Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 27 ta' Settembru 2006 - Strasburgu
Protezzjoni ta' data personali *
 Protezzjoni ta" l-Euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") *
 Protezzjoni ta" l-Euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") - Stati Membri mhux parteċipanti *
 Konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali ġodda *
 Ftehima dwar is-sajd bejn il-KE u l-Ginea-Bissaw *
 Abbozz ta' baġit ta' emenda 3/2006 (Emendi)
 Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 3/2006
 Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006
 PROGRESS ***II
 Linji gwida strateġiċi dwar il-koeżjoni ***
 Servizzi ta' interess ġenerali
 Il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni

Protezzjoni ta' data personali *
PDF 200kWORD 36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta" data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali (COM(2005)0475 – C6-0436/2005 – 2005/0202(CNS))
P6_TA(2006)0370A6-0192/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0475)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu, il-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0436/2005),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll li jintegra l-'acquis' ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, skond liema protokoll, il-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern (A6-0192/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummisjoni kif emendata fl-14 ta' Ġunju 2006(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2), tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda il-proposta sostanzjalment;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠUMNU[FN1][FN2][FN3]@FN.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2006)0258.


Protezzjoni ta" l-Euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") *
PDF 199kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta" skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni ta" l-Euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") (COM(2006)0243 – C6-0179/2006 – 2006/0078(CNS))
P6_TA(2006)0371A6-0276/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0243)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 123(4), it-tielet sentenza, tat-Trattat KE, skond liema artikolu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0179/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0276/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Protezzjoni ta" l-Euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") - Stati Membri mhux parteċipanti *
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li testendi għall-Istati Membri li mhumiex parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/.../KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta" skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni ta" l-Euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") (COM(2006)0243 – C6-0180/2006 – 2006/0079(CNS))
P6_TA(2006)0372A6-0277/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0243)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0180/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0277/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali ġodda *
PDF 429kWORD 100k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali ġodda (COM(2005)0091 – C6-0235/2005 – 2005/0018(CNS))
P6_TA(2006)0373A6-0268/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0091)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat ta' l-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0235/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0268/2006),

1.  Japprova il-proposta dwar kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2), tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 6
(6)  Meta Stat Membru jirreġistra, fir-reġistru tal-kondotta kriminali, sentenza maqtugħa fi Stat Membru ieħor kontra ċittadini jew residenti tiegħu, hu għandu jobdi l-istess regoli daqs li kieku kienet sentenza nazzjonali u m'għandux jitratta lil persuni li għalihom inqatgħet sentenza fi Stat Membru ieħor bi żvantaġġ meta mqabbla ma" persuni li ġew ikkundannati mill-qrati nazzjonali.
imħassra
Emenda 2
Premessa 7
(7)  Din id-deċiżjoni għandha tieħu post id-dispożizzjonijiet marbuta mal-konsiderazzjoni tas-sentenzi, inklużi fil-Konvenzjoni tat-28 ta" Mejju 1970 dwar il-valur internazzjonali tas-sentenzi kriminali.
(7)  Din id-Deċiżjoni Qafas tapplika bejn l-Istati Membri mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet marbuta mal-konsiderazzjoni tas-sentenzi, inklużi fil-Konvenzjoni tat-28 ta" Mejju 1970 dwar il-valur internazzjonali tas-sentenzi kriminali.
Emenda 3
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  L-għan ta" din id-deċiżjoni ta' qafas hu li tistipula l-kondizzjonijiet li fihom Stat Membru għandu jqis, fil-qafas ta" proċedura penali ġdida kontra l-istess persuna, kundanni fi Stat Membru ieħor għal fatti differenti kontra din il-persuna jew inkella biex dawn jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-kondotta kriminali tiegħu.
1.  L-għan ta" din id-Deċiżjoni ta' Qafas hu li tistipula l-kundizzjonijiet li fihom Stat Membru għandu jqis, waqt li jkunu għaddejjin proċeduri penali kontra persuna, kundanni preċedenti mogħtija fi Stat Membru ieħor kontra l-istess persuna għal fatti differenti.
Emenda 5
Artikolu 2, punt (a)
(a) "sentenza" tfisser kull deċiżjoni definittiva ta" qorti penali jew awtorità amministrattiva li d-deċiżjoni tagħha tista tiġi appellata quddiem qorti kompetenti b'mod partikolari fil-qasam penali, li tistabilixxi l-ħtija ta" persuna għal reat penali jew għal att ta" ksur tal-liġi li jista" jkun ikkastigat mil-liġi;
(a) "kundanna" tfisser kull deċiżjoni definittiva tal--qorti li tistabbilixxi l-ħtija fi proċeduri kriminali għal reat kriminali skond il-liġi nazzjonali;
Emenda 6
Artikolu 2, punt (b)
(b) "reġistru tal-kondotta kriminali' : ir-reġistru/i nazzjonali fejn jinġabru l-kundanni skond il-liġi nazzjonali;
imħassar
Emenda 7
Artikolu 3, paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jistipula regoli dwar l-implimentazzjoni ta" sentenzi maqtugħa fi Stati Membri oħra, ekwivalenti għal dik ta" sentenzi nazzjonali, fl-okkażjoni ta" proċedura kriminali ġdida għal fatti differenti.
1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li, waqt li jkunu għaddejjin proċeduri kriminali miġjuba kontra persuna, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tiegħu u l-qrati jew it-tribunali tiegħu jqisu kundanni preċedenti mogħtija fi Stati Membri oħra kontra l-istess persuna għal fatti differenti, skond il-liġi nazzjonali tagħhom u jorbtu magħhom l-istess effetti legali bħalma jorbtu ma' kundanni nazzjonali preċedenti, kemm-il darba persuni bħal dawn ma jkunux ittrattati b'mod inqas favorevoli milli kienu jkunu kieku l-kundanni preċedenti kienu kundanni nazzjonali.
Emenda 8
Artikolu 3, paragrafu 2
2.  L-ewwel paragrafu japplika matul il-fażi ta" qabel il-proċess penali, matul il-proċess penali u waqt l-għoti tas-sentenza, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli ta" proċedura applikabbli inklużi dawk dwar detenzjoni proviżorja, id-determinazzjoni tat-tip ta" reat, it-tip u l-livell tas-sentenza mogħtija, jew anke r-regoli dwar it-twettiq tas-sentenza.
2.  Il-Paragrafu 1 għandu japplika matul il-fażi ta" qabel il-proċess kriminali, matul il-proċess kriminali u waqt l-għoti tal-kundanna, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli inklużi dawk dwar detenzjoni proviżorja, id-determinazzjoni tat-tip ta" reat, it-tip u l-livell tal-kundanna mogħtija, jew anke r-regoli dwar it-twettiq tal-kundanna.
Emenda 9
Artikolu 5, paragrafu 1
Is-sentenzi maqtugħa fi Stat Membru ieħor jiġu skartati jekk il-fatti li għalihom inqatgħet is-sentenza mhumiex meqjusa bħala reat fil-liġi ta" l-Istat Membru.
imħassar
L-ewwel inċiż ma japplikax għall-kategoriji ta" reati li ġejjin:
- il-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;
- it-terroriżmu;
- traffikar ta' persuni;
- l-abbuż sesswali fuq it-tfal u l-pornografija marbuta mal-pedofelija;
- it-traffikar ta" droga u ta" sustanzi psikotropoċi;
- it-traffikar ta" armi, munizzjon u esplożivi;
- il-korruzzjoni;
- il-frodi, inkluż il-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fit-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta" Lulju 1995 dwar il-ħarsien ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;
- il-ħasil ta' flus ġejjin minn reat;
- il-fluz foloz u falsifikazzjoni tal-flus, inkluż l-Ewro;
- il-kriminalità marbuta ma" l-użu tal-kompjuter;
- ir-reati kontra l-ambjent, inkluż it-traffikar ta" annimali fil-periklu li jiġi estinti u t-traffiku ta" speċi u ta" essenzi veġetali fil-periklu li jiġu estitnti;
- l-għajnuna biex persuni jidħlu u joqgħodu f'pajjiż b'mod irregolari;
- l-omiċidju volontarju u l-offiżi gravi fuq il-persuna;
- it-traffikar ta" organi u tessuti umani;
- il-ħtif jew is-sekwestru ta" persuna u ż-żamma ta" ostaġġi;
- ir-razziżmu u l-ksenofobija;
- is-serq organizzat jew is-serq armat;
- it-traffikar ta" beni kulturali, inkluż l-antikitajiet u l-opri ta" l-arti;
- l-ingann;
- qerq fil-kummerċ u l-estorsjoni tal-fondi;
- il-falsifikazzjoni u l-piraterija ta" prodotti;
- il-falsifikazzjoni ta" dokumenti amministrattivi u t-traffikar ta" kopji foloz;
- il-falsifikazzjoni ta" mezzi ta" ħlas;
- it-traffikar ta" sustanzi ormonali u ta" sustanzi oħra ta" tkabbir;
- it-traffikar ta" materjal nukleari u radjuattiv;
- it-traffikar ta" karozzi misruqa;
- l-istupru;
- il-ħruq volontarju;
- ir-reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
- il-ħtif ta" ajruplan jew ta" vapur;
- is-sabutaġġ;
- is-sewqan bi ksur tal-kodiċi tat-triq, inkluż ksur tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-ħin ta" sewqan u ta" serħan u tad-dispożizzjonijiet dwar ġarr ta" merkanzija perikoluża;
- il-kuntrabandu ta" merkanzija;
- il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
- it-theddid u l-atti vjolenti kontra persuni, inkluż matul attivitajiet sportivi;
- il-vandaliżmu kriminali;
- is-serq;
- ir-reati stipulati mill-Istat li jibgħat u koperti mill-obbligi ta" twettiq kif stabbiliti fl-istrumenti adottati skond it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fit-titlu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 10
Artikolu 5, paragrafu 2
2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta l-ewwel paragrafu, is-sentenzi maqtugħa minn Stat Membru ieħor jistgħu ma jitqisux jekk dan il-fatt iwassal, waqt proċedura penali ġdida għal reati differenti, biex il-persuna tkun trattata baktar żvantaġġ milli kieku s-sentenza ta qabel kienet maqtugħa minn qorti nazzjonali.
imħassar
Emenda 11
Artikolu 6, paragrafu 1
1.  Meta Stat Membru jirreġistra fir-reġistru tal-kondotta kriminali sentenza maqtugħa fi Stat Membru ieħor, is-sentenza rreġistrata għandha tkun taqbel mas-sentenza realment maqtugħa, ħlief jekk it-twettiq tas-sentenza jkun ġie rivedut mill-Istat Membru li jirreġistraha.
imħassar
Emenda 12
Artikolu 6, paragrafu 2
2.  Jekk, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, is-sentenzi maqtugħa fi Stati Membri oħra kontra ċittadini jew residenti jitniżżlu fir-reġistru tal-kondotta kriminali, ir-regoli ta' reġistrazzjoni, ta" xi modifika jew il-qtugħ ta" xi frażijiet bl-ebda mod ma jistgħu iwasslu biex persuna tkun trattata agħar milli kieku s-sentenza tkun inqatgħet minn qorti nazzjonali.
imħassar
Emenda 13
Artikolu 6, paragrafu 3
3.  Kull modifika jew qtugħ ta" frażi fl-Istat Membru li jkun qata" s-sentenza tinvolvi qtugħ jew modifika fl-Istat Membru li tiegħu il-persuna hi ċittadina jew residenti, jekk dan ikun għamel ir-reġistrazzjoni u jekk ikun ġie mgħarraf bil-modifika jew il-qtugħ, ħlief jekk il-leġislazzjoni ta" dan l-Istat tkun tipprevedi dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuna ikkundannata.
imħassar
Emenda 14
Artikolu 7
1.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħha bejn l-Istati Membri u Stati terzi, din id-deċiżjoni ta' qafas tissostitwixxi, bejn l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni ta" The Hague tat-28 ta" Mejju 1970 dwar il-valur internazzjonali tas-sentenzi kriminali.
Din id-Deċiżjoni ta' Qafas għandha tapplika bejn l-Istati Membri mingħajr ħsara għall-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni ta' L-Aja tat-28 ta' Mejju 1970 dwar il-Validità Internazzjonali ta' Sentenzi Kriminali fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi.
Emenda 15
Artikolu 8, paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma" din id-deċiżjoni ta' qafas sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2006.
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas fi żmien sena mill-adozzjoni tagħha.
Emenda 16
Artikolu 8, paragrafu 3
3.  Fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tibgħat, mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2007, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta" din id-deċiżjoni qafas, flimkien ma" proposti leġislattivi jekk hemm bżonnhom.
3.  Fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Qafas, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta" din id-Deċiżjoni Qafas, flimkien ma" proposti leġiżlattivi jekk hemm bżonnhom.

(1) Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.


Ftehima dwar is-sajd bejn il-KE u l-Ginea-Bissaw *
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-ftehima bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007 (COM(2006)0182 – C6-0167/2006 – 2006/0065(CNS))
P6_TA(2006)0374A6-0271/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kunsill (COM(2006)0182)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 et 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0167/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0271/2006),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u r-Repubblika ta' Ginea-Bissaw.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Abbozz ta' baġit ta' emenda 3/2006 (Emendi)
PDF 304kWORD 74k
Emendi għal Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 3/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III - Kummissjoni, Taqsima VIII Parti B - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (11297/2006 - C6-0239/2006 - 2006/2119(BUD))
P6_TA(2006)0375A6-0283/2006

Emenda 1

TAQSIMA III: Kummissjoni

Punt 02 01 04 01 - Tħaddim u żvilupp tas-suq intern, partikularment fl-oqsma tan-notifika, taċ-ċertifikazzjoni u ta' l-approssimazzjoni settorjali ‐ Nefqa għat-tmexxija amministrattiva

02 01 04 01

Baġit 2006

DAB 3/2006

Emenda

Baġit 2006 + AB3 emendat

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

2 790 000

2 790 000

-554 545

-554 545

554 545

554 545

2 790 000

2 790 000

NOMENKLATURA:

Mhux mibdula

RIMARKI:

Mhux mibdula

ĠUSTIFIKAZZJONI

Biex jerġa' jdaħħal l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda

-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-
P6_TA(2006)0375A6-0283/2006

Emenda 2

TAQSIMA III: Kummissjoni

Punt 06 02 03 - Sikurezza tat-trasport

06 02 03

Baġit 2006

DAB 3/2006

Emenda

Baġit 2006 + AB3 emendat

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

18 080 000

17 080 000

-2 714 000

-2 714 000

2 714 000

2 714 000

18 080 000

17 080 000

NOMENKLATURA:

Mhux mibdula

RIMARKI:

Mhux mibdula

ĠUSTIFIKAZZJONI

Biex jirrifjuta t-tnaqqis għax għadu kmieni wisq fis-sena baġitarja biex jiddaħħal tnaqqis sustanzjali.

-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-
P6_TA(2006)0375A6-0283/2006

Emenda 3

TAQSIMA III: Kummissjoni

Punt 06 02 09 01 - Awtorità ta' Sorveljanza ta' Galileo ‐ Sussidju skond it-Titoli 1 u 2

06 02 09 01

Baġit 2006

DAB 3/2006

Emenda

Baġit 2006 + AB3 emendat

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

2 231 400

2 231 400

1 600 000

1 600 000

850 000

850 000

4 681 400

4 681 400

NOMENKLATURA:

Mhux mibdula

RIMARKI:

Mhux mibdula

ĠUSTIFIKAZZJONI

Biex jerġa' jdaħħal l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda.

-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-
P6_TA(2006)0375A6-0283/2006

Emenda 4

TAQSIMA III: Kummissjoni

Punt 06 02 09 02 - Awtorità ta' Sorveljanza ta' Galileo ‐ Sussidju skond it-Titolu 3

06 02 09 02

Baġit 2006

DAB 3/2006

Emenda

Baġit 2006 + AB3 emendat

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

2 500 000

2 500 000

0

0

600 000

600 000

3 100 000

3 100 000

NOMENKLATURA:

Mhux mibdula

RIMARKI:

(L-Estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja inbidlu għal din ir-raġuni)

ĠUSTIFIKAZZJONI

Biex jerġa' jdaħħal l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda

-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-
P6_TA(2006)0375A6-0283/2006

Emenda 5

TAQSIMA III: Kummissjoni

Punt 18 02 03 02 - Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ‐ Sussidju skond it-Titolu 3

18 02 03 02

Baġit 2006

DAB 3/2006

Emenda

Baġit 2006 + AB3 emendat

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

Impenji

Ħlasijiet

9 440 000

9 440 000

-3 786 000

-3 786 000

3 786 000

3 786 000

9 440 000

9 440 000

NOMENKLATURA:

Mhux mibdula

RIMARKI:

(L-Estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja inbidlu għal din ir-raġuni)

ĠUSTIFIKAZZJONI

Biex jirrifjuta t-tnaqqis għax għadu kmieni wisq fis-sena baġitarja biex jiddaħħal tnaqqis sustanzjali.

-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-
P6_TA(2006)0375A6-0283/2006

Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 3/2006
PDF 210kWORD 37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 3/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III - Kummissjoni, Taqsima VIII Parti B - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (11297/2006 - C6-0239/2006 - 2006/2119(BUD))
P6_TA(2006)0376A6-0283/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari s-subparagrafu ta' qabel ta' l-aħħar ta' l-Artikolu 272(4) tiegħu,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta" l-Enerġija Atomika, u b'mod partikulari l-Artikolu 177 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, kif ġie adottat finalment fil-15 ta' Diċembru 2005(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib fil-proċedura baġitarja(3),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz Preliminari ta' baġit li jemenda (PDAB) Nru 3/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, li l-Kummissjoni ppreżentat fit-22 ta' Mejju 2006 (SEC(2006)0633),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit li jemenda (DAB) Nru 3/2006, li l-Kunsill stabbilixxa fil-11 ta' Lulju 2006 (11297/2006 – C6-0239/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0283/2006),

A.   billi l-Abbozz tal-Baġit li Jemenda Nru 3/2006 huwa magħmul minn erba' elementi differenti, speċifikament għat-tisħiħ ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza Ewropea GNSS, għar-rinfurzar ta' l-istaff ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva mal-Fruntieri Esterni, u għaż-żieda ta' l-approprjazzjonijiet għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

B.   billi l-Kummissjoni fil-PDAB Nru 3/2006 tagħha, ipproponiet li tiffinanzja dawn il-bżonnijiet addizzjonali b'żieda ta' EUR 3 604 545 f'riżorsi tagħha,

C.   billi l-Kunsill, fid-DAB Nru 3/2006 tiegħu, iddeċieda li jkopri ż-żidiet li ġew proposti kollha, esklussivament permezz ta' organizzazzjoni mill-ġdid,

D.   billi l-Kunsill, b'mod partikulari, irid jiffinanzja l-bżonnijiet addizzjonali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data billi jnaqqas l-impenji u l-pagamenti ta' linja amministrattiva fit-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit, li taqa' taħt it-Titolu 3 tal-Perspettiva Finanzjarja 2000-2006,

E.   billi l-Parlament jaqbel mad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fuq DAB Nru 3/3006 dwar il-fatt li dan joħloq preċedent perikoluż għall-istituzzjonijiet kollha peress li l-ħsieb huwa li waqt l-implimentazzjoni tal-baġit, in-nefqa amministrattiva ta' istituzzjoni tiġi ffinanzjata billi jittieħdu l-approprjazzjonijiet neċessarji mill-baġit ta' istituzzjoni oħra,

1.  Jappoġġja ż-żidiet proposti mill-Kummissjoni fil-PDAB Nru 3/2006 tagħha għall-Awtorità ta' Sorveljanza Ewropea GNSS, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operattiva mal-Fruntieri Esterni, u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

2.  Jikkunsidra, pero?, li għadu kmieni wisq fis-sena baġitarja biex ipatti issa għaż-żidiet neċessarji fuq dawn il-linji billi jitnaqqsu linji oħra li għad jistgħu jiġu implimentati bis-sħiħ fl-2006;

3.  Għalhekk jirrifjuta l-intenzjoni tal-Kunsill li jkopri t-talbiet għal approprijazzjonijiet addizzjonali permezz ta' organizzazzjoni mill-ġdid u, b'mod partikulari, li jikkumpensa għaż-żieda mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data billi titnaqqas it-taqsima tal-baġit tal-Kummissjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 78, 15.3.2006.
(3) ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1. Ftehima kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/708/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, 14.10.2005, p. 24).


Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006
PDF 207kWORD 36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-Abbozz li jemenda l-baġit Nru 4/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III, Kummissjoni (11298/2006 – C6-0247/2006 – 2006/2149(BUD))
P6_TA(2006)0377A6-0284/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari s-subparagrafu ta' qabel ta' l-aħħar ta' l-Artikolu 272(4) tiegħu,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta" l-Enerġija Atomika, u b'mod partikulari l-Artikolu 177 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tas-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, kif ġie adottat finalment fil-15 ta' Diċembru 2005(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib fil-proċedura baġitarja(3),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari ta' baġit li jemenda Nru 4/2006 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-16 ta' Ġunju 2006 (SEC(2006)0760),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006, li l-Kunsill stabbilixxa fis-17 ta' Lulju 2006 (11298/2006 - C6-0247/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0284/2006),

A.   billi l-Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006 jirrigwarda l-lat tad-dħul tal-baġit u fih numru ta' elementi li jaffettwaw il-livell tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għar-riżorsi tal-Komunità nnifisha,

B.   billi dawn l-elementi huma relatati mar-reviżjoni annwali tat-tbassir dwar riżorsi proprji tradizzjonali, dwar bażijiet tal-VAT u tal-GNI u dwar kalkolu tekniku mill-ġdid tal-kontribuzzjonijiet neċessarji biex jiġi ffinanzjat ir-rimborż tat-tnaqqis tar-Renju Unit kif ukoll dwar dak baqa' żejjed mill-Fond ta' Garanzija għal miżuri esterni mill-2005,

C.   billi l-Kunsill Ewropew ta' Brussell ta' Diċembru 2005 stieden lill-Kummissjoni biex tagħmel reviżjoni sħiħa u li tkopri firxa wiesgħa ta' l-oqsma kollha ta' spiża u dħul ta' l-UE, inkluż it-tnaqqis Brittaniku, bil-għan li jiġi ppreżentat rapport, flimkien ma' proposti xierqa, fl-2008 jew 2009,

D.   billi bit-twettiq ta' din ir-reviżjoni u t-tfassil tal-proposti tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ix-xogħol u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, bi qbil mat-termini tad-Dikjarazzjoni Nru 3 annessi mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u tmexxija finanzjarja soda(4),

E.   billi l-Parlament beda djalogu mal-parlamenti nazzjonali bil-għan li jikkontribwixxi b'mod konġunt għar-reviżjoni komprensiva ppjanata tas-sistema ta' riżorsi proprji bir-rispett sħiħ għad-drittijiet stabbiliti tiegħu,

1.  Japprova bla emendi l-Abbozz ta' baġit li jemenda Nru 4/2006;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 78, 15.3.2006.
(3) ĠU C 172, 18.6.1999, p.1. Ftehima kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/708/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 269, 14.10.2005, p. 24).
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


PROGRESS ***II
PDF 203kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali - PROGRESS (6282/3/2006 – C6-0272/2006 – 2004/0158(COD))
P6_TA(2006)0378A6-0300/2006

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (6282/3/2006 – C6-0272/2006),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0488)(2),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2005)0536)(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0300/2006),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

(1) ĠU C 193 E, 17.8.2006, p. 99.
(2) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
(3) Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.


Linji gwida strateġiċi dwar il-koeżjoni ***
PDF 195kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni (11807/2006 – C6-0266/2006 – 2006/0131(AVC))
P6_TA(2006)0379A6-0281/2006

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11807/2006),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu  161 tat-Trattat KE (C6-0266/2006),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-18 ta' Mejju ta' l-2006 dwar il-preparazzjoni tal-proċedura ta' kunsens għal-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-perjodu 2007-2013 (Politika ta' Koeżjoni bħala Appoġġ għat-Tkabbir u għall-Impjiegi)(1), li wasslu għal djalogu bikri bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew li għandu jerġa' jsir qabel l-evalwazzjoni intermedjarja tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji kif stipulat fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 75(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0281/2006),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill ;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P6_TA(2006)0216.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p 25


Servizzi ta' interess ġenerali
PDF 401kWORD 119k
dwar il-'White Paper' tal-Kummissjoni dwar servizzi ta' interess ġenerali (2006/2101(INI))
P6_TA(2006)0380A6-0275/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'White Paper dwar servizzi ta' interess ġenerali' (COM(2004)0374),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem 'L-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju ta' Liżbona: Servizzi soċjali ta' interess ġenerali fl-Unjoni Ewropea' (COM(2006)0177),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku mogħti li ċerti intrapriżi fdati bl-eżekuzzjoni ta" servizzi ta" interess ekonomiku ġenerali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li jirrigwarda l-aċċess għal servizzi ta" interess ekonomiku ġenerali,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 5, 16, 73, 86, 87, 88, u 295 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar servizzi ta' interess ġenerali, b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2001 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 'Servizzi ta' Interess Ġenerali fl-Ewropa'(2), ir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Jannar 2004 dwar il-"Green Paper" tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali(3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Frar 2005 dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku(4),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi fis-suq intern(5),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta' Diċembru 2000, tal-Kunsill Ewropew ta' Laeken ta' l-14 u l-15 ta' Diċembru 2001 u tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 dwar servizzi ta' interess ġenerali,

–   wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tas-servizzi ta" interess ġenerali, partikolarment is-sentenza tiegħu tad-19 ta" Mejju 1993 fil-każ 320/91, Corbeau(6), tas-27 ta' April 1994 fil-każ C-393/92, Almelo(7), FR, tat-18 ta' Novembru 1999 fil-każ C-107/98 Teckal(8), tat-3 ta' Lulju 2003 fil-Każijiet konġunti C-83/01 P, C-93/01 P u C-94/01 P, Chronopost(9), ta' l-24 ta' Lulju 2003 fil-każ C-280/00, Altmark(10), tas-27 ta' Novembru 2003 fil-Każijiet konġunti C-34/01 sa C-34/01, Enirisorse(11), u tal-11 ta' Jannar 2005 fil-każ C-26/03, Stadt Halle(12),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0275/2006),

A.   billi t-Trattati jipprovdu għal ekonomija tas-suq soċjali miftuħa u billi, fost oħrajn, il-prinċipji li ġejjin huma termini ta' referenza u huma importanti f'dan il-kuntest:

   is-solidarjetà, li tgħaqqad in-nies flimkien u li hija bbażata fuq l-objettivi ta" koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u ta" żvilupp sostenibbli,
   il-koperazzjoni, li tippermetti t-twettiq ta" l-aspirazzjonijiet transnazzjonali u Ewropej fit-Trattati u fil-programmi ta" l-UE,
   fruntieri miftuħa u suq intern bil-libertà tal-moviment għall-persuni, għall-prodotti, għas-servizzi u għall-kapital, biex ikunu integrati l-ekonomiji u s-soċjetajiet u biex jiżdiedu l-ġid u l-benessri soċjali taċ-ċittadini Ewropej,
   il-kompetizzjoni, sabiex ikun possibbli l-ikkompletar tas-suq intern fuq il-bażi ta' regoli soċjali ta' l-ekonomija tas-suq u mmexxija mil-liġi tal-kompetizzjoni, li hija qasam essenzjali tal-liġi demokratika u, fuq kollox, sabiex jiġi evitat l-abbuż tal-monopolji u tas-setgħa ekonomika u sabiex jiġu garantiti l-innovazzjoni, il-kwalità għolja bi prezz raġonevoli, id-diversifikazzjoni ta' l-għażliet tal-konsumatur u l-protezzjoni legali għall-konsumaturi,
   is-sussidjarjetà, ibbażata fuq l-Artikolu 5 tat-Trattat KE, li tiżgura l-pluralità ta' l-Istati Membri u tat-tradizzjonijiet differenti fl-UE u li l-UE taħdem b'mod kemm jista' jkun effiċjenti u mill-qrib maċ-ċittadini, meta, u biss meta, din tikseb riżultat aħjar minn azzjonijiet fuq il-livell nazzjonali u subnazzjonali,
   il-proporzjonalità, li permezz tagħha kwalunkwe azzjoni mill-Komunità m'għandhiex tmur lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattat, u
   id-demokrazija, li taħtha l-votazzjoni universali hi s-sors ta" leġittimità għall-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u lokali li jiddeterminaw u jorganizzaw l-għanijiet, il-forniment tas-servizzi u l-iffinanzjar tas-servizzi ta" interess ġenerali (SGIs),

B.   filwaqt li, l-SGIs mhumiex biss element importanti ta koeżjoni soċjali u ekonomiku, iżda jikkontribwixxu wkoll b'mod konsiderevoli għall-kompetittività ta' l-ekonomija Ewropea,

C.   billi l-kompetizzjoni li hi ntiża biex tiffaċilita t-twettiq tas-suq wieħed ibbażat fuq ir-regoli ta l-ekonomija soċjali tas-suq u li hu rregolat mir-regolamenti tal-kompetizzjoni, hi dritt demokratiku sostantiv, li jrażżan mhux biss tas-setgħa ta l-Istat iżda fuq kollox l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti u tipproteġi d-drittijiet tal-konsumatur,

D.   billi l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej issa hija estensiva, qiegħda tiżviluppa kontinwament u tirrigwarda aspetti varji ta' l-SGIs, inklużi l-għajnuna mill-Istat, it-trattament indaqs u/jew it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni,

E.   filwaqt li kkunsidra l-iżvilupp fil-każijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità ta' l-SGIs mar-regoli tas-suq intern u mar-regoli Ewropej dwar il-kompetizzjoni, u wara li kkunsidra l-ħtieġa li jirrispondi għal dan billi jiċċara l-liġi pożittiva Ewropea f'dan il-qasam,

F.   billi l-evoluzzjoni tas-swieq u l-mod li bih is-soċjetajiet jorganizzaw lilhom infushom hu suġġett għal żvilupp dinamiku li hu differenti f'kull Stat Membru, l-applikazzjoni ta' regoli u definizzjonijiet riġidi tkun ostakolu biex jintlaħqu l-aħjar riżultati ekonomiċi u soċjali,

G.   billi f'ambjent soċjali u ekonomiku daqstant divers bħalma huwa dak ta' l-UE huwa impossibbli li tiddefinixxi l-SGIs b'mod uniformi,

H.   billi d-disponibilità ta" SGIs effiċjenti hi parti integrali mis-sistemi ekonomiċi, mis-sistemi tas-soċjetà u mis-sistemi soċjali ta" l-Istati Membri kollha , filwaqt li din id-disponibilità tvarja b'mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor u filwaqt li l-objettiv li s-suq intern ta" l-UE jitwettaq b'suċċess għandu jippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu SGIs effettivi u effiċjenti, li jirrispettaw b'mod sħiħ l-interessi taċ-ċittadini fir-rwol doppju tagħhom ta' konsumaturi ta' servizzi u persuni li jħallsu t-taxxi kif ukoll ir-responsabilitajiet ta' l-Istati Membri mingħajr ma jindaħlu bla bżonn fil-libertà ta" awtoritajiet lokali u reġjonali li jistabbilixxu u jiżguraw il-kwalita' għolja, frekwenza, prezz li jintlaħaq u aċċessibilità ta" dawk is-servizzi,

I.   billi l-SGIs u servizzi ta' interess ġenerali ekonomiku (SGEIs) għandhom jiġu provduti b'mod indaqs fil-partijiet kollha ta' l-UE; billi l-koeżjoni ekonomika u soċjali għandha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp armonjuż ġenerali ta' l-UE, b'mod speċjali fl-Istati Membri l-ġodda,

J.   billi, meta jitqies il-prinċipju ta' sussidjarjetà skond l-Artikolu 5(2) tat-Trattat KE, huma l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u/jew lokali tagħhom li għandhom jiddefinixxu l-SGIs tagħhom, u jiddeċiedu liema servizzi għandhom ikunu koperti, u kif għandhom ikunu organizzati, finanzjati, mogħtija, evalwati u kontrollati, u dan għandu jkun rispettat b'mod sħiħ fl-abbozzar ta' leġiżlazzjoni ulterjuri,

K.   billi, fil-kwistjoni tal-kompatibilità bejn is-suq interni tas-suq u tal-kompetizzjoni u l-operat mingħajr problemi ta' l-SGIs, trid tinħoloq iċ-ċertezza legali biex tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali relevanti l-ispazju għall-manuvrar li huwa neċessarju sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet u jevitaw il-kunflitti u l-proċeduri legali, bir-rispett dovut lejn is-suq intern u lejn il-pożizzjoni tal-Parlament, imsemmija hawn fuq, dwar is-servizzi fis-suq intern kif ukoll l-implimentazzjoni ċara tar-regoli interni tas-suq u tal-kompetizzjoni,

L.   billi d-direttivi settorjali ta" l-UE dwar l-SGEIs fl-industriji f'netwerk u f'setturi oħra li fihom inkiseb jew beda l-ftuħ tas-suq għamlu suċċess fil-forniment ta" servizzi aħjar bi prezzijiet iktar baxxi u jipprovdu qafas ta" min joqgħod fuqu,

M.   billi l-multitudni ta' inizjattivi speċifiċi għas-setturi li huma relatati mal-ftuħ tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi u l-pożizzjoni tal-Parlament, imsemmija hawn fuq, dwar servizzi fis-suq intern, tkabbar l-opportunitajiet għall-kompetizzjoni u għall-operat aħjar anke fl-oqsma ta' l-SGEIs, li tenfasizza l-bżonn ta' ċarezza legali dwar l-SGIs,

N.   billi l-SGEIs għandhom effett dirett fuq is-suq intern għas-servizzi, u numru ta' setturi li jipprovdu SGEIs irnexxilhom jimmodernizzaw u jintegraw f'dawn is-swieq tas-servizzi; billi din l-integrazzjoni inkisbet b'mod kontrollat u kienet akkumpanjata minn miżuri għall-protezzjoni ta' l-interess ġenerali, b'mod partikulari l-kunċett ta' servizzi universali,

O.   billi l-Artikolu 16 tat-Trattat KE jirrikonoxxi l-importanza ta' l-SGEIs, billi l-Artikoli 43 sa 49 tat-Trattat KE jipprovdi bażi legali għall-formular ta' azzjoni Komunitarja rigward il-forniment b'xejn ta' servizzi; billi l-Artikoli 86 u 87 tat-Trattat KE u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja jagħtu qafas ċar dwar kif għandhom jiġu trattati l-għajnuna ta' l-Istat, kif ukoll il-modalitajiet u l-livelli ta' finanzjament tas-servizzi ta" l-SGEIs; billi l-Artikolu 95 tat-Trattat KE huwa l-bażi legali xierqa biex jiġu trattati kwistjonijiet relatati mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku u kwistjonijiet relatati;

P.   billi, filwaqt li l-Artikoli 16 u 86(2) tat-Trattat KE jirreferu għal SGEIs, it-Trattat KE ma joffri ebda definizzjoni tagħhom; billi l-SGIs mhumiex imsemmija fit-Trattat KE iżda ġew introdotti bħala kunċett f'komunikazzjoni tal-Kummissjoni; u billi, skond il-pożizzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq dwar is-servizzi fis-suq intern, l-SGEIs għandhom ikunu eżenti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar is-Servizzi proposta u l-SGIs għandhom ikunu eżenti b'mod sħiħ mid-Direttiva;

Q.   billi li l-forom differenti ta" amministrazzjoni u sħubija bejn operaturi ekonomiċi li jwettqu SGIs u SGEIs qed jiġu mħeġġa, u billi dan għandu jseħħ f'konformità mar-responsabiltajiet ta" l-Istati Membri dwar il-forniment u l-akkwist ta" dawk is-servizzi fl-interessi ta" l-effettività u tal-kwalità għolja,

R.   billi l-għan tal-Komunità għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur flimkien ma' konformità stretta mal-prinċipju ta' sussidjarjetà għandu jkun aktar iffukat,

S.   billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi u tirrispetta l-aċċess għall-SGEIs bil-għan li tippromwovi il-koeżjoni soċjali u territorjali ta' l-Unjoni,

1.  Iqis li r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-SGIs tat-13 ta' Novembru 2001, l-14 ta' Jannar 2004 u t-22 ta' Frar 2005 jibqgħu validi, b'mod partikulari fid-dawl ta'

   il-prinċipju tas-sussidjarjetà,
   id-deregolazzjoni, u
   il-kisba tas-suq intern u l-bżonn li jiġu provduti servizzi ta' kwalità għolja;
  

ifakkar li l-fattur importanti mhuwiex min jipprovdi l-SGIs, iżda li jinżammu l-istandards ta' kwalità u bilanċ soċjali ġust, u li l-kriterji jkunu bbażati fuq il-fatt li jkunu ta' min joqgħod fuqhom u l-kontinwità tal-provvista; ifakkar li l-Parlament iqis li l-SGEIs ikopru firxa wiesgħa ħafna ta' industriji;

2.  Jinnota li huwa partikularment importanti, sabiex jiġu sfruttati b'mod sħiħ l-opportunitajiet offruti mis-suq intern, li l-kundizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-modernizzazzjoni tas-swieq jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta, trasparenti u effiċjenti, filwaqt li jżommu l-koeżjoni soċjali u l-aċċessibilità universali għas-servizzi, u jiġu evitati abbużi ta' pożizzjoni dominanti u l-formazzjoni ta' monopolji ġodda, li jxekklu l-aċċess għas-suq għal parteċipanti ġodda;

3.  Jisħaq li l-SGIs għandhom ikunu ta' kwalità għolja, għandhom ikollhom kopertura komprensiva, għandhom jiġu pprovduti bl-aħjar prezz, għandhom jirrispettaw il-bilanċ soċali u għandhom jiġu provduti fuq il-bażi ta' sigurtà ta' provvista dejjiema; u jenfasizza li l-maġġoranza ta' l-SGIs jistgħu jiġu provduti b' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, skond il-prinċipju li intrapriżi privati u dawk pubbliċi għandhom jirċievu trattament indaqs;

4.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament b'analiżi komprensiva ta' l-effetti tal-liberalizzazzjoni s'issa, b'mod partikulari dwar is-sitwazzjoni tal-konsumaturi u ta' l-impjegati konċernati;

5.  Jenfasizza li l-parti l-kbira ta' l-SGEIs jingħataw fis-suq intern u għaldaqstant, bħala kwistjoni ta' prinċipju, huma suġġetti għal regoli dwar is-suq intern, l-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni u l-għajnuna ta' l-Istat, kif ukoll kontrolli tal-Kummissjoni għal kull abbuż, mingħajr ħsara għall-fatt li l-applikazzjoni tar-regoli ma xxekkilx it-twettiq, fil-liġi jew fil-fatt, tal-ħidmiet partikulari li ġew mogħtija lill-SGEIs, kif provdut f'Artikolu 86(2) tat-Trattat KE; jenfasizza li, skond l-Artikolu 16 tat-Trattat KE dwar l-SGEIs, il-Komunità u l-Istati Membri huma responsabbli, fill-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex jiżguraw li joperaw fuq il-bażi ta' prinċipji u kundizzjonijiet li jagħmluha possibbli li huma jaqdu l-missjoni tagħhom;

6.  <0} {0><}72{>Jikkunsidra li r-rekwiżiti leġittimi ta' interess ġenerali m'għandhomx ikunu użati bħala skuża għall-għeluq mhux xieraq tas-swieq tas-servizzi fir-rigward ta' fornituri internazzjonali meta dawn ta' l-aħħar jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw dawn ir-rekwiżiti u jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu dan;

7.  Jenfasizza li b'mod speċjali wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, trid tiġi żgurata l-koeżjoni fil-qasam ta' l-SGEIs u li fil-qafas tal-politika strutturali, l-infrastrutturi ta' l-Istati Membri għall-SGEIs ibbażati fuq netwerk iridu jkunu marbuta ma' xulxin u trid tkun imsaħħa l-koperazzjoni transkonfinali sabiex jinħoloq suq intern tassew u sabiex tkun iffaċilitata l-istandardizzazzjoni;

8.  Iqis il-piż ekonomiku ta' dawn is-servizzi u l-importanza tagħhom għall-produzzjoni ta' oġġetti oħra u l-forniment ta' servizzi oħra; jenfasizza li l-mod ta' kif l-SGEIs huma organizzati jista' jeffettwa s-suq intern, pereżempju billi jipprojbixxi li jkunu stabbiliti fil-pajjiż fejn ġie provdut is-servizz;

9.  Iqis li l-għan tar-regoli tal-kompetizzjoni għandu jkun it-titjib tal-kwalità tal-forniment tas-servizz, l-għażla tal-konsumatur u prezzijiet raġonevoli u li jiġu realizzati għanijiet oħra ta' interess pubbliku, li jinkludu l-iżvilupp sostenibbli;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara d-distinzjoni bejn l-SGIs u l-SGEIs billi jiżviluppaw kriterji operazzjonali, li jqisu t-tradizzjonijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri, u li jkunu bbażati fuq in-natura ta' oġġetti kollettivi u finanzjar pubbliku jew bil-mekkaniżmi ta' solidarjetà ta' l-SGIs; jenfasizza li għal ħafna SGIs, huwa diffiċli li jagħmlu d-distinzjoni bejn aspetti ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi, minħabba l-karattru dinamiku ta' dawn is-servizzi u l-iżvilupp rapidu tagħhom; jilqa', għaldaqstant, il-fatt li, fil-"White Paper" tagħha dwar l-SGIs, il-Kummissjoni indikat li "t-twettiq effettiv ta' ħidma ta' interess ġenerali tirbaħ, f'każ ta' tensjoni, fuq l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat"; jirrikonoxxi li oqsma wiesgħa ta' l-SGIs m'għandhomx jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern u l-kompetizzjoni permezz ta' attentat biex jiġu definiti l-SGIs; jinnota li definizzjoni preċiża ta' SGEIs u ta' SGIs tmur kontra l-libertà ta' l-Istati Membri li jiddefinixxu l-SGIs tagħhom;

11.  {0><}100{>11.<0} {0><}89{>Jikkunsidra li l-Artikolu 86(2) tat-Trattat KE jipprovdi garanziji għall-Istati Membri biex jiżguraw li l-SGEIs huma pprovduti skond l-obbligazzjonijiet universali tas-servizzi stabbiliti mil-liġi Komunitarja jew mill-Istati Membri;<0} {0><}93{>isegwi l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li hemm relazzjoni parallela bejn din l-evalwazzjoni u l-eżami ta' proporzjonalità fil-qafas ta' l-Artikolu 49 tat-Trattat;<0}

12.  Ifakkar il-fatt li r-regoli fis-seħħ f'dan il-qasam huma definiti mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-interpretazzjoni tal-Kummissjoni ta' każijiet individwali, u li għaldaqstant, la ċ-ċertezza legali neċessarja u lanqas it-trasparenza adegwata għadha ma inkisbet;

13.  Jitlob għal aktar kjarifika mingħand il-Kummissjoni b'mod partikulari dwar żewġ mistoqsijiet prinċipali: il-konsegwenzi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja bbażata fuq approċċ settorjali u l-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni għal SGIs u SGEIs, b'mod speċjali fir-rigward ta' l-iffinanzjar ta' dawn is-servizzi;

14.  Jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali wrew li huma l-livell xieraq, u qrib taċ-ċittadin, għall-forniment ta' l-SGIs, u li għadhom il-livell xieraq għall-garanzija tad-dritt ta' involviment, tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-benessri pubbliku fir-rigward ta' tali servizzi; jinnota li l-livell ta' gvern Ewropew għandu jgħin fl-aċċertar li l-kapaċita' tal-livell ta' gvern lokali u reġjonali li jipprovdi tali servizzi ma tkunx ipperikolata;

15.  Huwa ta' l-opinjoni, għaldaqstant, li, fl-interessi ta':

   - l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, sabiex fejn hemm bżonn ikunu jistgħu jipprovdu u jiggarantixxu servizzi xierqa fl-interess taċ-ċittadini kollha, bir-rispett dovut lejn is-suq intern u l-pożizzjoni tal-Parlament hawn fuq imsemmija dwar is-servizzi fis-suq intern,
   - il-kumpanniji pubbliċi, dawk li jaħdmu għal skopijiet ta' qligħ u dawk li le li jipprovdu jew joffru dawn is-servizzi, sabiex ikunu konxji tal-kundizzjonijiet u ta' l-obbligi li jistgħu jiġu imposti fuqhom mill-awtoritajiet skond is-suq intern u l-leġiżlazzjoni fis-seħħ, minħabba l-missjonijiet ta' interess ġenerali li jiġu fdati f'idejhom, u
   - l-utenti tas-servizzi, sabiex ikunu ċerti li s-servizzi definiti u żviluppati mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali tagħhom skond il-kundizzjonijiet lokali ikunu jistgħu jiġu provduti, suġġetti għal kundizzjonijiet xierqa dwar il-kompetizzjoni, fejn hu possibbli, aċċessibilità, kwalità, li jkunu ta' prezz li jintlaħaq, innovazzjoni, adattabilità, kontinwità, li jservu, trattament indaqs, ippjanar fit-tul, sikurezza, universalità, eċċ.,
  

il-Kummissjoni għandha tressaq il-kjarifiki legali, linji gwida u prinċipji dwar numru ta' suġġetti problematiċi, inkluż b'mod partikulari l-applikazzjoni tar-regoli tas-suq intern u tal-kompetizzjoni fil-qasam ta' l-SGIs u ta' l-SGEIs, filwaqt li tiżgura r-responsabiltà demokratika dwar l-applikazzjoni ta' regoli dwar l-SGIs u l-SGEIs lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u dawk lokali; jinnota li hemm bżonn li jiġi ċċarat il-qsim tar-responsabiltajiet bejn l-UE u l-Istati Membri, u jqis li l-approċċ settorjali li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika fis-setturi rilevanti għandu jkun element important f'dan ir-rigward; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li wara evalwazzjoni xierqa tat-Trattat u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-SGIs għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri; jinnota, barra minn hekk, li m'hemmx bażi legali għal proposta li titlob li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat KE għal servizzi partikulari;

16.  Jenfasizza li l-bżonn għal regolament eżistenti jew futuri li jkunu speċifiċi għas-setturi u bbażati fuq regoli tas-suq intern u rispett għas-sussidjarjetà, u jenfasizza li regoli li huma speċifiċi għas-setturi m'għandhomx jitpoġġew fid-dubju; ifakkar is-suċċess ta' dawn ir-regolamenti speċifiċi għas-setturi, u jirrakomanda li l-approċċ settorjali jiġi estiż għal setturi oħra;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq aktar ċertezza legali fil-qasam ta' l-SGIs tal-kura soċjali u tas-saħħa, u biex tressaq proposta għal direttiva tal-Kunsill u tal-Parlament li tkun speċifika għas-settur għal dawk l-oqsma fejn huwa xieraq;

18.  Iħeġġeġ lill-Kunsill, għaldaqstant, biex malajr kemm jista' jkun, jadotta pożizzjoni komuni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri rigward l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport b'ferroviji, toroq u ilmijiet interni(13);

19.  Jirrakkomanda li, meta awtorità kompetenti tidentifika il-provvista ta' servizz bħala SGEIs, l-obbligu tas-servizz pubbliku għandu jingħata permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti li tkun ġusta u trasparenti, bbażata fuq kundizjonijiet ugwali għall-kompetituri kollha, jew inkella permezz ta' att legali adattat li għandu jissodisfa l-kriterji tat-trasparenza;

20.  Jilqa" l-qafas legali Komunitarju propost dwar l-għajnuna ta" l-Istat fil-forma ta" kumpens għal obbligi tas-servizz pubbliku u l-pjan tal-Kummissjoni biex tiġi riveduta d-Direttiva 80/723/KEE tal-25 ta' Ġunju 1980 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja ma' ċerti intrapriżi(14);

21.  Jirrakkomanda li meta awtorità kompetenti jkollha l-ħsieb li tiffinanzja lill-SGEIs minbarra permezz ta" finanzjament dirett mill-baġit ġenerali tagħha, l-awtorità partikolari għandha tagħżel forma ta" finanzjament li jkun skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE, partikolarment ta" l-Artikolu 86(2), speċjalment meta tagħti drittijiet esklussivi u speċjali, meta tagħti kumpens għall-provediment ta" servizzi pubbliċi jew meta tistabbilixxi fond għall-provediment ta" servizzi pubbliċi, jinnota li fil-każijiet kollha dan se jirrikjedi sistema trasparenti ta" tariffi kif ukoll finanzjament xieraq u trasparenti;

22.  Jirrakkomanda li meta awtorità kompetenti tkun bi ħsiebha tagħti kumpens għall-provediment ta" servizzi pubbliċi biex tiżgura l-iffinanzjar ta" SGIs, dan il-kumpens m'għandux jitqies bħala għajnuna mingħand l-Istat skond it-tifsira ta" l-Artikolu 87 tat-Trattat KE, sakemm:

   il-benfiċjarju għandu jkun fdat b'missjoni ta" servizz pubbliku ddefinita b'mod ċar;
   il-parametri biex jiġu kkalkulati l-ħlasijiet ta" kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti;
   il-livell ta" kumpens ma jaqbiżx l-ispejjeż magħmula fil-kwittanza ta" l-obbligi tas-servizz pubbliku, li jippermetti profitt raġonevoli;
   il-benefiċjarju jintgħażel f'offerta pubblika jew jingħata kumpens li ma jaqbiżx l-ispejjeż ta" impriża li hi mmexxija b'mod tajjeb u li hi mgħammra b'mod xieraq bil-mezzi biex tipprovdi s-servizz pubbliku; u
   tkun ħarġet proċedura trasparenti;
  

jenfasizza, iżda, li l-ammont ta" kumpens m'għandux jaqbeż dak li hu neċessarju għat-tħaddim tas-servizz u ma jistax jintuża biex jiffinanzja attivitajiet barra l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz partikolari, fil-forma ta" sussidji inkroċjati; jirrimarka li l-kumpens irid ikun disponibbli lill-operaturi kollha fdati bil-provediment ta" SGIs, irrispettivament mill-istat legali tagħhom;

23.  Juri l-importanza li jkunu applikati b'mod ċar id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2005/842/KE; jenfasizza, iżda, li l-ħlas ta" kumpens sempliċi għal obbligi tas-servizz pubbliku m'għandux jitqies bħala għajnuna ta" l-Istat, u li l-liġi għandha tiġi emendata kif xieraq;

24.  Jenfasizza li hu f'idejn l-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi jekk tipprovdix SGI direttament jew jekk tafdax il-provvista f'idejn fornituri esterni ta" servizzi bi skop jew mingħajr skop ta" qligħ, filwaqt li teżerċita l-istess kontroll bħal dak maħsub għal servizzi pprovduti direttament; fil-każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li testernalizza l-provvista ta' SGIs, trid tinħareġ sejħa għall-offerti; barra minn hekk, għandu jiġi rrispettat il-prinċipju ta" awtonomija lokali u reġjonali, li jagħti lill-awtorità kompetenti d-dritt li tagħżel, filwaqt li tqis l-interess pubbliku, kif l-aħjar għandu jingħata kull servizz;

25.  Hu ta" l-opinjoni li l-esternalizzazzjoni tal-provvista ta" SGIs normalment timponi fuq l-awtorità partikolari l-obbligu li tassenja s-servizz fuq il-bażi ta" kuntratt ta" servizz pubbliku, wara proċedura ta" sejħa pubblika għall-offerti; jinnota li l-prinċipju ta" l-għoti ta" kuntratt ta" servizz pubbliku għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti l-opportunità li tittrasferixxi kuntratt ta" servizz pubbliku f'emerġenzi; jitlob lill-Kummissjoni, flimkien ma" l-Istati Membri u l-Parlament, biex jiċċaraw l-kriterji rilevanti fid-direttivi dwar l-akkwisti jew fil-forma ta" regolament; f'dan il-kuntest, jafferma li l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu jistgħu jassenjaw ħidmiet ta" servizzi direttament lil kumpanniji interkomunali jew lil forom simili ta" arranġamenti konġunti, jew lil kumpanniji li huma jippossiedu jew li jikkontrollaw, sakemm tali entitajiet jwettqu l-parti essenzjali ta' l-attivitajiet tagħhom għall-awtorità jew l-awtoritajiet li jikkontrollaw, u ma jikkompetux fi swieq esterni iżda jikkostitwixxu biss prattika ta" organizzazzjoni domestika u jrid jinstab arranġament li ma jeskludix b'mod kategoriku l-parteċipazzjoni privata mill-bidu nett;

26.  Jitlob f'dan il-kuntest, u fl-interessi ta" titjib possibbli fl-effiċjenza permezz ta" l-involviment ta" operaturi u metodi ġodda ta" provediment ta" SGIs, għal iktar ċertezza legali bħala kwistjoni ta" urġenza rigward il-forom differenti ta" organizzazzjonijiet inter-awtoritarji (koperazzjoni bejn awtoritajiet lokali, sħubija pubblika-privata, għoti ta" konċessjonijiet), u l-kjarifika tal-liġi Ewropea dwar il-kompetizzjoni, dwar l-għoti ta" kuntratti u dwar l-għajnuna ta" l-Istat, u rigward il-kriterji ġenerali applikabbli madwar l-Ewropa; jenfasizza li għandu jkun hemm kjarifika legali dwar l-esternalizzazzjoni ta" servizzi pubbliċi, li huma ta" natura differenti minn kuntratti pubbliċi; jitlob lill Kummissjoni biex tiċċara r-regoli għall-għoti ta" tali servizzi esternalizzati u biex tagħmel distinzjoni ċara bejn dawk ir-regoli u r-regoli li jirregolaw l-kuntratti pubbliċi;

27.  Hu ta" l-opinjoni li l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li fis-setturi li fihom tkun stipulat regoli għal obbligi ta" servizz universali pubbliku jew objettivi partikolari, it-tipi ta" regoli u strumenti adattati għal kull settur għandhom ikunu applikati fuq il-bażi ta" regoli trasparenti;

28.  Hu wkoll ta" l-opinjoni li linji gwida fil-livell nazzjonali u lokali huma meħtieġa fl-oqsma li ġejjin, fl-interessi tat-trasparenza u l-protezzjoni tal-konsumatur:

   li jiddefinixxu l-proċeduri għall-aċċess għan-netwerks eżistenti fejn l-aċċess huwa neċessarju għall-provediment ta" servizzi;
   li jiddefinixxu l-prezz u/jew il-kondizzjonijiet tat-tariffi għall-provediment ta" servizzi;
   li jaċċertaw il-kompetizzjoni u l-opportunitajiet għal imprendituri ġodda fejn ikun possibbli;
   li jistabbilixxu regoli dwar ftehimiet barra mill-qorti bejn il-fornituri u l-utenti, ta" servizzi minkejja l-possibilità ta" azzjoni legali; u
   konsultazzjoni ta" u, kif ikun xieraq, referenza għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni rigward kwalunkwe element li jista" jwassal għal ksur tar-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni jew ta" dawk stipulati fit-Trattat KE;

29.  Jirrakkomanda, fl-interessi ta" SGIs ta" kwalità għolja u effiċjenti, li jkun inkoraġut il-benchmarking volontarju u mekkaniżmi ta" miżura tal-kwalità fil-livell nazzjonali u Ewropew; jirrakkomanda li l-iskambju ta" esperjenza u l-promozzjoni ta" l-aħjar prattiki jkunu appoġġjati u għandhom jinkludu lil partijiet interessati kollha kkonċernati; jissuġġerixxi li tali miżuri jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:

   l-iżvilupp ta" metodi ta" evalwazzjoni komprensivi, li jinkludu kriterji ekonomiċi, soċjali u ambjentali;
   il-ħarsien u s-sikurezza ta" l-utenti tas-servizz;
   l-adegwatezza u l-proporzjonalità ta" l-istandard rigward l-ispiża tas-servizz;
   it-tixrid u l-pubblikazzjoni bl-iktar mod wiesa" possibbli ta" l-istandard; u
   monitoraġġ sempliċi u effettiv ta" fedeltà ma" l-istandard, li jista" jiġi stipulat fuq il-bażi ta" karta jew ta" kodiċi ta" kondotta;

30.  Jisħaq fuq l-importanza li l-kapaċitajiet ta" sorveljanza ta" l-Istati Membri jkunu msaħħa sabiex ikun assigurat li l-objettivi tal-politika pubblika, inklużi prezzijiet li jintlaħqu u l-istandards tal-kwalità, ikunu milħuqa b'mod effettiv; ikompli jenfasizza li hu meħtieġ li sabiex l-awtoritajiet pubbliċi relevanti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-istrumenti u l-kompetenza esperta adegwati sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw il-kompetizzjoni u sabiex jiżguraw il-ħarsien tal-konsumatur;

31.  Jitlob lill-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' din ir-riżoluzzjoni kif ukoll skond ir-riżoluzzjoni ta" l-14 ta" Jannar 2004 hawn fuq imsemmija, ir-riżoluzzjoni tagħha tad-9 ta" Marzu 2005 dwar ir-reviżjoni ta" nofs it-terminu ta" l-Istrateġija ta" Liżbona(15), biex jiġu proposti inizjattivi legali adattati, kif imsemmi f'din ir-riżoluzzjoni, u jfakkar li d-drittijet ta" kodeċiżjoni, fejn previsti mit-Trattat, għandhom ikunu mħaddma b'mod sħiħ mill-partijiet kollha involuti fil-qasam ta" l-SGIs u l-SGEIs;

32.  Jirrimarka li l-ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità u l-obbligi li jiġu magħhom għandhom ikunu kompatibbli mal-linji politiċi u r-regoli interni tal-Komunità;

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67.
(2) ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 153.
(3) ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 294.
(4) ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 117.
(5) Testi Adottati, P6_TA(2006)0061.
(6) [1993] ECR I-2533.
(7) [1994] ECR I-1477.
(8) [1999] ECR I-8121.
(9) [2003] ECR I-6993.
(10) [2003] ECR I-7747.
(11) [2003] ECR I-14243.
(12) [2005] ECR I-1.
(13) ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1.
(14) ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35. Direttiva kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 2005/81/KE (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 47).
(15) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 164.


Il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni
PDF 384kWORD 152k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni (2006/2118(INI))
P6_TA(2006)0381A6-0269/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-progress tat-Turkija 2005 COM(2005)0561),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2005 dwar il-ftuħ tan-negozjati mat-Turkija(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2006 dwar il-karta ta' strateġija 2005 tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar ir-rapport regolari ta' l-2004 u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2005 dwar l-irwol tan-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika fit-Turkija(4),

–   wara li kkunsidra l-Qafas tan-Negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/35/KE tat-23 ta' Jannar 2006 dwar il-prinċipji, l-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet tas-Sħubija ta' Adeżjoni mat-Turkija(5), li tħejji l-prijoritajiet fuq żmien qasir u fuq żmien medju,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta' appoġġ finanzjarju biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku tal-Komunità Ciprijotta Torka(6),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-Turkija tad-29 ta' Lulju 2005 dwar Ċipru, id-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Settembru 2005 u l-Pjan ta' Azzjoni tat-Turkija ta' l-24 ta' Jannar 2006,

–   wara li kkunsidra l-karta tal-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea mressqa fl-okkażjoni tal-45 laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija fit-12 ta' Ġunju 2006,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0269/2006),

A.   billi fit-3 ta' Ottubru 2005 il-Kunsill approva qafas għal negozjati mat-Turkija għall-adeżjoni tagħha ma' l-UE, u b'hekk għamilha possibbli li jibdew in-negozjati immedjatament wara dik il-laqgħa, billi l-Kummissjoni bħalissa qed tagħmel il-proċess formali ta' eżaminazzjoni ta' l-acquis, li qed javvanza f'ċerti oqsma tal-politika, u billi wieħed mill-kapitoli, "Xjenza u Riċerka", infetaħ u ingħalaq b'mod proviżorju waqt il-Konferenza ta' l-Adeżjoni tat-12 ta' Ġunju 2006,

B.   billi l-avvanz tan-negozjati se jiddependi mit-twettiq tal-prijoritajiet stipulati fis-Sħubija ta' l-Adeżjoni, ir-rekwiżiti tal-Qafas ta' Negozjazzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet li joħorġu mill-Ftehima ta' Assoċjazzjoni (il-ftehima ta' Ankara) u l-Protokoll Anċillari tagħha, li jinkludu l-ilħuq ta' ftehim komprensiv dwar il-kwistjonijet tal-fruntieri u ftehim komprensiv dwar Ċipru, li jkun appoġġjat miż-żewġ naħat ta' dik il-gżira,

C.   billi l-konformità mal-kriterji kollha ta' Copenhagen dejjem kien il-bażi għall-adeżjoni ma' l-UE, u għandu jibqa' hekk għal adeżjonijiet futuri,

D.   billi l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2004 u t-28 ta' Settembru 2005, emfasizza li l-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni kellu jkun rakkomandat sakemm ikun hemm qbil li, fl-ewwel fażi tan-negozjati, għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni sħiħa tal-kriterji politiċi, li kull sessjoni tan-negozjati fuq livell ministerjali tkun preċeduta minn evalwazzjoni tal-kriterji politiċi mhux biss fit-teorija iżda wkoll fil-prattika, b'hekk issir pressjoni effettiva u permanenti fuq l-awtoritajiet Torok biex iżommu l-pass tar-riformi neċessarji, u li għandhom ikunu stabbiliti programm sħiħ ta' miri ċari, perjodi taż-żmien u skadenzi għall-ilħuq tal-kriterji politiċi,

E.   billi, filwaqt li jirrikonoxxi li l-ħeġġa għal riforma b'suċċess għandha jkollha għeruq sodi fil-gvern u fis-soċjeta tat-Turikja, sabiex tiggarantixxi s-sostenibilità u l-irriversibilità tal-proċess tar-riforma, l-UE għandha tkompli timmonitorja l-iskop tar-riformi u ta' l-implimentazzjoni tagħhom,

F.   billi l-Kummissjoni kkonkludiet fir-Rapport tal-Progress tagħha li l-pass tal-bidla naqas is-sena li għaddiet, li l-implimentazzjoni għad mhix bilanċjata u li hemm bżonn ta' aktar sforzi sinjifikanti fir-rigward ta' libertajiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-libertà ta' l-espressjoni, id-drittijiet tan-nisa, il-libertajiet reliġjużi, id-drittijiet tat-trade unions, il-libertajiet politiċi, id-drittijiet tal-minoranzi, id-drittijiet lingwistiċi u kulturali, u t-tkomplija tat-tisħiħ tal-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin, u l-infurzar b'ħeffa u korrett tas-sentenzi tal-qrati mis-servizzi ta' l-Istat,

G.   billi l-progress fil-qasam tal-libertà ta' l-espressjoni għadu 'l bogħod milli jkun sodisfaċenti, li jippreżenta stampa mhix ċara li tinkludi ċerti żviluppi pożittivi, bħal-liberazzjoni riċenti tal-Professur Ibrahim Kaboğlu u l-Professur Baskin Oran, li ġew mixlija skond l-Artikoli 216 u 301 tal-Kodiċi Penali Tork, il-ġurnalist Murat Belge, il-kittieba Elif Shafak, il-kittieba Perihan Mağden u ta' l-awtur Orhan Pamuk, filwaqt li numru ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għadhom qed jiġu mixlija u ġurnalisti u pubblikaturi qed ikomplu jgħaddu ġuri, u l-ġurnalist Hrant Dink li l-każ tiegħu, minkejja l-liberazzjoni tiegħu permezz ta' deċizjoni tal-qorti, ġie riferut għall-Qorti tal-Kassazzjoni, u li qiegħed jiffaċċja sa tliet snin ħabs b'konnessjoni ma' kawża oħra, u oħrajn, bħall-attivista tad-drittijiet tal-bniedem Eren Keskin, li ġew sentenzjati;

H.   billi fit-12 ta' Lulju 2006 l-Qorti tal-Kassazzjoni ddeċidiet li tikkonferma sentenza sospiża ta' sitt xhur ħabs kontra Hrant Dink fuq l-bażi ta' l-Artikolu 301 tal-Kodiċi Penali Tork għax insulta "l-ispirtu Tork",

I.   billi t-Turkija għadha ma tirrikonoxxix il-ġenoċidju kontra l-Armeni, minkejja diversi talbiet mill-Parlament Ewropew u minn diversi Stati Membri,

J.   billi l-konvenzjonijiet internazzjonali għall-eliminazzjoni tat-terroriżmu għandhom jitqiesu b'attenzjoni meta tiġi abbozzata leġiżlazzjoni ġdida kontra t-terroriżmu,

K.   billi d-definizzjoni ta' reati terroristiċi għandha tiġi aġġornata man-normi u ma' l-istandards internazzjonali, b'mod partikulari l-prinċipju tal-legalità kif mitlub mill-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, dispożizzjoni li ma tħalli lok għall-ebda deroga anke waqt stat ta' emerġenza,

L.   billi l-Liġi Torka Kontra t-Terroriżmu li ġiet adottata riċentement tmur speċifikament kontra l-parir tar-Rapporteur Speċjali dwar it-Terroriżmu tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u billi din il-liġi iddgħajjef ir-riformi ta' qabel fil-qasam tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem billi terġa' tintroduċi elementi li kienu tneħħew permezz ta' riformi li saru qabel, u billi tista' tkompli tnaqqas l-eżerċitar ta' dawk id-drittijiet u libertajiet jekk tintroduċi definizzjonijiet wiesgħa tat-termini "att terroristiku" u " awturi tat-terroriżmu" u jekk testendi l-kamp ta' applikazzjoni tar-reati li jaqgħu taħt din il-liġi; billi t-Turkija, bħall-UE, għandha tfittex li tevita li kwistjonijiet ta' sigurtà jxekklu l-libertajiet taċ-ċittadini, xi ħaġa li toħloq tħassib komuni fl-UE kollha li qed tidher b'mod aktar ċar mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, u kif intwera aktar riċentement bil-wasla tal-Programm ta' The Hague,

M.   billi mill-aħħar rapport tal-Parlament ma sar l-ebda progress biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet iffaċċjati minn minoranzi reliġjużi, u billi l-Liġi dwar il-Fundazzjonijiet li hija mistennija li ssir mill-Parlament Tork ma tneħħix in-nuqqasijiet kollha identifikati fl-abbozz preċedenti, bħal pereżempju l-ħtif ta' l-assi ta' fundazzjonijiet reliġjużi, il-personalità ġuridika, id-dritt tat-taħriġ tal-kleru u l-immaniġġjar intern, u b'hekk ma tlaħħaqx ma' l-istandards ta' l-UE u l-aspettativi kemm ta' komunitajiet reliġjużi u, b'mod ġenerali, ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma neċessarji għal soċjetà ċivili mħallta u indipendenti,

N.   billi l-Protokoll "Emasya" ffirmat fl-1997 mill-Istaff Ġenerali u l-Ministeru ta' l-Intern jagħti lok, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jsiru operazzjonijiet militari meta hemm involuti kwistjonijiet ta' sigurtà interna,

O.   billi l-qawmien mill-ġdid tal-vjolenza fix-Xlokk tal-pajjiż, kif ukoll il-qawmien mill-ġdid ta' l-attivitajiet terroristiċi fil-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), li ġiet segwita minn żieda b'firxa wiesgħa fl-operazzjonijiet militari, huma theddida serja għall-paċi, l-istabbilità u d-demokrazija fit-Turkija, billi irid ikun enfasizzat li l-azzjoni kontra t-terroriżmu għandha tkun proporzjonali għat-theddida u tirrispetta dejjem il-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem,

P.   billi s-sena l-oħra ngħata sinjal kuraġġuż u promettenti mill-Prim Ministru Erdoğan, li fih indirizza l-kwistjoni Kurda, liema sinjal s'issa ma ġiex segwit b'azzjonijiet sustanzjali,

Q.   billi hemm nuqqas ta' strateġija komprensiva min-naħa tal-Gvern Tork dwar ir-reġjun tax-Xlokk, liema strateġija għandha timmira lejn l-iżvilupp politiku, ekonomiku u soċjali tar-reġjun, u billi l-proġett tax-Xlokk ta' l-Anatolja s'issa kellu impatt limitat ħafna f'Diyarbakir u fi provinċji oħra,

R.   billi l-għotja ta' permess biex isir xandir bil-Kurd permezz ta' tliet xandara huwa sinjal pożittiv lill-gruppi etniċi oħra fit-Turkija, għalkemm dan il-permess għadu suġġett għal restrizzjonijiet ta' ħin u ta' programmar,

S.   billi t-Turkija għadha trid timplimenta d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR), inkluż dawk li jikkonċernaw lil Ċipru, u billi ingħataw sentenzi fuq 290 każ mill-ECHR fl-2005, li 270 minnhom sabu mill-inqas ksur wieħed tad-drittijiet tal-bniedem,

T.   billi l-Gvern Tork huwa Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni Ewropea għal Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, li tistabbilixxi l-ECHR, u billi l-kritika tal-gvern Tork ta' deċiżjonijiet ta' l-ECHR f'każi speċifiċi tista' ddgħajjef l-aċċettazzjoni ta' l-istat tad-dritt fost il-pubbliku Tork,

U.   billi aktar minn 2000 applikazzjoni għall-ażil minn ċittadini Torok ġew aċċettati mill-Istati Membri ta' l-UE fl-2005,

V.   billi l-Kummissjoni, fir-rapport ta' progress tagħha, kkonkludiet li l-korruzzjoni għadha problema serja fit-Turkija, u billi fl-Indiċi tal-Perċezzjonijiet tal-Korruzzjoni ta' l-organizzazzjoni "Transparency International" fl-2005, it-Turkija għandha punteġġ medju ta' 3,5 (fuq skala fejn 0 ifisser "korrott ħafna" filwaqt li 10 jfisser "nadif ħafna"),

W.   billi l-ekonomija Torka hija meqjusa bħala ekonomija tas-suq li topera b'mod ħieles, u wriet tkabbir kbir (madwar 7,6%) u volum dejjem jikber ta' investiment barrani dirett fl-2005; billi, madankollu, jibqa' t-tħassib dwar id-defiċit fil-kont kurrenti, li qed ikompli jikber, u r-rata għolja ta' qgħad (madwar 10,9% f'Marzu 2006),

X.   billi l-pożizzjoni ġeografika strateġika tat-Turkija fir-reġjun, flimkien ma' numru ta' kwistjonijiet transnazzjonali (eż. l-enerġija, ir-riżorsi ta' l-ilma, it-trasport, l-immaniġġjar tal-fruntieri, il-ġlieda kontra t-terroriżmu), id-dinamiżmu ta' l-ekonomija u tar-riżorsi umani tagħha, jippermettu li jkollha rwol importanti fl-indirizzar ta' sfidi varji li jiffaċċja r-reġjun, u fl-iżvilupp futur ta' politika komuni għall-affarijiet barranin u sigurtà ta' l-UE;

Y.   billi l-isfond kulturali u storiku tat-Turkija jpoġġi lill-pajjiż f'pożizzjoni li jista' jqarreb l-Ewropa u d-dinja Musulmana,

Z.   billi s-sitwazzjoni ġeostrateġika tat-Turkija, is-sħubija fin-NATO u r-relazzjoni mad-dinja Musulmana tista' tirrappreżenta vantaġġ għall-politika tas-sigurtà għall-Ewropa,

AA. billi t-Turkija ffirmat, iżda ma rratifikatx u lanqas implimentat, il-Protokoll Anċillari li jestendi l-Ftehima ta' Ankara lill-Istati Membri ġodda, u billi dan jirriżulta, inter alia, f'embargo kontinwu kontra bastimenti li jtajru bandiera Ċiprijotta u bastimenti li javviċinaw minn portijiet fir-Repubblika ta' Ċipru u jċaħħadhom l-aċċess għal portijiet Torok, kif ukoll embargo kontra l-ajruplani Ċiprijotti li huma mċaħħda mid-dritt li jtiru fuq it-Turkija kif ukoll mid-dritt li jinżlu f'ajruporti Torok,
AB. billi, kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni imsemmija hawn fuq tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-21 ta' Settembru 2005 u fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-15-16 ta' Ġunju 2006, l-UE ser timmonitorja mill-qrib u tevalwa b'mod sħiħ, l-implimentazzjoni bla diskriminazzjoni tal-Ftehima ta' Ankara u tal-Protokoll Anċillari mit-Turkija fl-2006, u billi l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ddikjaraw li l-falliment min-naħa tat-Turkija biex timplimenta l-obbligi kuntrattwali tagħha b'mod sħiħ se jaffettwa l-progress ġenerali tan-negozjati,
AC. billi t-Turkija qed tkompli teżerċita imblokk mhux ġustifikat kontra l-Armenja; billi dan l-imblokk jhedded l-istabbilità tar-reġjun, ixekkel l-iżvilupp reġjonali ta' viċinat tajjeb u jikser il-prijoritajiet tas-Sħubija ta' l-Adeżjoni riveduta u r-rekwiżiti tal-Qafas tan-Negozjati,
Id-Demokrazija u l-istat tad-dritt

1.  Jenfasizza li t-tisħiħ tar-rabtiet bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea huwa ta' importanza fundamentali għall-UE, għat-Turkija u għar-reġjun usa';

2.  Jilqa' l-fatt li l-fażi attiva tan-negozjati ta' adeżjoni bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea bdiet bil-ftuħ u l-għeluq proviżorju tal-kapitolu "Xjenza u Riċerka"; jiddispjaċih, madankollu, dwar it-tnaqqis fil-proċess tar-riforma tul is-sena li għaddiet, kif rifless fin-nuqqasijiet persistenti jew progress insuffiċjenti b'mod partikulari fil-qasam tal-libertà ta' l-espressjoni, id-drittijiet reliġjużi u d-drittijiet tal-minoranzi, id-drittijiet ċivili-militari, l-infurzar tal-liġi, id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tat-trade unions, id-drittijiet kulturali u l-infurzar korrett u b'ħeffa tas-sentenzi tal-qrati mis-servizzi ta' l-Istat; iħeġġeġ lit-Turkija biex tagħti spinta ġdida lill-proċess ta' riforma;

3.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Gvern Tork biex jitkompla l-proċess ta' bidla leġiżlattiva billi jippreżenta lill-Parlament Tork bid-disa' pakkett ta' riformi leġiżlattivi li jinkludu, inter alia, Liġi dwar l-Ombudsman, Liġi dwar il-Qorti tal-Kontabilità (li tippermetti l-verifika ta' l-infiq militari), Liġi dwar il-Fundazzjonijiet u miżuri biex tissaħħaħ il-funzjoni tal-ġudikatura bħal-Liġi dwar Proċeduri Amministrattivi, miżuri biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, miżuri li jiffaċilitaw il-funzjoni ta' skejjel tal-minoranzi u miżuri biex tiżdied it-trasparenza fl-iffinanzjar ta' partiti politiċi;

4.  Jenfasizza li fid-demokrazija, abbozz ta' leġiżlazzjoni relatat mal-kwistjonijiet ta' drittijiet u libertajiet fundamentali għandu jiġi diskuss b'mod miftuħ u trasparenti u li s-soċjetà ċivili għandha tkun involuta b'mod sħiħ f'dawn id-dibattiti fl-istadji kollha;

5.  Jistenna li, biex ikun possibbli li d-disa' pakkett ta' riformi leġislattivi jagħti spinta verament ġdida lill-proċess ta' riforma, il-Parlament Tork għandu jemenda u sussegwentement jadotta dan il-pakkett ta' riformi leġiżlattivi, u b'mod partikulari iżomm f'moħħu dan li ġej:

   - l-iffunzjonar u l-indipendenza tal-ġudikatura se jissaħħu permezz ta' miżuri xierqa li jiġu inklużi f'Liġi dwar Riżarċiment, Liġi dwar Proċeduri Amministrattivi u Liġi dwar il-Proċeduri Amministrattivi Legali;
   - il-Liġi dwar il-Fundazzjonijiet se tneħħi r-restrizzjonijiet eżistenti kollha li għandhom il-minoranzi reliġjużi fir-rigward tal-personalità ġuridika, tat-taħriġ tal-kleru, tal-permessi ta' xogħol, ta' l-iskejjel u ta' l-immaniġġjar intern, ser tindirizza b'mod xieraq il-kwistjoni ta' proprjetajiet konfiskati u l-ftuħ ta' proċedimenti għal danni kontra l-Istat meta jonqos milli jinforza d-deċiżjonijiet tal-qrati, u ser tippermetti libertà sħiħa ta' assoċjazzjoni, u b'hekk tappoġġja l-prinċipju ta' soċjetà ċivili li hija pluralista, indipendenti u kunfidenti;
   - il-Liġi dwar l-Iffinanzjar tal-Partiti Politiċi se ġġib żieda reali fit-trasparenza u twassal għat-tmiem tal-korruzzjoni;
   - kwalunkwe kompetenza ta' qrati militari li jħarrku lill-membri tal-popolazzjoni ċivili se jkunu effettivament aboliti;
   - ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Minoranzi Nazzjonali, il-Karta Ewropea tal-Lingwi Reġjonali jew tal-Minoranzi, l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali(ICC) u l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar se jkunu ffirmata u ratifikati;
   - il-proċess leġiżlattiv b'mod ġenerali u l-implimentazzjoni tad-disa' pakkett b'mod partikulari, huma moqdija aħjar b'involviment kontinwu u strutturat ta' l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs);

6.  Jieħu nota ta' l-adozzjoni fit-30 ta' Ġunju 2006 tal-Liġi ġdida kontra t-Terroriżmu li ġie adottat bħala konsegwenza tal-kampanja mġedda u dejjem għaddeja ta' intimidazzjoni, vjolenza u terroriżmu min-naħa tal-PKK; jistieden lill-awtoritajiet Torok biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tagħha ma tkomplix tnaqqas l-eżerċizzju tad-drittijiet u libertajiet fundamentali u li tilħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet tas-sigurtà u l-garanziji ta' drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, b'mod partikulari, l-importanza ta' definizzjoni stretta u dejqa ta' atti terroristiċi, ta' garanziji sħaħ għal-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-midja, inkluża l-libertà ta' difiża tal-kawżi kollha permezz ta' mezzi demokratiċi, ta' sentenzi proporzjonati mar-reati terroristiċi, ta' drittijiet sħaħ għad-difiża skond standards Ewropej, ta' responsabilità sħiħa għal reati mwettqa mill-forzi tas-sigurtà jew uffiċjali tas-servizzi ta' informazzjoni u ta' kawtela kbira fl-awtorizzazzjoni lill-aġenti ta' l-infurzar tal-liġi biex jużaw l-armi tan-nar;

7.  Jinnota li jekk jeżisti bżonn kontinwu li xi organizzazzjonijiet marbuta ma' reati terroristiċi jiġu klassifikati bħala organizzazzjonijiet terroristiċi, b'konsegwenzi legali negattivi, il-proċedura għal din il-klassifikazzjoni għandha tkun trasparenti u oġġettiva, u l-organizzazzjonijiet konċernati għandhom ikunu jistgħu jagħmlu appell lil korp ġuridiku indipendenti;

8.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' l-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi tat-Terroriżmu, li jkopri kemm vittmi ta' atti ta' terroriżmu kif ukoll vittmi ta' operazzjonijet kontra t-terroriżmu ta' l-Istat; jiddispjaċih li l-Att ma jlaħħaqx b'mod sħiħ ma' l-aspettattivi għax il-kummissjonijiet ta' valutazzjoni taħt l-Att mhumiex mgħammra tajjeb biżżejjed biex ikunu jistgħu iwettqu l-ħidma tagħhom kif jixraq;

9.  Jistieden lit-Turkija sabiex tiżgura trattament ugwali quddiem il-liġi għaċ-ċittadini Torok kollha tul il-proċess legali kollu, inklużi l-investigazzjonijiet, il-ġuri, l-għoti tas-sentenzi u d-detenzjoni, mingħajr derogi għal uffiċjali tal-Gvern, persunal militari u membri tal-forzi tas-sigurtà; jisħaq li fil-ġlieda kontra l-impunità u sabiex tinbena l-fiduċja pubblika fl-infurzar tal-liġi, huwa importanti li l-kriterji fuq liema jiġu miżmuma u arrestati l-uffiċjali akkużati b'reati jkunu l-istess bħal dawk li japplikaw għas-suspettati kriminali oħra;

10.  Jistieden lit-Turkija sabiex fi żmien qasir tħassar jew temenda dawk id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Penali, bħall-Artikoli 216, 277, 285, 288, 301, 305 u 318, li jagħtu lok għal interpretazzjonijiet arbitrarji minn imħallfin u prosekuturi li jwasslu għal sentenzi li jmorru kontra l-libertà ta' l-espressjoni u l-libertà ta' l-istampa u li b'hekk huma ta' theddida għar-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem u għandhom effett negattiv fuq il-progress tad-demokrazija;

11.  Jiddeplora l-kundanna ta' Hrant Dink fit-12 ta' Lulju 2006 mill-Qorti tal-Kassazzjoni fuq l-bażi ta' l-Artikolu 301 tal-Kodiċi Penali Tork; jinnota li l-qrati ma rnexxilhomx jistabbilixxu każistika pożittiva meta jinterpretaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Penali b'konformità ma' l-istandards relevanti ta' l-UE;

12.  Jirrikonoxxi t-titjib fil-leġiżlazzjoni li jirriżulta mill-isforzi li saru mill-Gvern Tork sa mill-2002 fir-rigward tal-politika ta' zero tolleranza rigward it-tortura, u b'hekk jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew; jirrikonoxxi wkoll it-tnaqqis fil-każijiet tat-trattament ħażin minn uffiċjali ta" l-infurzar tal-liġi spjegata fir-rapport ta" l-2006 dwar it-Turkija mill-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u tal-Kastigi jew Trattamenti Inumani jew Degradanti; jenfasizza li hemm bżonn ta' miżuri ta' implimentazzjoni aktar effettivi, kif ġie enfasizzat mill-persistenza ta' każijiet rappurtati ta' tortura u trattament ħażin, speċjalment fix-xlokk tal-pajjiż, minn uffiċjali ta' l-infurzar tal-liġi u l-impunità li ħafna drabi jgawdu minnha dawn l-uffiċjali, kif spjegat, inter alia, l-Amnesty International fir-rapport ta' l-Amnesty International ta" l-2006; jinkoraġġixxi lit-Turkija biex tirratifika il-Protokoll Anċillari tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Punizzjoni ieħor Krudili, Inuman u Degradanti; huwa mħasseb dwar il-kwalità reali ta' infurzar tal-liġi, li ma jilħaqx l-istandards ta' l-UE;

13.  Biex jiġu miġġielda kwalunkwe fdalijiet ta' impunità u biex jissaħħaħ il-ħarsien internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, jenfasizza l-importanza li t-Turkija tirratifika l-Istatut ta' Ruma ta' l-ICC;

14.  Jirrikonoxxi t-titjib fil-leġiżlazzjoni li jirriżulta mill-isforzi li saru mill-Gvern Tork sa mill-2002 biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Torok biex b'mod enerġetiku jkomplu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-post; ifakkar ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni f'Marzu 2006, u jinkoraġġixxi lit-Turkija biex timxi magħhom u timplimentahom;

15.  Jiddispjaċih li s'issa, fil-pajjiż ma teżisti l-ebda sistema li tiffunzjona ta' monitoraġġ tal-postijiet ta' detenzjoni minn istituzzjonijiet indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem;

16.  Jinnota li sar xi progress fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa wara d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Penali ġdid; jenfasizza, madankollu, li n-nuqqas ta' rispett tad-drittijiet tan-nisa fit-Turkija tibqa' kwistjoni ta' tħassib serju, u jenfasizza li hemm bżonn li jsiru aktar sforzi biex jinqatgħu il-prattiki diskriminatorji u l-vjolenza kontra n-nisa u biex jiġu pprovduti aktar postijiet ta' kenn għal nisa li jinsabu fl-inkwiet, b'koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet tan-nisa fis-soċjetà ċivili u bl-appoġġ ta finanzjament adegwat; jistieden lit-Turkija biex iżżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li n-nisa huma liberi biex igawdu b'mod sħiħ id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta' xogħol; jinnota xi progress fil-ġlieda kontra r-reati ta' unur billi l-piena żdiedet għal sentenza ta' għomor il-ħabs, iżda jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda rapida ta' allegazzjonijiet ta' suwiċidji tan-nisa fix-Xlokk tat-Turkija; jilqa', f'dan il-kuntest, il-kampanji ta' kuxjenza organizzati mill-NGOs u mill-istampa fit-Turkija;

17.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok biex jinvolvu ruħhom fi djalogu kontinwu mal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tan-nisa fit-Turkija, u biex f'dan ir-rigward, jieħdu nota tat-tieni riżoluzzjoni tiegħu ta' l-irwol tan-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika fit-Turkija, li se tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew fl-2006;

18.  Jinnota li 50% ta' dawk kollha li jiggradwaw mill-Università u 40% tal-klassi tal-professjonisti inklużi l-avukati u t-tobba fit-Turkija, huma nisa,

19.  Jilqa' b'sodisfazzjoni l-inizzjattiva riċenti ta' inklużjoni soċjali tal-Gvern Tork li tħeġġeġ tkabbir fis-suq tax-xogħol permezz ta' sistema ta' inizjattivi finanzjarji f'49 zona li huma ekonomikament sottożviluppati;

20.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kwistjoni Şemdinli, li involviet l-isplużjoni ta' ħanut tal-kotba, allegatament imwettqa mill-qawwiet tas-sigurtà Torok, u t-tkeċċija sussegwenti tal-prosekutur Ferhat Sarikaya, li ġiet investigata mill-Parlament Tork; jenfasizza li t-tħassib serju tiegħu dwar il-persistenza - jekk mhux ukoll il-qawmien mill-ġdid - ta' l-irwol ta' l-armata fis-soċjetà Torka; jenfasizza li investigazzjonijiet oġġettivi u imparzjali huma prerekwiżiti meħtieġa sabiex terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja tal-pubbliku u biex tiġi żgurata l-kredibilità tal-ġudikatura; jitlob, għalhekk, li jiġi ppublikat rapport investigattiv ta' l-Assemblea Għolja Torka;

21.  Isostni li s-separazzjoni kostituzzjonali ċara ta' l-irwoli politiċi u istituzzjonali bejn ċivili u militari fit-Turkija hija kundizzjoni li trid titwettaq jekk għandu jkun hemm diskussjonijiet bis-serjetà dwar l-adeżjoni tat-Turkija fl-UE;

22.  Itenni t-talba tiegħu għar-riforma tas-sistema elettorali permezz tat-tnaqqis tal-livell minimu ta' 10 fil-mija, biex b'hekk tkun żgurata rappreżentazzjoni usa' tal-qawwiet politiċi u tal-minoranzi fl-Assemblea Għolja Nazzjonali; f'dan il-kuntest jilqa' d-dibattitu attwali dwar ir-riformi tas-sistema elettorali;

23.  Ifakkar li jqis it-tfassil ta' Kostituzzjoni ġdida bħala riflessjoni ulterjuri u probabilment meħtieġa tan-natura fundamentali ħafna tal-bdil li huwa meħtieġ għas-sħubija fl-UE, u jinnota li Kostituzzjoni moderna tista' tifforma l-bażi għall-immodernizzar ta' l-Istat Tork;

24.  Jikkundanna bil-qawwa l-qtil ta' mħallef ta' l-ogħla qorti tat-Turkija; jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' sigurtà offrut mill-pulizija lil imħallfin ta' dan it-tip, minkejja theddid ċar u pubbliku; jistieden lill-Gvern Tork biex jirranġa din is-sitwazzjoni;

25.  Jikkundanna l-ibbumbardjar riċenti fi bliet varji fit-Turkija; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi ta' dawn l-attakki u ta' attakki preċedenti;

26.  Jistieden lill-Gvern Tork biex japplika l-istandards ambjentali ta' l-UE għal proġetti li huma mistennija li jirriżultaw fil-possibilità ta' ħsara għall-ambjent, bħalma huma l-minjiera tad-deheb proposta f'Bergama u proġetti simili għal minjieri, u d-diga ta' Yortanli, li qed tinbena bħalissa, id-diga Ilisu, li tista" tirriżulta fil-qerda ta" pajsaġġi ta' importanza storika, bħal Hasankeyf ( li tispiċċa mgħarrqa mid-diga Ilisu) u Allionoi ( li tispiċċa mgħarrqa mid-diga Allimi), u proġetti għal digi oħra ppjanati fil-wied ta' Munzur u f'Yusufeli fil-provinċja ta' Artvin;

Drittijiet tal-bniedem u ħarsien tal-minoranzi

27.  Jiddeplora l-fatt li fl-aħħar sena ġie rrapurtat biss progress limitat f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jikkundanna l-ksur tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem u l-limitazzjonijiet fuq l-eżerċitar ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet;

28.  Itenni l-bżonn li t-Turkija tikkonforma mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, inklużi l-eżekuzzjoni sħiħa u f'waqtha tas-sentenzi kollha ta' l-ECHR;

29.  Jinsab imħasseb dwar in-numru ta' nies li talbu kenn politiku li qed iħallu t-Turkija biex imorru fl-istati industrijalizzati matul is-sena 2005; iqis li din hi indikazzjoni ta' nuqqas ta' riżultati min-naħa tat-Torok jew fil-manutenzjoni tal-fruntieri tagħhom jew fl-oqsma ta' ġustizzja, tolleranza u s-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem; fl-istess ħin, jirrikonoxxi l-progress li sar waqt il-perjodu mill-2001 sa l-2005 fit-tnaqqis b'65% tan-numru ta' persuni li qed jitolbu kenn politiku li joriġinaw mit-Turkija, li fl-2005 kien ta' ftit iktar minn 10,000;

30.  Ifakkar lit-Turkija dwar ir-rakkomandazzjoni tiegħu li s-servizzi attwali għall-ispezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem jiġu riformati billi d-dmirijiet tagħhom jiġu assenjati lil servizzi ta' ispezzjoni indipendenti, li għandhom jingħataw riżorsi biżżejjed biex joperaw b'mod effettiv fir-reġjuni kollha tat-Turkija u jingħataw is-setgħa biex jinvestigaw kwalunkwe faċilità ta' detenzjoni tal-pulizija fi kwalunkwe ħin waqt li jikkoperaw mill-qrib ma' l-NGOs Torok indipendenti għad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li hemm bżonn urġenti li tiġi kkonsolidata u msaħħa l-kapaċità ta' l-istituzzjonijiet li jippromwovu u jinfurzaw id-drittijiet tal-bniedem; jilqa' l-koperazzjoni tat-Turkija mar-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u jistieden lit-Turkija biex iżomm stedina permanenti għall-proċeduri speċjali kollha tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

31.  Jirrispetta s-sensitivitajiet li jeżistu f'pajjiż fejn il-maġġoranza l-kbira huma Musulmani Sunni imma jfakkar lit-Turkija dwar il-patrimonju kulturali u storiku multikulturali, multi-etniku u multireliġjuż li wirtet mill-Imperu Ottoman, li t-Turkija suppost qed tibża' għalih; Jiddeplora n-nuqqas ta' progress fil-qasam ta' libertà tar-reliġjon mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-28 ta' Settembru 2005 hawn fuq imsemmi; jenfasizza li l-libertà taċ-ċittadini li jipprattikaw kwalunkwe reliġjon u li jiffurmaw parti minn kwalunkwe denominazzjoni li jagħżlu trid tkun estiża biex jingħatawlhom opportunitajiet legali u amministrattivi simili biex jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom, biex jorganizzaw il-komunitajiet tagħhom, biex iżommu u biex jamministraw beni komunitarji u biex iħarrġu l-kleru tagħhom;

32.  Jikkundanna bis-saħħa l-qtil ta' Dun Andrea Santora, qassis u missjunarju Taljan;

33.  Itenni l-istedina tiegħu lill-awtoritajiet Torok, espressa fir-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu, biex iwettqu l-impenji tagħhom fir-rigward tal-libertà ta' reliġjon u biex jieħdu passi konkreti biex ineħħu x-xkiel li jaffaċjaw il-minoranzi, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-istatus legali tagħhom, tat-taħriġ tal-kleru u tad-drittijiet ta' propjetà tagħhom (il-Patrijarkat Ekumeniku, pereżempju, dan l-aħħar ġarrab l-esproprjazzjoni ta' 30 proprjetà); jitlob għall-waqfien immedjat ta' kull ħtif u bejgħ mill-awtoritajiet Torok ta' proprjetà ta' komunitajiet reliġjużi; jitlob li s-seminarju Grieg Ortodoss ta' Halki jerġa jinfetaħ mill-ġdid immedjatament u li t-titolu ekkleżjastiku ta' Patrijarka Ekumeniku jintuża pubblikament; jitlob li l-Aleviti jitħarsu u jiġu rikonoxxuti, u dan jinkludi r-rikonoxximent tad-djar Cem bħala ċentri reliġjużi; jitlob li l-Yezidi jitħarsu u jiġu rikonoxxuti u li jiġu stabbiliti mkejjen ta' talb għall-Yezidi, u li kull edukazzjoni reliġjuża tkun volontarja u ma tkoprix biss ir-reliġjon Sunni, u biex jinħoloq suġġett alternattiv għal dawk li ma jixtiqux jipparteċipaw f'tagħlim reliġjuż, fejn huma diskussi l-valuri, l-istandards u kwistjonijiet etiċi; jitlob li jitħarsu d-drittijiet fundamentali tal-minoranzi u l-komunitajiet Insara kollha fit-Turkija (eż. il-Griegi ta' Istanbul, Imvros u Tenedos);

34.  Jittama li ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI fit-Turkija fil-futur qarib se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-djalogu interreliġjuż u interkulturali bejn id-dinja Kristjana u dik Musulmana;

35.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok biex jirrispettaw u jimplimentaw kompletament id-deċiżjonijiet kollha tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ) u biex jikkonformaw mal-każistika tagħha;

36.  Jinsisti dwar l-obbligu tat-Turkija biex tiżgura li l-ħarsien tad-drittijiet funadamentali tal-komunitajiet reliġjużi kollha jkun garantit; jitlob li abbozz rivedut tal-Liġi dwar il-Fundazzjonijiet irid jirrifletti r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni u jrid jikkonforma ma' l-istandards Ewropej waqt li jilħaq l-aspettattivi tas-soċjetà multireliġjuża Torka;

37.  Jinnota li għaddejja diskussjoni importanti fis-soċjetà Torka dwar l-imkatar tar-ras; jirrimarka li ma hemm l-ebda regola Ewropea dwar dan, iżda jesprimi t-tama tiegħu li jintlaħaq kompromess fit-Turkija dwar l-ilbies ta' l-imkatar tar-ras mill-istudenti fl-universitajiet;

38.  Itenni s-sejħa tiegħu lill-awtoritajiet Torok sabiex japplikaw l-istandards ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol għad-drittijiet tat-trade unions, joqgħodu lura milli jindaħlu politikament fil-ħidma tat-trade unions, iqisuhom fil-proċess tat-tfassil tal-politika u jagħtu attenzjoni speċjali lill-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u, filwaqt li jilqa' suċċessi riċenti bħalma hu proġett f'Adana kontra t-tħaddim tat-tfal, isejjaħ għall-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni ulterjuri li tipprojbixxi l-impjieg tat-tfal; jilqa' l-aktar evalwazzjoni reċenti ta' l-ILO, li ssemmi t-Turkija bħala eżempju li għamel suċċess fil-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, u għalhekk jilqa' l-għan fit-tul tal-Gvern Tork li jeradika l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal sa l-2012.

39.  Jilqa' l-bidu tax-xandir bil-Kurd - li jista' jitqies bħala pass importanti sakemm ikun segwit minn tnaqqis ulterjuri tar-restrizzjonijiet u ta' limitazzjonijiet kollha - inkluż programmi speċjaliżżati magħmula minn u għal komunitajiet Kurdi, li jippermettu l-eżerċizzju liberu tad-drittijiet kulturali u edukattivi mill-Kurdi;

40.  Ifakkar li l-ECHR tat parir lit-Turkija sabiex tipprepara qafas legali ġdid għall-objetturi tal-kuxjenza u tfakkar lit-Turkija li d-dritt għall-oġġezzjoni tal-kuxjenza huwa rrikonoxxut fil-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; b'hekk jilqa' l-inizjattiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja sabiex jillegalizza d-dritt għall-oġġezzjoni tal-kuxjenza u li jipproponi l-introduzzjoni ta' servizz alternattiv fit-Turkija; huwa mħasseb li f'ġudizzju riċenti tal-qorti militari Torka, objettur tal-kuxjenza kontra s-servizz militari ġie kkundannat għall-ħabs u li l-qorti militari ċaħdet fil-miftuħ li ssegwi deċiżjoni rilevanti ta' l-ECHR; jikkundanna l-persekuzzjoni kurrenti tal-ġurnalisti u l-kittieba li esprimew l-appoġġ tagħhom għall-objezzjoni tal-kuxjenza kontra s-servizz militari.

41.  Jappoġġja b'mod qawwi l-attivitajiet tas-soċjetà demokratika ċivili tat-Turkija, l-ewwel u qabel kollox l-Assoċjazzjoni Torka għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Fondazzjoni Torka għad-Drittijiet tal-Bniedem; jirrikonoxxi li l-organizzazzjonijiet demokratiċi ta' dan it-tip iwettqu xogħol imprezzabbli, speċjalment fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi appoġġ komprensiv u determinat, speċjalment mill-aspett finanzjarju, lill-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet demokratiċi msemmija hawn fuq li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili Torka;

43.  Jikkundanna b'mod qawwi lill-kumitat Talaat Pacha, moviment xenofobiku u razzist immexxi minn organizzazzjonijiet estremisti tal-lemin, talli kisru prinċipji Ewropej b'mod serju, kif ukoll lid-dimostrazzjonijiet ta' ċaħda organizzati minn dawk l-istess organizzazzjonijiet f'Lyon u Berlin; jistieden lit-Turkija sabiex tabolixxi lil dan il-kumitat u twaqqaf l-attivitajiet tiegħu;

Ix-Xlokk

44.  Jikkundanna bil-qawwa l-qawmien mill-ġdid ta' vjolenza terroristika min-naħa tal-PKK; jenfasizza li ma jista' qatt ikun hemm skuża għall-vjolenza li twettqet kontra ċ-ċittadini Torok f'diversi nħawi tal-pajjiż minn kull partit involut fil-kunflitt; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mat-Turkija fil-ġlieda tagħha kontra t-terroriżmu, u għalhekk jitlob lill-PKK sabiex tiddikkjara u tirrispetta waqfien immedjat mill-ġlied;

45.  Jilqa' l-istedina reċenti tal-Partit għal Soċjetà Demokratika biex ikun hemm waqfien mill-ġlied u biex isiru negozjati politiċi dwar il-kunflitt fix-xlokk, u jistieden lill-PKK biex jagħtu tweġiba pożittiva;

46.  Jinnota li numru kbir ta' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għadhom preżentament qed jiġu mfittxijin u huma suġġetti għall-intimidazzjoni kuljum; wieħed mill-vittmi huwa Mehdi Zana, ir-raġel ta' Leyla Zana, rebbieħa tal-premju Sakharov tal-Parlament Ewropew; jistieden lill-Gvern Tork sabiex inaqqas ir-restrizzjonijiet li għadhom imposti fuq dawn ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili demokratika tat-Turkija;

47.  Huwa mħasseb ħafna dwar it-tensjonijiet li jirriżultaw fix-xlokk, li huma ta' theddida serja għall-paċi u l-istabbilità fir-reġjun; jisħaq l-importanza tal-progress ulterjuri fit-tnaqqis tat-tensjonijiet fit-Turkija tal-lvant u tax-xlokk li hemm bżonn jintlaħaq sabiex jiġi żgurat li r-riformi huma sostenibbli u kredibbli; jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt sabiex joqgħodu lura milli jużaw il-vjolenza jew jirreaġixxu għaliha bi vjolenza; iqis li huwa importanti li l-kunċett legali tat-terroriżmu ma jitkabbarx b'mod li reati non-terroristiċi jiddaħħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi Torka kontra t-Terroriżmu, li tiddefinixxi t-terroriżmu fuq il-bażi ta' l-għanijiet jew miri tiegħu, aktar milli tirreferi għal atti kriminali speċifiċi, li hija fformulata vagament u f'termini wiesgħin ħafna, u li b'hekk tipperikola libertajiet bażiċi;

48.  Jesprimi t-twemmin tiegħu li l-istedina mill-Partit għal Soċjetà Demokratika għall-partit illegali tal- PKK biex jiġi ddikjarat waqfien immedjat mill-ġlied b'mod unilaterali jqajjem tamiet għat-tmiem taċ-ċirku vizzjuż ta" vjolenza fix-Xlokk tat-Turkija u fil-kumplament tal-pajjiż;

49.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok sabiex japplikaw l-istandards Ewropej għall-arrest u d-detenzjoni ta' persuni ssuspettati; jistieden lill-awtoritajiet Torok sabiex jippermettu aċċess sħiħ minn patologi indipendenti fil-każ ta' mewt waqt kustodja jew bħala riżultat ta' vjolenza allegata minn qawwiet tas-sigurtà; huwa mħasseb dwar il-vjolenza fuq it-tfal li ħalla l-vittmi waqt l-irvelli f'Diyarbakir f'Marzu 2006; jinnota li l-Liġi ġdida dwar il-Protezzjoni tat-Tfal li ġiet adottata f'Lulju 2005 ma tikkonformax b'mod sħiħ ma' l-istandards internazzjonali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma' delinkwenti minorenni;

50.  Jistieden lill-Gvern Tork sabiex ikompli jfittex soluzzjoni demokratika għall-kwistjoni Kurda wara l-istqarrija inkoraġġanti tal-Prim Ministru Erdoğan is-sena li għaddiet; iqis li huwa essenzjali li jinstab bilanċ bejn il-bżonn li tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni fir-rigward tas-sigurtà, li jiġu evitati tensjonijiet ċivili-militari, u l-promozzjoni effettiva tad-djalogu politiku u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun tax-xlokk permezz ta' strateġija komprensiva appoġġjata minn mezzi xierqa; jistieden lill-Gvern Tork sabiex jinvesti fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku tax-xlokk, biex jindirizza d-disparitajiet bejn il-medja nazzjonali u l-lvant u x-xlokk dwar, inter alia, il-qgħad, l-aċċess għall-edukazzjoni, u għad-djar u għall-kura tas-saħħa u sabiex jieħu sehem fi djalogu kostruttiv ma' interlokuturi paċifiċi; jistieden lir-rappreżentanti maħtura tal-kommunità Kurda sabiex jirreaġixxu pożittivament għal kull djalogu ta' dan it-tip mal-Gvern Tork, jiddefendu bis-sod il-prinċipju ta' non-vjolenza; ifakkar, f'dan il-kuntest l-importanza li r-rappreżentanti Kurdi maħtura jitħallew jipparteċipaw b'mod aktar sħiħ fil-proċess demokratiku b'mezzi xierqa bħalma hu t-tnaqqis tal-livell minimu elettorali; jenfasizza l-bżonn li tiġi stabbilita amministrazzjoni ddeċentralizzata effiċjenti;

51.  Jesprimi t-twemmin tiegħu li l-mezzi finanzjarji neċessarji għal dan it-tip ta' programm ta' investiment u żvilupp għax-xlokk ma jistgħux jintlaħqu mit-Turkija waħedha u għalhekk għandhom jinġabbru fi ħdan ta' qafas internazzjonali aktar wiesgħa; jistieden lill-gvern Tork u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jeżaminaw sa fejn tista' tintuża f'dan il-kuntest l-għajnuna ta' l-UE ta' qabel l-adeżjoni;

52.  Jilqa' l-adozzjoni ta' l-Att dwar persuni imċaqalqa internament li, kieku tiġi applikata b'mod effiċjenti, tista' sservi bħala strument ta' rimedju importanti; jinnota, iżda, li l-preżenza persistenti tal-gwardji tal-villaġġi u l-qawmien mill-ġdid tal-vjolenza qed ixxekkel id-dritt tar-ritorn; b'hekk iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok sabiex ineħħu l-armi minn idejn il-gwardji tal-villaġġi u jneħħu s-sistema tal-gwardji tal-villaġġi;

53.  Jistieden lill-Gvern Tork biex juri r-rieda soda tiegħu li tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni tal-Kurdi billi jiltaqa' u jibda dibattitu mal-partit politiku pro-Kurd, il-Partit għal Soċjetà Demokratika, li għamel sejħa għal waqfien tal-ġlied u biex jinbeda djalogu politiku;

Kwistjonijiet reġjonali u relazzjonijiet esterni

54.  Jilqa' b'sodisfazzjon in-nomina ta' Istanbul bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2010;

55.  Jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li Turkija moderna, demokratika u sekulari, filwaqt li kulma jmur qed tqiegħed lilha nnifisha fil-linja mal-politiki ta' l-Istati Membri ta' l-UE, jista' jkollha rwol kostruttiv u stabilizzanti fil-promozzjoni tal-ftehim bejn iċ-ċivilizzazzjonijiet u bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fir-reġjun ta' madwar it-Turkija, b'mod partikulari l-Lvant Nofsani; jilqa' f'dan ir-rigward id-deċiżjoni tal-gvern u l-parlament Tork sabiex jipparteċipa fil-forzi taż-żamma tal-paċi tan-NU fil-Libanu;

56.  Jinnota l-proposta tat-Turkija biex tistabbilixxi kumitat ta' esperti li għandu jkun taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex tiġi megħluba l-esperjenza traġika tal-passat, u l-pożizzjoni ta' l-Armenja rigward dik il-proposta; iħeġġeġ kemm lill-Gvern Tork kif ukoll lill-Gvern Armen sabiex ikomplu l-proċessi ta' rikonċiljazzjoni tagħhom li jwasslu għal proposta aċċettabbli miż-żewġ naħat; jilqa' l-fatt li, bid-dibattiti riċenti fit-Turkija, almenu ingħata bidu għad-diskussjoni dwar l-istorja ta' uġigħ ma' l-Armenja; jisħaq li, għalkemm ir-rikonoxximent tal-ġenoċidju Armen fih innifsu mhux formalment wieħed mill-kriterji ta' Kopenħagen, huwa indispensabbli għal pajjiż fit-triq għas-sħubija li jaċċetta u jirrikonoxxi l-passat tiegħu; jistieden lill-awtoritajiet Torok sabix f'dan ir-rigward iħaffu x-xogħol tar-riċerkaturi, ta' l-intellettwali u ta' l-akkademiċi li qed jaħdmu fuq din il-kwistjoni, billi jassigurawlhom l-aċċess għall-arkivji storiċi u jipprovduhom bid-dokumenti rilevanti kollha; iħeġġeġ lit-Turkija sabiex tieħu l-passi kollha meħtieġa, mingħajr kundizzjonijiet minn qabel, sabiex tistabbilixxi relazzjonijiet diplomatiċi u tajba ma' l-Armenja, sabiex jirtiraw l-imblokk ekonomiku u jiftħu l-fruntiera ta' l-art fi żmien qarib, bi qbil mar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament bejn l-1987 u l-2005, u b'hekk iwettaq l-prijoritajiet għas-Sħubija għall-Adeżjoni u r-rekwiżiti tal-Qafas ta' Negozjati dwar 'ftehim paċifiku fuq il-ġlied dwar fruntieri' li huma t-tnejn mandatorji għall-adeżjoni ma' l-UE; jemmen li pożizzjoni simili għandha tiġi adottata fil-każijiet ta' minoritajiet oħra (bħall-Griegi ta' Pontos u l-Assirjani);

57.  Jistieden lit-Turkija sabiex tikkommetti ruħha għal relazzjonijiet tajba mal-ġirien; ifakkar lit-Turkija li f'dan il-kuntest għandha toqgħod lura minn kull theddid kontra l-pajjiżi ġirien tagħha (e.ż. it-theddida tal-"casus belli" kontra l-Greċja dwar id-dritt tagħha biex tiddetermina l-firxa ta' l-ibħra territorjali tagħha), kif ukoll minn attivitajiet militari li jiffavorixxu t-tensjoni (e.ż. il-vjolazzjonijiet kontinwi tar-regoli ta' l-Informazzjoni tat-Titjir Reġjunali ta' Ateni u ta' l-ispazju nazzjonali Grieg) li wkoll jheddu is-sikurezza ta' navigazzjoni bl-ajru, jaffettwaw r-relazzjonijiet tajba bejn il-pajjiżi ġirien u jistgħu jinfluwanzaw negattivament il-proċess ta' l-adezjoni; jistieden lit-Turkija sabiex tinvolvi ruħha fi sforzi serji u intensivi għar-riżoluzzjoni ta' argumenti pendenti mal-ġara tagħha, bi qbil mal-Karta tan-NU u Konvenzjonijiet Internazzjonali rilevanti oħra; kif iddikkjarat fil-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Helsinki ta' l-10 u l-11 ta' Diċembru 1999 u fil-prijoritajiet fuq żmien qasir tas-Sħubija ta' l-Adeżjoni, f'nuqqas ta' qbil, kwistjonijiet delimitanti pendenti (e.ż. id-delimitazzjoni ta' l-ixkaffa kontinentali tal-baħar Eġew) għandhom jittressqu quddiem l-ICJ, bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni finali u obbligatorja;

58.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar il-fatt li, minkejja l-obbligi kuntrattwali tagħha, it-Turkija għadha żżomm restrizzjonijiet kontra bastimenti li jtajru bandiera Ċiprijotta u bastimenti li javviċinaw minn portijiet fir-Repubblika ta' Ċipru b'hekk iċaħħadhom l-aċċess għal portijiet Torok, kif ukoll kontra l-ajruplani Ċiprijotti iċċaħħadhom mid-dritt li jtiru fuq it-Turkija u d-drittijiet ta' l-inżul f'ajruporti Torok; ifakkar lit-Turkija li din il-prattika tikkostitwixxi ksur tal-Ftehima ta' Ankara, il-Ftehima ta' l-Unjoni Doganali relatata u l-Protokoll Anċillari, peress li r-restrizzjonijiet jiksru l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-prodotti; jipprova jaħdem ma' l-awtoritajiet Torok sabiex jgħinhom jikkonformaw b'mod sħiħ ma' l-obbligi tagħhom f'dan ir-rispett mingħajr ma jipprova jħarrax tensjonijiet politiċi domestiċi kontra l-interess ta' rikonċiljazzjoni fuq medda ta' żmien twil għal Ċipru; jiddispjaċih li t-Turkija tibqa' żżomm il-veto kontra l-parteċipażżjoni tar-Repubblika ta' Ċipru fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u fil-ftehimiet multilaterali;

59.  Iħeġġeġ lit-Turkija sabiex tieħu passi konkreti għan-normalizzazzjoni ta' relazzjonijiet bilaterali bejn it-Turkija u l-Istati Membri kollha ta' l-UE, inkluż ir-Repubblika ta' Ċipru, malajr kemm jista' jkun; f'dan il-kuntest, ifakkar id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Settembru 2005 imsemmija hawn fuq;

60.  Jinnota d-diffikultajiet kurrenti fil-koperazzjoni EU-NATO u jistieden lit-Turkija terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha dwar l-inklużjoni ta' l-Istati Membri kollha ta' l-UE;

61.  Ifakkar lit-Turkija li r-rikonoxximent ta' l-Istati Membri kollha, inkluż ir-Repubblika ta' Ċipru, huwa komponent neċessarju għall-proċess ta' l-adeżjoni; jistieden lit-Turkija sabiex tieħu passi konkreti għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika malajr kemm jista' jkun; iħeġġeġ lit-Turkija sabiex timplimenta b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet li tnisslu mill-Ftehima ta' Ankara u l-Protokoll Anċillari tagħha kif ukoll il-prijoritajiet li tnisslu mis-Sħubija għall-Adeżjoni; jistieden lill-awtoritajiet Torok sabiex iżommu l-attitudni kostruttiva tagħhom biex jilħqu ftehim komprensiv dwar il-kwistjoni ta' Ċipru fi ħdan il-qafas tan-NU, li jkun aċċettabbli kemm għaċ-Ċiprijotti Griegi kif ukoll għaċ-Ċiprijotti Torok, u bbażat fuq ix-xogħol preċedenti tan-NU, li twassal għal soluzzjoni ġusta bbażata fuq il-prinċipji li fuqhom hija mwaqqfa l-UE, kif ukoll fuq l-acquis, u, skond ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU, sabiex isir irtirar bikri tal-forzi tagħhom skond skeda speċifika; jilqa' l-laqgħa tat-3 ta' Lulju 2006 bejn is-Sur Papadopoulos u s-Sur Talat, li wasslet għall-ftehima tat-8 ta' Lulju 2006; iħeġġeġ kuntatti ulterjuri sabiex isegwi djalogu li għandu jwassal għal soluzzjoni komprensiva;

62.  Jistieden liż-żewġ partijiet sabiex jadottaw attitudni kostruttiva biex jinstab qbil komprensiv tal-kwistjoni Ċiprijotta fi ħdan il-qafas tan-NU u bbażat fuq il-prinċipji li fuqhom hija mwaqqfa l-UE;

63.  Jirrimarka li l-irtirar tas-suldati Torok tista' tħaffef l-qbid mill-ġdid ta' negozjati sostantivi u, skond ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU, jistieden lill-gvern Tork sabiex jirtira malajr kemm jista' jkun il-forzi Torok skond skeda speċifika;

64.  Jilqa' l-istabiliment ta' strument ta' appoġġ finanzjarju sabiex jinkoraġixxi l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Torka-Ċiprijotta wara l-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-27 ta' Frar 2006; jappoġġja l-Kummissjoni fl-isforzi tagħha sabiex timplimenta dawn il-fondi; jistieden lill-Kunsill sabiex mill-ġdid jagħmel sforzi biex jilħaq ftehima fuq ir-regolament għat-tħaffif tal-kummerċ dwar il-parti tat-tramuntana ta' Ċipru mingħajr dewmien żejjed, inkluż aktar attenzjoni għall-possibilità ta' kontroll konġunt tal-Port ta' Famagusta taħt l-awspiċi ta' l-UE u tan-NU, bi qbil mad-deċiżjoni unanima tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tas-27 ta' Frar 2006, li tqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' April 2004 iżda wkoll il-konsultazzjonijiet li saru fi żmien il-Presidenza tal-Lussemburgu u skond il-Protokoll Nru 10 għal l-Att ta' Adezjoni tar-Repubblika ta' Ċipru u disa' pajjiżi oħra, u jistieden lil-Gvernijiet ta' Ċipru u tat-Turkija sabiex jimpenjaw ruħhom f'inizjattivi ġodda sabiex jissaħħu r-rabtiet bejn iż-żewġ komunitajiet, b'hekk jibnu fiduċja reċiproka;

65.  Jilqa' żviluppi pożittivi fl-ekonomija Torka li hi meqjusa bħala ekonomija ta' suq ħieles għal kollox funzjonali, li rreġistraw livell għoli ta' tkabbir (madwar 7.6% fl-2005) u volum importanti u dejjem akbar ta' investiment dirett barrani (FDI); madankollu, jibqa' mħasseb dwar id-defiċit fil-kont kurrenti, li qed ikompli jikber, u rata għolja ta' qgħad (madwar 10.9 % f'Marzu 2006), jistieden lill-gvern Tork sabiex ikompli bl-isforzi sabiex ibiddel id-dinamiki pożittivi fi tkabbir sostnut u stabilità makroekonomika filwaqt li jfittex li jnaqqas differenzi reġjonali sinifikanti fl-iżvilupp soċjo-ekonomiku f'dak li huwa dħul, saħħa, aċċess għall-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol u kundizzjonijiet ta' l-għajxien oħra (id-dħul per capita fir-reġjun ta' Istanbul huwa 43% iktar għoli mill-medja nazzjonali u madwar 4 darbiet dak tar-reġjun l-aktar fqir);

66.  Jinnota li, minkejja s-suċċess ġenerali ta' l-Unjoni Doganali, hemm numru ta' impenji li t-Turkija jmissha ilha li wettqet relatati b'mod partikulari ma' ostakoli tekniċi għall-kummerċ, bħal pereżempju projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga, nuqqas ta' allinjament fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat u distakki kbar fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali; iħeġġeġ lit-Turkija tagħmel progress immedjat f'dan il-qasam u jfakkarha fil-bżonn li tirrispetta l-obbligi tagħha skond il-ftehima ta' l-Unjoni Doganali;

Negozjati

67.  Ifakkar lit-Turkija li d-deċiżjoni tal-Kunsill tirrikjedi li l-Kummissjoni tirraporta fl-2006 dwar l-implimentazzjoni sħiħa mit-Turkija tal-Protokoll Anċillari, u li nuqqas ta' progress f'dan ir-rigward ser ikollu implikazzjonijijet serji għall-proċess ta' negozjati u jista' anke iwaqqfu kompletament;

68.  Jenfasizza l-ħtieġa għal riċerka u dejta ta' l-istatistika preċiża, strutturata u metikoluża bħala l-bażi tat-tfassil tal-politika fit-Turkija u tat-tfassil tal-politika ta' l-UE fir-rigward tat-Turkija;

69.  Jiddispjaċih li t-Turkija tkompli topponi s-sħubija ta' Ċipru ma' organizzazzjonijiet u mekkaniżmi internazzjonali bħall-OECD, Ir-Reġim ta' Kontroll ta' Teknoloġija tal-Missili, il-Koperazzjoni tal-Baħar l-Iswed u l-Arranġament ta' Wassenaar; jistieden lit-Turkija biex tibdel il-politika tagħha fir-rigward tar-Repubblika ta' Ċipru kemm jista' jkun malajr;

70.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi intensifikat id-djalogu bejn l-UE u t-Turkija dwar is-sigurtà ta' l-enerġija, ladarba d-diversifikazzjoni tar-rotot għall-provvista ta' l-enerġija hija fl-interess taż-żewġ partijiet;

71.  Jistenna li, bi qbil mar-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu u mal-pożizzjoni li ħadu l-Kunsill u l-Kummissjoni, il-prijoritajiet fuq perjodu ta' żmien qasir stabbiliti fis-Sħubija għall-Adeżjoni se jintlaħqu qabel l-aħħar ta' l-2007 u l-prijoritajiet fuq perjodu ta' żmien medju qabel l-aħħar ta' l-2009; jenfasizza l-fatt li għandha tingħata prijorità għall-implimentazzjoni sħiħa tal-kriterji politiċi waqt l-ewwel fażi tan-negozjati u li l-ilħuq ta' dawn l-objettivi ċari huwa kundizzjoni għat-tkomplija tal-proċess ta' negozjati;

72.  Jilqa' l-proposta mill-Presidenza ta' l-UE li l-kriterji politiċi jiġu indirizzati tul il-proċess ta' negozjati, permezz, fl-ewwel post, tal-kapitolu dwar l-edukazzjoni u l-kultura; jiddispjaċih ħafna li ma ntlaħaqx kunsens dwar din il-proposta u li għalhekk, il-kriterji politiċi se jiġu indirizzati biss waqt in-negozjati dwar ċertu oqsma ta' politika; jenfasizza li, minħabba f'hekk, huwa ħafna aktar essenzjali li jiġu rrispettati t-termini miftehma biex jinkisbu l-prijoritajiet fuq perjodi ta' żmien qasir u medju fis-Sħubija għall-Adeżjoni (qabel l-aħħar ta' l-2007 u ta' l-2009 rispettivament) sabiex ikunu salvagwardati r-riformi politiċi meħtieġa u l-kredibilità ta' proċess ta' adeżjoni bħala tali;

73.  Jenfasizza li, fl-interessi tat-Turkija nnifisha u sabiex tinżamm il-kunfidenza fl-irriversabilità tal-proċess ta' riforma, huwa importanti li r-riformi jingħataw spinta minn ġol-pajjiż mill-awtoritajiet innifishom, kemm ċivili u kemm militari, kif ukoll mis-soċjetà ċivili u ma jkunux sempliċiment ir-riżultat ta' pressjoni minn barra t-Turkija;

74.  Iqis li huwa daqstant importanti għall-Gvern Tork biex iżid l-isforzi tiegħu biex jispjega lill-pubbliku li l-proċess ta' l-adeżjoni tat-Turkija fl-Unjoni jimplika proċess ta' riforma domestika kontinwa fejn il-kejl għas-suċċess ma jfissirx it-twettiq ta' ċertu miżuri individwali imma jfisser il-kisba ta' standard Ewropew fir-rigward tad-demokratizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni politika, sabiex ma jinbidlux biss ċertu prassi iżda wkoll il-mentalitajiet pubbliċi u uffiċjali;

75.  Jinnota l-intenzjoni tal-Gvern Tork biex jipproċedi bil-bini ta' reatturi nukleari għall-produzzjoni ta' l-enerġija nukleari għal skopijiet ċivili; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jimpenja ruħu għar-rispett komplet tat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika u biex jikkopera magħha mill-qrib għas-sikurezza tar-reatturi, u kif ukoll għall-ħarsien ta' l-ambjent; f'dan il-qafas, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkontrolla strettament l-implimentazzjoni ta' l-acquis communautarie waqt in-negozjati għall-adeżjoni;

76.  Jenfasizza li l-ftuħ tan-negozjati huwa l-punt ta' tluq għal proċess li se jieħu t-tul, li min-natura tiegħu huwa proċess miftuħ u inċert li ma jwassalx a priori u awtomatikament għall-adeżjoni; madankollu, jenfasizza li l-għan tan-negozjati huwa s-sħubija tat-Turkija ma' l-UE imma li t-twettiq ta' din l-ambizzjoni se jiddependi fuq l-isforzi taż-żewġ naħat;

77.  Itenni li, fl-eventwalità ta' ksur serju u persistenti tal-prinċipji tad-demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet funadamentali, ta' l-istat tad-dritt u tal-prinċipji tal-liġi internazzjonali, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda lill-Kunsill li n-negozjati jiġu sospiżi, li jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata;

78.  Iqis li, kemm jekk in-negozjati jintemmu b'suċċess jew le, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija jridu jiżguraw li t-Turkija tibqa' kompletament ankrata fl-istrutturi Ewropej;

79.  Ifakkar li l-kapaċità ta' l-UE biex tassorbi t-Turkija waqt li żżomm il-momentum ta' integrazzjoni hija kunsiderazzjoni importanti fl-interess ġenerali kemm ta' l-UE u kemm tat-Turkija; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi s-segwitu għall-istudju ta' l-impatt fl-2005; jitlob li jiġi pprovdut bis-segwitu għall-istudju ta' impatt fl-2006; iqis li hi ta' importanza fundamentali li l-UE timplimenta l-prekundizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji fi żmien xieraq għall-adeżjoni tat-Turkija; f'dan ir-rigward ifakkar li t-Trattat ta' Nizza mhuwiex bażi aċċettabbli għal deċiżjonijiet ulterjuri dwar l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda u għalhekk jinsisti li jiddaħħlu fis-seħħ ir-riformi meħtieġa fil-qafas tal-proċess kostituzzjonali; ifakkar li l-impatt baġitarju ta' l-adeżjoni tat-Turkija jista' jiġi evalwat kompletament biss fil-qafas tal-prospettivi finanzjarji mill-2014 'il quddiem; jistenna bil-ħerqa, f'dan ir-rigward, ir-rapport li l-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta dwar il-kapaċità ta' l-Unjoni għall-assorbiment qabel il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006;

80.  Jenfasizza li, b'differenza min-negozjati preċedenti, fil-każ tat-Turkija jkun hemm bżonn li l-pubbliku Ewropew ikun infurmat kontinwament u intensivament dwar in-negozjati nfushom u l-progress tat-Turkija f'dan ir-rigward;

o
o   o

81.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, lill-President ta' l-ECHR u lill-Gvern u l-Parlament tat-Turkija.

(1) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p.163.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2006)0096.
(3) ĠU C 226 E, 15.9.2005, p 189.
(4) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p 385.
(5) ĠU L 22, 26.1.2006, p. 34.
(6) ĠU L 65, 7.3.2006, p. 5.

Avviż legali - Politika tal-privatezza