RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment

8.4.2019 - (07651/2019 – C8-0149/2019 – 2019/0804(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Danuta Maria Hübner
(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2019/0804(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0189/2019
Testi mressqa :
A8-0189/2019
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment

(07651/2019 – C8-0149/2019 – 2019/0804(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Kunsill biex jemenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (07651/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0034/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0189/2019),

1.  Japprova l-proposta;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-parlamenti nazzjonali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (2.4.2019)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Talba li titnieda l-proċedura tal-Artikolu 308
(07651/2019 – C8-0149/2019 – 2019/0804(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Eider Gardiazabal Rubial(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura)

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-11 ta' Marzu 2019, il-BEI ppreżenta talba lill-Kunsill biex jiġi emendat l-Artikolu 4 (Paragrafu 1) u l-Artikolu 9 (Paragrafu 2) tal-Istatut tal-Bank.

Dan isegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 308 TFUE li jgħid li "Il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, fuq talba tal-Bank Ewropew tal-Investiment u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni [...], jista' jemenda l-Istatut tal-Bank."

L-għan tal-emendi mmirati, proposti mill-BEI, huwa li jadatta l-Istatut tal-Bank biex jirrifletti żieda fil-kapital sottoskritt tal-BEI mill-Polonja u mir-Rumanija.

Il-Kumitat għall-Baġits jinnota li din iż-żieda fil-kapital tikkumpensa biss marġinalment it-tnaqqis fil-kapital tal-BEI minħabba t-tluq tar-Renju Unit. Il-Kumitat għall-Baġits jissottolinja li sabiex tinżamm l-abilità tal-BEI li jikseb l-objettivi ta' politika tiegħu, in-nuqqas ta' kapital imsemmi hawn fuq għandu jiġi kkumpensat bis-sħiħ.

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi l-approvazzjoni tal-abbozz tal-Kunsill.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titlu

Proposta għal Emenda għall-Istatut tal-BEI - Talba li titnieda l-proċedura tal-Artikolu 308

Referenzi

07651/2019 – C8-0149/2019 – 2019/0804(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

28.3.2019

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

28.3.2019

Rapporteur għal opinjoni

       Date appointed

Eider Gardiazabal Rubial

1.4.2019

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

2.4.2019

Data tal-adozzjoni

2.4.2019

 

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal Emenda għall-Istatut tal-BEI - Talba li titnieda l-proċedura tal-Artikolu 308

Referenzi

07651/2019 – C8-0149/2019 – 2019/0804(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

26.3.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

28.3.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

28.3.2019

ECON

28.3.2019

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

2.4.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Danuta Maria Hübner

2.4.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

2.4.2019

Data tal-adozzjoni

2.4.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

8.4.2019

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza