Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB EPUB   PDF PDF
KONTENUT
INDIĊI
INFORMAZZJONI UTLI
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 10 : ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 107 : Eżami taħt il-proċedura b' kumitati assoċjati jew il-proċedura b' kumitati konġunti

1.   Jekk l-att leġiżlattiv ta' bażi jkun ġie adottat mill-Parlament permezz tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 54, id-dispożizzjonijiet kumplimentarji li ġejjin għandhom japplikaw għall-eżami ta' atti delegati u abbozzi ta' atti jew ta' miżuri ta' implimentazzjoni:

-   l-att delegat jew l-abbozz ta' att jew ta' miżura ta' implimentazzjoni għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli u lill-kumitat assoċjat;

-   il-president tal-kumitat responsabbli għandu jistabbilixxi l-iskadenza sa meta l-kumitat assoċjat jista' jifformula proposti relatati mal-punti li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tiegħu jew il-kompetenza konġunta taż-żewġ kumitati;

-   jekk l-att delegat jew l-abbozz ta' att jew ta' miżura ta' implimentazzjoni jaqgħu essenzjalment taħt il-kompetenza esklużiva tal-kumitat assoċjat, il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta il-proposti mingħajr votazzjoni; jekk il-kumitat responsabbli jonqos milli jirrispetta dan l-Artikolu, il-President jista' jawtorizza lill-kumitat assoċjat iressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament.

2.   Jekk l-att leġiżlattiv ta' bażi jkun ġie adottat mill-Parlament permezz tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 55, id-dispożizzjonijiet kumplimentarji li ġejjin għandhom japplikaw għall-eżami ta' atti delegati u abbozzi ta' atti jew ta' miżuri ta' implimentazzjoni:

-   il-President għandu jiddetermina, meta jasal l-att delegat jew l-abbozz ta' att jew ta' miżura ta' implimentazzjoni, liema jkun il-kumitat responsabbli jew il-kumitati konġunti responsabbli għalihom skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 55 u skont kwalunkwe ftehim li jkun sar bejn il-presidenti tal-kumitati kkonċernati;

-   jekk att delegat jew abbozz ta' att jew ta' miżura ta' implimentazzjonijiġi riferut għal eżami skont il-proċedura b'kumitati konġunti, kull kumitat jista' jitlob li tissejjaħ laqgħa konġunta għall-eżami ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni. Jekk il-presidenti tal-kumitati kkonċernati ma jirnexxilhomx jilħqu qbil, il-laqgħa konġunta għandha tissejjaħ mill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Novembru 2017Avviż legali