Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Diċembru 2009
PDF 1335k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5  : KWORUM U VOTAZZJONI

Artikolu 163  : Votazzjonijiet maqsuma

1.    Meta t-test li għandu jitqiegħed għall-vot ikun fih żewġ dispożizzjonijiet jew iżjed, jew referenzi għal żewġ punti jew iżjed, jew ikun jista' jinqasam f'żewġ partijiet jew iżjed li jkollhom tifsira distinta u/jew valur normattiv distint, tista' tintalab votazzjoni maqsuma minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

2.    It-talba għandha ssir sa mhux aktar tard minn filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti. Il-President għandu jiddeċiedi fuq it-talba.

Avviż legali - Politika tal-privatezza