Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
   PDF PDF
KONTENUT
INDIĊI
INFORMAZZJONI UTLI

TITOLU IV : RELAZZJONIJIET MA' KORPI OĦRA
KAPITOLU 5 : RIŻOLUZZJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Artikolu 120 : Mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet

1.   Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni fuq materja li taqa' taħt l-isfera attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-mozzjoni m'għandhiex tkun itwal minn 200 kelma.

2.   Il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi liema proċeduri għandhom jiġu adottati.

Huwa jista' jgħaqqad il-mozzjoni għal riżoluzzjoni ma' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni oħrajn jew ma' rapporti oħra.

Jista' jagħti opinjoni li tista' tieħu l-forma ta' ittra.

Jista' jiddeċiedi li jħejji rapport skond l-Artikolu 48.

3.   L-awturi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni għandhom jiġu mgħarrfa bid-deċiżjonijiet tal-kumitat u tal-Konferenza tal-Presidenti.

4.   Ir-rapport għandu jinkludi t-test tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni.

5.   Opinjonijiet f'forma ta' ittra indirizzata lill-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu mgħoddija mill-President.

6.   L-awtur jew l-awturi ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skond l-Artikoli 110(2), 115(5) jew 122(2) għandu jkollhom id-dritt li jirtirawha qabel il-votazzjoni aħħarija.

7.   Mozzjoni għal riżoluzzjoni mqiegħda fuq il-Mejda skond il-paragrafu 1 tista' tiġi rtirata mill-awtur, l-awturi jew l-ewwel firmatarju qabel ma l-kumitat jiddeċiedi li jħejji rapport dwarha skond il-paragrafu 2.

Ladarba l-mozzjoni tkun ittieħdet mill-kumitat, il-kumitat biss ikun jista' jirtiraha sa qabel ma tibda l-votazzjoni aħħarija.

8.   Mozzjoni għal riżoluzzjoni li tkun ġiet irtirata tista' tittieħed u terġa' titqiegħed fuq il-Mejda minnufih minn grupp, kumitat jew mill-istess numru ta' Membri li jkollhom id-dritt li jqiegħduha fuq il-Mejda.

Il-kumitati għandhom id-dmir li jiżguraw li l-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jitqiegħdu fuq il-Mejda skond dan l-Artikolu u li jissodisfaw ir-rekwiżiti hemm stipulati jiġu segwiti u ssir riferenza għalihom kif imiss f'dokumenti li jitħejjew b'riżultat tagħhom.

Aġġornata l-aħħar: 3 t'Awissu 2009Avviż legali