Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Diċembru 2009
PDF 1335k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU IV  : RELAZZJONIJIET MA' KORPI OĦRA
KAPITOLU 2  : STQARRIJIET

Artikolu 111  : Stqarrijiet li jispjegaw id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

Wara li jkun ikkonsulta mal-Konferenza tal-Presidenti, il-President jista' jistieden lill-President tal-Kummissjoni, lill-Kummissarju responsabbli mir-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew jew, bi ftehim, lil xi Kummissarju ieħor, biex jagħmlu stqarrija lill-Parlament wara kull laqgħa tal-Kummissjoni li tispjega d-deċiżjonijiet ewlenin li jkunu ttieħdu. L-istqarrija għandha tiġi segwita minn dibattitu ta' mhux inqas minn tletin minuta li fih il-Membri jistgħu jagħmlu xi mistoqsijiet qosra.

Avviż legali - Politika tal-privatezza