Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Diċembru 2009
PDF 1335k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3  : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 20  : Dmirijiet tal-President

1.    Il-President għandu jmexxi l-attivitajiet kollha tal-Parlament u tal-korpi tiegħu skond il-kundizzjonijiet stipulati f'dawn l-artikoli. Huwa għandu jgawdi s-setgħat kollha meħtieġa sabiex jippresjedi l-proċeduri tal-Parlament u sabiex jiżgura li dawn jitmexxew kif għandu jkun.

Din id-dispożizzjoni tista' tiġi interpretata li tfisser li s-setgħat mogħtija minnha jinkludu s-setgħa li jiġi mitmum l-użu żejjed ta' mozzjonijiet bħal punti ta' ordni, mozzjonijiet proċedurali, spjegazzjonijiet tal-vot u talbiet għal votazzjonijiet separati, votazzjonijiet maqsuma jew votazzjonijiet b'sejħa ta' l-ismijiet meta l-President ikun konvint li dawn ikunu manifestament maħsuba biex joħolqu tħarbit imtawwal u gravi tal-proċeduri tal-Kamra jew tad-drittijiet tal-Membri l-oħra u jkunu se jirriżultaw f'dan.

Is-setgħat mogħtija permezz ta' din id-dispożizzjoni jinkludu s-setgħa li jippreżenta testi għall-votazzjoni f'ordni differenti minn dak elenkat fid-dokument li fuqu tkun qed issir il-votazzjoni. B'analoġija mal-Artikolu 161(7), il-President jista' jara li l-Parlament ikun jaqbel qabel jagħmel dan.

2.    Id-dmirijiet tal-President huma li jiftaħ, jissospendi u jagħlaq is-seduti; li jagħti deċiżjonijiet dwar l-ammissibilità ta' emendi, dwar mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u dwar il-konformità ta' rapporti ma' dawn ir-Regoli; li jiżgura l-osservanza ta' dawn ir-Regoli, li jżomm l-ordni, li jsejjaħ lill-kelliema, li jagħlaq diskussjonijiet, li jressaq kwistjonijiet biex jittieħed vot fuqhom u li jħabbar ir-riżultat tal-votazzjonijiet; u li jirreferi lill-kumitati dawk il-komunikazzjonijiet li jkunu jikkonċernawhom.

3.    Il-President jista' jitkellem waqt diskussjoni biss sabiex jagħlaq jew sabiex jitlob lill-kelliema jżommu l-ordni. Jekk ikun jixtieq jieħu sehem f'diskussjoni, huwa għandu jħalli s-Sedja u m'għandux jerġa jeħodha qabel ma tispiċċa d-diskussjoni.

4.    F'relazzjonijiet internazzjonali, f'okkażjonijiet ċerimonjali u f'affarijiet amministrattivi, legali u finanzjarji mill-President, li jista' jiddelega dawn is-setgħat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza