Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Settembru 2015
PDF 2194k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : RELAZZJONIJIET MA' PARLAMENTI NAZZJONALI

Artikolu 142  : Skambju ta' tagħrif, kuntatti u faċilitajiet reċiproċi

1.    Il-Parlament għandu jżomm il-parlamenti ta' l-Istati Membri mgħarrfa regolarment bl-attivitajiet tiegħu.

2.    L-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fl-Unjoni, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu nnegozjati fuq il-bażi ta' mandat mogħti mill-Konferenza tal-Presidenti, wara konsultazzjoni mal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.

Il-Parlament għandu japprova dawn il-ftehimiet skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 140.

3.    Kumitat jista' jidħol fi djalogu direttament ma' parlamenti nazzjonali fil-livell ta' kumitati, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet baġitarji allokati għal dan il-għan. Dan jista' jinkludi forom xierqa ta' kooperazzjoni preleġislattiva u postleġislattiva.

4.    Kull dokument li jikkonċerna proċedura leġislattiva fil-livell tal-Unjoni li jiġi trażmess b'mod uffiċjali minn parlament nazzjonali lill-Parlament Ewropew għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli għas-suġġett ittrattat f'dak id-dokument.

5.    Il-Konferenza tal-Presidenti tista' tagħti mandat lill-President sabiex jinnegozja faċilitajiet għall-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri fuq bażi reċiproka, u sabiex jipproponi miżuri oħra biex jiffaċilita l-kuntatt mal-parlamenti nazzjonali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza