RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) Nru 528/2012, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2004/42/KE, 2009/48/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2013/53/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, 2014/68/UE u 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

6.9.2018 - (COM(2017)0795 – C8-0004/2018 – 2017/0353(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Nicola Danti


Proċedura : 2017/0353(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0277/2018

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) Nru 528/2012, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2004/42/KE, 2009/48/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2013/53/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, 2014/68/UE u 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2017)0795 – C8-0004/2018 – 2017/0353(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0795),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33, 114 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0004/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0277/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Biex jiggarantixxu l-moviment liberu tal-prodotti fl-Unjoni, hu meħtieġ li jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika. L-infurzar robust ta' dawn ir-rekwiżiti hu essenzjali għall-ħarsien xieraq ta' dawn l-interessi u biex jinħolqu l-kondizzjonijiet li fihom tista' tiżviluppa l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni għall-merkanzija. Għaldaqstant, ir-regoli huma neċessarji biex jiġi żgurat dan l-infurzar fi ħdan is-suq intern, inkluż fuq prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(1)  Biex jiggarantixxu l-moviment liberu tal-prodotti fl-Unjoni, hu meħtieġ li jiżguraw li l-prodotti jkunu konformi kompletament mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u għalhekk jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika. L-infurzar robust ta' dawn ir-rekwiżiti hu essenzjali għall-ħarsien xieraq ta' dawn l-interessi u biex jinħolqu l-kondizzjonijiet li fihom tista' tiżviluppa l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni għall-merkanzija. Għaldaqstant, ir-regoli huma neċessarji biex jiġi żgurat dan l-infurzar fi ħdan is-suq intern, irrispettivament minn jekk il-prodotti jkunux tqiegħdu fis-suq permezz ta' mezzi tradizzjonali jew elettroniċi u irrispettivament minn jekk jiġux prodotti fl-Unjoni jew jidħlux fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Ir-regoli dwar il-prodotti tal-Unjoni jkopru sehem kbir ta' prodotti mmanifatturati fl-Unjoni. L-għadd dejjem jikber ta' prodotti illegali u mhux konformi fis-suq iqiegħdu f'riskju liċ-ċittadini, li jkunu esposti għal prodotti potenzjalment perikolużi, li ta' spiss jimplika ksur ta' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, idgħajjef l-istandards Ewropew dwar ix-xogħol, is-saħħa u l-ambjent u jfixkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, l-operaturi ekonomiċi li jbiegħu prodotti konformi jiffaċċjaw tfixkil tal-kompetizzjoni minn dawk li ma jimxux mar-regoli jew li deliberatament jiksru r-regoli biex jiksbu vantaġġ kompetittiv.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  It-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-merkanzija permezz ta' sforzi ulterjuri ta' tisħiħ biex il-prodotti mhux konformi jinżammu milli jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni ġie identifikat bħala prijorità fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji"24. Jenħtieġ li dan jinkiseb billi tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq, jiġu pprovduti l-inċentivi t-tajba għall-operaturi ekonomiċi, jiġu intensifikati l-kontrolli tal-konformità u tiġi promossa l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar, inkluż permezz tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali.

(2)  It-tisħiħ tas-Suq Uniku għall-merkanzija permezz ta' sforzi ulterjuri ta' tisħiħ biex il-prodotti mhux konformi jinżammu milli jiġu introdotti fis-suq tal-Unjoni ġie identifikat bħala prijorità fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji"24. Jenħtieġ li dan jinkiseb billi tissaħħaħ is-sorveljanza tas-suq, jiġu pprovduti regoli ċari, trasparenti u komprensivi għall-operaturi ekonomiċi, jiġu intensifikati l-kontrolli tal-konformità u tiġi promossa l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar, inkluż permezz tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali.

__________________

__________________

24 COM(2015) 550 final tat-28 ta' Ottubru 2015.

24 COM(2015) 550 final tat-28 ta' Ottubru 2015.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jenħtieġ li l-qafas għas-sorveljanza tas-suq jissaħħaħ, bl-għan li jkomplu jittejbu l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti kif ukoll l-infurzar tagħha.

(3)  Attwalment l-infurzar tar-regoli tas-sorveljanza tas-suq hu insuffiċjenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-qafas għas-sorveljanza tas-suq jissaħħaħ, bl-għan li jkomplu jittejbu l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti kif ukoll l-infurzar tagħha.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali għall-prodotti kollha għall-konsumatur u tipprovdi għal obbligi u għal setgħat speċifiċi tal-Istati Membri b'rabta ma' prodotti perikolużi kif ukoll għall-iskambju ta' informazzjoni għal dak l-għan permezz tas-Sistema tal-Unjoni ta' Twissija Bikrija għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel (RAPEX). Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom il-possibbiltà li jieħdu l-miżuri aktar speċifiċi li huma disponibbli għalihom taħt dik id-Direttiva. Biex jinkiseb livell ogħla ta' sikurezza għall-prodott għall-konsumatur, il-mekkaniżmi għall-iskambji ta' informazzjoni u għal sitwazzjonijiet ta' intervent rapidu previsti fid-Direttiva 2001/95/KE u msaħħa mir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 jenħtieġ li jiġu kkomplimentati biex isiru aktar effettivi.

(4)  Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali għall-prodotti kollha għall-konsumatur u tipprovdi għal obbligi u għal setgħat speċifiċi tal-Istati Membri b'rabta ma' prodotti perikolużi kif ukoll għall-iskambju ta' informazzjoni għal dak l-għan permezz tas-Sistema tal-Unjoni ta' Twissija Bikrija għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel (RAPEX). Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom il-possibbiltà li jieħdu l-miżuri aktar speċifiċi li huma disponibbli għalihom taħt dik id-Direttiva. Biex jinkiseb livell ogħla ta' sikurezza, kwalità u affidabbiltà għall-prodott għall-konsumatur, il-mekkaniżmi għall-iskambji ta' informazzjoni u għal sitwazzjonijiet ta' intervent rapidu previsti fid-Direttiva 2001/95/KE u msaħħa mir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 jenħtieġ li jiġu kkomplimentati biex isiru aktar effettivi.

__________________

__________________

25 Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

25 Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

26 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

26 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri prodotti li huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness. Il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Anness jenħtieġ li tkopri l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tikkonċerna prodotti maħduma li ma jkunux ikel, għalf, prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, pjanti ħajjin u annimali, prodotti ta' oriġini umana u prodotti ta' pjanti jew ku ġejjin mill-annimali relatati b'mod dirett mar-riproduzzjoni futura tagħhom. Dan se jiżgura qafas uniformi għas-sorveljanza tas-suq ta' dawk il-prodotti fil-livell tal-Unjoni. Konsegwentement, diversi strumenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jridu jiġu emendati, b'mod partikolari biex jitneħħew ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Jekk fil-ġejjieni tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, dik il-leġiżlazzjoni ser tkun dik li jkollha tipprovdi jekk dan ir-Regolament għandux japplika għal dik il-leġiżlazzjoni wkoll.

(5)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri prodotti li huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness. Il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Anness jenħtieġ li tkopri l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tikkonċerna prodotti maħduma li ma jkunux ikel, għalf, prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, pjanti ħajjin u annimali, prodotti ta' oriġini umana u prodotti ta' pjanti jew dawk ġejjin mill-annimali relatati b'mod dirett mar-riproduzzjoni futura tagħhom. Dan se jiżgura qafas uniformi għas-sorveljanza tas-suq ta' dawk il-prodotti fil-livell tal-Unjoni u se jgħin biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Konsegwentement, diversi strumenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jridu jiġu emendati, b'mod partikolari biex jitneħħew ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Jekk fil-ġejjieni tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, dik il-leġiżlazzjoni ser tkun dik li jkollha tipprovdi jekk dan ir-Regolament għandux japplika għal dik il-leġiżlazzjoni wkoll.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Is-sikurezza tal-konsumaturi fil-parti l-kbira tiddependi mill-infurzar attiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti li tipprovdi għar-rekwiżiti ta' sikurezza. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-miżuri ta' infurzar. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jittejbu l-ħin kollu u jsiru dejjem aktar effettivi bl-għan li jilqgħu l-isfidi kurrenti ta' suq globali u ta' katina ta' provvista dejjem aktar kumplessa.

(7)  Is-sikurezza tal-konsumaturi fil-parti l-kbira tiddependi mill-infurzar attiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti li tipprovdi għar-rekwiżiti ta' sikurezza. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-miżuri ta' infurzar, inkluż fir-rigward tal-prodotti li huma offruti għall-bejgħ online lill-utenti finali fl-Unjoni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jittejbu l-ħin kollu u jsiru dejjem aktar effettivi bl-għan li jilqgħu l-isfidi attwali ta' suq globali u ta' katina ta' provvista dejjem aktar kumplessa.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tkun tal-Istati Membri, li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tiġi rrispettata bis-sħiħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu approċċi sistematiċi biex jiżguraw l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq u ta' attivitajiet oħra ta' infurzar.

(9)  Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tkun tal-Istati Membri, li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tiġi rrispettata bis-sħiħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu approċċi sistematiċi armonizzati biex jiżguraw l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq u ta' attivitajiet oħra ta' infurzar. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jenħtieġ li jissorveljaw lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq tagħhom sabiex jiżguraw li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Sabiex tingħata assistenza lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u biex jivvalutaw jekk dawn jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' rieżami effettiva bejn il-pari.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku hu dovut ukoll fil-parti l-kbira għall-proliferazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, normalment permezz ta' pjattaformi u għar-remunerazzjoni, li joffru servizzi intermedjarji billi jaħżnu kontenut ta' partijiet terzi, iżda mingħajr ma jeżerċitaw ebda kontroll fuq it-tali kontenut, u b'hekk ma jaġixxux f'isem operatur ekonomiku. It-tneħħija tal-kontenut rigward prodotti mhux konformi jew fejn din mhix fattibbli l-imblukkar tal-aċċess għal prodotti mhux konformi offruti permezz tas-servizzi tagħhom jenħtieġ li jkunu mingħajr ħsara għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55. B'mod partikolari, jenħtieġ li ma jiġi impost ebda obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi biex jissorveljaw l-informazzjoni li jibagħtu jew jaħżnu, u jenħtieġ li lanqas ma jiġi impost obbligu ġenerali fuqhom biex ifittxu b'mod attiv fatti jew ċirkustanzi li jindikaw attività illegali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting ma jinżammux responsabbli dment li ma jkollhomx għarfien propju ta' attività jew informazzjoni illegali u ma jkunux konxji mill-fatti jew miċ-ċirkustanzi li minnhom tkun apparenti l-attività jew l-informazzjoni illegali.

(13)  L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku hu dovut ukoll fil-parti l-kbira għall-proliferazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, normalment permezz ta' pjattaformi u għar-remunerazzjoni, li joffru servizzi intermedjarji billi jaħżnu kontenut ta' partijiet terzi, iżda mingħajr ma jeżerċitaw ebda kontroll fuq it-tali kontenut, u b'hekk ma jaġixxux f'isem operatur ekonomiku. It-tneħħija tal-kontenut rigward prodotti mhux konformi jew fejn din mhix fattibbli, l-imblukkar tal-aċċess għal prodotti mhux konformi offruti permezz tas-servizzi tagħhom jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55, filwaqt li titqies ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online.

__________________

__________________

55 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1).

55 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.07.2000, p. 1).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Filwaqt li dan ir-Regolament ma jittrattax il-protezzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, madankollu ta' min jikkunsidra li spiss il-prodotti ffalsifikati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jippreżentaw riskji serji għas-saħħa u s-sikurezza tal-utenti finali, ifixklu l-kompetizzjoni, jipperikolaw l-interessi pubbliċi u jappoġġjaw attivitajiet illegali oħra. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jieħdu miżuri effettivi biex jimpedixxu prodotti ffalsifikati milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 608/2013. Fl-interess tal-effiċjenza, l-awtoritajiet doganali jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw l-għarfien espert tagħhom u l-informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji relatati ma' prodotti li jiksru d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, anki sabiex ikun hemm sorveljanza tas-suq effettiva tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li suq uniku aktar ġust jiżgura kondizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha u protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta. Għal dan l-għan, hemm bżonn ta' infurzar imsaħħaħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Kooperazzjoni tajba bejn il-manifatturi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq hi element importanti li jippermetti li jsiru intervent u azzjoni korrettiva immedjati b'rabta mal-prodott. Importanti li jenħtieġ li jkun hemm persuna ta' kuntatt stabbilita fl-Unjoni biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom lil xi ħadd li lilu jkunu jistgħu jiġu indirizzati mistoqsijiet dwar il-konformità ta' prodott mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-persuna responsabbli biex tipprovdi t-tali informazzjoni dwar il-konformità tkun il-manifattur, jew l-importatur, jew persuna oħra nnominata mill-manifattur għal dan l-għan, pereżempju operatur ekonomiku ieħor. Ir-rwol ta' persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità stabbilita fl-Unjoni hu essenzjali biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu pprovduti b'interlokutur stabbilit fl-Unjoni, u biex jitwettqu kompiti speċifiċi b'mod puntwali biex jiġi żgurat li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, għall-benefiċċju tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tan-negozji fi ħdan l-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament li jeħtieġu li jkun hemm persuna stabbilita fl-Unjoni responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità jenħtieġ li ma japplikawx meta rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f'ċerti strumenti legali dwar prodotti jiksbu l-istess riżultat fl-effett tagħhom, jiġifieri l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 15 tar-Regolament 2017/746.

(14)  Jenħtieġ li suq uniku aktar ġust jiżgura kondizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha u protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta. Għal dan l-għan, hemm bżonn ta' infurzar imsaħħaħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Kooperazzjoni tajba bejn il-manifatturi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq hi element importanti li jippermetti li jsiru intervent u azzjoni korrettiva immedjati b'rabta mal-prodott. Importanti li jenħtieġ li jkun hemm persuna ta' referenza stabbilita fl-Unjoni biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom persuna li lilha jistgħu jindirizzaw mistoqsijiet dwar il-konformità ta' prodott mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u li tkun tista' jieħu azzjoni biex tirrimedja każijiet ta' nuqqas ta' konformità. Il-persuna ta' referenza jenħtieġ li tkun il-manifattur, l-importatur, meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, jew rappreżentant awtorizzat maħtur mill-manifattur għal dan il-għan.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku joħloq ċerti sfidi għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-iżgurar tal-konformità tal-prodotti mibjugħa online u tal-infurzar b'mod effettiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. L-għadd ta' operaturi ekonomiċi li joffru prodotti direttament lill-konsumaturi permezz ta' mezzi elettroniċi qiegħed jiżdied. Għalhekk, ir-rwol ta' persuna ta' referenza hu essenzjali biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu pprovduti b'interlokutur stabbilit fl-Unjoni, u biex jitwettqu kompiti speċifiċi b'mod puntwali bil-għan li jiġi żgurat li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, għall-benefiċċju tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tan-negozji fi ħdan l-Unjoni. Sabiex timtela l-lakuna eżistenti u jiġi żgurat li dejjem ikun hemm persuna ta' referenza stabbilita fl-Unjoni fir-rigward tal-prodott, il-manifattur stabbilit barra mill-Unjoni, meta ma jkunx hemm importatur, jenħtieġ li jaħtar rappreżentant awtorizzat, li jkollu l-obbligi tal-persuna ta' referenza għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  L-obbligi ta' persuna ta' referenza jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi u r-responsabbiltajiet eżistenti tal-manifattur, l-importatur u r-rappreżentant awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament li jeħtieġu li jkun hemm persuna ta' referenza stabbilita fl-Unjoni jenħtieġ li ma japplikawx meta rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f'ċerti strumenti legali dwar prodotti jiksbu l-istess riżultat fl-effett tagħhom, jiġifieri l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/746.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu assistenza lill-operaturi ekonomiċi jew permezz ta' informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mill-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) [Ir-referenza għar-Regolament il-ġdid dwar ir-rikonoxximent reċiproku għad trid tiddaħħal]56, jew permezz ta' gwida dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq fi ħdan il-kuntest ta' arranġamenti ta' sħubija tal-konformità. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jkunu jistgħu jibnu fuq il-kooperazzjoni eżistenti mal-partijiet ikkonċernati u jkunu awtorizzati jikkonkludu memoranda ta' ftehim mal-partijiet ikkonċernati, bl-għan li jippromwovu l-konformità jew jidentifikaw in-nuqqas ta' konformità fir-rigward ta' kategoriji ta' prodott fi ħdan żona ġeografika partikolari.

(15)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu assistenza lill-operaturi ekonomiċi jew permezz ta' informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mill-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) [Ir-referenza għar-Regolament il-ġdid dwar ir-rikonoxximent reċiproku għad trid tiddaħħal]56. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jkunu jistgħu jibnu fuq il-kooperazzjoni eżistenti mal-partijiet ikkonċernati u jkunu awtorizzati jikkonkludu memoranda ta' qbil mal-partijiet ikkonċernati, bl-għan li jqajmu kuxjenza, jagħtu parir u gwida, jippromwovu l-azzjonijiet volontarji, jippromwovu l-konformità jew jidentifikaw in-nuqqas ta' konformità fir-rigward ta' kategoriji ta' prodott fi ħdan żona ġeografika partikolari, inklużi l-prodotti li huma offruti b'mezzi elettroniċi.

__________________

__________________

56 Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … (ĠU L, , p. )

56 Ir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … (ĠU L, , p. )

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku joħloq ċerti sfidi rigward il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti finali minn prodotti mhux konformi. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-organizzazzjoni effettiva tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom fir-rigward tal-prodotti li jinbiegħu online. L-attivitajiet fir-rigward ta' dawn il-prodotti jenħtieġ li jitwettqu b'mod proattiv u reattiv u jqisu sorsi tal-informazzjoni differenti, bħar-RAPEX, il-portal globali tas-sejħiet lura ta' prodotti tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), l-ilmenti tal-konsumaturi, u l-informazzjoni li tasal mingħand awtoritajiet oħra, operaturi ekonomiċi u l-midja.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  Filwaqt li jwettqu s-sorveljanza tal-prodotti offruti online, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed jiffaċċjaw numru ta' diffikultajiet, bħat-traċċar ta' prodotti offruti għall-bejgħ online, l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi responsabbli, jew it-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju jew testijiet tas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' aċċess fiżiku għall-prodotti. Fuq il-bażi tal-esperjenzi kollettivi eżistenti u ta' prattiki aħjar, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti mibjugħa online (2017/C 250/01) bil-għan li tikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti u għal applikazzjoni aktar uniformi u koerenti ta' dik il-leġiżlazzjoni f'termini ta' prodotti mibjugħa online. Flimkien mar-rekwiżiti obbligatorji dwar l-organizzazzjoni tas-sorveljanza tas-suq għall-prodotti mibjugħa online, introdotti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw dan l-Avviż bħala dokument ta' gwida komplimentarju u referenza ta' prattiki tajba għas-sorveljanza tas-suq u għall-komunikazzjoni man-negozji u mal-konsumaturi.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-proliferazzjoni tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) u l-għadd dejjem jikber ta' apparat li jista' juża l-Intelliġenza Artifiċjali (IA), filwaqt li jitqies li l-konsumaturi qegħdin jużaw dejjem aktar apparati konnessi fil-ħajja ta' kuljum tagħhom. Il-qafas regolatorju tal-Unjoni jenħtieġ li jindirizza t-theddid attwali għas-sigurtà ta' tali apparati li jistgħu jiġu ħħekkjati u għalhekk jippreżentaw riskji ġodda mill-bogħod. Fil-qasam tal-IoT u l-IA, kemm is-sikurezza kif ukoll is-sigurtà tal-prodotti huma kruċjali biex jiġu żgurati s-sikurezza tal-utenti tagħhom. F'dan ir-rigward, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun konsistenti b'mod sħiħ mar-Regolament tal-ENISA (2017/0225(COD)) u l-Komunikazzjoni dwar "L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa" (COM(2018)237).

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d)  Fi żmien ta' żvilupp kostanti ta' teknoloġiji diġitali għandhom jiġu esplorati soluzzjonijiet ġodda bbażati fuq is-suq li jistgħu jikkontribwixxu għas-sorveljanza effettiva fi ħdan l-Unjoni. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu mħeġġa jqisu l-potenzjal tat-teknoloġija tat-tip Blockchain u regoli ġodda dwar it-tikkettar għal prodotti, li jistgħu jissostitwixxu l-metodi tradizzjonali ta' tikkettar kif ukoll jiffaċilitaw il-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq billi jipprovdu informazzjoni faċilment aċċessibbli u strutturata fir-rigward tal-prodott b'mod elettroniku.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jkunu approfonditi u effettivi, biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti tiġi applikata b'mod korrett. Billi l-kontrolli jistgħu jirrappreżentaw piż għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jorganizzaw u jwettqu l-attivitajiet ta' spezzjoni, filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-interessi tagħhom u jillimitaw it-tali piż għal dak li jkun meħtieġ għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali effiċjenti u effettivi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jitwettqu bl-istess livell ta' attenzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru indipendentement minn jekk in-nuqqas ta' konformità tal-prodott partikolari hux rilevanti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew aktarx li hux ser ikollu impatt fuq is-suq ta' Stat Membru ieħor.

(18)  Jenħtieġ li l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq jkunu approfonditi u effettivi, biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti tiġi applikata b'mod korrett. Billi l-kontrolli jistgħu jirrappreżentaw piż għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jorganizzaw u jwettqu l-attivitajiet ta' spezzjoni, filwaqt li jqisu l-interessi ta' dawk l-operaturi, u jillimitaw it-tali piż għal dak li jkun meħtieġ għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali effiċjenti u effettivi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq jitwettqu bl-istess livell ta' attenzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru indipendentement minn jekk in-nuqqas ta' konformità tal-prodott partikolari huwiex rilevanti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew li aktarx ser ikollu impatt fuq is-suq ta' Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet uniformi għal attivitajiet ta' spezzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq meta prodott jippreżenta riskju magħruf jew emerġenti.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 ġew implementati f'ħafna forom differenti u speċifiċi fil-livelli nazzjonali. Id-differenzi joħorġu mhux biss f'termini ta' distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iżda anki f'termini ta' mekkaniżmi ta' koordinazzjoni interna fil-livell nazzjonali, fil-livell ta' riżorsi finanzjarji użati għas-sorveljanza tas-suq, f'approċċi u strateġiji tas-sorveljanza tas-suq, kif ukoll f'setgħat fir-rigward ta' prodotti mhux konformi u f'livell ta' penali għall-ksur li jwasslu għal infurzar frammentat tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Din il-frammentazzjoni twassal biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar rigoruża f'ċerti Stati Membri minn f'oħrajn u tista' tirriżulta f'setgħa ta' deterrenza inqas effettiva, f'kondizzjonijiet mhux ekwi fost in-negożji f'ċerti Stati Membri, u anki fi żbilanċi potenzali fil-livell ta' sikurezza tal-prodotti madwar l-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  L-implimentazzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu proporzjonati u adegwati fid-dawl tan-natura u tal-ħsara attwali jew potenzjali globali tan-nuqqas ta' konformità mal-interessi pubbliċi protetti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jqisu l-fatti u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ u li jagħżlu l-aktar miżuri adatti li jkunu essenzjali biex jiġi indirizzat il-każ ta' ksur kopert minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr ħsara għal-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu s-sistema ta' infurzar li jqisu xierqa. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jagħżlu jekk l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jistgħux jeżerċitaw l-investigazzjoni u l-infurzar direttament bl-awtorità tagħhom stess direttament jew b'applikazzjoni quddiem il-qrati kompetenti.

(20)  L-implimentazzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw ukoll ma' liġijiet oħra tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż b'salvagwardji proċedurali applikabbli u l-prinċipji tad-drittijiet fundamentali u jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jagħżlu s-sistema tal-infurzar li huma jqisu xierqa . Jenħtieġ li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jistipulaw kondizzjonijiet u limiti għall-eżerċizzju tas-setgħat fil-liġi nazzjonali, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu liberi li jagħżlu jekk l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jistgħux jeżerċitaw l-investigazzjoni u l-infurzar direttament bl-awtorità tagħhom stess, b'rikors għal awtoritajiet pubbliċi kompetenti oħra jew b'applikazzjoni quddiem il-qrati kompetenti.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom aċċess għall-evidenza, għad-data u għall-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni biex jiddeterminaw jekk seħħx ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, u b'mod partikolari biex jidentifikaw l-operatur ekonomiku responsabbli, irrispettivament minn min ikun fil-pussess tal-evidenza, tal-informazzjoni jew tad-data inkwistjoni u irrispettivament minn fejn tinstab, jew x'inhu l-format tagħha. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu kapaċi jitolbu li l-partijiet terzi fil-katina ta' valur diġitali jipprovdu l-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa.

(22)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom aċċess għall-evidenza, għad-data u għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll informazzjoni oħra meħtieġa relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni biex jiddeterminaw jekk seħħx ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, u b'mod partikolari biex jidentifikaw l-operatur ekonomiku responsabbli, irrispettivament minn min ikun fil-pussess tal-evidenza, tal-informazzjoni jew tad-data inkwistjoni u irrispettivament minn fejn tinstab, jew x'inhu l-format tagħha. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jkunu kapaċi jitolbu li l-partijiet terzi fil-katina ta' valur diġitali jipprovdu l-evidenza, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jitolbu li kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti spjegazzjonijiet jew jipprovdi fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-verifika fuq il-post, u jirreġistraw it-tweġibiet mogħtija minn dak ir-rappreżentant jew membru tal-persunal.

(24)  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jitolbu li kwalunkwe rappreżentant jew membru ta' operatur ekonomiku jew membru rilevanti tal-persunal tal-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti spjegazzjonijiet jew jipprovdi fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-verifika fuq il-post, u jirreġistraw it-tweġibiet mogħtija minn dak ir-rappreżentant jew membru tal-persunal.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-prodotti li għandhom jitqiegħdu fis-suq mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u jiksbu evidenza tan-nuqqas ta' konformità. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn ikollhom is-setgħa li jittestjaw xirjiet u, meta l-evidenza ma tkunx tista' tinkiseb b'mezzi oħra, li jixtru prodotti b'identità moħbija.

(25)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-prodotti li għandhom jitqiegħdu fis-suq mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jispezzjonawhom u jżarmawhom (reverse engineering) sabiex jiksbu evidenza tan-nuqqas ta' konformità. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn ikollhom is-setgħa li jittestjaw akkwisti u, meta l-evidenza ma tkunx tista' tinkiseb b'mezzi oħra, li jakkwistaw prodotti b'identità moħbija.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  B'mod partikolari fl-ambjent diġitali, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu kapaċi jtemmu n-nuqqas ta' konformità malajr u b'mod effettiv, b'mod partikolari meta l-operatur ekonomiku li jkun qed ibigħ il-prodott jaħbi l-identità tiegħu jew imur f'post ieħor fl-Unjoni jew f'pajjiż terz biex jevita l-infurzar. F'każijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara serja u irreparabbli għall-utenti finali minħabba n-nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu kapaċi jadottaw miżuri temporanji, meta ma jkunx hemm mezzi oħra disponibbli biex jipprevjenu jew jimmitigaw it-tali ħsara, li jinkludu, fejn meħtieġ, is-sospensjoni ta' sit web, ta' servizz jew ta' kont, jew iwarrbu isem ta' dominju totalment kwalifikat għal perjodu speċifiku ta' żmien, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom is-setgħa li jagħlqu jew li jeħtieġu li fornitur ta' servizz terz jagħlaq sit web, servizz jew kont jew parti minnhom, jew li jitolbu t-tħassir ta' isem ta' dominju kkwalifikat bis-sħiħ.

(26)  B'mod partikolari fl-ambjent diġitali, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu kapaċi jtemmu n-nuqqas ta' konformità malajr u b'mod effettiv, b'mod partikolari meta l-operatur ekonomiku li jkun qed ibigħ il-prodott jaħbi l-identità tiegħu jew imur f'post ieħor fl-Unjoni jew f'pajjiż terz biex jevita l-infurzar. F'każijiet fejn ikun hemm riskju ta' ħsara serja u irreparabbli għall-utenti finali minħabba n-nuqqas ta' konformità, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu kapaċi jadottaw miżuri, meta debitament ġustifikati u proporzjonati u meta ma jkunx hemm mezzi oħra disponibbli biex jipprevjenu jew jimmitigaw it-tali ħsara, li jinkludu, fejn meħtieġ, is-sospensjoni ta' sit web, ta' servizz jew ta' kont, jew iwarrbu isem ta' dominju totalment kwalifikat għal perjodu speċifiku ta' żmien, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 2000/31/KE. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom is-setgħa li jagħlqu jew li jeħtieġu li fornitur ta' servizz terz jagħlaq sit web, servizz jew kont jew parti minnhom, jew li jitolbu t-tħassir ta' isem ta' dominju totalment kwalifikat.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jaġixxu fl-interessi tal-operaturi ekonomiċi, tal-utenti finali, u tal-pubbliku ġenerali, biex jiżguraw li l-interessi pubbliċi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jiġu pperservati b'mod konsistenti u protetti permezz ta' azzjoni ta' infurzar xierqa, u li l-konformità mat-tali leġiżlazzjoni tiġi żgurata tul il-katina ta' provvista permezz tal-kontrolli xierqa. Konsegwentement, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jagħtu rendikont lill-operaturi ekonomiċi, lill-utenti finali u lill-pubbliku ġenerali għall-effiċjenza u għall-effikaċja tal-attivitajiet li jwettqu. Jenħtieġ li dawn jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, inklużi l-kontrolli, u jippubblikaw b'mod regolari informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa u r-riżultati tat-tali attivitajiet. Jenħtieġ ukoll li, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet, dawn ikunu intitolati jippubblikaw, jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar ir-rekord tal-konformità tal-operaturi ekonomiċi individwali fuq il-bażi tal-eżitu tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq.

(27)  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jaġixxu fl-interessi tal-operaturi ekonomiċi, tal-utenti finali, u tal-pubbliku ġenerali, biex jiżguraw li l-interessi pubbliċi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jiġu ppreservati b'mod konsistenti u protetti permezz ta' azzjoni ta' infurzar xierqa, u li l-konformità mat-tali leġiżlazzjoni tiġi żgurata tul il-katina ta' provvista permezz tal-kontrolli xierqa. Konsegwentement, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jagħtu rendikont lill-operaturi ekonomiċi, lill-utenti finali u lill-pubbliku ġenerali għall-effiċjenza u għall-effikaċja tal-attivitajiet li jwettqu. Jenħtieġ li dawn jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, inklużi l-kontrolli, u jippubblikaw b'mod regolari informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa u r-riżultati tat-tali attivitajiet. Jenħtieġ ukoll li, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet, dawn ikunu intitolati jippubblikaw jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar ir-rekord tal-konformità tal-operaturi ekonomiċi individwali fuq il-bażi tal-eżitu tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq, filwaqt li jipprovdu l-operaturi ekonomiċi b'possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni, relatata magħhom, qabel il-pubblikazzjoni tagħha.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Biex jiġu żgurati l-affidabilità u l-konsistenza tal-ittestjar madwar l-Unjoni fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnomina l-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema aktar komprensiva ta' informazzjoni għall-qsim tar-riżultati tat-testijiet fi ħdan l-Unjoni biex jiġi evitat xogħol doppju għalxejn u tiġi żgurata konsistenza akbar fil-livell tal-Unjoni.

(33)  Biex jiġu żgurati l-effikaċja u l-konsistenza tal-ittestjar madwar l-Unjoni fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward ta' prodotti speċifiċi jew kategorija jew grupp speċifiku ta' prodotti jew għal riskji speċifiċi relatati ma' kategorija jew grupp ta' prodotti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnomina l-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema aktar komprensiva ta' informazzjoni għall-qsim tar-riżultati tat-testijiet fi ħdan l-Unjoni biex jiġi evitat xogħol doppju għalxejn u tiġi żgurata konsistenza akbar fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jiżguraw li dejjem ikun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli biex ikun hemm il-persunal u t-tagħmir xierqa għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Attività effiċjenti ta' sorveljanza tas-suq hi impenjattiva f'termini ta' riżorsi, u jenħtieġ li jiġu pprovduti riżorsi stabbli, f'livell xieraq għall-ħtiġijiet ta' infurzar fi kwalunkwe waqt. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-finanzjament pubbliku jiġi ssupplimentat mill-ġbir ta' tariffi biex ikopru l-kostijiet imġarrba meta jitwettqu attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq b'rabta mal-prodotti li jinstabu li mhumiex konformi, u b'kunsiderazzjoni tar-rekord ta' konformità tal-operatur ekonomiku.

(35)  L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jiżguraw li dejjem ikun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli biex ikun hemm il-persunal u t-tagħmir xierqa għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Attività effiċjenti tas-sorveljanza tas-suq hi impenjattiva f'termini ta' riżorsi, u jenħtieġ li jiġu pprovduti riżorsi stabbli, f'livell xieraq għall-ħtiġijiet ta' infurzar fi kwalunkwe waqt. Il-kontrolli amministrattivi u awtomatizzati ma jistgħux iservu bħala sostitut għal kontrolli fiżiċi li jiggarantixxu l-konformità sostanzjali ta' prodott mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-finanzjament pubbliku jiġi ssupplimentat mill-ġbir ta' tariffi biex ikopru l-kostijiet imġarrba meta jitwettqu attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq b'rabta mal-prodotti li jinstabu li mhumiex konformi, u b'kunsiderazzjoni tar-rekord ta' konformità tal-operatur ekonomiku.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Mod effettiv biex jiġi żgurat li l-prodotti mhux siguri jew mhux konformi ma jiġux introdotti fis-suq tal-Unjoni jkun li t-tali prodotti jiġu identifikati qabel ma jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. L-awtoritajiet doganali, bħala awtoritajiet inkarigati mill-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, igawdu ħarsa ġenerali sħiħa lejn il-flussi tal-kummerċ li jaqsmu l-fruntieri esterni, u għalhekk jenħtieġ li jkunu meħtieġa jwettqu kontrolli adegwati fuq bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, biex jikkontribwixxu għal suq aktar sikur. Infurzar uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jista' jinkiseb biss permezz ta' kooperazzjoni sistematika u permezz ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u doganali. Jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jirċievu ferm minn qabel mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq l-informazzjoni neċessarja kollha dwar il-prodotti mhux konformi jew l-informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi meta jiġi identifikat riskju ogħla ta' nuqqas ta' konformità. Min-naħa tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b'mod puntwali dwar ir-rilaxx ta' prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera, u dwar ir-riżultati tal-kontrolli, meta t-tali informazzjoni tkun rilevanti għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Barra minn hekk, meta l-Kummissjoni ssir taf dwar riskju serju ppreżentat minn prodott importat, jenħtieġ li din tinforma lill-Istati Membri dwar dawk ir-riskji biex jiġu żgurati kontrolli tal-konformità u ta' infurzar koordinati u aktar effettivi fl-ewwel punti ta' dħul fl-Unjoni.

(38)  Mod effettiv biex jiġi żgurat li l-prodotti mhux siguri jew mhux konformi ma jiġux introdotti fis-suq tal-Unjoni jkun li t-tali prodotti jiġu identifikati qabel ma jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera. L-awtoritajiet doganali, bħala awtoritajiet inkarigati mill-kontroll fuq il-prodotti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, għandhom stampa ġenerali sħiħa tal-flussi tal-kummerċ li jaqsmu l-fruntieri esterni, u għalhekk jenħtieġ li jkunu meħtieġa jwettqu kontrolli adegwati fuq bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, biex jikkontribwixxu għal suq aktar sikur, li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi. Infurzar uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jista' jinkiseb biss permezz ta' kooperazzjoni sistematika u permezz ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u doganali. Jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jirċievu ferm minn qabel mingħand l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq l-informazzjoni neċessarja kollha dwar il-prodotti mhux konformi jew l-informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi meta jiġi identifikat riskju ogħla ta' nuqqas ta' konformità. Min-naħa tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b'mod puntwali dwar ir-rilaxx ta' prodotti għaċ-ċirkolazzjoni libera, u dwar ir-riżultati tal-kontrolli, meta t-tali informazzjoni tkun rilevanti għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Barra minn hekk, meta l-Kummissjoni ssir taf dwar riskju serju ppreżentat minn prodott importat, jenħtieġ li din tinforma lill-Istati Membri dwar dawk ir-riskji biex jiġu żgurati kontrolli tal-konformità u ta' infurzar koordinati u aktar effettivi fl-ewwel punti ta' dħul fl-Unjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja l-prestazzjoni tal-awtoritajiet doganali u tindirizza diskrepanzi fil-prestazzjoni li jistgħu jwasslu għal dgħufijiet fil-livell tal-kondizzjonijiet ekwi għal produtturi tal-Unjoni li huma konformi meta mqabbla ma' produtturi ta' pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tindirizza wkoll il-prattika ta' esportaturi minn pajjiżi terzi li jagħżlu punti ta' dħul fl-Unjoni fejn il-kontrolli huma inqas stretti jew sistematiċi.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Biex jingħata appoġġ lill-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti relatati mal-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jingħata trattament aktar favorevoli għal prodotti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn operatur ekonomiku awtorizzat, kif iddefiniti fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, sakemm tiġi stabbilita l-proċedura għall-iskambju tal-informazzjoni dwar l-istatus tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati u dwar ir-rekord tal-konformità tagħhom relatata mas-sigurtà tal-prodotti. Jenħtieġ li t-tali approċċ jippermetti li jsir kontroll aktar immirat, fuq bażi tar-riskju, tal-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

(39)  Biex jingħata appoġġ lill-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti relatati mal-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jingħata trattament aktar favorevoli għal prodotti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn operatur ekonomiku awtorizzat, kif iddefiniti fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, sakemm tiġi stabbilita l-proċedura għall-iskambju tal-informazzjoni dwar l-istatus tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati u dwar ir-rekord tal-konformità tagħhom relatata fir-rigward tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u mas-sigurtà tal-prodotti. Jenħtieġ li t-tali approċċ jippermetti li jsir kontroll aktar immirat, fuq bażi tar-riskju, tal-prodotti rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)  Jenħtieġ li jkun hemm skambju ta' informazzjoni effettiv, rapidu u preċiż bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 jipprevedi għadd ta' għodod bħas-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) u s-Sistema tal-Unjoni ta' Twissija Bikrija għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel (RAPEX) li jippermettu li jkun hemm koordinazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni. Dawn l-għodod, flimkien mal-interfaċċja li tippermetti t-trasferiment tad-data mill-ICSMS għar-RAPEX għandhom jinżammu u jiġu żviluppati aktar sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom u biex jgħinu biex jiżdied il-livell ta' kooperazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  F'dak il-kuntest, hemm bżonn li tinżamm u tiġi żviluppata b'mod ulterjuri s-Sistema ta' Informazzjoni u ta' Komunikazzjoni eżistenti għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS). Għall-fini tal-ġbir tal-informazzjoni relatata mal-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti, jenħtieġ li l-ICSMS tiġi aġġornata u tkun aċċessibbli għall-Kummissjoni, għall-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni, u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali permezz ta' interfaċċja pubblika. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi żviluppata interfaċċja elettronika biex ikun jista' jsir skambju effettiv ta' informazzjoni bejn is-sistemi doganali nazzjonali u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

(41)  F'dak il-Kuntest, għall-fini tal-ġbir tal-informazzjoni relatata mal-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti, jenħtieġ li l-ICSMS tiġi aġġornata u tkun aċċessibbli għall-Kummissjoni, għall-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni, u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali permezz ta' interfaċċja pubblika. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi żviluppata interfaċċja elettronika biex ikun jista' jsir skambju effettiv ta' informazzjoni bejn is-sistemi doganali nazzjonali u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-isfond tal-għanijiet li jfittex. Skont il-punt 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet59, l-evalwazzjoni, fuq il-bażi tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud, jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet għal azzjoni ulterjuri.

(42)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-isfond tal-għanijiet li jfittex, filwaqt li tikkunsidra wkoll l-iżviluppi teknoloġiċi, ekonomiċi, kummerċjali u legali ġodda u tagħti attenzjoni speċjali lill-IoT u l-apparat li jista' juża l-IA u soluzzjonijiet innovattivi ġodda bbażati fuq is-suq. Skont il-punt 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet59, l-evalwazzjoni, fuq il-bażi tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud, jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet għal azzjoni ulterjuri, inkluż it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal prodotti mhux armonizzati.

__________________

__________________

59 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

59 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Id-diversità tas-sanzjonijiet madwar l-Unjoni hi waħda mir-raġunijiet ewlenin għal deterrenza inadegwata u għal protezzjoni mhux ibbilanċjata. Regoli dwar l-istabbiliment ta' sanzjonijiet, inklużi penali monetarji, huma kwistjoni li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti mid-dritt nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji u prinċipji ta' gwida komuni fid-determinazzjoni tal-livell ta' penali biex tinkiseb deterrenza uniformi u effettiva madwar l-Unjoni. Id-definizzjoni ta' sett ta' kriterji għad-determinazzjoni ta' livelli effettivi, proporzjonati u dissważivi ta' penali madwar l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-imġiba fl-imgħoddi tal-operaturi ekonomiċi, tal-kooperazzjoni tagħhom matul l-investigazzjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u tal-livell ta' ħsara, hi essenzjali biex jiġu evitati punti dgħajfin li jistgħu jħeġġu l-għalża opportunistika tal-ġurisdizzjoni.

(44)  Id-diversità tas-sanzjonijiet madwar l-Unjoni hi waħda mir-raġunijiet ewlenin għal deterrenza inadegwata u għal protezzjoni mhux ibbilanċjata. Regoli dwar l-istabbiliment ta' sanzjonijiet, inklużi penali monetarji, huma kwistjoni li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti mid-dritt nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji u prinċipji ta' gwida komuni fid-determinazzjoni tal-livell ta' penali biex tinkiseb deterrenza uniformi u effettiva madwar l-Unjoni. Id-definizzjoni ta' sett ta' kriterji għad-determinazzjoni ta' livelli effettivi, proporzjonati u dissważivi ta' penali madwar l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-imġiba fl-imgħoddi tal-operaturi ekonomiċi, speċjalment meta jkunu identifikati każijiet ta' ksur ripetuti tar-regoli tal-Unjoni fir-rigward tal-konformità tal-prodotti, tal-kooperazzjoni tagħhom matul l-investigazzjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u tal-livell u l-gravità ta' ħsara, hi essenzjali biex jiġu evitati punti dgħajfin li jistgħu jħeġġu l-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44a)  Sabiex jiġu żgurati evalwazzjonijiet effettivi bejn il-pari tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-attivitajiet li jwettqu skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-istabbiliment ta' pjan għall-evalwazzjonijiet bejn il-pari, tal-kriterji dwar il-kompożizzjoni tat-tim tal-evalwazzjoni bejn il-pari, il-metodoloġija użata għall-evalwazzjoni bejn il-pari, l-iskeda, il-perjodiċità u l-kompiti l-oħra relatati mal-evalwazzjoni bejn il-pari. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk dan ir-Regolament irid jiġi interpretat u applikat fir-rigward ta' dawk id-drittijiet u l-prinċipji. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ għall-protezzjoni tal-konsumatur, għal-libertà ta' intrapriża, għal-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni, għad-dritt għall-proprjetà u għall-protezzjoni ta' data personali,

(47)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u preżenti fit-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri. Għalhekk, dan ir-Regolament irid jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji, inklużi dawk relatati mal-libertà ta' espressjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ għall-protezzjoni tal-konsumatur, għal-libertà ta' intrapriża, għal-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni, għad-dritt għall-proprjetà u għall-protezzjoni ta' data personali.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-objettiv ta' dan ir-Regolament hu li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti bil-għan li jassigura li huma biss dawk il-prodotti konformi li jissodisfaw rekwiżiti li jipprevedu livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza ġenerali, is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-ħarsien tal-ambjent u s-sigurtà pubblika, li jkunu disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-forniment ta' informazzjoni dwar il-konformità dwar ċerti prodotti li huma soġġetti għal atti tal-Unjoni li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dawk il-prodotti. Jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi b'rabta mat-tali prodotti.

Dan jistabbilixxi wkoll ir-regoli u l-proċeduri għall-forniment ta' informazzjoni dwar il-konformità dwar ċerti prodotti li huma soġġetti għal atti tal-Unjoni li jarmonizzaw il-kondizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dawk il-prodotti. Jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi b'rabta mat-tali prodotti.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan jipprovdi qafas għas-sorveljanza tas-suq ta' tali prodotti biex jiżgura li dawk il-prodotti jissodisfaw rekwiżiti li jipprovdu għal livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza ġenerali, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-ħarsien tal-ambjent u s-sigurtà.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Speċifikazzjoni aħjar tal-objettivi ta' dan ir-regolament.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Artikoli 26, 27, 28, 29 u 30 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-prodotti kollha koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biss sa fejn leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra ma tinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-organizzazzjoni tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "sorveljanza tas-suq" tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u li dawn ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor ta' protezzjoni tal-interess pubbliku;

(3)  "sorveljanza tas-suq" tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u li dawn ma jipperikolawx is-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, is-sikurezza pubblika jew kwalunkwe aspett ieħor ta' protezzjoni tal-interess pubbliku;

Ġustifikazzjoni

Speċifikazzjoni aħjar tal-objettivi ta' dan ir-regolament.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 12 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "operatur ekonomiku" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur jew id-distributur, u inklużi::

(12)  "operatur ekonomiku" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur jew id-distributur u kull persuna oħra soġġetta għal obbligi fir-rigward ta' prodotti li jsiru disponibbli fis-suq f'konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni, u inklużi:

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "riskju serju" tfisser kull riskju serju, inkluż riskju serju b'effetti li mhumiex immedjati, u li jeħtieġu intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(15)  "riskju serju" tfisser kull riskju serju, inkluż dawk l-effetti li mhumiex immedjati, u li jeħtieġu intervent rapidu u segwitu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità

Persuna ta' referenza

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Prodott jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.  Prodott jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq biss jekk ikun hemm persuna ta' referenza stabbilita fl-Unjoni fir-rigward ta' dak il-prodott.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-manifattur ikun stabbilit fl-Unjoni jew tal-inqas ikun hemm wieħed/waħda minn dawn li ġejjin disponibbli fir-rigward tal-prodott:

imħassar

(i)  importatur;

 

(ii)  persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li jkollha mandat bil-miktub mingħand il-manifattur li jiddeżinjaha bħala persuna responsabbli għat-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafu 3 u li jeħtieġha twettaq dawk il-kompiti għan-nom tal-manifattur;

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-manifattur, tal-importatur jew ta' persuna oħra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (a) huma disponibbli pubblikament f'konformità mal-paragrafu 4 u huma indikati jew identifikabbli f'konformità mal-paragrafu 5.

imħassar

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-persuna ta' referenza tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

 

(a) il-manifattur stabbilit fl-Unjoni;

 

(b) importatur, meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni;

 

(c) rappreżentant awtorizzat, meta ma jkunx hemm manifattur jew importatur stabbiliti fl-Unjoni, u ma jkunx hemm importatur li jkollu mandat bil-miktub mingħand il-manifattur li jitolbu jwettaq il-kompiti elenkati fil-paragrafu 3 f'isem il-manifattur;

 

Il-mandat imsemmi fil-punt (c) għandu jiġi ffirmat kemm mill-manifattur kif ukoll mir-rappreżentant awtorizzat maħtur.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità" tfisser il-persuna, sew jekk il-manifattur, l-importatur jew inkella persuna oħra, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1(a) fir-rigward tal-prodott jew, jekk hemm aktar minn persuna waħda bħal din, kwalunkwe waħda minnhom.

imħassar

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

3.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu u responsabbiltà tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli, persuna ta' referenza għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott tipprovdi għal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u għal dokumentazzjoni teknika, iż-żamma tad-dikjarazzjoni u tad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-perjodu meħtieġ minn dik il-leġiżlazzjoni.

(a)  jekk il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott tipprovdi għal dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u għal dokumentazzjoni teknika, li jivverifikaw li d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika tfasslu u li jżommu d-dikjarazzjoni tal-konformità u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-perjodu rikjest minn dik il-leġiżlazzjoni.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  meta tqis jew ikollha raġuni biex temmen li l-prodott inkwistjoni mhuwiex konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, immedjatament tinforma lill-manifattur u, fejn applikabbli, lil operaturi ekonomiċi oħra;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, immitigati r-riskji ppreżentati mill-prodott.

(c)  tikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tieħu azzjoni immedjata biex telimina jew tirrimedja kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott inkwistjoni jew, jekk dan ma jkunx possibbli, timmitiga r-riskji ppreżentati minn dak il-prodott.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  li tinforma lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti dwar it-terminazzjoni ta' mandat li jaħtru bħala operatur ekonomiku responsabbli għall-konformità skont il-punt (c) tal-paragrafu 1a.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-manifatturi għandhom iqiegħdu l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità fir-rigward tal-prodott għad-dispożizzjoni pubblikament fuq is-sit web tagħhom jew inkella, fin-nuqqas ta' sit web, bi kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti li l-informazzjoni tiġi aċċessata minnufih mill-pubbliku ġenerali fl-Unjoni mingħajr ħlas.

imħassar

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità fir-rigward tal-prodott għandhom ikunu indikati fuq l-informazzjoni indikata fuq il-prodott, l-imballaġġ ta' dan, fuq il-pakkett jew fuq dokument ta' akkumpanjament jew inkella għandhom ikunu identifikabbli minn dawn.

5.  L-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali, tal-persuna ta' referenza fir-rigward tal-prodott għandhom ikunu indikati fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli minħabba d-daqs jew il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott, l-imballaġġ, il-pakkett jew dokument ta' akkumpanjament tiegħu.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-operaturi ekonomiċi li joffru prodott għall-bejgħ online għandhom jindikaw flimkien mal-offerta tagħhom għall-bejgħ, l-isem, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna ta' referenza fir-rigward tal-prodott. F'dan ir-rigward, is-swieq online għandhom jiffaċilitaw il-wiri tal-informazzjoni msemmija hawn fuq għall-prodotti mibjugħa permezz tagħhom.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

imħassar

(a)  il-manifatturi jistgħu jiddeżinjaw persuna skont il-paragrafu 1(a)(ii) kemm jekk ikollhom kif ukoll jekk ma jkollhomx dritt jew obbligu li jaħtru rappreżentant awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott;

 

(b)  meta l-manifattur ikollu dritt jew obbligu bħal dan skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, il-ħatra ta' rappreżentant awtorizzat skont dik il-leġiżlazzjoni tista' tgħodd bħala deżinjazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1(a)(ii) dment li l-ħatra tissodisfa r-rekwiżiti ta' dak il-paragrafu.

 

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprovdi għat-tfassil ta' dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifatturi għandhom iqiegħdu d-dikjarazzjoni għad-dispożizzjoni pubblika fuq is-sit web tagħhom jew inkella, fin-nuqqas ta' sit web, bi kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti li d-dikjarazzjoni tiġi aċċessata minnufih mill-pubbliku ġenerali fl-Unjoni mingħajr ħlas.

Meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprovdi għat-tfassil ta' dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifatturi għandhom iqiegħdu d-dikjarazzjoni għad-dispożizzjoni pubblika fuq is-sit web tagħhom jew inkella, fin-nuqqas ta' sit web, bi kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti li d-dikjarazzjoni tiġi aċċessata b'mod faċli u minnufih mill-pubbliku ġenerali fl-Unjoni mingħajr ħlas.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 10 tar-[Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill/l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE)... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Prinċipju ta' Rikonoxximent Reċiproku] għandu japplika fir-rigward tal-kompiti tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott u jipprovduhom b'setgħat suffiċjenti u b'riżorsi adegwati għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħhom. Il-punti ta' Kuntatt tal-Prodott għandhom iwasslu s-servizzi tagħhom skont [ir-Regolament dwar il-Portal Diġitali Uniku].

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Il-Kummissjoni għandha tħejji l-informazzjoni ġenerali rigward ir-rekwiżiti tal-prodott stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li l-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott għandhom jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi u jippubblikaw online b'mod uniformi, trasparenti, aċċessibbli u faċli biex jintuża sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal, u tassigura kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti tal-Istati Membri differenti.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Arranġamenti ta' sħubija għall-konformità

 

1.  Awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista' tidħol fi ftehim ta' sħubija ma' operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju tagħha li skont dan l-awtorità taqbel li tipprovdi lill-operatur ekonomiku b'pariri u bi gwida relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodotti li għalihom hu responsabbli l-operatur ekonomiku.

 

L-arranġament m'għandux ikopri t-twettiq ta' attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li huma inkarigati lil korpi nnotifikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

 

2.  Jekk awtorità tas-sorveljanza tas-suq tidħol f'arranġament ta' sħubija skont il-paragrafu 1, din għandha ddaħħal dak il-fatt fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34, flimkien mad-dettalji dwar l-ambitu tal-arranġament u l-ismijiet u l-indirizzi tagħha stess u tal-operatur ekonomiku.

 

3.  Jekk awtorità tas-sorveljanza tas-suq tidħol f'arranġament ta' sħubija skont il-paragrafu 1, awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lil dik l-awtorità dwar kwalunkwe miżura temporanja meħuda minnhom kontra l-operatur ekonomiku, u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-operatur ekonomiku, b'rabta mal-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

 

4.  Awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tidħol f'arranġament ta' sħubija skont il-paragrafu 1 tista' titlob mingħand l-operatur ekonomiku tariffi li jirrappreżentaw il-kostijiet raġonevolment imġarrba mill-awtorità fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skont il-paragrafi 1 u 2.

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Memoranda ta' qbil mal-partijiet ikkonċernati

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-operaturi ekonomiċi.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jidħlu f'memoranda ta' qbil ma' negozji jew ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil negozji jew lil utenti finali għat-twettiq, jew għall-finanzjament, ta' attivitajiet konġunti mmirati biex jidentifikaw nuqqas ta' konformità jew li jippromwovu l-konformità f'żoni ġeografiċi speċifiċi jew fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' prodott.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jidħlu f'memoranda ta' qbil ma' operaturi ekonomiċi, jew ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil operaturi ekonomiċi, awtoritajiet rilevanti oħra jew lil utenti finali għat-twettiq, jew għall-finanzjament, ta' attivitajiet konġunti mmirati biex iqajmu kuxjenza, jipprovdu pariri u gwida fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jippromwovu l-azzjonijiet volontarji, jidentifikaw nuqqas ta' konformità jew li jippromwovu l-konformità f'żoni ġeografiċi speċifiċi jew fir-rigward ta' prodotti speċifiċi, inklużi l-prodotti mibjugħa online, jew kategoriji ta' prodotti, partikolarment dawk li ta' spiss jinstab li jippreżentaw riskju serju.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta memorandum ta' qbil jiġi konkluż b'mod dirett ma' operaturi ekonomiċi, dan ma għandux jipprekludi operaturi ekonomiċi oħra li jagħmlu disponibbli fis-suq prodotti tal-istess kategorija milli jitolbu li jingħaqdu ma' dak il-memorandum ta' qbil.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq inkwistjoni għandha tagħmel il-memorandum disponibbli għall-pubbliku ġenerali u għandha ddaħħlu fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq inkwistjoni għandha tagħmel il-memorandum disponibbli għall-pubbliku ġenerali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri u għandha tinkludih fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34, flimkien mad-dettalji tal-kamp ta' applikazzjoni tal-memorandum u l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet involuti.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

In-network stabbilit taħt l-Artikolu 31 għandu, fuq talba ta' Stat Membru, jassisti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-memoranda ta' qbil.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq u l-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jidħlu f'memoranda ta' qbil, għandhom jiżguraw li dawn il-memoranda ma joħolqux kompetizzjoni inġusta bejn l-operaturi ekonomiċi u jkun fihom dispożizzjonijiet sabiex jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità, l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet, l-informazzjoni u l-attivitajiet ikkonċernati. Meta xi parti tkun kisret waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, memorandum ta' qbil għandu jkun itterminat.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u n-negozji jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-finijiet ta' tħejjija jew ta' implimentazzjoni ta' memorandum ta' qbil li daħlu fih huma skont dak il-paragrafu għandhom jitqiesu li mhumiex qed jiksru r-rekwiżiti ta' segretezza professjonali.

3.  Kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-finijiet ta' tħejjija jew ta' implimentazzjoni ta' memorandum ta' qbil li daħlu fih huma skont dak il-paragrafu għandhom jitqiesu li mhumiex qed jiksru r-rekwiżiti ta' segretezza professjonali.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-konsumaturi jeħtieġ li jkunu infurmati, permezz ta' portal online, dwar id-drittijiet relatati mal-prodotti mhux konformi li huma jkunu akkwistaw, bħad-dritt li jiksbu sostitut għal prodott jew li jirċievu kumpens, id-dritt għal rimedju u l-kuntatti li mingħandhom tista' tinkiseb l-informazzjoni xierqa kollha.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Obbligi tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-organizzazzjoni

 

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa u ta' komunikazzjoni u ta' koordinazzjoni ma' awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq.

 

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jistabbilixxu l-proċeduri segwenti b'rabta mal-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni stabbiliti fl-Anness:

 

(a)  proċeduri għall-għoti ta' segwitu għal lmenti jew għal rapporti dwar kwistjonijiet relatati ma' riskji;

 

(b)  proċeduri għall-monitoraġġ ta' kwalunkwe aċċident jew kwalunkwe ħsara għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-utenti finali li jkunu ssuspetati li ġew ikkawżati mit-tali prodotti;

 

(c)  proċeduri għall-verifika li tkun ittieħdet l-azzjoni korrettiva li għandha tittieħed mill-operaturi ekonomiċi;

 

(d)  proċeduri għall-ġbir u għall-esplorazzjoni tal-għarfien xjentifiku u tekniku li jikkonċerna kwistjonijiet relatati mas-sikurezza.

 

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità tas-sorveljanza tas-suq ważda jew aktar fit-territorju tiegħu. Dan għandu jinforma lill-Kummissjoni, permezz tan-Netwerk imwaqqaf skont l-Artikolu 31, u lill-Istati Membri l-oħra, dwar l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iddeżinjati minnu u l-oqsma ta' kompetenza ta' kull waħda minn dawk l-awtoritajiet, billi juża s-sistema tal-informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

1.  Kull Stat Membru għandu jiddeżinja awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda jew aktar fit-territorju tiegħu. Dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, dwar l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tiegħu u l-oqsma ta' kompetenza ta' kull waħda minn dawk l-awtoritajiet, billi juża s-sistema tal-informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni ta' Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' infurzar u tas-sorveljanza tas-suq tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iddeżinjati minn dak l-Istat Membru.

3.  L-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni ta' Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta' infurzar u tas-sorveljanza tas-suq tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ta' awtoritajiet oħra, b'mod partikolari, awtoritajiet doganali responsabbli għall-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni ddeżinjati minn dak l-Istat Membru.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni jkollhom ir-riżorsi neċessarji, inklużi riżorsi baġitarji u oħra suffiċjenti, għarfien espert, proċeduri u arranġamenti oħra għat-twettiq ta' dmirijiethom b'mod adegwat.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni jkollhom ir-riżorsi neċessarji, inklużi riżorsi baġitarji u arranġamenti oħra suffiċjenti, għarfien espert, proċeduri u arranġamenti oħra kif ukoll numru suffiċjenti ta' persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom għat-twettiq ta' dmirijiethom b'mod adegwat.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fejn ikun hemm aktar minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet ikunu ddefiniti b'mod ċar u li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib biex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod effikaċi.

5.  Fejn ikun hemm aktar minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dmirijiet rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet ikunu ddefiniti b'mod ċar u li jiġi stabbilit mekkaniżmu xieraq għall-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni biex jippermetti lil dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib u jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom b'mod effikaċi.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-teħid minnhom ta' miżuri temporanji xierqa u proporzjonati u t-teħid minn operaturi ekonomiċi ta' azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata b'rabta mal-konformità ma' dik il-leġiżlazzjoni u ma' dan ir-Regolament.

(b)  it-teħid minnhom ta' miżuri xierqa u proporzjonati u t-teħid minn operaturi ekonomiċi ta' azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata b'rabta mal-konformità ma' dik il-leġiżlazzjoni u ma' dan ir-Regolament.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom u jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa u effettivi ta' komunikazzjoni u ta' kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq u ma' awtoritajiet rilevanti oħra fl-Unjoni.

 

F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżviluppaw ukoll mekkaniżmi ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni xierqa u effettivi mal-awtoritajiet doganali għall-identifikazzjoni u l-eżami ta' riskji potenzjali relatati ma' prodotti ffalsifikati u l-irtirar ta' tali prodotti mis-suq.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli bħala parti mill-attivitajiet tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, billi tal-anqas jikkunsidraw il-fatturi li ġejjin:

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli bħala parti mill-attivitajiet tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jipprijoritizzaw ir-riżorsi u l-azzjonijiet tagħhom biex jiżguraw is-sorveljanza effettiva tas-suq u billi tal-anqas jikkunsidraw il-fatturi li ġejjin:

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-riskji identifikati marbutin ma':

(a)  ir-riskji identifikati, li għandhom il-potenzjal li jaffettwaw ħażin is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni inġenerali, is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħarsien tal-konsumatur, l-ambjent u s-sigurtà pubblika, marbutin ma':

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-metodoloġija u l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji għandhom ikunu armonizzati fl-Istati Membri kollha sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi kollha.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li prodott jiġi rtirat jew jissejjaħ lura mis-suq jew li t-tqegħid fis-suq tal-prodott fis-suq hu pprojbit jew ristrett jekk, meta jkun qed jintuża f'konformità mal-iskop maħsub tiegħu jew bil-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli u jkun installat u mantnut kif xieraq, tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

imħassar

(a)  il-prodott ikun suxxettibbli li jixħet f'riskju s-saħħa jew is-sikurezza tal-utenti finali;

 

(b)  il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

 

Meta l-prodotti jiġu rtirati, jissejħu lura, jiġu pprojbiti jew ristretti, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tiżgura li l-Kummissjoni, permezz tan-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 31, l-Istati Membri l-oħra u l-utenti finali jiġu informati kif xieraq.

 

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  F'konnessjoni mal-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni stabbilita fl-Anness, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jistabbilixxu dawn il-proċeduri li ġejjin:

 

(a) proċeduri li jsegwu lmenti jew rapporti dwar kwistjonijiet relatati ma' nuqqas ta' konformità u riskji b'konnessjoni ma' prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

 

(b) proċeduri għall-monitoraġġ u l-ġbir tal-informazzjoni dwar aċċidenti jew ħsara għas-saħħa jew is-sikurezza tal-utenti finali li jkunu ssuspettati li ġew ikkawżati mill-prodotti, u biex din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz ta' bażi tad-data ċentralizzata għall-ġbir tal-informazzjoni dwar l-aċċidenti u l-korrimenti jew permezz ta' mezzi oħra;

 

(c) proċeduri li jivverifikaw li tkun ittieħdet l-azzjoni korrettiva li għandha tittieħed mill-operaturi ekonomiċi;

 

(d) proċeduri li jsegwu l-għarfien xjentifiku u tekniku li jikkonċerna kwistjonijiet relatati mas-sikurezza;

 

(e) proċeduri għall-kooperazzjoni ma' pjattaformi u postijiet tas-suq online.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'livell għoli ta' trasparenza u għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali kwalunkwe informazzjoni li jqisu li hi rilevanti għall-pubbliku ġenerali. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-informazzjoni li ġejja tiddaħħal fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34:

4.  L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom b'livell għoli ta' trasparenza u għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali kwalunkwe informazzjoni li jqisu li hi rilevanti għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta' kunfidenzjalità sabiex jipproteġu s-sigrieti professjonali u kummerċjali jew biex jippreservaw id-data personali.

 

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw ukoll li l-informazzjoni li ġejja tiddaħħal fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34:

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  in-natura tal-miżuri temporanji meħuda minnhom kontra l-operaturi ekonomiċi u tal-azzjoni korrettiva meħuda mill-operaturi ekonomiċi;

(c)  id-dettalji tal-miżuri meħuda minnhom kontra l-operaturi ekonomiċi, l-impenji mogħtija lilhom mill-operaturi ekonomiċi u d-dettalji tal-azzjoni korrettiva meħuda mill-operaturi ekonomiċi;

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom u jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju.

imħassar

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward ta' prodotti mibjugħa online lil utenti finali

 

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-organizzazzjoni effettiva tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-prodotti offruti għall-bejgħ online lill-utenti finali fl-Unjoni.

 

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jalloka r-riżorsi kif xieraq u jiżgura li hemm numru xieraq ta' spetturi li jittrattaw il-prodotti mibjugħa online ("spetturi online"), fl-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali tagħhom, li jkollhom għarfien speċifiku u sensibilizzazzjoni tal-ambjent online u tal-investigazzjonijiet sabiex jiskopru l-prodotti mhux konformi mibjugħa online.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali tagħhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-prodotti offruti għall-bejgħ online b'dawn il-modi li ġejjin:

 

(a) b'mod proattiv, billi jikkontrollaw ċerti kategoriji ta' prodotti jew ċerti operaturi ekonomiċi, fuq il-bażi ta' kriterji relatati mar-riskju u ma' prijoritajiet stabbiliti fi strateġija nazzjonali, imsemmija fl-Artikolu 13; kif ukoll

 

(b) b'mod reattiv, billi jissorveljaw l-informazzjoni dwar nuqqas ta' konformità potenzjali ta' prodotti mibjugħa online, billi jqisu l-ilmenti tal-konsumaturi, l-informazzjoni li tasal mingħand awtoritajiet oħra, operaturi ekonomiċi u l-midja, kif ukoll sorsi ta' informazzjoni oħra.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12b

 

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

 

1. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali tagħhom f'intervalli regolari biex jassiguraw li josservaw kontinwament ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

 

2. Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu azzjonijiet xierqa jew għandu jiżgura li jittieħdu azzjonijiet xierqa.

 

3. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni bejn il-pari fir-rigward tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' prodotti li huma jwettqu skont dan ir-Regolament sabiex jiġi vvalutat jekk dawn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jiġu assistiti u pprovduti gwida sabiex isaħħu l-attivitajiet tagħhom u tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament.

 

4. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom ikopru l-valutazzjonijiet tal-proċeduri implimentati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'mod partikolari l-proċeduri għall-kontroll tal-konformità tal-prodotti li huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, il-mekkaniżmi ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq u ma' awtoritajiet rilevanti oħra, il-kompetenza tal-persunal, il-korrettezza tal-kontrolli u l-metodoloġija tal-ispezzjoni kif ukoll il-korrettezza tar-riżultati. L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tivvaluta wkoll jekk l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq inkwistjoni għandhomx biżżejjed rikorsi għat-twettiq xieraq tad-dmirijiet tagħhom kif meħtieġ mill-Artikolu 11(4).

 

5. L-evalwazzjoni bejn il-pari ta' awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha titwettaq minn żewġ awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stati Membri oħra u l-Kummissjoni u għandha titwettaq tal-inqas darba kull ħames snin.

 

6. Filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-kunsiderazzjonijiet tan-Netwerk, stabbilit skont l-Artikolu 31, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 62a li jikkonċernaw l-istabbiliment ta' pjan għall-evalwazzjonijiet bejn il-pari li jkopri perjodu ta' mill-inqas ħames snin, fejn jiġu stabbiliti kriterji rigward il-kompożizzjoni tat-tim ta' evalwazzjoni bejn il-pari, il-metodoloġija użata għall-evalwazzjoni bejn il-pari, l-iskeda, il-perjodiċità u l-kompiti l-oħra marbuta mal-evalwazzjoni bejn il-pari.

 

7. L-eżitu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandu jiġi eżaminat min-Netwerk. Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju tal-eżitu u tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.

 

8. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u lin-Netwerk dwar kif jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fl-eżitu tal-valutazzjoni.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal strateġija nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq, tal-anqas kull 3 snin. L-istrateġija għandha tippromwovi approċċ konsistenti, komprensiv u integrat għas-sorveljanza tas-suq u għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru u għandha tinkludi s-setturi u l-istadji kollha tal-katina ta' provvista tal-prodotti, inklużi l-importazzjonijiet u l-ktajjen ta' provvista diġitali.

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal strateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, tal-anqas kull 3 snin. L-istrateġija nazzjonali għandha tqis il-prijoritajiet stabbiliti fil-programm ta' ħidma tan-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 31 u tippromwovi approċċ konsistenti, komprensiv u integrat għas-sorveljanza tas-suq u għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru, inkluża s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti mibjugħa online, u għandha tinkludi s-setturi u l-istadji kollha tal-katina ta' provvista tal-prodotti, inklużi l-importazzjonijiet u l-ktajjen ta' provvista diġitali.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għandha tinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  valutazzjoni tal-okkorrenza ta' prodotti mhux konformi, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni tal-kontrolli bbażati fuq ir-riskju msemmija fl-Artikoli 12(2) u 26(3), u x-xejriet tas-suq li jistgħu jaffettwaw ir-rati ta' nuqqas ta' konformità fil-kategoriji ta' prodott;

(a)  valutazzjoni tal-okkorrenza ta' prodotti mhux konformi, b'mod partikolari b'kunsiderazzjoni tal-kontrolli bbażati fuq ir-riskju msemmija fl-Artikoli 12(2) u 26(3), prodotti li kienu soġġetti għal deċiżjoni ta' emerġenza skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, u x-xejriet tas-suq li jistgħu jaffettwaw ir-rati ta' nuqqas ta' konformità fil-kategoriji ta' prodott, inkluż, b'mod partikolari, theddid u riskji relatati mal-Internet tal-Oġġetti u ma' apparat li jippermetti l-Intelliġenza Artifiċjali;

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-oqsma identifikati bħala prijorità għall-attivitajiet tas-sorveljanza ta' prodotti offruti għall-bejgħ online, billi jitqiesu l-azzjonijiet proattivi u reattivi tas-sorveljanza tas-suq;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-azzjonijiet ta' infurzar ippjanati biex titnaqqas l-okkorrenza ta' nuqqas ta' konformità f'dawk l-oqsma identifikati bħala prijorità, inklużi, fejn rilevanti, il-livelli minimi ta' kontroll previsti għall-kategoriji ta' prodott li jkollhom livelli sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità;

(c)  l-azzjonijiet speċifiċi ta' infurzar ippjanati biex titnaqqas l-okkorrenza ta' nuqqas ta' konformità f'dawk l-oqsma identifikati bħala prijorità skont il-punti (b) u (ba), inklużi, fejn rilevanti, il-livelli minimi ta' kontroll previsti għall-kategoriji ta' prodott li jkollhom livelli sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom ta' sorveljanza tas-suq permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom tas-sorveljanza tas-suq lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 34. L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblika kompletament jew parzjalment, l-informazzjoni li hemm fl-istrateġiji tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali tagħhom , skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħat ta' sorveljanza tas-suq, ta' investigazzjoni u ta' infurzar neċessarji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħat tas-sorveljanza tas-suq, inkluża s-sorveljanza tas-suq tal-prodotti ffalsifikati u tal-prodotti mibjugħa online, ta' investigazzjoni u ta' infurzar neċessarji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament u għandhom jipprovduhom bir-riżorsi meħtieġa f'dak ir-rigward.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti f'dan l-Artikolu skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, sa fejn jirrigwarda s-suġġett, l-għan tal-azzjonijiet u n-natura u d-dannu attwali jew potenzjali ġenerali ta' nuqqas ta' konformità, b'mod effiċjenti u effettiv u skont il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, inklużi l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, is-salvagwardji proċedurali applikabbli u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux is-setgħat kollha lil kull awtorità kompetenti, sakemm kull waħda minn dawn is-setgħat tkun tista' tiġi eżerċitata b'mod effettiv skont il-paragrafu 2.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jingħataw is-setgħat skont il-paragrafu 1, inkluża setgħa meħtieġa mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu biex is-setgħa tkun eżerċitabbli f'wieħed mill-modi li ġejjin kif xieraq:

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu biex is-setgħa tkun eżerċitabbli f'wieħed mill-modi li ġejjin kif xieraq:

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  permezz ta' rikors għal awtoritajiet pubbliċi oħra;

(b)  fejn xieraq, fuq rikors għal awtoritajiet pubbliċi oħra, skont id-diviżjoni tas-setgħat u l-organizzazzjoni istituzzjonali u amministrattiva tal-Istat Membru inkwistjoni;

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  b'applikazzjoni mal-qrati kompetenti għall-għoti tad-deċiżjoni neċessarja biex jiġi approvat l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa.

(c)  b'applikazzjoni mal-qrati kompetenti għall-għoti tad-deċiżjoni neċessarja biex jiġi approvat l-eżerċizzju ta' dik is-setgħa, inkluż, fejn xieraq, b'appell, jekk l-applikazzjoni biex tingħata d-deċiżjoni meħtieġa ma tirnexxix.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 3 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu tal-anqas is-setgħat li ġejjin:

3.  Is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu tal-anqas is-setgħat li ġejjin:

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-setgħa li jwettqu awditi tas-sistemi tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi, inklużi awditi ta' kwalunkwe proċedura li jkollhom fis-seħħ biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

imħassar

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-setgħa li jkollhom aċċess għal kwalunkwe dokument, data jew informazzjoni rilevanti relatati ma' każ ta' nuqqas ta' konformità, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-medium ta' memorja tagħhom jew mill-post fejn jinħażnu;

(c)  is-setgħa li jkollhom aċċess għal dokumenti, speċifikazzjonijiet tekniċi, data jew informazzjoni rilevanti relatati ma' każ ta' nuqqas ta' konformità, inkluż l-aċċess għal softwer u algoritmi li jikkontrollaw il-prodott, sa fejn dan ikun meħtieġ biex tiġi vvalutata l-konformità tal-prodott mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-prodott fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-mezz ta' ħżin jew mill-post fejn jinħażen;

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-setgħa li jeħtieġu li kwalunkwe awtorità pubblika, korp jew aġenzija fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, data jew dokument, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-medium ta' memorja tagħhom jew mill-post fejn huma maħżuna, bl-għan li l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tkun tista' tinvestiga jekk ikunx seħħ jew qed iseħħ xi każ ta' nuqqas ta' konformità, inklużi b'mod partikolari informazzjoni, data jew dokumenti meħtieġa għall-finijiet ta' identifikazzjoni jew ta' traċċar tal-flussi finanzjarji u tad-data, ta' aċċertament tal-identità u tad-dettalji ta' kuntatt tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji u tad-data u ta' aċċertament tal-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank u tas-sjieda tas-siti web;

(d)  is-setgħa li jeħtieġu li kwalunkwe awtorità pubblika, korp jew aġenzija fi ħdan l-Istat Membru tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jipprovdu informazzjoni rilevanti, data jew dokument, fi kwalunkwe forma jew format u irrispettivament mill-medium ta' memorja tagħhom jew mill-post fejn huma maħżuna, bl-għan li l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tkun tista' tinvestiga jekk ikunx seħħ jew qed iseħħ xi każ ta' nuqqas ta' konformità, inklużi b'mod partikolari informazzjoni, data jew dokumenti meħtieġa għall-finijiet ta' identifikazzjoni jew ta' traċċar tal-flussi finanzjarji u tad-data, ta' aċċertament tal-identità u tad-dettalji ta' kuntatt tal-persuni involuti fil-flussi finanzjarji u tad-data u ta' aċċertament tal-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-bank u tas-sjieda tas-siti web, meta l-informazzjoni, id-data jew id-dokument inkwistjoni jkunu relatati mas-suġġett tal-investigazzjoni;

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt e – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  jitolbu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-operatur ekonomiku biex jagħti spjegazzjonijiet tal-fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni u jirreġistraw it-tweġibiet tagħhom;

(3)  jitolbu rappreżentant ta' operatur ekonomiku jew membru rilevanti tal-persunal tal-operatur ekonomiku biex jagħti spjegazzjonijiet jew jipprovdi fatti, informazzjoni jew dokumenti relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni u jirreġistraw it-tweġibiet tagħhom;

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  is-setgħa li jieħdu kampjuni tal-prodotti mingħajr ħlas biex jindividwaw in-nuqqas ta' konformità u jiksbu evidenza;

(f)  is-setgħa li jieħdu kampjuni tal-prodotti mingħajr ħlas biex jindividwaw in-nuqqas ta' konformità u jiksbu evidenza sal-punt li dan ikun proporzjonat fir-rigward tal-valur tal-prodott u l-gravità tan-nuqqas ta' konformità;

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  is-setgħa li jixtru prodotti bħala xiri tal-ittestjar, inkluż b'identità moħbija, biex jindividwaw nuqqas ta' konformità u jiksbu evidenza;

(g)  is-setgħa li jixtru prodotti, anke dawk mibjugħa online,bħala xiri tal-ittestjar, inkluż b'identità moħbija, li jispezzjonaw u li jżarmawhom biex jindividwaw nuqqas ta' konformità skont dan ir-Regolament u jiksbu evidenza;

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  is-setgħa li jieħdu miżuri temporanji, meta ma jkun hemm ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jiġi evitat riskju serju, inklużi b'mod partikolari miżuri temporanji li jeħtieġu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting ineħħu, jiddiżattivaw jew jirrestrinġu aċċess għall-kontenut jew jissospendu jew jirrestrinġu aċċess għal sit web, għal servizz jew għal kont jew li jeħtieġu lil reġistri jew lil reġistraturi tad-dominji jwarrbu isem tad-dominju kompletament kkwalifikat għal perjodu speċifiku ta' żmien;

(h)  is-setgħa li jadottaw miżuri, meta debitament ġustifikat u proporzjonat u meta ma jkun hemm ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jiġi evitat riskju serju, inklużi b'mod partikolari miżuri li jeħtieġu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting ineħħu, jiddiżattivaw jew jirrestrinġu kompletament jew parzjalment aċċess għall-kontenut jew jissospendu jew jirrestrinġu aċċess għal sit web, għal servizz jew għal kont jew li jeħtieġu lil reġistri jew lil reġistraturi tad-dominji jwarrbu isem tad-dominju kompletament kkwalifikat għal perjodu speċifiku ta' żmien;

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  is-setgħa li jfittxu li jiksbu impenn mingħand operatur ekonomiku biex itemmu każ ta' nuqqas ta' konformità;

(j)  is-setgħa li jfittxu li jiksbu, jew li jaċċettaw impenn mingħand operatur ekonomiku responsabbli għan-nuqqas ta' konformità biex itemmu każ ta' nuqqas ta' konformità;

Amendment    115

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  is-setgħa li jimponu penali fuq operatur ekonomiku, inklużi multi jew ħlasijiet perjodiċi bħala penali, għal nuqqas ta' konformità jew għal nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni, ma' ordni, ma' miżura temporanja jew ma' miżura oħra meħuda mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq;

(l)  is-setgħa li jimponu penali fuq operatur ekonomiku, inklużi multi jew ħlasijiet perjodiċi bħala penali, għal nuqqas ta' konformità jew għal nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni, ma' ordni, ma' miżura meħuda mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq;

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-setgħat stabbiliti fil-punt (h) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati permezz ta' talba lill-qrati skont il-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jippubblikaw kwalunkwe impenn mogħti lilhom mill-operaturi ekonomiċi, id-dettalji ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-operaturi ekonomiċi fit-territorju tagħhom, u d-dettalji ta' kwalunkwe miżura temporanja meħuda mill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament.

4.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jippubblikaw, meta jqisu li dan ikun rilevanti għall-pubbliku ġenerali, kwalunkwe impenn mogħti lilhom mill-operaturi ekonomiċi, id-dettalji ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-operaturi ekonomiċi fit-territorju tagħhom, u d-dettalji ta' kwalunkwe miżura meħuda mill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(4) ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw il-possibbiltà għall-operaturi ekonomiċi li jikkummentaw l-informazzjoni, relatata magħhom, qabel il-pubblikazzjoni tagħha.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat taħhom f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

imħassar

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħmlu verifiki adegwati fuq il-karatteristiċi ta' prodotti fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji, u, jekk ikun meħtieġ, kontrolli fiżiċi u tal-laboratorju bbażati fuq kampjuni kampjun rappreżentattiv.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli adegwati fuq il-karatteristiċi ta' prodotti fuq skala adegwata u bi frekwenza adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji, u, jekk ikun meħtieġ, kontrolli fiżiċi u tal-laboratorju suffiċjenti bbażati fuq kampjuni adegwati biżżejjed.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jiddeċiedu dwar liema kontrolli għandhom iwettqu u fuq liema skala, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqisu, b'mod partikolari, il-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-ilmenti.

Meta jiddeċiedu dwar liema kontrolli għandhom iwettqu, fuq liema tipi ta' prodotti u fuq liema skala, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqisu, b'mod partikolari, il-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, tal-ilmenti u ta' informazzjoni rilevanti oħra.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw rapporti ta' testijiet jew ċertifikati ta' attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tagħhom mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni maħruġa minn korp akkreditat ta' valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħtu kunsiderazzjoni adegwata lit-tali rapporti jew ċertifikati.

Fejn l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw rapporti ta' testijiet jew ċertifikati ta' attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tagħhom mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni maħruġa minn korp ta' valutazzjoni tal-konformità, akkreditat skont ir-Regolament 765/2008, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħtu kunsiderazzjoni adegwata lit-tali rapporti jew ċertifikati.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-fini tal-paragrafu 1, fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-prodott, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu inkonsiderazzjoni sa liema punt il-prodott jikkonforma ma' dan li ġej:

 

(a) kwalunkwe rekwiżit stipulat fi jew skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tapplika għall-prodott u li tirrelata mar-riskju potenzjali li qed jiġi kkunsidrat;

 

(b) kwalunkwe standard Ewropej rilevanti jew speċifikazzjoni teknika oħra li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), u (b) għandha twassal għall-preżunzjoni li l-prodott jissalvagwardja b'mod adegwat l-interessi pubbliċi li jirrigwardaw dawk ir-rekwiżiti. Madanakollu, dan ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament meta jkun hemm evidenza li, minkejja tali konformità, il-prodott joħloq riskju.

 

Il-fattibbiltà li jinkiseb livell ogħla ta' protezzjoni għall-interessi pubbliċi kkonċernati jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħra li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni ma għandhiex tkun ir-raġuni, fiha nnifisha, biex prodott jitqies li joħloq riskju.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Għal ċerti prodotti jew kategoriji ta' prodotti, fejn riskji speċifiċi jew ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli ġew kontinwament identifikati, u sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza jew interessi pubbliċi oħra protetti minn dik il-leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis b'mod xieraq il-kunsiderazzjonijiet tan-Netwerk stabbiliti skont l-Artikolu 31, għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 62a li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet uniformi ta' kontrolli, il-kriterji għad-determinazzjoni tal-frekwenza tal-kontrolli u l-ammont ta' kampjuni li għandhom jiġu vverifikati fir-rigward ta' dawn il-prodotti jew kategorija ta' prodotti fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw prodott immanifatturat fi Stat Membru ieħor, dawn għandhom jinformaw lill-operatur ekonomiku kkonċernat mingħajr dewmien.

3.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw prodott immanifatturat fi Stat Membru ieħor, jew imqiegħed fis-suq fi Stat Membru ieħor, dawn għandhom jinformaw lill-operatur ekonomiku kkonċernat mingħajr dewmien.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom josservaw il-prinċipju tal-kunfidenzjalità fejn ikun hemm bżonn biex jiġu protetti s-sigrieti professjonali u kummerċjali jew tiġi preżervata d-data personali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, soġġetti għar-rekwiżit li l-informazzjoni tiġi ppubblikata bl-iktar mod komplet biex jiġu protetti l-interessi tal-utenti finali fl-Unjoni.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jassiguraw il-garanziji l-aktar stretti ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali u kummerċjali u għandhom jippreżervaw id-data personali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, soġġetti għar-rekwiżit li l-informazzjoni tiġi ppubblikata bl-iktar mod komplet biex jiġu protetti l-interessi tal-utenti finali fl-Unjoni.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa, inkluż billi jiżguraw li t-tqegħid fis-suq tal-prodott ikun pprojbit jew ristrett jew li l-prodott jiġi rtirat jew jissejjaħ lura mis-suq jekk, meta jkun qed jintuża f'konformità mal-iskop maħsub tiegħu jew bil-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli u jkun installat u miżmum kif xieraq, tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) il-prodott jista' jixħet f'riskju s-saħħa jew is-sikurezza tal-utenti finali;

 

(b) il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

 

(c) il-prodott ikun iffalsifikat.

 

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lill-operatur ekonomiku jipprovdi informazzjoni dwar mudelli oħra tal-prodott li għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħal prodott inkwistjoni, li jkunu rilevanti għall-konformità mar-rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu -1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jesiġu li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta' konformità formali mar-rekwiżiti amministrattivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u li ma jwassalx għall-ksur tar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'din il-leġiżlazzjoni. Madankollu, meta dan in-nuqqas ta' konformità formali jippersisti, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-prodott isir disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jittieħed lura jew jiġi rtirat mis-suq.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tittieħed jew titwettaq miżura, deċiżjoni jew ordni msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema' f'perjodu xieraq ta' mhux anqas minn 10 ijiem, sakemm ma jkunx impossibbli li jingħata dik l-opportunità minħabba l-urġenza tal-miżura, tad-deċiżjoni jew tal-ordni, fuq il-bażi tar-rekwiżiti tas-saħħa jew tas-sikurezza jew ta' raġunijiet oħra relatati mal-interessi pubbliċi koperti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Qabel ma tittieħed jew titwettaq miżura, deċiżjoni jew ordni msemmija fil-paragrafu 1, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema' f'perjodu xieraq ta' mhux anqas minn 10 ijiem ta' xogħol, sakemm ma jkunx impossibbli li jingħata dik l-opportunità minħabba l-urġenza tal-miżura, tad-deċiżjoni jew tal-ordni, fuq il-bażi tar-rekwiżiti tas-saħħa jew tas-sikurezza jew ta' raġunijiet oħra relatati mal-interessi pubbliċi koperti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(1), meta l-prodotti jiġu rtirati, imsejħa lura, ipprojbiti jew ristretti, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tiżgura li l-Kummissjoni, l-Istati Membri l-oħra u l-utenti finali jiġu informati kif xieraq, anke permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri għas-sejħa lura jew għall-irtirar ta' prodotti li jippreżentaw riskju serju jew biex jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq. Dawn għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar it-tali miżuri mingħajr dewmien, f'konformità mal-Artikolu 19.

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom immedjatament jieħdu miżuri għas-sejħa lura jew għall-irtirar ta' prodotti li jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza jew is-saħħa tal-persuni, jew interessi pubbliċi oħra protetti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fir-rigward ta' dawn il-prodotti, jew biex jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq. Dawn għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar it-tali miżuri mingħajr dewmien, f'konformità mal-Artikolu 19.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk prodott li jippreżenta riskju serju tqiegħed fis-suq, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull miżura voluntarja meħuda u kkomunikata minn operatur ekonomiku.

2.  Jekk prodott li jippreżenta riskju serju jkun tqiegħed fis-suq, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull miżura voluntarja meħuda u kkomunikata minn operatur ekonomiku.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni tista' tiddeżinja faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni għal prodotti speċifiċi jew għal kategorija jew grupp speċifiċi ta' prodotti jew għar-riskji speċifiċi relatati ma' kategorija jew grupp ta' prodotti li jitqiegħdu fis-suq.

1.  Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lin-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 31, tista' tiddeżinja faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni għal prodotti speċifiċi jew għal kategorija jew grupp speċifiċi ta' prodotti jew għar-riskji speċifiċi relatati ma' kategorija jew grupp ta' prodotti li jitqiegħdu fis-suq, inkluż meta l-Istati Membri ma jkollhomx faċilitajiet biex iwettqu l-ittestjar fit-territorju tagħhom.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għandhom iservu l-iskop li jiżguraw li jkun hemm biżżejjed kapaċità tal-laboratorju, affidabbiltà u konsistenza tal-ittestjar għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-istabbiliment ta' faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni m'għandux jaffettwa l-libertà tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jagħżlu l-faċilitajiet tal-ittestjar għall-finijiet tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni, fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tagħhom, għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin bħala minimu:

4.  Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni, fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tagħhom, għandhom tal-inqas iwettqu l-kompiti li ġejjin:

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  iwettqu l-ittestjar fuq prodotti fir-rigward tal-attivitajiet u tal-investigazzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq;

(a)  iwettqu l-ittestjar ta' prodotti speċifiċi jew ta' kategorija jew grupp speċifiku ta' prodotti jew ta' riskji speċifiċi relatati ma' kategorija jew grupp ta' prodotti fir-rigward tal-attivitajiet u tal-investigazzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq fuq it-talba tal-Kummissjoni, tan-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 31 jew tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkontribwixxu biex jiġu riżolti t-tilwimiet bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri, l-operaturi ekonomiċi u l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità;

imħassar

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jaċċettaw, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, ir-rapporti tat-testijiet maħruġa mill-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 63.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċeduri għall-ħatra, il-funzjonament u l-finanzjament tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni, u l-istabbiliment tal-proċedura xierqa ta' appell fir-rigward tal-kompiti tagħhom skont il-paragrafu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 63.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu tariffi amministrattivi mingħand l-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità minn dak l-operatur ekonomiku biex jippermettu lill-awtoritajiet jirkupraw il-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom fir-rigward ta' dawn il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità. Dawn il-kostijiet jistgħu jinkludu l-kostijiet ta' twettiq ta' ttestjar għall-finijiet ta' valutazzjoni tar-riskju, il-kostijiet ta' teħid ta' miżuri f'konformità mal-Artikolu 30(1) u (2) u l-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom relatati ma' prodotti li jinstabu li mhumiex konformi u soġġetti għal azzjoni korrettiva qabel ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera.

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu tariffi amministrattivi mingħand l-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità minn dak l-operatur ekonomiku biex jippermettu lill-awtoritajiet jirkupraw il-kostijiet kollha tal-attivitajiet tagħhom fir-rigward ta' dawn il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità. Meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tqis li dan huwa sproporzjonat, tista' tiddeċiedi li l-kostijiet għandhom jinġarru biss parzjalment mill-operatur ekonomiku. Dawn il-kostijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità u jistgħu jinkludu l-kostijiet ta' twettiq ta' ttestjar għall-finijiet ta' valutazzjoni tar-riskju, il-kostijiet ta' teħid ta' miżuri f'konformità mal-Artikolu 30(1) u (2) u l-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom relatati ma' prodotti li jinstabu li mhumiex konformi u soġġetti għal azzjoni korrettiva qabel ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2, imposti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jintużaw biex jiffinanzjaw aktar attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' dawn l-awtoritajiet.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Għandu jkun hemm kooperazzjoni effiċjenti u skambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi ħdan l-Istati Membri u l-Unjoni u bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq it-talba ta' awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tforni kwalunkwe informazzjoni li l-awtorità rikjesta tqies rilevanti biex tistabbilixxi jekk prodott hux konformi u biex tiżgura li n-nuqqas ta' konformità jista' jiġi tterminat.

1.  Fuq it-talba debitament motivata ta' awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tforni lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum, kwalunkwe informazzjoni li l-awtorità rikjesta tqies rilevanti biex tistabbilixxi jekk prodott hux konformi u biex tiżgura li n-nuqqas ta' konformità jista' jiġi tterminat.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità rikjesta għandha tagħmel l-investigazzjonijiet xierqa jew tieħu kwalunkwe miżura oħra li tkun xierqa biex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Fejn ikun hemm bżonn, dawk l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-assistenza ta' awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq.

2.  L-awtorità rikjesta għandha tagħmel l-investigazzjonijiet xierqa jew tieħu kwalunkwe miżura oħra li tkun xierqa biex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. Fejn ikun hemm bżonn, dawk l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu bl-assistenza ta' awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq. L-awtorità rikjesta għandha żżomm l-awtorità applikanti infurmata dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tat-talba tagħha.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Waqt li tipprovdi l-informazzjoni lill-awtorità applikanti skont il-paragrafu 1, l-awtorità rikjesta għandha tosserva l-prinċipju ta' kunfidenzjalità sabiex tipproteġi s-sigrieti professjonali u kummerċjali jew biex tippreserva data personali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità rikjesta għandha twieġeb għat-talba skont il-paragrafu 1 billi tuża l-proċedura u fi ħdan it-terminu perentorju speċifikat mill-Kummissjoni fil-paragrafu 5.

imħassar

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-termini perentorji, il-formoli standard u dettalji oħra tal-proċedura li għandhom jintużaw biex isiru u jitwieġbu talbiet għal informazzjoni skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 63.

imħassar

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq it-talba ta' awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri ta' infurzar neċessarji kollha billi tuża s-setgħat mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament biex ittemm każ ta' nuqqas ta' konformità.

1.  Fil-każ fejn biex jintemm nuqqas ta' konformità rigward prodott ikun hemm il-ħtieġa ta' miżuri li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor, tista' ssir talba debitament motivata għal miżuri ta' infurzar minn awtorità applikanti lil awtorità rikjesta f'dak l-Istat Membru. F'dan il-każ l-awtorità rikjesta għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri ta' infurzar neċessarji kollha billi tuża s-setgħat mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament biex ittemm każ ta' nuqqas ta' konformità billi teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 14 u kwalunkwe setgħa addizzjonali mogħtija lilha skont il-liġi nazzjonali, inkluża l-impożizzjoni ta' penali.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità rikjesta għandha tinforma u tikkonsulta b'mod regolari u mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità applikanti dwar il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu ttieħdu jew li jkun hemm il-ħsieb li jittieħdu.

L-awtorità rikjesta għandha tinforma lill-awtorità applikanti dwar il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 li jkunu ttieħdu jew li jkun hemm il-ħsieb li jittieħdu. L-awtorità rikjesta tista' tikkonsulta l-awtorità applikanti dwar dawn il-miżuri meta tqis li jkun meħtieġ.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità rikjesta għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtorità applikanti, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stati Membri oħra, u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda minnha u dwar l-effett tagħhom fuq in-nuqqas ta' konformità inkwistjoni. In-notifika għandha ssir billi tintuża s-sistema msemmija fl-Artikolu 34 u għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja bħala minimu:

L-awtorità rikjesta għandha tinnotifika lill-awtorità applikanti, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stati Membri oħra, u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda minnha u dwar l-effett tagħhom fuq in-nuqqas ta' konformità inkwistjoni. In-notifika għandha ssir billi tintuża s-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk ġewx imposti miżuri temporanji;

imħassar

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk twaqqafx in-nuqqas ta' konformità;

imħassar

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk ġewx imposti penali u, jekk iva, x'tip;

imħassar

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jekk ġewx implimentati miżuri oħra meħuda mill-awtorità rikjesta jew mill-operatur ekonomiku.

imħassar

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità rikjesta għandha twieġeb għat-talba skont il-paragrafu 1 billi tuża l-proċedura u fi ħdan it-terminu perentorju speċifikat mill-Kummissjoni fil-paragrafu 5.

imħassar

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw it-termini perentorji, il-formoli standard u dettalji oħra tal-proċeduri li għandhom jintużaw biex isiru u jitwieġbu talbiet għal miżuri ta' infurzar skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 63.

imħassar

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità applikanti għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti, fil-każ ta' talbiet għal assistenza reċiproka skont l-Artikolu 22 jew 23, biex l-awtorità applikanti tkun tista' tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza neċessarja li tista' tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti.

1.  L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha disponibbli, fil-każ ta' talbiet għal assistenza reċiproka skont l-Artikolu 22 jew 23, biex l-awtorità applikanti tkun tista' tissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza neċessarja li tista' tinkiseb biss fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-talbiet għal assistenza reċiproka skont l-Artikolu 22 jew 23 għandhom jintbagħtu mill-awtorità applikanti lill-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta kif ukoll lill-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità applikanti għal finijiet ta' informazzjoni. L-uffiċċju uniku ta' kooperazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta għandu jgħaddi t-talbiet lill-awtorità kompetenti xierqa, mingħajr dewmien żejjed.

2.  It-talbiet għal assistenza reċiproka skont l-Artikolu 22 jew 23 għandhom jintbagħtu mill-awtorità applikanti lill-awtorità rikjesta u wkoll lill-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni tal-Istati Membri kemm tal-awtorità applikanti kif ukoll tal-awtorità rikjesta għal finijiet ta' informazzjoni.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Prodotti meqjusa bħala mhux konformi fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' awtorità tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru, għandhom jiġu preżunti bħala mhux konformi mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru ieħor, sakemm l-operaturi ekonomiċi ma jkunux jistgħu jipprovdu evidenza li turi bil-kontra.

3.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli, il-prodotti meqjusa bħala mhux konformi fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' awtorità tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru wieħed, għandhom ikunu preżunti bħala li mhumiex konformi mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stat Membru ieħor, sakemm awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti fi Stat Membru ieħor ma jkollhiex evidenza ċara li turi l-kuntrarju, miksuba mill-investigazzjoni tagħha stess jew ipprovduta minn operatur ekonomiku. In-Netwerk, stabbilit skont l-Artikolu 31, għandu jiddiskuti, mingħajr dewmien, interpretazzjonijiet diverġenti tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-istess prodott.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, b'rabta mal-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li huma jew f'ħażna temporanja jew inkella mqiegħda taħt proċedura doganali għajr ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-awtoritajiet doganali fl-ewwel punt tad-dħul għandhom raġuni biex jemmnu li dawk il-prodotti jippreżentaw riskju, dawn għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-uffiċċju doganali kompetenti tad-destinazzjoni.

Meta, b'rabta mal-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li huma jew f'ħażna temporanja jew inkella mqiegħda taħt proċedura doganali għajr ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-awtoritajiet doganali fl-ewwel punt tad-dħul ikollhom raġuni biex jemmnu li dawk il-prodotti mhumiex konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli jew jippreżentaw riskju, dawn għandhom jibagħtu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-uffiċċju doganali kompetenti tad-destinazzjoni.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni biżżejjed biex jemmnu li prodott potenzjalment mhux konformi jista' jkun qed jidħol fis-suq tal-Unjoni permezz ta' Stat Membru ieħor, huma għandhom jibagħtu, mingħajr dewmien, l-informazzjoni rilevanti kollha lill-uffiċċji doganali kompetenti ta' Stati Membri oħra.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni data statistika li tkopri l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet iddeżinjati skont il-paragrafu 1 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti, inkluża d-data li tkopri:

Sal-31 ta' Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni data statistika dettaljata li tkopri l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet iddeżinjati skont il-paragrafu 1 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti, inkluża d-data li tkopri:

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-numru ta' interventi fil-qasam ta' kontrolli fuq it-tali prodotti, inklużi s-sigurtà u l-konformità tal-prodotti;

(a)  in-numru u t-tipi ta' interventi fil-qasam ta' kontrolli fuq it-tali prodotti, inklużi s-sigurtà u l-konformità tal-prodotti;

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-karatteristiċi ta' kwalunkwe prodott li jinstab li mhuwiex konformi.

(d)  it-tipi u l-karatteristiċi ta' kwalunkwe prodott li jinstab li mhuwiex konformi.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' kull sena sat-30 ta' Ġunju, li jkun fih l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Membri għas-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' kull sena sat-30 ta' Ġunju, li jkun fih l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Membri għas-sena kalendarja preċedenti, inkluża analiżi tal-operazzjoni doganali u l-proċeduri ta' infurzar fis-seħħ fl-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Meta l-Kummissjoni ssir taf b'riskju serju impost fi Stat Membru minn prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li huma importati minn pajjiż terz, din għandha tirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat li dan jieħu l-miżuri xierqa ta' sorveljanza tas-suq.

8.  Meta l-Kummissjoni ssir taf b'riskju serju impost fi Stat Membru minn prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li huma importati minn pajjiż terz, din għandha titlob lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-miżuri xierqa tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Sabiex jiġi żgurat infurzar konsistenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, sabiex jissaħħu l-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u biex jiġi żgurat livell uniformi u effettiv ta' tali kontrolli, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis kif xieraq il-kunsiderazzjonijiet tan-Netwerk stabbiliti skont l-Artikolu 31, għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 62a biex tiddetermina objettivi, parametri referenzjarji u tekniki komuni għall-kontrolli abbażi ta' analiżi tar-riskju komuni fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-identità u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità fir-rigward tal-prodott mhumiex indikati jew identifikabbli f'konformità mal-Artikolu 4(5);

(d)  l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka rreġistrata u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali, u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna ta' referenza fir-rigward tal-prodott mhumiex indikati jew identifikabbli f'konformità mal-Artikolu 4(5);

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 27 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-prodott huwa ffalsifikat u huwa suġġett għall-proċeduri skont ir-Regolament (UE) Nru 608/2013;

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  għal kwalunkwe raġuni oħra, hemm raġuni għaliex wieħed jemmen li l-prodott mhuwiex se jikkonforma mar-rekwiżiti stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalih meta jitqiegħed fis-suq jew li se jippreżenta riskju serju.

(e)  għal kwalunkwe raġuni oħra, meta hemm raġunijiet raġoneveoli biex wieħed jemmen li l-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalih meta jitqiegħed fis-suq jew li jippreżenta riskju.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom raġuni għaliex jemmnu li prodott mhux se jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalih jew se jippreżenta riskju serju, dawn għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 26(1) jissospendu l-proċess għar-rilaxx tiegħu għal ċirkolazzjoni libera.

3.  Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li prodott mhux se jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għalih jew se jippreżenta riskju serju, dawn għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet iddeżinjati skont l-Artikolu 26(1) jissospendu l-proċess għar-rilaxx tiegħu għal ċirkolazzjoni libera.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-istatus tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati u r-rekord tal-konformità tagħhom relatata mas-sigurtà tal-prodotti.

3.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-istatus tal-operaturi ekonomiċi awtorizzati u r-rekord tal-konformità tagħhom relatata mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u mas-sigurtà tal-prodotti. L-informazzjoni skambjata għandha wkoll tkun ikkomunikata, fejn meħtieġ, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta' konformità matul il-kontrolli deskritti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jissospendu t-trattament favorevoli previsti fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u għandhom idaħħlu d-dettalji tan-nuqqas ta' konformità fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

4.  Meta jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta' konformità matul il-kontrolli deskritti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jissospendu t-trattament favorevoli previsti fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet doganali rilevanti dwar in-nuqqas ta' konformità identifikata u għandhom idaħħlu d-dettalji tan-nuqqas ta' konformità fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-għan tan-Netwerk huwa li jservi bħala pjattaforma għal kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jissimplifika l-prattiki tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni sabiex l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu aktar effettivi.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  In-Netwerk għandu jkun imsawwar minn Bord tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti ("Bord tal-EUPC"), gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva u segretarjat.

1.  In-Netwerk għandu jkun imsawwar minn rappreżentant wieħed minn kull wieħed mill-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 11, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u s-sostituti rispettivi tagħhom, gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva u segretarjat.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord tal-EUPC għandu jikkonsisti f'rappreżentant wieħed minn kull wieħed mill-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 11, u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u s-sostituti rispettivi tagħhom.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-istruttura tan-Netwerk tal-Unjoni tal-Konformità tal-Prodotti ġiet organizzata mill-ġdid bil-għan li tiżgura interazzjoni aktar dinamika fost il-parteċipanti differenti tan-Netwerk. Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, ġew previsti kompiti u setgħat komuni ġodda għan-Netwerk u għall-Kummissjoni.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi gruppi ta' koordinazzjoni amministrattivi separati jew konġunti għall-istrumenti kollha tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament. Kull grupp ta' koordinazzjoni amministrattiva għandu jkun imsawwar minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' sorveljanza tas-suq u, jekk xieraq, minn rappreżentanti tal-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni, u minn rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet ta' impriżi rilevanti u ta' organizzazzjonijiet tal-konsumatur.

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi gruppi ta' koordinazzjoni amministrattivi separati jew konġunti għall-istrumenti kollha tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament. Kull grupp ta' koordinazzjoni amministrattiva għandu jkun imsawwar minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tas-sorveljanza tas-suq u, jekk xieraq, minn rappreżentanti tal-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni, u minn rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet ta' impriżi rilevanti u ta' organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Il-Kummissjoni għandha torganizza u tattendi l-laqgħat tal-gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva bħala osservatur.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-laqgħat tan-Netwerk, il-gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva għandhom ikunu rappreżentati fuq il-bażi tal-għarfien partikolari u tal-esperjenza meħtieġa skont is-suġġett inkwistjoni.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-segretarjat għandu jkun imsawwar minn persunal tal-Kummissjoni.

4.  Is-segretarjat għandu jkun imsawwar minn persunal tal-Kummissjoni. Għandu jorganizza l-laqgħat tan-Netwerk u jipprovdih b'appoġġ tekniku u loġistiku.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni tista' tattendi l-laqgħat tal-gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva.

imħassar

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  In-Netwerk għandu jiltaqa' f'intervalli regolari u, fejn meħtieġ, fuq talba ġustifikata kif xieraq tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru.

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  In-Netwerk jista' jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji li jittrattaw kwistjonijiet u kompiti speċifiċi.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c.  In-Netwerk għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jieħu deċiżjonijiet b'kunsens. Jekk ma jistax jintlaħaq kunsens, in-Netwerk għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5d.  In-Netwerk jista' jistieden esperti u partijiet terzi oħra, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-industrija, l-intrapriżi żgħar u medji, il-konsumaturi, il-laboratorji u l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità fil-livell tal-Unjoni, biex jattendu għal laqgħat bħala osservaturi jew jipprovdu kontribuzzjonijiet bil-miktub.

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 32 - paragrafu 5e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5e.  Il-laqgħa tan-Netwerk kif ukoll il-laqgħat tal-gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva għandhom isiru b'mod miftuħ u trasparenti.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  In-Netwerk għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

 

(a) li jadotta programm ta' ħidma biennali tiegħu, li, fost l-oħrajn, jiddefinixxi l-prijoritajiet għall-azzjonijiet komuni tas-sorveljanza tas-suq, inklużi l-azzjonijiet komuni fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq online, u oqsma ta' prijorità jew kategoriji ta' prodotti;

 

(b) li jadotta regoli ta' proċedura għalih innifsu u għall-funzjonament tal-gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva;

 

(c) li jirrieżamina u jiddiskuti regolarment metodoloġija ġenerali ta' stima tar-riskju bil-għan li jiżgura uniformità tal-applikazzjoni tiegħu;

 

(d) li jħejji linji gwida settorjali għal kontrolli dwar il-karatteristiċi ta' prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament;

 

(e) li jiddiskuti l-kondizzjonijiet uniformi tal-kontrolli, il-kriterji għad-determinazzjoni tal-frekwenza tal-kontrolli jew l-ammont ta' kampjuni li jiġu kkontrollati fir-rigward ta' ċerti prodotti, kif imsemmi fl-Artikolu 15(1), skont il-prijoritajiet stabbiliti fil-paragrafu -1(a), kif ukoll l-objettivi komuni, il-punti ta' riferiment u t-tekniki għall-kontrolli fir-rigward tal-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni skont l-Artikolu 26(8a);

 

(f) li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prodotti mhux konformi, l-iżviluppi xjentifiċi riċenti u t-teknoloġiji ġodda, ir-riskji emerġenti u aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet ta' kontroll u għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji u tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq;

 

(g) li jiżgura l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva u tal-attivitajiet tagħhom;

 

(h) li jassisti, fuq talba ta' Stat Membru, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-memoranda ta' qbil imsemmija fl-Artikolu 8;

 

(i) li jiffaċilita l-funzjonament effettiv tas-sistema tal-evalwazzjoni bejn il-pari bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 12b, u li jeżamina u jissorvelja r-riżultati ta' dawk l-evalwazzjonijiet;

 

(j) li janalizza t-tilwim bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jeżamina kwalunkwe mistoqsija oħra f'dan ir-rigward u jadotta linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki biex iħeġġeġ l-applikazzjoni konsistenti u l-interpretazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, inkluż billi joħloq metodoloġija komuni għad-definizzjoni u l-istabbiliment ta' penali;

 

(k) li jiddiskuti kif jiġu żgurati modi adegwati ta' finanzjament u rkupru tal-ispejjeż tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni u jipproponi l-finanzjament tal-attivitajiet previsti fl-Artikolu 36;

 

(l) li jippromwovi u jiffaċilita l-kollaborazzjoni ma' netwerks u gruppi rilevanti oħra, b'mod notevoli l-Osservatorju u l-Forum tal-Blockchains tal-UE, bil-ħsieb li jesplora possibbiltajiet dwar l-użu ta' teknoloġiji ġodda, speċjalment blockchains, għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u t-traċċabbiltà tal-prodotti;

 

(m) li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fi kwistjonijiet marbuta ma' żvilupp ulterjuri tar-RAPEX u l-ICSMS.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jadotta u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tan-Netwerk fuq il-bażi ta' proposta mis-Segretarjat;

(a)  li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tan-Netwerk u li jinforma lin-Netwerk dwar il-konklużjoni ta' dak il-monitoraġġ;

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li jorganizza l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(f)  li jorganizza l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif ukoll mal-awtoritajiet doganali;

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  li jiffaċilita l-organizzazzjoni ta' proġetti tas-sorveljanza konġunta tas-suq u ta' ttestjar konġunt, inklużi proġetti konġunti fir-rigward tal-prodotti mibjugħa online;

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  li jiffaċilita l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ komuni u l-iskambji ta' persunal bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali;

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  li jorganizza evalwazzjonijiet bejn il-pari, programmi ta' taħriġ komuni u li jiffaċilita l-iskambji ta' persunal bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali;

imħassar

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  li jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tal-Bord tal-EUPC, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki biex iħeġġeġ l-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament, inkluż billi jistabbilixxi standards għall-penali minimi.

imħassar

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma)  li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet doganali u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali dwar investigazzjonijiet marbuta mal-konformità ta' prodotti offruti għall-bejgħ online lill-utenti finali fl-Unjoni.

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Bord tal-EUPC għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

imħassar

(a)  li jiddefinixxi l-prijoritajiet għal azzjonijiet komuni ta' sorveljanza tas-suq;

 

(b)  li jiżgura l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva u tal-attivitajiet tagħhom;

 

(c)  li jassisti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-memoranda ta' qbil imsemmija fl-Artikolu 8;

 

(d)  li jadotta regoli ta' proċedura għalih innifsu u għall-funzjonament tal-gruppi ta' koordinazzjoni amministrattiva.

 

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tmantni sistema tal-informazzjoni u komunikazzjoni għall-ġbir u għall-ħżin ta' informazzjoni, f'forma strutturata, fuq kwistjonijiet relatati mal-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Il-Kummissjoni, l-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni, u l-awtoritajiet iddeżinjati f'konformità mal-Artikolu 26(1) għandu jkollhom aċċess għal dik is-sistema.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tmantni sistema tal-informazzjoni u komunikazzjoni għall-ġbir, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' informazzjoni, f'forma strutturata, fuq kwistjonijiet relatati mal-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni bil-għan li din id-data tiġi kondiviża bejn l-Istati Membri u tippermetti lill-Kummissjoni tissorvelja l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Din is-sistema għandu jkollha interfaċċja pubblika b'informazzjoni ewlenija fil-lingwi kollha tal-Unjoni biex tinforma lill-utenti finali dwar l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u r-riżultati tagħhom.

 

Il-Kummissjoni, l-uffiċċji uniċi ta' kooperazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet iddeżinjati f'konformità mal-Artikolu 26(1) għandu jkollhom aċċess għal dik is-sistema.

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-istrateġija nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq imfassla mill-Istat Membru tagħhom skont l-Artikolu 13.

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kwalunkwe arranġament ta' sħubija li jidħlu għalihom skont l-Artikolu 7;

imħassar

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Is-sistema ta' informazzjoni għandha tippermetti t-trażmissjoni tal-fajl bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u għandha tkun l-istrument preferut għat-talbiet ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-sorveljanza tas-suq mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fejn hi tkun ikkonkludiet arranġamenti ta' kunfidenzjalità fuq il-bażi tar-reċiproċità ma' dawk l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet.

1.  Sabiex titjieb l-effiċjenza tas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tiskambja informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-sorveljanza tas-suq mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fejn hi tkun ikkonkludiet arranġamenti ta' kunfidenzjalità fuq il-bażi tar-reċiproċità ma' dawk l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet.

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe skambju ta' informazzjoni skont il-paragrafu 1 ikun konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni.

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-approvazzjoni tista' tingħata lil pajjiż terz skont il-paragrafu 3 biss jekk, wara awditu fi ħdan l-Unjoni li juri li huma ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.  L-approvazzjoni tista' tingħata biss lil pajjiż terz skont il-paragrafu 3 wara awditi fi ħdan il-pajjiż terz rilevanti u l-Unjoni li juru li huma ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 35 paragrafu 5 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  il-pajjiż terz ikollu sistema ta' verifika effiċjenti tal-konformità tal-prodotti esportati lejn l-Unjoni;

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Il-Kummissjoni għandha tirtira approvazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3 meta jinstab li l-prodotti li jkunu diħlin fis-suq tal-Unjoni ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni f'numru sinifikanti ta' każijiet.

9.  Il-Kummissjoni għandha b'mod regolari timmonitorja l-funzjonament korrett tal-approvazzjoni u għandha tirtira approvazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 3 meta jinstab li l-prodotti li jkunu diħlin fis-suq tal-Unjoni ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni f'numru sinifikanti ta' każijiet. Il-Kummissjoni għandha b'mod immedjat tinforma lill-Istati Membri u l-pajjiż terz affettwat.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikabbiltà tar-Regolament (KE) 765/2008 u tal-emendi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni

Emendi għar-Regolament (KE) 765/2008

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 15 sa 29 tar-Regolament (KE) 765/2008 m'għandhomx japplikaw għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni stabbilita fl-Anness.

L-Artikoli 15 sa 29 tar-Regolament (KE) 765/2008 huma mħassra.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju;

imħassar

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-natura, il-gravità u d-durata tan-nuqqas ta' konformità b'kunsiderazzjoni tad-dannu kkawżat lill-utenti finali;

(b)  in-natura, il-gravità u d-durata tan-nuqqas ta' konformità b'kunsiderazzjoni tad-dannu kkawżat lill-utenti finali jew lill-interessi pubbliċi protetti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari, li jkunu jistgħu jiġu imposti penali meta l-operatur ekonomiku jonqos milli jikkoopera jew jirrifjuta li jikkoopera matul il-kontrolli u l-attur ekonomiku ta' sorveljanza tas-suq.

5.  L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li ma japplikawx il-penali f'każijiet ta' ksur formali minuri u fejn in-nuqqas ta' konformità hija kkoreġuta mill-operatur ekonomiku fi żmien xieraq. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu imposti penali meta l-operatur ekonomiku jonqos milli jikkoopera jew jirrifjuta li jikkoopera matul il-kontrolli u l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali finanzjarji imposti għall-ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jkunu użati għal finanzjament ulterjuri tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-[31 ta' Diċembru 2024] u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-isfond tal-għanijiet li jfittex u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament laħaqx l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tan-numru ta' prodotti mhux konformi fis-suq tal-Unjoni, tal-iżgurar ta' infurzar effettiv u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni, tat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u ta' tisħiħ tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tal-impatt fuq in-negozji u b'mod partikolari fuq l-impriżi żgħar u medji. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-evalwazzjoni tivvaluta wkoll l-effikaċja tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq li jirċievu finanzjament tal-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament laħaqx l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tan-numru ta' prodotti mhux konformi fis-suq tal-Unjoni, tal-iżgurar ta' infurzar effettiv u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni, tat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u ta' tisħiħ tal-kontrolli fuq il-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni tal-impatt fuq in-negozji u b'mod partikolari fuq l-impriżi żgħar u medji.

 

L-evalwazzjoni għandha ssir, b'mod partikolari, bil-għan li jiġi vvalutat il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti u t-tagħmir imħaddem bl-Intelliġenza Artifiċjali u fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, ekonomiċi u legali.

 

L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll l-effikaċja tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq li jirċievu finanzjament tal-Unjoni fid-dawl tar-rekwiżiti tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll tesplora u tipproponi soluzzjonijiet ġodda bbażati fuq is-suq li jistgħu b'mod effettiv jikkomplementaw l-azzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 62a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 62a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12b(6) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12b(6), 15(1b) u 26(8a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 12b(6), 15(1b) u 26(8a)għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

  • [1]  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-moviment liberu tal-merkanzija huwa l-aktar wieħed żviluppat minn fost l-erba' libertajiet fundamentali. Dan il-pilastru jserraħ fuq il-fiduċja tal-konsumaturi: il-konsumaturi Ewropej jeħtiġilhom ikunu kapaċi jafdaw li l-prodotti li jixtru jkunu sikuri u konformi, irrispettivament minn min hu l-manifattur, mill-Istat Membru minn fejn inxtraw, u b'liema mezzi (bejgħ tradizzjonali jew online).

Ħafna skandli reċenti bħad-"dieselgate" juru li prodotti mhux sikuri u mhux konformi għadhom realtà fis-suq tal-UE, u dan jenfasizza l-ħtieġa tas-sorveljanza tas-suq aktar effettiva u kkoordinata fl-Unjoni. Il-preżenza fis-suq ta' prodotti li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni timmina l-fiduċja tal-konsumaturi fil-kwalità, fis-sikurezza, fis-sigurtà u fil-ħarsien tal-ambjent tal-prodotti preżenti fis-suq, u dan jipperikola l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku. Dan jipperikola l-interessi tal-konsumaturi u interessi pubbliċi oħra u jqiegħed in-negozji li jikkonformaw mar-regoli fi żvantaġġ kompetittiv.

Iż-żieda fl-importazzjonijiet lejn l-UE, il-kumplessità dejjem tiżdied tal-katini tal-valur, iż-żieda fin-numru ta' prodotti li jiċċirkolaw fis-suq uniku, u ż-żieda fl-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku, kif ukoll it-teknoloġiji l-ġodda joħolqu sfidi ġodda għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-UE. Hemm evidenza ċara li hija biss sorveljanza tas-suq xierqa, effettiva u kkoordinata fl-UE li tista' twieġeb għal dawn l-isfidi u tiżgura li prodotti sikuri u konformi biss qed jaslu għand il-konsumaturi finali.

Fuq kollox, ir-rapporteur tassew jilqa' l-"Pakkett dwar il-Prodotti" ġdid ippreżentat mill-Kummissjoni u b'mod aktar speċifiku l-proposta li tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u l-infurzar tagħha.

Billi sfortunatament il-"Pakkett dwar is-sikurezza tal-prodotti u s-Sorveljanza tas-suq" tal-2013 għadu mblukkat fil-Kunsill, isir aktar u aktar urġenti għall-Unjoni Ewropea li torbot fuq qafas leġiżlattiv effettiv u aġġornat dwar is-sorveljanza tas-suq u r-rispett għall-konformità ta' prodotti fis-suq uniku.

F'din il-perspettiva, l-abbozz ta' rapport propost mir-rapporteur jappoġġja u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni u jipprova jiċċara numru ta' kwistjonijiet.

L-għan prinċipali tar-rapporteur huwa li jintroduċi approċċ Ewropew aktar armonizzat dwar is-sorveljanza tas-suq u jiżgura livell ogħla ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali u awtoritajiet rilevanti oħra.

1. Niżguraw prodotti konformi u kondizzjonijiet ekwi fost l-operaturi ekonomiċi

Ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ li t-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq se jkun essenzjali biex jiżgura li prodotti konformi u sikuri biss ikunu disponibbli fis-suq tal-UE, u dan jikkontribwixxi għat-titjib tal-funzjonament tiegħu. Dan jenħtieġ li jkun l-għan ta' dan ir-Regolament.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi li sorveljanza effettiva tas-suq kif stabbilita f'dan ir-Regolament tista' tkun essenzjali biex tissalvagwardja l-interessi pubbliċi bħas-saħħa u s-sigurtà imma wkoll, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika.

Fl-opinjoni tar-rapporteur, huwa ta' importanza kbira li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u kondizzjonijiet ekwi fost l-operaturi ekonomiċi. Minbarra li qed jagħmlu sforz konsiderevoli biex jiġi żgurat li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Unjoni, il-parteċipanti onesti tas-suq isofru l-ħsara b'mod kollettiv ikkawżata mill-manifattura jew l-importazzjoni ta' oġġetti mhux konformi u mhux sikuri. Is-sorveljanza dgħajfa tas-suq tonqos milli tipproteġi lill-kumpaniji onesti u thedded li teqred l-impjiegi. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom għalhekk jiżguraw li prodotti mhux konformi kif ukoll mhux sikuri jiġu identifikati u jinżammu jew jitneħħew mis-suq. Dan huwa fl-interess kemm tal-konsumaturi kif ukoll tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri affidabbli.

2. Nintroduċu approċċ Ewropew armonizzat għas-sorveljanza tas-suq

•  Insaħħu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tal-Istati Membri

Ir-Regolament jipprovdi għal sett ta' setgħat għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, iddefiniti bil-għan li jiġi żgurat infurzar transfruntier effettiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Ir-rapporteur jilqa' l-infurzar tas-setgħat tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, imma jinsisti fuq il-fatt li dawn il-miżuri jenħtieġ li jintużaw b'mod proporzjonat u b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

Wieħed mill-punti ta' prijorità ewlenin tar-rapporteur huwa li jiġi ggarantit li l-istess regoli jiġu applikati bl-istess mod mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq differenti fl-Istati Membri differenti.

Biex isir dan, ir-rapporteur jipproponi l-armonizzazzjoni tal-metodoloġija u tal-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskji u l-armonizzazzjoni tal-kontrolli sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi kollha u kompetizzjoni ġusta fis-suq.

L-approċċ armonizzat għas-sorveljanza tas-suq imur id f'id mal-introduzzjoni ta' evalwazzjoni effettiva bejn il-pari tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, sabiex jiġi żgurat li r-regoli rilevanti jiġu implimentati u infurzati b'mod rigoruż u omoġenju madwar l-UE.

•  Inżidu dimensjoni Ewropea lin-Netwerk tal-Unjoni tal-Konformità tal-Prodotti (EUPC)

Ir-rapporteur jilqa' l-istabbiliment ta' Netwerk tal-Unjoni tal-Konformità tal-Prodotti, li għandu l-għan li jrawwem kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-istituzzjonijiet Ewropej u l-operaturi ekonomiċi. Madankollu, ir-rapporteur jemmen li l-parteċipanti differenti tan-Netwerk kif iddefiniti mill-Kummissjoni ma jinteraġixxux biżżejjed wieħed mal-ieħor. Għalhekk, ir-rapporteur jixtieq iżid dimensjoni verament Ewropea għan-Netwerk u jsaħħaħ ir-rwol tiegħu, billi fost l-oħrajn jingħata s-setgħa li b'mod konġunt jiddefinixxi prijoritajiet għall-azzjonijiet komuni tas-sorveljanza tas-suq, li jistabbilixxi kondizzjonijiet uniformi għall-kontrolli fir-rigward ta' ċerti prodotti, u li jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni dwar prodotti mhux konformi.

3. Insaħħu l-miżuri fil-ġlieda kontra n-nuqqas ta' konformità

•  Persuna responsabbli mill-konformità

Il-Kummissjoni tintroduċi l-idea ta' persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità bħala kondizzjoni neċessarja biex il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq. L-għanijiet ewlenin huma li tiġi msaħħa l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti billi jiġu żgurati kuntatti tajbin bejn il-manifatturi jew ir-rappreżentanti nnominati tagħhom u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u li jinħolqu kondizzjonijiet kummerċjali ġusti fis-suq tal-Unjoni.

Ir-rapporteur jappoġġja bis-sħiħ din l-idea u jipproponi l-estensjoni tad-dmirijiet tal-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità għall-konformità nnifisha. F'dan is-sens, il-prodott jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq biss jekk ikun hemm persuna li tkun responsabbli mill-konformità fir-rigward ta' dak il-prodott. Ir-rapporteur jestendi r-responsabbiltajiet tal-persuna responsabbli għall-konformità billi jagħmilha responsabbli biex tikkuntattja lill-manifattur fil-każ ta' nuqqas ta' konformità. Fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew fuq it-talba tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, il-persuna responsabbli għall-konformità se jkollha tieħu azzjonijiet sabiex tirrimedja n-nuqqas ta' konformità skopert.

•  Bażi tad-data tal-konformità

Ir-rapporteur jintroduċi wkoll idea ġdida ta' "bażi tad-data tal-konformità" online li tinkludi d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna responsabbli mill-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE tal-manifatturi. Din il-bażi tad-data se tiġi aġġornata minn manifatturi u operaturi ekonomiċi oħra, u se tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għall-pubbliku ġenerali fl-Unjoni Ewropea mingħajr ħlas. Il-vantaġġi ta' din il-bażi tad-data huma tnejn: l-operaturi ekonomiċi jistgħu jtellgħu d-dikjarazzjoni tal-konformità u informazzjoni rilevanti oħra f'bażi tad-data waħda ddedikata, u l-awtoritajiet u l-pubbliku ġenerali se jkollhom aċċess biex jaraw din l-informazzjoni f'post wieħed, minflok ifittxu fis-sorsi differenti u fis-siti web tal-operaturi ekonomiċi.

•  Ftehimiet ta' sħubija għall-konformità u memoranda ta' qbil

Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-possibbiltà li awtorità tas-sorveljanza tas-suq tidħol fi ftehim ta' sħubija ma' operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju tagħha. Ir-rapporteur huwa kontra d-dispożizzjonijiet armonizzati dwar il-ftehimiet ta' sħubija għall-konformità. Fl-opinjoni tar-rapporteur, dawn il-ftehimiet ta' sħubija jistgħu jmorru kontra r-rekwiżit tal-indipendenza tal-awtoritajiet pubbliċi. Billi l-kompiti tal-operaturi ekonomiċi huma mħallta, hemm riskju evidenti ta' kunflitt ta' interess meta l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikollha bżonn tivverifika prodott ta' kumpanija li dwaru tkun tat il-pariri qabel. Barra minn hekk, l-iffirmar ta' ftehim ta' sħubija għall-konformità se jaljena lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mill-kompitu ewlieni tagħhom, li huwa li jiżguraw li prodotti konformi biss jitqiegħdu fis-suq. Għall-istess raġunjiet, anke d-dispożizzjonijiet dwar il-memoranda ta' qbil previsti fl-Artikolu 8 tal-proposta tal-Kummissjoni ġew abbozzati mill-ġdid.

4. Nindirizzaw sfidi ġodda: il-kummerċ elettroniku u l-Internet tal-Oġġetti

Iż-żieda fl-attivitajiet tal-kummerċ elettroniku toħloq ċerti sfidi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi u ta' utenti finali oħra minn prodotti mhux tal-ikel perikolużi u prodotti mhux konformi. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed jiffaċċjaw numru ta' diffikultajiet bħat-traċċar ta' prodotti offruti għall-bejgħ online, l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi responsabbli jew it-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju jew testijiet tas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' aċċess fiżiku għall-prodotti. Il-Kummissjoni naqset milli tindirizza din il-kwistjoni fil-proposta tagħha. Fuq il-bażi tal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ elettroniku, ir-rapporteur jissuġġerixxi li kull Stat Membru jipprovdi l-organizzazzjoni effettiva tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-prodotti mibjugħa online u jiżgura li jkun hemm numru xieraq ta' spetturi li jittrattaw il-prodotti mibjugħa online fi ħdan l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali tagħhom.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qisitx il-proliferazzjoni tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) u n-numru dejjem jiżdied ta' apparati mqabbda. Fl-opinjoni tar-rapporteur, il-qafas regolatorju tal-UE jenħtieġ li jindirizza t-theddid attwali għas-sigurtà tal-apparati tal-IoT li jistgħu jiġu ħħekkjati u għalhekk joħolqu riskji ġodda mill-bogħod. Għalhekk, hija l-perspettiva tar-rapporteur li jiġu vvalutati r-riskji l-ġodda għall-konsumaturi relatati mal-prodotti li jistgħu jaqbdu mal-Internet bħala waħda ta' importanza kbira.

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

ALIBABA

AMAZON

AMFORI

ANEC

ANIMA

APPLE

ASSOGIOCATTOLI

BEUC

BIC

BUSINESSEUROPE

CECE

CECED

CONFCOMMERCIO

CONFINDUSTRIA

DIE DEUTSCHE BAUINDUSTRIE

DIGITAL EUROPE

E-BAY

EGMF - European Garden Machinery Industry Federation

ELECTRICAL SAFETY FIRST

EMOTA

EUROCOMMERCE

FEDERATION FRANCAISE DU COMMERCE ET DISTRIBUTION

FEDERUNACOMA

FESI – Federation of the European Sporting Goods Industry

GERMAN RETAIL FEDERATION – HDE

IBM

INDICAM

INDUSTRIALL

LIDL STIFTUNG

LVMH

MARKENVERBAND – GERMAN BRANDS ASSOCIATION

ORGALIME

PROSAFE

RINA Consulting

SCHNEIDER ELECTRIC

TIE - TOY INDUSTRIES OF EUROPE

UNIFAB - Union des fabricants

VDMA

 

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

IR-RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TAL-AWSTRIJA GĦALL-UE

IR-RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TAL-ĠERMANJA GĦALL-UE

IR-RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TAD-DANIMARKA GĦALL-UE

IR-RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TA' FRANZA GĦALL-UE

L-AĠENZIJA DOGANALI TAL-ITALJA

IL-MINISTERU TAL-IŻVILUPP EKONOMIKU TAL-ITALJA

IR-RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TAL-ITALJA GĦALL-UE

IR-RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TAR-RUMANIJA GĦALL-UE

IR-RAPPREŻENTANZA PERMANENTI TAL-IŻVEZJA GĦALL-UE

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (12.7.2018)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) Nru 528/2012, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2004/42/KE, 2009/48/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2013/53/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, 2014/68/UE u 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(COM(2017)0795 – C8 – 2017/0353(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Miroslav Mikolášik

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-sikurezza tal-konsumatur u l-protezzjoni tal-ambjent huma wieħed mill-pedamenti tas-suq uniku għall-prodotti, li hija waħda mill-akbar kisbiet tal-Ewropa maħsuba biex jippermettu l-moviment liberu.

Madwar l-UE, jeżistu regoli ambjentali u dwar is-sikurezza komuni biex jipproteġu liċ-ċittadini minn perikli għas-sikurezza, it-tniġġis u l-ħsara ambjentali. Madankollu, għad hemm wisq prodotti mibjugħa fis-suq tal-UE li ma jissodisfawx dawn ir-regoli previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-eżistenza ta' prodotti mhux konformi tesponi lill-konsumaturi għal prodotti potenzjalment perikolużi, tixħet riskju fuq l-ambjent u tfixkel il-kompetizzjoni.

Il-proposta għal Regolament hija parti minn "pakkett dwar il-prodotti" li tindirizza ċerti dgħufijiet għal funzjonament aħjar tas-suq uniku għall-prodotti. Ir-rapporteur jilqa' l-proposta għal Regolament li għandu l-għan li jsaħħaħ il-konformità u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-prodotti. Madankollu, ir-rapporteur jinnota l-ambitu limitat tar-Regolament, li japplika biss għal prodotti armonizzati li huma elenkati fl-Anness. Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni fl-Anness, hija mfassla "dispożizzjoni lex generalis" biex tevita kwalunkwe riskju possibbli ta' duplikazzjoni jew dispożizzjonijiet kontradittorji li jkollhom "dispożizzjonijiet lex specialis" bl-istess objettiv, natura jew effett f'regoli oħra eżistenti jew futuri tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi li l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni hu r-responsabbiltà tal-Istati Membri li huma ristretti minn limitazzjonijiet ġudizzjarji. Għalhekk, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet hi neċessarja biex jiġi żgurat infurzar konsistenti madwar l-UE u jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità b'mod effiċjenti.

Il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE hija meqjusa bħala l-aħjar mod biex jiġi żgurat li l-prodotti huma sikuri. Pereżempju, il-leġiżlazzjoni tal-UE f'oqsma bħalma huma l-ġugarelli u s-sustanzi kimiċi hija fost l-aktar stretta fid-dinja. Madankollu, ta' kuljum fl-UE jinbiegħu ammonti kbar ta' prodotti mhux sikuri u mhux konformi. Skont ir-rapport annwali tar-RAPEX għall-2017, l-aktar kategoriji ta' prodotti perikolużi fi ħdan l-UE huma: il-ġugarelli (29 %), il-vetturi bil-mutur (20 %), il-ħwejjeġ, it-tessuti u l-oġġetti tal-moda (12 %), u r-riskju l-aktar innutat kien il-korriment (28 %), segwit mir-riskju tas-sustanzi kimiċi (22 %).

Sabiex titjieb il-qagħda attwali, hija meħtieġa aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi. Dan jimxi id f'id mal-konsistenza fil-prattiki tas-sorveljanza tas-suq fl-UE kollha u fil-fruntieri esterni tagħha sabiex jiġi żgurat l-istess livell għoli ta' konformità kullimkien. F'dan il-kuntest, ir-rapporteur jilqa' obbligi għall-assistenza reċiproka u preżunzjoni legali li l-prodotti misjuba li mhumiex konformi fi Stat Membru partikolari lanqas ma jkunu konformi madwar l-UE.

Ir-rapporteur jaqbel li l-proposta għandha ttejjeb il-kooperazzjoni u l-konformità fl-infurzar mingħajr ma timponi piż eċċessiv jew sproporzjonat fuq l-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi tal-Istati Membri. Għalhekk, il-proposta m'għandhiex tmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet tagħha. Ir-rapporteur ifakkar li l-possibbiltajiet oġġettivi tal-SMEs m'għandhomx jiġu injorati.

Biex jiġu żgurati l-affidabilità u l-konsistenza tal-ittestjar madwar l-Unjoni fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq, il-Kummissjoni tipproponi li taħtar faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Il-laboratorji maħtura bħala faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għandu jkollhom l-għarfien espert, l-infrastruttura u l-persunal biex iwettqu l-kompiti bl-ogħla standards. Għalhekk, ir-rapporteur jagħti l-parir li huma għandhom jaġixxu wkoll bħala ċentri ta' għarfien dwar ir-riskji u r-riskji emerġenti (pereżempju f'dak li għandu x'jaqsam ma' sustanzi kimiċi perikolużi). Ir-rapporteur jixtieq jiżgura li korp notifikat jew kwalunkwe korp ieħor ta' valutazzjoni tal-konformità jkollu l-possibbiltà li jsir faċilità ta' ttestjar tal-Unjoni dment li tissodisfa l-kundizzjonijiet preskritti.

Ir-rapporteur jilqa' l-fatt li r-Regolament jistabbilixxi Netwerk għall-Konformità tal-Prodotti tal-Unjoni bl-għan li jikkoordina u jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' infurzar konġunti mill-Istati Membri. Barra minn hekk, ir-rapporteur jissuġġerixxi li titwaqqaf bażi ta' data armonizzata pan-Ewropea għall-ġbir ta' data relatata ma' inċidenti u korrimenti biex tiġi żgurata konsistenza fil-monitoraġġ madwar l-UE u sservi ta' għodda għall-iżvilupp kemm ta' leġiżlazzjoni u standards ġodda dwar is-saħħa u s-sikurezza kif ukoll titjib fl-infurzar.

B'mod partikolari r-rapporteur jilqa' l-fatt li r-Regolament jipprovdi għal qafas imsaħħaħ għal kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni (kważi 30 % tal-oġġetti fl-UE), peress li ladarba jidħlu fis-suq, huma jkunu liberi li jiċċirkolaw madwar l-Unjoni. Fl-istess ħin, ir-rapporteur jenfasizza l-importanza li r-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, tas-saħħa u tas-sikurezza japplikaw għal prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni u biss prodotti sikuri u konformi jidħlu fis-suq uniku. Sabiex jiġi żgurat li prodotti mhux sikuri jew mhux konformi ma jiġux introdotti fis-suq tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu verifiki adegwati qabel ma jirrilaxxawhom għaċ-ċirkolazzjoni libera. Skont ir-Rapporteur, il-prattika li jintagħżlu punti ta' dħul mill-esportaturi ta' pajjiżi terzi fejn il-kontrolli huma inqas sistematiċi jew strinġenti, jeħtieġ tiġi indirizzata b'mod dovut u jitneħħew id-diskrepanzi fil-prestazzjoni tal-awtoritajiet doganali.

B'mod ġenerali, ir-rapporteur jiffoka fuq l-emendi proposti tiegħu dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali u jemmen li r-Regolament dwar il-Konformità u l-Infurzar se jgħin biex jinħoloq suq intern aktar ġust għall-prodotti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Biex jiggarantixxu l-moviment liberu tal-prodotti fl-Unjoni, hu meħtieġ li jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika. L-infurzar robust ta' dawn ir-rekwiżiti hu essenzjali għall-ħarsien xieraq ta' dawn l-interessi u biex jinħolqu l-kondizzjonijiet li fihom tista' tiżviluppa l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni għall-merkanzija. Għaldaqstant, ir-regoli huma neċessarji biex jiġi żgurat dan l-infurzar fi ħdan is-suq intern, inkluż fuq prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(1)  Biex jiggarantixxu l-moviment liberu tal-prodotti fl-Unjoni, hu meħtieġ li jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà pubblika. L-infurzar robust ta' dawn ir-rekwiżiti hu essenzjali għall-ħarsien xieraq ta' dawn l-interessi u biex jinħolqu l-kondizzjonijiet li fihom tista' tiżviluppa l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni għall-merkanzija. Għaldaqstant, ir-regoli huma neċessarji biex jiġi żgurat dan l-infurzar fi ħdan is-suq intern, inkluż fuq prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mill-atturi ekonomiċi mad-dritt tal-Unjoni u biex tingħata s-setgħa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fl-operazzjonijiet ta' infurzar tagħhom, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jilħqu l-bilanċ ġust bejn is-sempliċità, u l-effettività. Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-applikazzjoni tagħhom huma mfassla b'tali mod li jagħtu prijorità lil dawk il-prodotti li jistgħu jkunu ta' riskju serju.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri prodotti li huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness. Il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Anness jenħtieġ li tkopri l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tikkonċerna prodotti maħduma li ma jkunux ikel, għalf, prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, pjanti ħajjin u annimali, prodotti ta' oriġini umana u prodotti ta' pjanti jew ku ġejjin mill-annimali relatati b'mod dirett mar-riproduzzjoni futura tagħhom. Dan se jiżgura qafas uniformi għas-sorveljanza tas-suq ta' dawk il-prodotti fil-livell tal-Unjoni. Konsegwentement, diversi strumenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jridu jiġu emendati, b'mod partikolari biex jitneħħew ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Jekk fil-ġejjieni tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, dik il-leġiżlazzjoni ser tkun dik li jkollha tipprovdi jekk dan ir-Regolament għandux japplika għal dik il-leġiżlazzjoni wkoll.

(5)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikopri prodotti li huma soġġetti għad-Direttiva 2001/95/KE jew għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness. Il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Anness jenħtieġ li tkopri l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tikkonċerna prodotti maħduma li ma jkunux ikel, għalf, prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, pjanti ħajjin u annimali, prodotti ta' oriġini umana u prodotti ta' pjanti jew ġejjin mill-annimali relatati b'mod dirett mar-riproduzzjoni futura tagħhom. Dan se jiżgura qafas uniformi għas-sorveljanza tas-suq ta' dawk il-prodotti fil-livell tal-Unjoni. Konsegwentement, diversi strumenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti jridu jiġu emendati, b'mod partikolari biex jitneħħew ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Jekk fil-ġejjieni tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, dik il-leġiżlazzjoni ser tkun dik li jkollha tipprovdi jekk dan ir-Regolament għandux japplika għal dik il-leġiżlazzjoni wkoll.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali għall-ħarsien effettiv tal-konsumatur li d-Direttiva tiġi inkluża fil-leġiżlazzjoni. Għadd ta' prodotti skont id-Direttiva huma partikolarment importanti għall-pubbliku ġenerali, bħal ġugarelli, u għandhom jiġu protetti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Is-sikurezza tal-konsumaturi fil-parti l-kbira tiddependi mill-infurzar attiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti li tipprovdi għar-rekwiżiti ta' sikurezza. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-miżuri ta' infurzar. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jittejbu l-ħin kollu u jsiru dejjem aktar effettivi bl-għan li jilqgħu l-isfidi kurrenti ta' suq globali u ta' katina ta' provvista dejjem aktar kumplessa.

(7)  Is-sikurezza tal-konsumaturi fil-parti l-kbira tiddependi mill-infurzar attiv tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fuq il-prodotti li tipprovdi għar-rekwiżiti ta' sikurezza. Għaldaqstant, hemm bżonn li jissaħħu l-miżuri ta' infurzar, inkluż fir-rigward tal-prodotti li huma offruti għall-bejgħ online lill-utenti finali fi ħdan l-Unjoni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jittejbu l-ħin kollu u jsiru dejjem aktar effettivi bl-għan li jilqgħu l-isfidi kurrenti ta' suq globali u ta' katina ta' provvista dejjem aktar kumplessa.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-Internet tal-Oġġetti u l-għadd dejjem jikber ta' apparati li jippermettu l-Intelliġenza Artifiċjali attivata, filwaqt li jitqies il-fatt li l-konsumaturi qegħdin dejjem aktar jużaw apparati konnessi fil-ħajja tagħhom ta' kuljum mingħajr ma jkunu jafu t-theddid għas-sigurtà li dawk l-apparati jistgħu jirrappreżentaw u r-riskji remoti li jeżistu. Għaldaqstant, il-qafas regolatorju tal-Unjoni jenħtieġ li jindirizza dawk il-kwistjonijiet sabiex jiżgura protezzjoni aħjar tal-konsumaturi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tkun tal-Istati Membri, li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tiġi rrispettata bis-sħiħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu approċċi sistematiċi biex jiżguraw l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq u ta' attivitajiet oħra ta' infurzar.

(9)  Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tkun tal-Istati Membri, li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tiġi rrispettata bis-sħiħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu approċċi sistematiċi biex jiżguraw l-effikaċja tas-sorveljanza tas-suq u ta' attivitajiet oħra ta' infurzar, soġġetti għall-monitoraġġ, mill-Kummissjoni, tal-infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li suq uniku aktar ġust jiżgura kondizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha u protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta. Għal dan l-għan, hemm bżonn ta' infurzar imsaħħaħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Kooperazzjoni tajba bejn il-manifatturi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq hi element importanti li jippermetti li jsiru intervent u azzjoni korrettiva immedjati b'rabta mal-prodott. Importanti li jenħtieġ li jkun hemm persuna ta' kuntatt stabbilita fl-Unjoni biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom lil xi ħadd li lilu jkunu jistgħu jiġu indirizzati mistoqsijiet dwar il-konformità ta' prodott mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-persuna responsabbli biex tipprovdi t-tali informazzjoni dwar il-konformità tkun il-manifattur, jew l-importatur, jew persuna oħra nnominata mill-manifattur għal dan l-għan, pereżempju operatur ekonomiku ieħor. Ir-rwol ta' persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità stabbilita fl-Unjoni hu essenzjali biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu pprovduti b'interlokutur stabbilit fl-Unjoni, u biex jitwettqu kompiti speċifiċi b'mod puntwali biex jiġi żgurat li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, għall-benefiċċju tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tan-negozji fi ħdan l-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament li jeħtieġu li jkun hemm persuna stabbilita fl-Unjoni responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità jenħtieġ li ma japplikawx meta rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f'ċerti strumenti legali dwar prodotti jiksbu l-istess riżultat fl-effett tagħhom, jiġifieri l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 15 tar-Regolament 2017/746.

(14)  Jenħtieġ li suq uniku aktar ġust jiżgura kondizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha u protezzjoni kontra kompetizzjoni inġusta. Għal dan l-għan, hemm bżonn ta' infurzar imsaħħaħ tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti. Kooperazzjoni tajba bejn il-manifatturi, id-distributuri, il-bejjiegħa bl-ingrossa, il-bejjiegħa bl-imnut u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq hi element importanti li jippermetti li jsiru intervent u azzjoni korrettiva immedjati b'rabta mal-prodott. Importanti li jenħtieġ li jkun hemm persuna ta' kuntatt stabbilita fl-Unjoni biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikollhom lil xi ħadd li lilu jkunu jistgħu jiġu indirizzati mistoqsijiet dwar il-konformità ta' prodott mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Jenħtieġ li l-persuna responsabbli biex tipprovdi t-tali informazzjoni dwar il-konformità tkun il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu nnominat mill-manifattur għal dan l-għan. Meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollux rappreżentant awtorizzat, il-persuna responsabbli biex tipprovdi tali informazzjoni ta' konformità għandha tkun l-importatur jew id-distributur. Ir-rwol ta' persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità stabbilita fl-Unjoni hu essenzjali biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu pprovduti b'interlokutur stabbilit fl-Unjoni, u biex jitwettqu kompiti speċifiċi b'mod puntwali biex jiġi żgurat li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, għall-benefiċċju tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tan-negozji fi ħdan l-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament li jeħtieġu li jkun hemm persuna stabbilita fl-Unjoni responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità jenħtieġ li ma japplikawx meta rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f'ċerti strumenti legali dwar prodotti jiksbu l-istess riżultat fl-effett tagħhom, jiġifieri l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 15 tar-Regolament 2017/746.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jkunu approfonditi u effettivi, biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti tiġi applikata b'mod korrett. Billi l-kontrolli jistgħu jirrappreżentaw piż għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jorganizzaw u jwettqu l-attivitajiet ta' spezzjoni, filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-interessi tagħhom u jillimitaw it-tali piż għal dak li jkun meħtieġ għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali effiċjenti u effettivi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jitwettqu bl-istess livell ta' attenzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru indipendentement minn jekk in-nuqqas ta' konformità tal-prodott partikolari hux rilevanti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew aktarx li hux ser ikollu impatt fuq is-suq ta' Stat Membru ieħor.

(18)  Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jkunu approfonditi u effettivi, biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti tiġi applikata b'mod korrett. Billi l-kontrolli jistgħu jirrappreżentaw piż għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jorganizzaw u jwettqu l-attivitajiet ta' spezzjoni, filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-interessi ta' dawk l-operaturi u jillimitaw it-tali piż għal dak li jkun meħtieġ għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali effiċjenti u effettivi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jitwettqu bl-istess livell ta' attenzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru indipendentement minn jekk in-nuqqas ta' konformità tal-prodott partikolari huwiex rilevanti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew aktarx li ser ikollu impatt fuq is-suq ta' Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kondizzjonijiet uniformi għal attivitajiet ta' spezzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq meta prodott jippreżenta riskju magħruf jew emerġenti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jagħtu parir dwar l-imballaġġ u jordnaw li jsiru bidliet meta huma jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet li jkunu f'kunflitt mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Biex jiġu żgurati l-affidabilità u l-konsistenza tal-ittestjar madwar l-Unjoni fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnomina l-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema aktar komprensiva ta' informazzjoni għall-qsim tar-riżultati tat-testijiet fi ħdan l-Unjoni biex jiġi evitat xogħol doppju għalxejn u tiġi żgurata konsistenza akbar fil-livell tal-Unjoni.

(33)  Biex jiġu żgurati l-affidabilità u l-konsistenza tal-ittestjar madwar l-Unjoni fil-qafas tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinnomina l-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jikkunsidraw b'mod sħiħ ir-riżultati tat-testijiet imwettqa minn dawk il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi żviluppata sistema aktar komprensiva ta' informazzjoni għall-qsim tar-riżultati tat-testijiet fi ħdan l-Unjoni biex jiġi evitat xogħol doppju għalxejn u tiġi żgurata konsistenza akbar fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-faċilitajiet ta' ttestjar jaġixxu fir-rispett ta' riskji magħrufa u emerġenti u jassistu wkoll lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw metodoloġiji tal-ittestjar tal-ogħla livell b'mod konġunt.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jiżguraw li dejjem ikun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli biex ikun hemm il-persunal u t-tagħmir xierqa għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Attività effiċjenti ta' sorveljanza tas-suq hi impenjattiva f'termini ta' riżorsi, u jenħtieġ li jiġu pprovduti riżorsi stabbli, f'livell xieraq għall-ħtiġijiet ta' infurzar fi kwalunkwe waqt. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-finanzjament pubbliku jiġi ssupplimentat mill-ġbir ta' tariffi biex ikopru l-kostijiet imġarrba meta jitwettqu attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq b'rabta mal-prodotti li jinstabu li mhumiex konformi, u b'kunsiderazzjoni tar-rekord ta' konformità tal-operatur ekonomiku.

(35)  L-Istati Membri jenħtieġ li jintalbu jiżguraw li dejjem ikun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli biex ikun hemm il-persunal u t-tagħmir xierqa għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Attività effiċjenti ta' sorveljanza tas-suq hi impenjattiva f'termini ta' riżorsi, u jenħtieġ li jiġu pprovduti riżorsi stabbli, f'livell xieraq għall-ħtiġijiet ta' infurzar fi kwalunkwe waqt. Il-verifiki amministrattivi u awtomattivi ma jistgħux iservu bħala sostitut għal verifiki fiżiċi li jiggarantixxu l-konformità sostanzjali ta' prodott mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-finanzjament pubbliku jiġi ssupplimentat mill-ġbir ta' tariffi biex ikopru l-kostijiet imġarrba meta jitwettqu attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq b'rabta mal-prodotti li jinstabu li mhumiex konformi, u b'kunsiderazzjoni tar-rekord ta' konformità tal-operatur ekonomiku.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)  Jenħtieġ li jkun intensifikat il-livell ta' penali applikabbli għal ksur ta' dawk id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi kif ukoll għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fuq prodotti li jimponu obbligi fuq operaturi ekonomiċi sabiex b'mod effiċjenti jżommu milli jitqiegħdu prodotti mhux konformi fis-suq.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja l-prestazzjoni tal-awtoritajiet doganali u tindirizza diskrepanzi fil-prestazzjoni li jistgħu jwasslu għal dgħufijiet fil-livell tal-kondizzjonijiet ekwi għal produtturi tal-Unjoni li huma konformi meta mqabbla ma' produtturi ta' pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tindirizza wkoll il-prattika ta' esportaturi minn pajjiżi terzi li jagħżlu punti ta' dħul fl-Unjoni fejn il-kontrolli huma inqas stretti jew sistematiċi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-forniment ta' informazzjoni dwar il-konformità dwar ċerti prodotti li huma soġġetti għal atti tal-Unjoni li jarmonizzaw il-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dawk il-prodotti. Jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi b'rabta mat-tali prodotti.

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipproteġi s-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-konsumaturi Ewropej, kif ukoll l-ambjent, u jipprovdi l-proċeduri biex jiġi żgurat li prodotti sikuri u konformi biss isiru disponibbli għall-konsumaturi Ewropej.

 

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-prodotti kollha li huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament ("leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni").

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-prodotti kollha li huma soġġetti għad-Direttiva 2001/95/KE jew għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament ("leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni").

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandhiex timpedixxi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu miżuri aktar speċifiċi kif previst fid-Direttiva 2001/95/KE.

3.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandhiex timpedixxi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu miżuri aktar speċifiċi kif previst fid-Direttiva 2001/95/KE. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jaġixxu dejjem abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, b'mod partikolari meta hemm is-saħħa u l-ambjent involuti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "sorveljanza tas-suq" tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u li dawn ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor ta' protezzjoni tal-interess pubbliku;

(3)  "sorveljanza tas-suq" tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiżguraw li l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li dawn ma jipperikolawx is-saħħa u s-sigurtà inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħarsien tal-konsumaturi, is-sikurezza pubblika jew kwalunkwe aspett ieħor ta' protezzjoni tal-interess pubbliku;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  "nuqqas ta' konformità formali" tfisser kwalunkwe nuqqas ta' konformità amministrattiva li ma twassalx għal ksur tar-rekwiżiti essenzjali, inkluż imma mhux limitata għal drabi ta' nuqqas ta' konformità kif definit fl-Artikolu R34 tal-Anness I fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

_________________

 

1a Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "riskju serju" tfisser kull riskju serju, inkluż riskju serju b'effetti li mhumiex immedjati, u li jeħtieġu intervent rapidu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(15)  "riskju serju" tfisser kull riskju li jeħtieġ intervent u segwitu rapidu, inklużi każijiet fejn l-effetti jistgħu ma jkunux immedjati; kull prodott li ma jissodisfax rekwiżit essenzjali definit mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, jew kull prodott li ma jissodisfax il-kriterji ta' sikurezza tal-prodott abbażi tad-Direttiva 2001/95/KE għandu jkun ikkunsidrat bħala riskju serju;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  "miżuri volontarji" tfisser miżuri fejn l-operatur impenja ruħu b'mod volontarju biex jelimina n-nuqqas ta' konformità abbażi tas-sejbiet tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew abbażi tas-sejbiet tiegħu stess;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b)  "talba motivata" tfisser talba minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq ibbażata fuq suspett ta' nuqqas ta' konformità;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22c)  "mudelli distinti" tfisser il-prodotti kollha b'karatteristiċi differenti, anke meta dawk id-differenzi jkunu minuri jew saħansitra noneżistenti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-manifattur ikun stabbilit fl-Unjoni jew tal-inqas ikun hemm wieħed/waħda minn dawn li ġejjin disponibbli fir-rigward tal-prodott:

(a)  il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew tal-inqas ikun hemm wieħed/waħda minn dawn li ġejjin disponibbli fir-rigward tal-prodott:

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  importatur;

(i)  importatur, meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkunx hemm rappreżentant awtorizzat;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  distributur;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt a - punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li jkollha mandat bil-miktub mingħand il-manifattur li jiddeżinjaha bħala persuna responsabbli għat-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafu 3 u li jeħtieġha twettaq dawk il-kompiti għan-nom tal-manifattur;

(ii)  f'każijiet fejn ma hemm stabbilit ebda manifattur jew importatur fl-Unjoni, persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li jkollha mandat bil-miktub mingħand il-manifattur li jinnominaha bħala persuna responsabbli biex tiżgura konformità u għat-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafu 3 għan-nom tal-manifattur;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-manifattur, tal-importatur jew ta' persuna oħra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (a) huma disponibbli pubblikament f'konformità mal-paragrafu 4 u huma indikati jew identifikabbli f'konformità mal-paragrafu 5.

(b)  l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-manifattur, tal-importatur, id-distributur jew ta' persuna oħra li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (a) huma disponibbli pubblikament f'konformità mal-paragrafu 4 u huma indikati jew identifikabbli f'konformità mal-paragrafu 5.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  abbażi ta' tweġiba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, li tipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat;

(b)  abbażi ta' talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, li tipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat u biex tintwera l-eżistenza ta' karatteristiċi essenzjali differenti bejn il-mudelli distinti tagħha kif definit fil-punt 22a tal-Artikolu 3;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, immitigati r-riskji ppreżentati mill-prodott.

(c)  il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u li tittieħed azzjoni immedjata fuq inizjattiva tagħhom jew fuq talba ta' dawk l-awtoritajiet - biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, immitigati r-riskji ppreżentati minn prodott jew jiġi rimedjat in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew fid-Direttiva 2001/95/KE;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  meta tqis jew ikollha raġuni biex temmen li l-prodott inkwistjoni jirrappreżenta riskju jew mhuwiex konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, li tinforma immedjatament lill-manifattur u, meta applikabbli, lil operaturi ekonomiċi oħra.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-manifatturi għandhom iqiegħdu l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità fir-rigward tal-prodott għad-dispożizzjoni pubblikament fuq is-sit web tagħhom jew inkella, fin-nuqqas ta' sit web, bi kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti li l-informazzjoni tiġi aċċessata minnufih mill-pubbliku ġenerali fl-Unjoni mingħajr ħlas.

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità fir-rigward tal-prodott għandhom ikunu indikati fuq l-informazzjoni indikata fuq il-prodott, l-imballaġġ ta' dan, fuq il-pakkett jew fuq dokument ta' akkumpanjament jew inkella għandhom ikunu identifikabbli minn dawn.

5.  L-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-manifattur u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità fir-rigward tal-prodott għandhom ikunu indikati fuq l-informazzjoni indikata fuq il-prodott, l-imballaġġ ta' dan, fuq il-pakkett jew fuq dokument ta' akkumpanjament jew inkella għandhom ikunu identifikabbli minn dawn.

Ġustifikazzjoni

Prodott jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun konformi u sikur għall-konsumaturi u l-ambjent. Din hija r-responsabbiltà primarja tal-manifattur.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-manifattur, l-importatur u kwalunkwe persuna oħra li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u għall-operaturi ekonomiċi l-oħra b'mezzi xierqa, lista tal-mudelli tal-prodotti tagħhom, akkumpanjata minn stampa, partikolarment għal prodotti li huma jew kienu soġġetti għal deċiżjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE u għal prodotti li huma soġġetti għal distribuzzjoni wiesgħa.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Obbligi tad-distributuri

 

1. Qabel ma jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni u l-istandards armonizzati applikabbli jew id-Direttiva 2001/95/KE.

 

2. Abbażi ta' talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar il-konformità għandha tipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat u biex tintwera l-eżistenza ta' karatteristiċi essenzjali differenti bejn il-mudelli distinti tagħha kif definit fil-punt 22a tal-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Il-bejjiegħa bl-imnut b'mod konsistenti qed jippermettu l-bejgħ u l-konsum ta' oġġetti illegali jew mhux konformi. Din l-emenda se tobbliga lid-distributuri jieħdu rwol aktar proattiv fl-interdizzjoni ta' oġġetti illegali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprovdi għat-tfassil ta' dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifatturi għandhom iqiegħdu d-dikjarazzjoni għad-dispożizzjoni pubblika fuq is-sit web tagħhom jew inkella, fin-nuqqas ta' sit web, bi kwalunkwe mezz ieħor li jippermetti li d-dikjarazzjoni tiġi aċċessata minnufih mill-pubbliku ġenerali fl-Unjoni mingħajr ħlas.

Meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprevedi t-tfassil ta' dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifatturi, inklużi dawk minn pajjiżi terzi, jew importaturi, għandhom iqiegħdu d-dikjarazzjoni għad-dispożizzjoni pubblika mingħajr ħlas.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Arranġamenti ta' sħubija għall-konformità

 

1.  Awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista' tidħol fi ftehim ta' sħubija ma' operatur ekonomiku stabbilit fit-territorju tagħha li skont dan l-awtorità taqbel li tipprovdi lill-operatur ekonomiku b'pariri u bi gwida relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodotti li għalihom hu responsabbli l-operatur ekonomiku.

 

L-arranġament m'għandux ikopri t-twettiq ta' attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li huma inkarigati lil korpi nnotifikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

 

2.  Jekk awtorità tas-sorveljanza tas-suq tidħol f'arranġament ta' sħubija skont il-paragrafu 1, din għandha ddaħħal dak il-fatt fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34, flimkien mad-dettalji dwar l-ambitu tal-arranġament u l-ismijiet u l-indirizzi tagħha stess u tal-operatur ekonomiku.

 

3.  Jekk awtorità tas-sorveljanza tas-suq tidħol f'arranġament ta' sħubija skont il-paragrafu 1, awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lil dik l-awtorità dwar kwalunkwe miżura temporanja meħuda minnhom kontra l-operatur ekonomiku, u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-operatur ekonomiku, b'rabta mal-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

 

4.  Awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tidħol f'arranġament ta' sħubija skont il-paragrafu 1 tista' titlob mingħand l-operatur ekonomiku tariffi li jirrappreżentaw il-kostijiet raġonevolment imġarrba mill-awtorità fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha skont il-paragrafi 1 u 2.

 

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jibqgħu indipendenti u imparzjali fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jidħlu f'memoranda ta' qbil ma' negozji jew ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil negozji jew lil utenti finali għat-twettiq, jew għall-finanzjament, ta' attivitajiet konġunti mmirati biex jidentifikaw nuqqas ta' konformità jew li jippromwovu l-konformità f'żoni ġeografiċi speċifiċi jew fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' prodott.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jidħlu f'memoranda ta' qbil ma' awtoritajiet doganali, awtoritajiet tal-port jew tal-ajruport, manifatturi jew importaturi, negozji jew ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil negozji jew lil utenti finali għat-twettiq, jew għall-finanzjament, ta' attivitajiet konġunti mmirati biex jidentifikaw nuqqas ta' konformità jew li jippromwovu l-konformità f'żoni ġeografiċi speċifiċi jew fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti biex jindirizzaw, inter alia, kwistjonijiet ta' tħassib speċifiku għall-konsumaturi f'dak il-qasam. L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tipprovdi l-abbozz tal-memorandum ta' ftehim lill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi opinjoni dwar l-abbozz ta' memorandum u r-rapport ta' implimentazzjoni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista' tuża kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta minn attivitajiet imwettqa jew iffinanzjati minn partijiet oħra għal memorandum ta' qbil li tidħol fih skont il-paragrafu 1 bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni mwettqa minnha f'nuqqas ta' konformità, iżda biss jekk l-attività inkwistjoni tkun twettqet b'mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju.

2.  Awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista' tuża kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta minn attivitajiet imwettqa jew iffinanzjati minn partijiet oħra għal memorandum ta' qbil li tidħol fih skont il-paragrafu 1 bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni mwettqa minnha f'nuqqas ta' konformità, iżda biss jekk l-attività inkwistjoni tkun twettqet b'mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju. Informazzjoni dwar kif il-prodotti ġew ittestjati u r-riżultati ta' dawn it-testijiet għandhom isiru disponibbli pubblikament.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' aktar trasparenza rigward il-metodi tal-ittestjar u l-kriterji tal-ittestjar kif ukoll ir-riżultati tal-ittestjar.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u n-negozji jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-finijiet ta' tħejjija jew ta' implimentazzjoni ta' memorandum ta' qbil li daħlu fih huma skont dak il-paragrafu għandhom jitqiesu li mhumiex qed jiksru r-rekwiżiti ta' segretezza professjonali.

3.  Kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, il-Kummissjoni jew il-Bord tal-UE għall-Konformità tal-Prodott, u n-negozji jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-finijiet ta' tħejjija jew ta' implimentazzjoni ta' memorandum ta' qbil li daħlu fih huma skont dak il-paragrafu għandhom jiġu ttrattati bħala konformi mar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali. Kull użu ulterjuri ta' dik l-informazzjoni għandu jkun soġġett għal garanziji stretti ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali u kummerċjali.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  proċeduri għall-monitoraġġ ta' kwalunkwe aċċident jew kwalunkwe ħsara għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-utenti finali li jkunu ssuspetati li ġew ikkawżati mit-tali prodotti;

(b)  proċeduri għall-monitoraġġ ta' kwalunkwe aċċident jew kwalunkwe ħsara għas-sikurezza jew għas-sigurtà tas-saħħa tal-utenti finali li jkunu ssuspetati li ġew ikkawżati mit-tali prodotti;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  proċeduri għall-ġbir u l-esplorazzjoni xjentifika jew l-għarfien tekniku li jikkonċernaw kwistjonijiet ta' sikurezza, li jkollhom impatt b'mod partikolari fuq is-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  proċeduri biex jiġu stabbiliti l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-istituzzjonijiet xjentifiċi jew ta' riċerka.

Ġustifikazzjoni

Jidher li l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-informazzjoni u l-esperjenza bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-istituzzjonijiet xjentifiċi u ta' riċerka se jibbenefikaw minnha ż-żewġ partijiet, speċjalment f'oqsma fejn hemm żvilupp rapidu xjentifiku u innovazzjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli bħala parti mill-attivitajiet tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, billi tal-anqas jikkunsidraw il-fatturi li ġejjin:

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli bħala parti mill-attivitajiet tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju u bi qbil mal-prinċipju ta' prekawzjoni, filwaqt li jikkunsidraw tal-anqas il-fatturi li ġejjin:

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-prodott, bħan-numru ta' prodotti fis-suq u kwalunkwe periklu assoċjat ma' dak il-prodott;

(i)  il-prodott, bħan-numru ta' prodotti fis-suq u kwalunkwe periklu assoċjat ma' dak il-prodott, b'attenzjoni partikolari għad-dimensjoni tas-saħħa tar-riskju potenzjali;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prodott ikun suxxettibbli li jixħet f'riskju s-saħħa jew is-sikurezza tal-utenti finali;

(a)  il-prodott ikun suxxettibbli li jixħet f'riskju s-saħħa jew is-sikurezza jew is-sigurtà tal-utenti finali jew jikkawża ħsara ambjentali;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(b)  il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew skont id-Direttiva 2001/95/KE u għalhekk jipperikola s-saħħa u s-sikurezza tal-utenti aħħarin.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-prodotti jiġu rtirati, jissejħu lura, jiġu pprojbiti jew ristretti, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tiżgura li l-Kummissjoni, permezz tan-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 31, l-Istati Membri l-oħra u l-utenti finali jiġu informati kif xieraq.

Meta l-prodotti jiġu rtirati, jissejħu lura, jiġu pprojbiti jew ristretti, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tiżgura li l-Kummissjoni, permezz tan-Netwerk stabbilit skont l-Artikolu 31, il-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni, l-Istati Membri l-oħra u l-utenti finali jiġu informati kif xieraq.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Bl-iskop li ssolvi kwalunkwe tilwim li jinqala' minn valutazzjoni diverġenti tar-riskju fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri, tal-operaturi ekonomiċi u tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva proprja tagħha jew fuq talba ta' awtorità tas-sorveljanza tas-suq, tikkummissjona valutazzjoni tar-riskju minn laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 28. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun vinkolanti fuq il-partijiet ikkonċernati kollha.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal strateġija nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq, tal-anqas kull 3 snin. L-istrateġija għandha tippromwovi approċċ konsistenti, komprensiv u integrat għas-sorveljanza tas-suq u għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru u għandha tinkludi s-setturi u l-istadji kollha tal-katina ta' provvista tal-prodotti, inklużi l-importazzjonijiet u l-ktajjen ta' provvista diġitali.

1.  Kull Stat Membru għandu jfassal strateġija nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq, tal-anqas kull 4 snin, minħabba l-evoluzzjonijiet rapidi tas-suq u riskji ġodda emerġenti. L-istrateġija għandha tippromwovi approċċ konsistenti, komprensiv u integrat għas-sorveljanza tas-suq u għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru u għandha tinkludi s-setturi u l-istadji kollha tal-katina ta' provvista tal-prodotti, inklużi l-importazzjonijiet u l-ktajjen ta' provvista diġitali. Biex jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom ta' sorveljanza tas-suq, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw il-partijiet ikkonċernati kollha u jqiegħdu l-kummenti tagħhom disponibbli għall-pubbliku inġenerali.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-oqsma identifikati bħala prijorità għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(b)  l-oqsma identifikati bħala prijorità għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni; l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-prodotti li huma jew li jkunu ġew soġġetti għal deċiżjoni ta' emerġenza bbażata fuq l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE bħala oqsma ta' prijorità;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-azzjonijiet ta' infurzar ippjanati biex titnaqqas l-okkorrenza ta' nuqqas ta' konformità f'dawk l-oqsma identifikati bħala prijorità, inklużi, fejn rilevanti, il-livelli minimi ta' kontroll previsti għall-kategoriji ta' prodott li jkollhom livelli sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità;

(c)  l-azzjonijiet ta' infurzar ippjanati biex titnaqqas l-okkorrenza ta' nuqqas ta' konformità f'dawk l-oqsma identifikati bħala prijorità, inklużi, fejn rilevanti, il-livelli minimi ta' kontroll previsti għall-kategoriji ta' prodott li jkollhom livelli sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità u li jistgħu joħolqu riskju serju;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  valutazzjoni ta' riskji ġodda għall-konsumaturi relatati ma' prodotti li jistgħu jikkonnettjaw mal-internet u jipperikolaw is-sigurtà tal-konsumaturi;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom ta' sorveljanza tas-suq permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom ta' sorveljanza tas-suq permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 34, u għandhom jagħmluha disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Trasparenza akbar.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-setgħa li jwettqu awditi tas-sistemi tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi, inklużi awditi ta' kwalunkwe proċedura li jkollhom fis-seħħ biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

imħassar

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt e – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  jissiġillaw kwalunkwe bini jew jissekwestraw kwalunkwe informazzjoni, data jew dokument ta' operatur ekonomiku matul l-ispezzjoni għal perjodu neċessarju u kemm ikun hemm bżonn għall-finijiet tal-investigazzjoni;

(2)  jissiġillaw bini rilevanti jew jissekwestraw kwalunkwe informazzjoni, data jew dokument ta' operatur ekonomiku matul l-ispezzjoni għal perjodu neċessarju u kemm ikun hemm bżonn għall-finijiet tal-investigazzjoni;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  is-setgħa li jieħdu miżuri temporanji, meta ma jkun hemm ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jiġi evitat riskju serju, inklużi b'mod partikolari miżuri temporanji li jeħtieġu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting ineħħu, jiddiżattivaw jew jirrestrinġu aċċess għall-kontenut jew jissospendu jew jirrestrinġu aċċess għal sit web, għal servizz jew għal kont jew li jeħtieġu lil reġistri jew lil reġistraturi tad-dominji jwarrbu isem tad-dominju kompletament kkwalifikat għal perjodu speċifiku ta' żmien;

(h)  is-setgħa li jieħdu miżuri temporanji jew finali rigward prodotti mhux sikuri jew mhux konformi, meta ma jkun hemm ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jiġi evitat riskju serju, inklużi b'mod partikolari miżuri li jeħtieġu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting ineħħu, jiddiżattivaw jew jirrestrinġu aċċess għall-kontenut jew jissospendu jew jirrestrinġu aċċess għal sit web, għal servizz jew għal kont jew li jeħtieġu lil reġistri jew lil reġistraturi tad-dominji jwarrbu isem tad-dominju kompletament kkwalifikat għal perjodu speċifiku ta' żmien;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  is-setgħa li jordnaw ir-restituzzjoni tal-profitti miksuba bħala riżultat ta' każ ta' nuqqas ta' konformità;

(m)  is-setgħa li jordnaw ir-restituzzjoni tal-profitti miksuba bħala riżultat ta' każ ta' nuqqas ta' konformità u li jitolbu l-kumpaniji jagħtu rimborż lill-konsumaturi milquta;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  is-setgħa li jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni finali, miżura finali, impenn meħud mill-operatur ekonomiku jew deċiżjoni meħuda jew magħmula skont dan ir-Regolament, inkluża l-pubblikazzjoni tal-identità tal-operatur ekonomiku li kien responsabbli għan-nuqqas ta' konformità.

(n)  is-setgħa li jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni finali, miżura finali, impenn meħud mill-operatur ekonomiku jew deċiżjoni meħuda jew magħmula skont dan ir-Regolament, inkluża l-pubblikazzjoni tal-identità tal-operatur ekonomiku li kien responsabbli għan-nuqqas ta' konformità, soġġett għall-garanziji l-aktar stretti ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali u kummerċjali u t-termini li jiddikjaraw kif l-operatur ekonomiku se jikkumpensa t-telf jew il-ħsara mġarrba mill-konsumaturi.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jippubblikaw kwalunkwe impenn mogħti lilhom mill-operaturi ekonomiċi, id-dettalji ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-operaturi ekonomiċi fit-territorju tagħhom, u d-dettalji ta' kwalunkwe miżura temporanja meħuda mill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament.

4.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jippubblikaw kwalunkwe impenn mogħti lilhom mill-operaturi ekonomiċi, id-dettalji ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-operaturi ekonomiċi fit-territorju tagħhom, u d-dettalji ta' kwalunkwe miżura temporanja meħuda mill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament, soġġett għall-garanziji l-aktar stretti ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali u kummerċjali.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat taħhom f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

5.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom f'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni u mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħmlu verifiki adegwati fuq il-karatteristiċi ta' prodotti fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji, u, jekk ikun meħtieġ, kontrolli fiżiċi u tal-laboratorju bbażati fuq kampjuni kampjun rappreżentattiv.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħmlu verifiki adegwati fuq il-karatteristiċi ta' prodotti fuq skala adegwata, skont il-metodoloġija komuni definita mill-Kummissjoni, permezz ta' kontrolli dokumentarji, u, jekk ikun meħtieġ, kontrolli fiżiċi u tal-laboratorju bbażati fuq kampjuni kampjun rappreżentattiv. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, li jistabbilixxu perċentwali minimi għall-għadd ta' verifiki li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu fuq prodotti ta' kategoriji differenti ta' prodotti skont il-prijoritajiet stabbiliti min-Netwerk ta' Konformità tal-Prodott tal-Unjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom josservaw il-prinċipju tal-kunfidenzjalità fejn ikun hemm bżonn biex jiġu protetti s-sigrieti professjonali u kummerċjali jew tiġi preżervata d-data personali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, soġġetti għar-rekwiżit li l-informazzjoni tiġi ppubblikata bl-iktar mod komplet biex jiġu protetti l-interessi tal-utenti finali fl-Unjoni.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw l-aktar garanziji stretti tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u kummerċjali u għandhom jippreżervaw id-data personali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, soġġetti għar-rekwiżit li l-informazzjoni tiġi ppubblikata bl-iktar mod komplet biex jiġu protetti l-interessi tal-utenti finali fl-Unjoni.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-deċiżjoni dwar jekk prodott jippreżentax riskju gravi serju le għandha tkun ibbażata fuq stima adegwata tar-riskju li tqis ix-xorta tal-periklu u fuq il-possibbiltà li dan iseħħ. Il-fattibbiltà tal-kisba ta' livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħra li jippreżentaw grad inqas ta' riskju ma jikkostitwixxux bażi li fuqha wieħed jikkunsidra jekk prodott jippreżentax riskju jew le.

2.  Id-deċiżjoni dwar jekk prodott jippreżentax riskju gravi serju jew le għandha tkun ibbażata fuq stima adegwata tar-riskju li tqis ix-xorta tal-periklu, fuq il-possibbiltà li dan iseħħ u l-prinċipju ta' prekawzjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tqis b'mod partikolari d-dimensjoni tas-saħħa tar-riskju. Il-fattibbiltà tal-kisba ta' livelli ogħla ta' sigurtà jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħra li jippreżentaw grad inqas ta' riskju ma jikkostitwixxux bażi li fuqha wieħed jikkunsidra jekk prodott jippreżentax riskju jew le.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jipprovdu pariri tekniċi jew xjentifiċi indipendenti lill-Kummissjoni inkluż lin-Netwerk imwaqqaf skont l-Artikolu 31 u lill-Istati Membri;

(c)  jipprovdu pariri tekniċi jew xjentifiċi indipendenti lill-Kummissjoni inkluż lin-Netwerk imwaqqaf skont l-Artikolu 31 u lill-Istati Membri, u jindikaw riskji ġodda emerġenti bbażati fuq l-aħħar sejbiet xjentifiċi;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  jaġixxu bħala ċentru ta' tagħrif fir-rigward tar-riskji u r-riskji emerġenti għall-konsumaturi u għall-ambjent, pereżempju f'dak li jikkonċerna s-sustanzi kimiċi li huma kklasifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi u tossiċi għar-riproduzzjoni jew sustanzi oħra ta' tħassib fil-prodotti tal-konsumatur;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  jaġixxu bħala ċentru tal-għarfien dwar riskji ġodda għall-konsumaturi relatati ma' prodotti li jistgħu jikkonnettjaw mal-internet.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) Il-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni għandhom jassistu wkoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw metodoloġiji konġunti tal-ogħla livell; għandhom jiġu stabbiliti relazzjonijiet mill-qrib bejn l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni li jaġixxu bħala ċentru ta' għarfien biex jiġu evitati duplikazzjonijiet u jiġi żgurat appoġġ għall-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u ta' infurzar tal-Istati Membri.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw b'mod dovut ir-riżultati, l-analiżi u l-konklużjonijiet tat-testijiet tal-faċilitajiet ta' ttestjar tal-Unjoni meta jadottaw miżuri xierqa ta' sorveljanza tas-suq.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq it-talba ta' awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri ta' infurzar neċessarji kollha billi tuża s-setgħat mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament biex ittemm każ ta' nuqqas ta' konformità.

1.  Fuq it-talba ta' awtorità applikanti jew il-Kummissjoni jew kwalunkwe parti interessata oħra li tippreżenta evidenza dovuta ta' nuqqas ta' konformità, l-awtorità rikjesta għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri ta' infurzar neċessarji kollha billi tuża s-setgħat mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament biex ittemm każ ta' nuqqas ta' konformità. Jekk l-awtorità mitluba ma tieħux azzjoni, il-Kummissjoni tista' hi stess tieħu l-miżuri ta' infurzar kollha meħtieġa.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' kull sena sat-30 ta' Ġunju, li jkun fih l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Membri għas-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport u sommarju tar-rapport ta' kull sena sat-30 ta' Ġunju, li jkun fih l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Membri għas-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat fis-sistema msemmija fl-Artikolu 34.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 8 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru jkollhom raġuni biex jaħsbu li operatur ekonomiku jkun biddel il-punt tad-dħul għal prodotti fis-suq tal-Unjoni għal Stat Membru ieħor għaliex hemmhekk il-kontrolli huma inqas stretti jew inqas sistematiċi, huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet korrispondenti ta' dak l-Istat Membru tal-profil tar-riskju attribwit lill-operatur ekonomiku u jistgħu jitolbu lin-Netwerk għall-Konformità tal-Prodotti tal-Unjoni tissorvelja d-dħul ta' prodotti bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li jiġi żgurat li prodotti sikuri u konformi biss jidħlu fis-suq.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-prodott mhuwiex immarkat jew ittikkettat f'konformità ma' dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(b)  il-prodott mhuwiex immarkat jew ittikkettat f'konformità ma' dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u dan ma jistax jiġi solvut b'korrezzjoni fi żmien raġonevoli;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jittrattaw bħala kwistjoni ta' prijorità prodotti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn operatur ekonomiku awtorizzat kif stipulat fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, li r-rilaxx tagħhom ikun sospiż f'konformità mal-Artikolu 28(1) ta' dan ir-Regolament.

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jittrattaw ir-rilaxx ta' prodotti li jkunu sospiżi f'konformità mal-Artikolu 28(1) ta' dan ir-Regolament ugwalment għall-operaturi ekonomiċi kollha.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-Kummissjoni għandha tippermetti lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-gruppi tal-konsumatur, biex jagħtu kontribut strutturat ħalli jgħinu jipprijoritizzaw u jagħżlu attivitajiet ta' sorveljanza komuni u simultanji.

Ġustifikazzjoni

B'mod regolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur iwettqu ttestjar tal-prodotti komparattiv fil-laboratorji u jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni ta' prodotti tal-konsumaturi li mhumiex sikuri u mhux konformi. L-evidenza u d-data miġbura tagħhom fil-livell nazzjonali u dak Ewropew jistgħu jikkontribwixxu għal funzjonament aħjar tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti tan-Netwerk.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  li timmonitorja l-attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tad-dwana sabiex tiżgura li jkun hemm livell ugwali u strinġenti ta' kontrolli ta' prodotti armonizzati u mhux armonizzati fl-Istati Membri differenti;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  li tiddefinixxi metodoloġija komuni ta' ttestjar sabiex tiżgura li jkun hemm konformità fil-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li jorganizza l-kooperazzjoni u l-iskambju effettiv tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(f)  li torganizza l-kooperazzjoni u tiffaċilita l-iskambju effettiv u regolari tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma)  li tiżviluppa prattiki uniformi għall-analiżi tar-riskju u d-definizzjoni ta' kategoriji differenti ta' riskju;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt mb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(mb)  li timmonitorja l-prestazzjoni tal-awtoritajiet doganali u tindirizza diskrepanzi fil-prestazzjoni tagħhom li jistgħu jwasslu għal dgħufijiet tal-livell tal-kondizzjonijiet ekwi għal produtturi tal-Unjoni li huma konformi meta mqabbla ma' produtturi ta' pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-Unjoni u l-prattika tal-esportaturi ta' pajjiżi terzi li jagħżlu dawk il-punti ta' dħul tal-Unjoni fejn il-kontrolli huma inqas strinġenti jew inqas sistematiċi;

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt mc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(mc)  li tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-EUPC;

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt md (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(md)  li tistabbilixxi proċeduri għat-twaqqif ta' bażi tad-data pan-Ewropea għall-ġbir ta' data rigward aċċidenti, dannu jew ħsara kkawżati lis-saħħa, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-utenti finali jew għall-ambjent, u biex dik l-informazzjoni provduta f'dik id-database, tagħmilha faċilment aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-sorveljanza tas-suq mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fejn hi tkun ikkonkludiet arranġamenti ta' kunfidenzjalità fuq il-bażi tar-reċiproċità ma' dawk l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet.

1.  Il-Kummissjoni tista' tiskambja informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-sorveljanza tas-suq mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġetta għall-garanziji l-aktar stretti ta' kunfidenzjalità u ta' segretezza professjonali u kummerċjali.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u għall-ksur ta' dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni dwar il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi meta dik il-leġiżlazzjoni ma tipprovdix għall-penali, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi u għall-ksur ta' dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti li jimponu obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi meta dik il-leġiżlazzjoni ma tipprovdix għall-penali, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

Il-Kummissjoni għandha tistipula wkoll ir-regoli operattivi biex l-Istati Membri jieħdu miżuri temporanji u azzjonijiet korrettivi dwar prodotti mhux konformi u operaturi ekonomiċi mhux konformi sabiex b'mod rapidu tipproteġi lill-konsumaturi meta dawn jiffaċċjaw riskju.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-kriterju mhuwiex relatat mal-proporzjonalità ta' ħsara kkawżata lill-utenti finali jew lill-ambjent u għalhekk m'għandux jiġi l-ewwel fil-proċess tad-deċiżjoni dwar il-penali.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-natura, il-gravità u d-durata tan-nuqqas ta' konformità b'kunsiderazzjoni tad-dannu kkawżat lill-utenti finali;

(b)  in-natura, il-gravità u d-durata tan-nuqqas ta' konformità b'kunsiderazzjoni tad-dannu kkawżat lill-utenti finali, lill-ambjent, lill-interessi soċjali u ekonomiċi;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha

Referenzi

COM(2017)0795 – C8-0004/2018 – 2017/0353(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

5.2.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.2.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Miroslav Mikolášik

1.3.2018

Eżami fil-kumitat

16.5.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Anja Hazekamp, Merja Kyllönen, Alojz Peterle, Christel Schaldemose, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marc Joulaud, Stanisław Ożóg

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

53

+

ALDE

Catherine Bearder, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis

ECR

Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Urszula Krupa, Stanisław Ożóg, Bolesław G. Piecha, John Procter

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp, Merja Kyllönen

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Birgit Collin-Langen, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Marc Joulaud, Giovanni La Via, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Annie Schreijer Pierik, Renate Sommer, Adina Ioana Vălean

S&D

Guillaume Balas, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Davor Škrlec, Keith Taylor

1

-

EFDD

Julie Reid

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha

Referenzi

COM(2017)0795 – C8-0004/2018 – 2017/0353(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

5.2.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

5.2.2018

ENVI

5.2.2018

ITRE

5.2.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

22.1.2018

ITRE

23.1.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Nicola Danti

23.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.1.2018

16.5.2018

18.6.2018

11.7.2018

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Nosheena Mobarik, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Roberta Metsola, Adam Szejnfeld, Sabine Verheyen, Kerstin Westphal

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabio Massimo Castaldo, Isabella De Monte, Michael Detjen, Michaela Šojdrová

Data tat-tressiq

6.9.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

ALDE

Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

EFDD

Fabio Massimo Castaldo, Marco Zullo

PPE

Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Roberta Metsola, Andreas Schwab, Michaela Šojdrová, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Sabine Verheyen

S&D

Nicola Danti, Isabella De Monte, Michael Detjen, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

5

-

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Marcus Pretzell

1

0

ENF

Mylène Troszczynski

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Settembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza