Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Diċembru 2009
PDF 1335k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 1  : SESSJONIJIET TAL-PARLAMENT

Artikolu 134  : Tlaqqigħ tal-Parlament

1.    Il-Parlament għandu jiltaqa', mingħajr il-ħtieġa li jiġi msejjaħ, fit-tieni Tlieta ta' Marzu ta' kull sena u għandu jiddetermina hu nnifsu t-tul ta' l-aġġornamenti tas-sessjoni.

2.    Barra minn hekk, il-Parlament għandu jiltaqa' mingħajr il-ħtieġa li jiġi msejjaħ fl-ewwel jum tat-Tlieta li jaħbat wara li jgħaddi perjodu ta' xahar mit-tmiem tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 10(1) ta' l-Att ta' l-20 ta' Settembru 1976.

3.    Il-Konferenza tal-Presidenti, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għal dan, tista' tibdel it-tul ta' l-aġġornamenti deċiżi skond il-paragrafu 2 mill-inqas ġimagħtejn qabel id-data li qabel kienet stabbilita mill-Parlament sabiex tkompli s-sessjoni; madankollu, l-ġurnata tat-tkomplija m' għandhiex tkun posposta għal aktar minn ġimagħtejn.

4.    F'każi eċċezzjonali, wara li jikkonsulta mal-Konferenza tal-Presidenti, il-President għandu jlaqqa' l-Parlament fuq talba ta' maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill.

F'każi eċċezzjonali, bl-approvazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-President jista' jlaqqa l-Parlament f'każi ta' urġenza.

Avviż legali - Politika tal-privatezza