Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2014
   PDF PDF
KONTENUT
INDIĊI
INFORMAZZJONI UTLI

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA' KORPI OĦRA
KAPITOLU 1 : ĦATRIET

Artikolu 118 : Elezzjoni tal-Kummissjoni

1.   Wara li jkun ikkonsulta mal-President elett tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji mill-President elett tal-Kummissjoni u mill-Kunsill sabiex jidhru quddiem il-kumitati parlamentari rispettivi skond l-oqsma li għalihom ġew nominati. Dan is-smigħ għandu jsir fil-pubbliku.

2.   Il-President jista' jistieden lill-President elett tal-Kummissjon biex jgħarraf lill-Parlament dwar l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet tal-portafolli fil-Kulleġġ tal-Kummissarji propost f'konformità mal-linji gwida politiċi tiegħu.

3.   Il-kumitat jew kumitati kompetenti għandhom jistiednu lill-Kummissarju nnominat biex jagħmel stqarrija u jwieġeb għall-mistoqsijiet. Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jippermetti li l-Kummissarji nnominati jagħtu lill-Parlament t-tagħrif kollu rilevanti. Id-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tas-seduti ta' smigħ għandhom ikunu stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura(1) .

4.   Il-President elett għandu jippreżenta l-kulleġġ tal-Kummissarji u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha għandhom ikunu mistiedna jattendu l-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Kunsill. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu.

5.   Sabiex jingħalaq id-dibattitu, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni. L-Artikolu 123(3), (4) u (5) għandu japplika.

Wara l-votazzjoni fuq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Parlament għandu jeleġġi jew jiċħad il-Kummissjoni b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

Il-vot għandu jittieħed permezz ta' sejħa ta' l-ismijiet.

Il-Parlament jista` jiddifferixxi l-votazzjoni għas-seduta ta' wara.

6.   Il-President għandu jgħarraf lill-Kunsill bl-elezzjoni jew biċ-ċaħda tal-Kummissjoni.

7.   F'każ ta' bdil sostanzjali fil-portafolli matul il-mandat tal-Kummissjoni, il-mili ta' post vakanti jew il-ħatra ta' Kummissarju ġdid wara l-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid, il-Kummissarji konċernati għandhom jiġu mistiedna jidhru quddiem il-kumitati responsabbli mill-oqsma ta' kompetenza rispettivi, skond il-paragrafu 3.

(1)Ara l-Anness XVI.
Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Ġunju 2014Avviż legali