Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - April 2015
PDF 2182k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VII  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5  : KWORUM U VOTAZZJONI

Artikolu 180  : Votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet

1.    Barra mill-każi msemmijin fl-Artikoli 118(5), 119(5) u 179, il-vot għandu jittieħed b'sejħa tal-ismijiet jekk issir talba bil-miktub għal dan minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru sa mhux aktar tard minn filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 180(1) fuq votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet ma japplikawx għar-rapporti previsti fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3), (6) u (8) fil-kuntest ta' proċeduri relatati mal-immunità ta' Membru.

2.    Il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandha ssir permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika. Meta din ma tkunx tista' tintuża għal raġunijiet tekniċi, l-ismijiet għandhom jissejħu f'ordni alfabetiku, u jibdew bl-isem ta' Membru li jittella' bil-polza. Il-President għandu jkun l-aħħar wieħed li jissejjaħ biex jivvota.

Il-votazzjoni għandha ssir bil-fomm u għandha tiġi espressa permezz ta' "Iva", "Le", jew "Nastjeni". Meta jiġi kkalkulat jekk mozzjoni kenitx adottata jew miċħuda għandhom jitqiesu biss voti favur u kontra. Il-President għandu jistabbilixxi u jħabbar ir-riżultat.

Ir-riżultat tal-votazzjoni għandu jitniżżel fil-minuti tas-seduta skond il-grupp politiku fl-ordni alfabetiku ta' l-ismijiet tal-Membri, b'indikazzjoni ta' kif ivvutaw.

Avviż legali - Politika tal-privatezza