla minn negozji akbar, u dan mhux biss imur kontra l-prinċipju ta' tassazzjoni ġusta, iżda jxekkel ukoll l-intraprenditorija. Din il-proposta għandha l-għan li trawwem l-intraprenditorija madwar l-Unjoni permezz tal-introduzzjoni ta' xi miżuri ta' simplifikazzjoni amministrattiva għall-impriżi ż-żgħar.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan, ir-Rapporteur jikkunsidra xi titjib f'dawn it-tliet oqsma li ġejjin:

L-ewwel nett, din il-proposta għandha l-għan li tespandi l-eżenzjoni mill-VAT għall-impriżi ż-żgħar minn reġim purament nazzjonali għal wieħed fil-livell tal-UE. Għaldaqstant, ir-Rapporteur jemmen li dan ir-reġim għandu jiġi armonizzat b'mod xieraq sabiex ma jfixkilx it-tħaddim tas-suq intern. Ġew introdotti diversi emendi għal dan il-għan. Ir-Rapporteur jipprova jarmonizza l-eżenzjonijiet mill-VAT bl-istabbiliment ta' limitu massimu u limitu minimu. Huwa jirsisti wkoll li tkun obbligatorja li l-Istati Membri ma jirrikjedux denunzji tal-VAT mill-impriżi li huma eżentati mill-VAT. Barra minn hekk, huwa jipproponi li jitwaqqaf portal online li permezz tiegħu għandhom jirreġistraw dawk l-impriżi li jkunu jixtiequ jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-VAT fi Stat Membru ieħor.

It-tieni, ir-Rapporteur jipprova jimponi simplifikazzjonijiet amministrattivi reali għall-SMEs.

Apparti l-miżuri ta' simplifikazzjoni proposti, huwa jitlob ukoll li jiġi stabbilit punt uniku ta' servizz għad-denunzji tal-VAT. L-ikbar ostaklu għall-SMEs meta jaġixxu fuq livell transkonfinali huwa l-lingwa. Għalhekk, il-fatt li tkun tista' ssir preżentazzjoni tad-denunzji tal-VAT minn Stati Membri differenti permezz ta' punt uniku ta' servizz jista' jfisser miżura ta' simplifikazzjoni sinifikanti għall-impriżi ż-żgħar.

Min-naħa l-oħra, id-denunzja annwali tal-VAT proposta għall-kumpaniji ż-żgħar ma timplikax simplifikazzjoni reali għall-SMEs. Minkejja li din il-miżura tinstema' attraenti, fir-realtà jkollha wisq effetti sekondarji negattivi. Id-denunzji annwali tal-VAT għall-impriżi ż-żgħar se jżidu b'mod sinifikanti l-fallimenti. L-imprendituri ż-żgħar infushom ukoll jitolbu aġġornamenti frekwenti dwar iż-żamma tal-kotba u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Għalhekk, ir-Rapporteur jitlob li din il-miżura titħassar.

It-tielet, ir-Rapporteur jemmen li dan il-fajl għandu jiġi ttrattat b'mod separat mill-fajls l-oħra tal-VAT. Il-miżuri ta' simplifikazzjoni tal-VAT għall-SMEs jistgħu jiġu implimentati aktar malajr mis-sistema definittiva tal-VAT. M'għandu jkun hemm l-ebda dewmien fit-trawwim tal-intraprenditorija. Għalhekk, id-data ta' implimentazzjoni ta' din il-proposta tista' tiġi antiċipata.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar

Referenzi

COM(2018)0021 – C8-0022/2018 – 2018/0006(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

5.2.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

8.2.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

8.2.2018

JURI

8.2.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

21.2.2018

JURI

24.1.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tom Vandenkendelaere

23.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.5.2018

2.7.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

4

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Petr Ježek, Barbara Kappel, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Costas Mavrides, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel dos Santos, Paloma López Bermejo, Luigi Morgano, Siegfried Mureşan, Andreas Schwab, Joachim Starbatty, Romana Tomc, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso

Data tat-tressiq

16.7.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Petr Ježek, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Pirkko Ruohonen-Lerner

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

ENF

Barbara Kappel

PPE

Pilar Ayuso, Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Andreas Schwab, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc

S&D

Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Luigi Morgano, Alfred Sant, Manuel dos Santos, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

4

-

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

4

0

ECR

Stanisław Ożóg, Joachim Starbatty

ENF

Gerolf Annemans, Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Awwissu 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza