Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Diċembru 2009
PDF 1335k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU IV  : RELAZZJONIJIET MA' KORPI OĦRA
KAPITOLU 5  : RIŻOLUZZJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Artikolu 125  : Konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.    Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta' konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b'dan.

2.    Kumitat jista' jitlob li l-Kumitat tar-Reġjuni jiġi kkonsultat dwar kwistjonijiet ta' xorta ġenerali jew dwar punti speċifiċi.

Il-kumitat għandu jindika ż-żmien li fih il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħti l-opinjoni tiegħu.

Talba għall-konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tiġi approvata mill-Parlament mingħajr dibattitu.

3.    L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli.

Avviż legali - Politika tal-privatezza