Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - April 2015
PDF 2182k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU V  : RELAZZJONIJIET MA' KORPI OĦRA
KAPITOLU 1  : ĦATRIET

Artikolu 122  : Ħatra tal-Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

1.    Il-kandidat innominat bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi mistieden biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula lilu mill-Membri.

2.    Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Parlament dwar jekk in-nominazzjoni għandhiex tiġi approvata.

3.    Il-vot għandu jittieħed fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet ippreżentata n-nominazzjoni ħlief jekk il-Parlament, fuq talba tal-kumitat responsabbli, ta' grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jiddeċiedi mod ieħor.

4.    Jekk l-opinjoni adottata mill-Parlament tkun negattiva, il-President għandu jitlob lill-Kunsill biex jirtira n-nomina tiegħu u jippreżenta nomina ġdida lill-Parlament.

5.    L-istess proċedura għandha tapplika fil-każ tan-nominazzjonijiet ta' Viċi President u tal-Membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza