Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Diċembru 2009
PDF 1335k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3  : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 25  : Dmirijiet tal-Konferenza tal-Presidenti

1.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq id-dmirijiet mogħtija lilha skond ir-Regoli ta' Proċedura.

2.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjonijiet dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Parlament u ta' affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ppjanar leġislattiv.

3.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet u l-organi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u mal-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri. Il-Bureau għandu jaħtar żewġ Viċi Presidenti biex jimplimentaw ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali. Huma għandhom jirrapurtaw lura regolarment lill-Konferenza tal-Presidenti dwar l-attivitajiet tagħhom f'dan ir-rigward.

4.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli għal affarijiet li għandhom x'jaqsmu ma' relazzjonijiet ma' pajjiżi li m'humiex membri u ma' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li m'humiex ta' l-Unjoni.

5.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun responsabbli biex torganizza konsultazzjonijiet strutturati mas-soċjetà ċivili Ewropea dwar kwistjonijiet ewlenin. Dan għandu jinkludi ż-żamma ta' dibattiti pubbliċi, li jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini interessati, dwar suġġetti ta’ interess ġenerali Ewropew. Il-Bureau għandu jaħtar Viċi President responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ konsultazzjonijiet ta' dan it-tip, li għandu jirrapporta lura lill-Konferenza tal-Presidenti.

6.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tħejji l-abbozz ta' l-aġenda għas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament.

7.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorita responsabbli mill-kompożizzjoni u l-kompetenza ta' kumitati, kumitati ta' inkjesta u kumitati parlamentari konġunti, delegazzjonijiet permanenti u delegazzjonijiet 'ad hoc'.

8.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jiġu allokati is-siġġijiet fil-Kamra skond l-Artikolu 34.

9.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun l-awtorità responsabbli li tawtorizza li jsiru rapporti fuq inizjattiva proprja.

10.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tippreżenta proposti lill-Bureau dwar affarijiet amministrattivi u baġitarji li jkollhom x'jaqsmu mal-gruppi politiċi.

Avviż legali - Politika tal-privatezza