Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Diċembru 2009
PDF 1335k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU 2  : PROĊEDURI FIL-KUMITAT

Artikolu 51  : Proċedura b'laqgħat ta' kumitati konġunti

Meta jkunu intaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 49(1) u fl-Artikolu 50, il-Konferenza tal-Presidenti tista', jekk tkun sodisfatta li l-kwistjoni hi waħda ta' importanza ewlenija, tiddeċiedi li għandha tkun applikata proċedura b'laqgħat ta' kumitati konġunti u b'votazzjoni konġunta. F'dak il-każ, ir-rapporteurs ikkonċernati għandhom ifasslu abbozz ta' rapport waħdani, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma bejn il-kumitati biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet konġunti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza