Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Marzu 2014
PDF 1996k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU IV  : RELAZZJONIJIET MA' KORPI OĦRA
KAPITOLU 3  : MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 115  : Mistoqsijiet għal tweġiba orali b'dibattitu

1.    Jistgħu isiru mistoqsijiet lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni minn kumitat, minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru, b'talba biex il-mistoqsijiet jidħlu fl-aġenda tal-Parlament.

Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom minnufih lill-Konferenza tal-Presidenti.

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tiddeċiedi jekk il-mistoqsijiet għandhomx jitqiegħu fl-aġenda u f'liema ordni għandhom jitqiegħdu fl-aġenda. Il-mistoqsijiet li ma jitqegħdux fl-aġenda tal-Parlament fi żmien tliet xhur minn meta jkunu ġew imressqa jiskadu.

2.    Il-mistoqsijiet lill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lil dik l-istituzzjoni mhux inqas minn ġimgħa qabel is-seduta li fl-aġenda tagħha għandhom jidhru dawn il-mistoqsijiet, u l-mistoqsijiet lill-Kunsill għandhom jintbagħtu mhux inqas minn tliet ġimgħat qabel dik id-data.

3.    Fejn il-mistoqsijiet ikollhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-data ta' skadenza stipulata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma tapplikax, u l-Kunsill għandu jwieġeb kemm jista' jkun malajr u jżomm il-Parlament infurmat kif suppost.

4.    Wieħed mill-interpellanti jkollu ħames minuti biex jagħmel il-mistoqsija. Għandu jwieġeb membru ta' l-istituzzjoni konċernata.

L-interpellant huwa ntitolat li juża l-ħin kollu għall-intervent kif imsemmi.

5.    L-Artikolu 110(2) sa (5) għandu japplika mutatis mutandis.

Avviż legali - Politika tal-privatezza