Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Diċembru 2009
PDF 1335k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU 6 (a)  :  AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI

Artikolu 74 (c)  :  Trattati ta' adeżjoni

1.    Kull applikazzjoni minn xi Stat Ewropew sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi referuta lill-kumitat responsabbli biex tkun meqjusa.

2.    Il-Parlament jista' jiddeċiedi, fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta' xi grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu sehem f'dibattitu qabel ma jibdew in-negozjati ma' l-Istat applikant.

3.    Matul in-negozjati l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jgħarrfu lill-kumitat responsabbli regolarment u bis-sħiħ dwar il-progress fin-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b'mod kunfidenzjali.

4.    Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, l-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel jiġi konkluż xi trattat għall-adeżjoni ta' Stat applikant fl-Unjoni Ewropea.

5.    Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim, l-abbozz tal-ftehim għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament għall-kunsens skont l-Artikolu 81.

Avviż legali - Politika tal-privatezza