Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Marzu 2014
PDF 1996k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 7  : REĠISTRI PUBBLIĊI TAL-PROĊEDURI

Artikolu 179  : Minuti

1.    Il-minuti ta' kull seduta, bid-dettalji tal-proċeduri u d-deċiżjonijiet tal-Parlament u l-ismijiet tal-kelliema, għandhom jitqassmu mhux inqas minn nofs siegħa qabel il-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar tas-seduta li jkun imiss.

Fil-kuntest ta' proċeduri leġislattivi, l-emendi kollha adottati mill-Parlament għandhom ukoll jitqiesu li jkunu deċiżjonijiet skont it-tifsira ta' din id-dispożizzjoni, wkoll jekk il-proposta relevanti tal-Kummissjoni jew il-pożizzjoni tal-Kunsill ikunu fl-aħħar mill-aħħar miċħuda, skont l-Artikolu 56(1) jew l-Artikolu 65(3) rispettivament.

2.    Fil-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar ta' kull seduta, il-President għandu jqiegħed quddiem il-Parlament, għall-approvazzjoni tiegħu, il-minuti tas-seduta ta' qabel.

3.    Jekk jitqajjmu oġġezzjonijiet għall-minuti, il-Parlament għandu, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedi jekk il-bidliet mitluba għandhomx ikunu kkunsidrati. Ebda Membru ma jista' jitkellem fuq is-suġġett għal aktar minn minuta.

4.    Il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali u jinżammu fl-arkivji tal-Parlament. Il-minuti għandhom ikunu ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Avviż legali - Politika tal-privatezza