Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 28 ta' Settembru 2006 - Strasburgu
Żieda u titjib ta' l-għajnuna ta' l-UE: Miżuri għall-2006 għal għajnuna aktar effettiva
 L-isfruttar tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana *
 Il-produzzjoni u l-ittikkettar ta' prodotti organiċi *
 Galileo
 Politika Komuni ta' l-UE dwar l-immigrazzjoni
 Is-sitwazzjoni fid-Darfur
 Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u ta' kummerċ ta' l-UE ma' l-Indja
 In-nisa u l-kummerċ internazzjonali
 It-titjib tal-qagħda ekonomika ta' l-industrija tas-sajd
 It-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti
 Nanoxjenza u nanoteknoloġija (2005-2009)

Żieda u titjib ta' l-għajnuna ta' l-UE: Miżuri għall-2006 għal għajnuna aktar effettiva
PDF 340kWORD 117k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar "Kooperazzjoni aktar u aħjar: il-pakkett għall-2006 dwar għajnuna effettiva ta' l-UE" (2006/2208(INI))
P6_TA(2006)0382A6-0270/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni msejħa " Għajnuna ta" l-UE : l-għoti ta' għajnuna akbar, iktar effettiva u aktar malajr" (COM(2006)0087),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament imsejħa "Tisħiħ ta" l-impatt Ewropew: qafas komuni għat-tfassil tad-dokumenti ta" strateġija tal-pajjiżi u l-programmazzjoni multiannwali komuni" (COM(2006)0088),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew imsejħa "Finanzjament għall-Iżvilupp u l-Effettività ta" l- għajnuna – L-isfidi biex tiġi miżjuda l-għajnuna ta" l-UE bejn l-2006 u l-2010" (COM(2006)0085),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew imsejħa "Tħaffif tal-progress lejn il-kisba ta' l-għanijiet tal-millenju għall-iżvilupp - finanzjament għall-iżvilupp u effettività ta' l-assistenza" (COM(2005)0133),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp - It-tħaffif tal-progress biex jinkisbu l-għanijiet ta" l-iżvilupp tal-Millennju (COM(2005)0134),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew imsejħa "L-aċċellerazzjoni tal-progress għall-kisba ta" l-Obbjettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp - Il-kontribuzzjoni ta" l-Unjoni Ewropea", (COM(2005)0132),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Barranin ta' l-10 u l-11 ta' April 2006 dwar il-finanzjament ta' l-għajnuna għall-iżvilupp u l-effikaċità ta' l-għajnuna Ewropea: l-għoti ta' għajnuna akbar, iktar effettiva u iktar malajr,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma dwar l-armonizzazzjoni li ġiet adottata fil-25 ta' Frar 2003 wara l-Forum ta' livell għoli dwar l-armonizzazzjoni, u d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-effikaċità ta' l-għajnuna għall-iżvilupp adottata fir-2 ta' Marzu 2005 wara l-Forum ta' livell għoli u l-effikaċità ta' l-għajnuna (minn hawn 'l hemm imsejħa, "id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi"),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar mekkaniżmu ġdid ta' finanzjament għall-iżvilupp fil-kuntest ta' l-Objettivi tal-Millennju(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/RES/55/2 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Dikjarazzjoni dwar il-Millennju,

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-Sur Jeffrey Sachs, konsulent tas-Segretarju Ġenerali tan-NU imsejjaħ "Ninvestu fl-iżvilupp: pjan prattiku biex jintlaħqu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp",

–   wara li kkunsidra l-kunsens ta' Monterrey dwar il-finanzjament għall-iżvilupp tat-22 ta' Marzu, 2002,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, fil-Parlament Ewropew u fil-Kummissjoni dwar il-politika għall-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea imsejjaħ "Il-Kunsens Ewropew"(2)(minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp"),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew imsejħa "L-istrateġija ġdida ta' l-UE għall-Afrika: lejn patt euro-afrikan biex jitgħaġġel l-iżvilupp ta' l-Afrika" (COM(2005)0489),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2005 dwar strateġija għall-iżvilupp għall-Afrika(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' New York dwar sorsi innovattivi għall-finanzjament ta' l-iżvilupp adottata l-14 ta' Settembru 2005, matul is-samit ta' l-14 sas-16 ta' Settembru 2005 dwar it-twettiq ta' l-Obbjettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDG), li permezz tagħha 79 Stat diġà wrew l-appoġġ tagħhom għat-tnedija ta' l-ewwel mekkaniżmu pilota f'għamla ta' kontribuzzjoni għas-solidarjetà fuq il-biljetti ta' l-ajru,

–   wara li kkunsidra r-rapport Landau msejjaħ "Il-kontributi finanzjarji internazzjonali ġodda" dwar is-sorsi innovattivi għall-finanzjament ta' l-iżvilupp, kummissjonat mill-Grupp ta' Erbgħa u ppublikat fl-2004, u r-rapport Atkinson imsejjaħ "New Sources of Development Finance: Funding the Millennium Development Goals, ppubblikat fl-2004 mill-Universita' tan-Nazzjonijiet Uniti (UNU-WIDER),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2006 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u tal-koperazzjoni ekonomika(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2006 dwar l-effikaċità ta' l-għajnuna u l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2005 dwar l-irwol ta' l-Unjoni Ewropea fit-twettiq ta' l-Objettivi tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDG)(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Marzu 2006 dwar ir-reviżjoni strateġika tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)(7),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-7 ta' Ġunju 2006 mressqa mill-Grupp Afrikan fi ħdan il-Kumitat għall-Agrikultura ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), dwar il-modalitajiet għan-negozjati dwar il-beni agrikoli (06-0000) (TN/AG/GEN/18),

–   wara li kkunsidra r-rapport ta' Marzu 2006, imsejjaħ "Evalwazzjoni ta' l-Appoġġ tal-Bank Dinji għall-Kummerċ, 1987-2004", pubblikat mill-Grupp Indipendenti ta' Evalwazzjoni (IEG) tal-Bank Dinji,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0270/2006),

A.   billi l-Unjoni Ewropea tipprovdi aktar minn nofs l-għajnuna pubblika fid-dinja u għalhekk hija l-akbar kontributur ta' għajnuna fid-dinja, imma madankollu din il-pożizzjoni ma tirriżultax f'leadership effettiv li kapaċi jagħmel id-differenza fix-xena internazzjonali,

B.   billi l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp iqiegħed il-pedament għal viżjoni komuni dwar il-politika għall-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' valuri, prinċipji, objettivi u strumenti komuni għall-Istati Membri, għall-Kunsill, għall-Parlament u għall-Kummissjoni,

C.   billi l-għan ewlieni ta' din il-politika hu l-qerda tal-faqar fil-kuntest ta' żvilupp sostenibbli, kif ukoll it-twettiq ta' l-MDGs,

D.   billi għall-ewwel darba wara l-adozzjoni tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, il-Kummissjoni trid pjanifikazzjoni strateġika, mhux biss fl-għajnuna li tagħti jew timmanniġġja, imma wkoll fl-għajnuna bilaterali ma' l-Istati Membri, meta jkunu qed jitwettqu l-impenji li ttieħdu fid-dikjarazzjoni ta' Pariġi (approprjazzjonijiet, allinjament, armonizzazzjoni, immaniġġjar ffokat fuq ir-riżultati u r-responsabilità reċiproka),

E.   billi n-nuqqas ta' koerenza bejn il-politika differenti ta' l-UE tikkostitwixxi ostaklu għall-effettività ta' l-għajnuna u barra minn hekk tmur kontra l-Artikolu 178 tat-Trattat KE,

F.   billi għadd ta' studji wrew li r-riżultat (jiġifieri li ma jiġux imposti kondizzjonijiet fuq l-oriġini u l-modalitajiet ta' l-azzjoni għal din l-għajnuna) ta' l-għajnuna jibqa' essenzjali biex titjieb l-effettività tagħha, speċjalment meta għandu x'jaqsam ma' għajnuna alimentari,

G.   billi l-approprjazzjonijiet mill-pajjiżi msieħba fl-istrateġiji u fil-programmi ta' żvilupp huma wieħed mill-prinċipji essenzjali li hemm fil-Kunsens Ewropew għall-iżvilupp u fid-dikjarazzjoni ta' Pariġi,

H.   billi, skond ir-rapport imsemmi qabel, li tfassal minn Jeffrey Sachs għan-Nazzjonijiet Uniti, se jkun hemm bżonn mill-inqas USD 50 biljun supplimentari biex l-MDGs jintlaħqu fl-2015,

I.   billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li talloka EUR 2 biljuni fis-sena - biljun mill-Istati Membri u biljun mill-Kummissjoni - għall-appoġġ tall-kapaċitajiet kummerċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

J.   billi l-Unjoni Ewropea kkonfermat fil-konklużjonijiet imsemmi hawn fuq tal-Kunsill, l-impenji li ttieħdu fl-24 ta' Mejju 2005 dwar iż-żieda tal-volum ta' għajnuna, hekk li kollettivament se talloka talanqas 50% taż-żieda tal-fondi għall-għajnuna pubblika għall-iżvilupp (APD) fl-Afrika u se tibqa' l-uniku grupp ta' kontributuri li ħadu impenji sostanzjali li wieħed jista' jkejjilhom u li huma ppjanati minn qabel biex iżidu l-għajnuna sabiex jintlaħaq l-ammont ta' aktar minn EUR 84 biljun sa l-2015,

K.   billi, jekk wieħed iqis ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-prospettivi finanzjarji tal-baġit Ewropew għall-2007-2013 (konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-15-16 ta' Diċembru 2005), il-parti l-kbira ta' l-isforz għaż-żieda ta' l-għajnuna (bejn 80% u 90%) trid tiġi mill-Istati Membri,

L.   billi għalkemm skond iċ-ċifri ppubblikati mill-Organizzazzjoni ta' Koperazzjoni u ta' Żvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-2005, l-Unjoni Ewropea tidher li tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettivi ffissati għall-2006, għad baqa' erba' Stati Membri li l-livell ta' l-għajnuna tagħhom jibqa' anqas mill-minimu ta' 0.33% tal-Prodott Gross Nazzjonali kif iffissat mill-kompromess ta' Barċellona,

M.   billi, skond l-aħħar ċifri tal-Kumitat għall-Għajnuna u l-Iżvilupp (DAC) ta' l-OECD, l-Unjoni Ewropea kkalkolat it-tnaqqis ta' dejn (partikolarment għall-Iraq u n-Niġerja), li jirrapreżenta EUR 9 biljuni, bħala għajnuna għall-iżvilupp fl-2005, filwaqt li l-kunsens ta' Monterrey speċifikament jistabbilixxi li l-finanzjamenti mogħtija bħala tnaqqis ta' dejn ma għandhomx jiġu minn fondi ta' għajuna għall-iżvilupp li normalment ikun pjanat li jingħataw direttament lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,

N.   billi, lil hinn mill-fenomenu ta' nfih artifiċjali ta' l-ammonti ta' għajnuna pubblika għall-iżvilupp u minħabba l-ineffiċjenza fl-immaniġġjar, parti kbira ta' l-għajnuna ddedikata kollettivament mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea tibqa' ma tasalx direttament għand il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi tan-Nofsinhar li għalihom tkun destinata,

O.   billi l-implimentazzjoni ta' l-impenji li ttieħdu mill-G8 fi Gleneagles (iż-żieda ta' l-għajnuna għall-iżvilupp għall-USD 50 biljun kull sena sa l-2010) għadha ħafna inqas minn dak li twiegħed, ladarba f'din l-aħħar sena l-għajnuna effettiva (qabel ma jitqiesu l-effetti tal-maħfra tad-dejn ta' l-iżjed pajjiżi foqra) żdiedet biss b'USD 5 biljuni matul is-sena 2005,

P.   billi, sabiex tilħaq l-impenji tagħha, il-komunità internazzjonali diġà ltaqgħet darbtejn minn Settembru 2005 biex jitkomplew id-diskussjonijiet dwar is-sorsi innovattivi ta' finanzjament ta' l-iżvilupp,

Q.   billi l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament se tippermetti li mhux biss jinstabu riżorsi ġodda imma anke li tittejjeb il-kwalità tal-flussi ta' finanzjament għall-iżvilupp b'mod partikulari għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabilità u l-previdibilità tar-riżorsi, li huma essenzjali għall-appoġġ ta' strateġiji nazzjonali fit-tul,

R.   billi t-titjib ta' l-effikaċità tal-politika Ewropea ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tassumi li jiġu stabbiliti objettivi preċiżi x'jintlaħqu u indikaturi li jippermettu li jitkejjel il-progress miksub,

S.   billi fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi, il-finanzjaturi impenjaw ruħhom biex jiddefinixxu objettivi lejn xiex jimmiraw għall-2010 b'rapport mat-12-il indikatur stabbiliti fiha u biex jimplimentaw sistema effikaċi ta' kontroll għal kull wieħed mill-firmatarji,

T.   billi hemm bżonn urġenti li tiġi ffaċjata b'mod sostenibbli l-problema tad-dejn li hija xkiel ewlieni biex jintlaħqu l-MDGs,

U.   billi hemm kunsens internazzjonali biex ikun hemm ċaqliq minn approċċ ibbażat fuq it-tnaqqis għal approċċ ibbażat fuq il-maħfra tad-dejn tal-pajjiżi foqra kif tixhed id-Dikjarazzjoni tal-Millenju u d-deċiżjoni li jinħafru d-djun li ttieħdet mill-G8 fl-2005,

1.  Jenfasizza l-progress reali fejn għandha x'taqsam l-effikaċità li ġabu l-aħħar proposti tal-Kummissjoni li jinsabu fl-aħħar tliet komunikazzjonijiet tagħha u jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmi hawn fuq li jtennu sa ċertu punt il-proposti inklużi f'dawn it-tliet komunikazzjonijiet;

2.  Jistieden lilll-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jisfurzaw ruħhom biex jilħqu l-effikaċità fil-qasam ta' l-għajnuna fil-kuntest usa' tal-valuri mħaddna fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-konvenzjonijiet tan-NU, bħall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;

3.  Iqis li l-għażla ta' "donaturi prinċipali" f'oqsma settorjali speċifiċi fil-livell tal-pajjiż hija avvanz interessanti;

4.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex flimkien jagħmlu l-isforzi kollha tagħhom biex l-Unjoni Ewropea titkellem b'vuċi waħda, bl-iskop li tinstalla u tipperpetwa leadership li ma jkunx ibbażat biss fuq kemm huma kbar l-ammonti allokati għall-koperazzjoni u l-iżvilupp, imma wkoll fuq effikaċità msaħħa;

5.  Iqis li biex wieħed jiġġieled effettivament kontra l-faqar jeħtieġ li parti ferm akbar ta' l- APD li tingħata minn min jamministra l-fondi internazzjonali, tiġi indirizzata lejn l-aktar pajjiżi u popolazzjonijiet fqar u jiddispjaċih jara n-nuqqas ta' objettivi preċiżi lejn xiex għandha timmira l-Unjoni biex tagħmel dan;

6.  Iqis li l-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom ikunu mmirati biex tittejjeb il-kapaċità ta' dawn il-pajjiżi biex jimmaniġġjaw sew l-inħawi għas-sajd li jinsabu fl-ilmijiet territorjali tagħhom, b'mod speċjali biex jiġu kontrollati u sorvelljati l-attivitajiet ta' sajd u biex titwettaq riċerka xjentifika, u mhux biss biex sempliċiment jittieħed ħlas biex jinqabdu l-ħut;

7.  Iqis li, biex l-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea tkun effettiva, hemm bżonn li jkun garantit biżżejjed spazju politiku għall-pajjiżi li qed jiżvilluppaw u li din l-effikaċità tiġi evalwata f'termini ta' progress konkret fit-triq biex jintlaħqu l-MDGs;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Istati Membri kollettivament, biex jirrispettaw skruplożament l-objettivi u l-prinċipji li ġew stabbiliti fil-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp u b'mod partikolari l-objettiv essenzjali tal-ġlieda kontra l-faqar;

9.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tiddefendi u tippromwovi din il-politika li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt ta' l-Istati benefiċjarji biex jiddefinixxu l-politiki tagħhom infushom fi ħdan kull qbil multilaterali fejn hija rrapreżentata, bħal fil-qafas tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha;

10.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tinkorpora fil-politika ta' żvilupp tagħha r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tan-NU dwar l-Evalwazzjoni ta' Ekosistemi tal-Millenju li jiddikjara li l-qerda ta' l-ekosistemi tad-dinja se jkun ta' xkiel biex jinkisbu l-MDGs u biex tieħu miżuri biex titranġa din id-degradazzjoni ġeneralizzata;

11.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħmlu kull sforz possibbli, flimkien u mad-donaturi tad-DAC l-oħra, sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi;

12.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw bla dewmien ir-rakkomandazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni u li issa qegħdin f'idejn il-Kunsill, u dan se jinvolvi sforz importanti biex jiġu modifikati, jekk hemm bżonn b'mod radikali, is-sistema tagħhom ta' għajnuna u/jew il-proċeduri tagħhom ta' implimentazzjoni ta' din l-għajnuna bl-għan li tittejjeb b'mod sinifikanti l-effikaċità tagħhom permezz ta' koordinazzjoni aħjar tal-programmi, tal-kumplimentarjetà ta' l-azzjonijiet u tal-koerenza tal-politiki;

13.  Jenfasizza li l-effikaċità ta' l-għajnuna tgħaddi minn approċċ doppju: l-attenzjoni m'għandhiex tkun ikkonċentrata biss fuq il-kwistjonijiet ta' proċedura bħall-koordinazzjoni, il-kumplimentarjetà, l-armonizzazzjoni u l-konformità imma anke fuq il-kontenut u s-sustanza; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet assoċċjata ma' sforzi serji biex jitwaqqfu t-tluq ta' l-aħjar imħuħ u t-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri huma essenzjali f'dan il-kuntest;

14.  Jenfasizza li koordinazzjoni aktar effikaċja għandha tiġi akkumpanjata minn kumplimentarjetà ta' azzjonijiet, fis-sens li jkun hemm tqassim aħjar tax-xogħol bejn l-Istati Membri nfushom, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bil-livell nazzjonali bħala punt ċentrali u l-pajjiżi msieħba bħala leaders, hekk li tiġi ffaċċjata l-problema ta' pajjiżi u setturi "iltiema" u f'dan ir-rigward jenfasizza r-relevanza ta' Atlas tad-donaturi;

15.  Jenfasizza li l-koordinazzjoni tad-donaturi u t-tqassim tax-xogħol għandhom jitpoġġew taħt il-patroċinju tal-pajjiż imsieħeb, billi l-objettiv hu li jkun hemm allinjament mal-prijoritajiet u l-proċeduri tal-pajjiż imsieħeb;

16.  Jirrikonoxxi li l-koordinazzjoni u t-tqassim tax-xogħol ma jistgħux isiru b'mod iżolat; l-Unjoni Ewropea għalhekk m'għandhiex tiffoka esklussivament fuq it-tqassim intern tax-xogħol imma għandha dejjem tpoġġi lilha nnifsiha f'perspettiva li tinkludi d-donaturi kollha;

17.  Jitlob lill-Istati Membri kkonċernati biex ma jdewmux iż-żieda fil-baġit meħtieġa għal-impenji ripetuti li huma ħadu bl-iskop li jintlaħaq mingħajr kontabilità qarrieqa l-ammont minimu ta' PDA ta' 0.56% tal-GNP għall-2010 u 0.7% tal-GNP għall-2015 bil-għan tassew konkret li jinkisbu fondi supplimentari għal għajnuna għall-iżvilupp effettiva u msaħħa u jinsisti magħhom dwar l-irwol essenzjali li huma għandhom f'din il-kwistjoni;

18.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tikkunsidra l-fatt li ż-żieda fl-ammonti tal-PDA ma tagħmilx sens sakemm ma tkunx akkumpanjata minn żieda sinifikanti, kemm fl-effikaċità tagħha kif ukoll fil-kwalità, hekk li dan it-titjib isir prijorità assoluta tal-politika għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' kull Stat Membru, kif ukoll ta' l-istituzzjonjiet Ewropej kkonċernati;

19.  Jitlob lil kull Stat Membru biex kull sena, bl-użu ta' dokument bażiku ta' riferenza ppreparat mill-Kummissjoni, ifassal bl-akbar trasparenza lista preċiża li tiddistingwi b'mod ċar l-ammonti dedikati direttament għall-għajnuna għall-iżvilupp minn dawk għal inizjattivi oħrajn u li m'għandhomx x'jaqsmu direttament magħhom, bħat-tnaqqis tad-dejn; jinsisti fuq il-fatt li dawn l-ammonti għandhom ikunu espliċitament esklużi mill-kalkolu ta' l-ispejjeż totali ta' l-għajnuna għall-iżvilupp;

20.  Jinnota l-fatt li d-dibattiti dwar inizjattivi li jistgħu jiġu kkunsidrati jew le bħala relevanti għall-għajnuna għall-iżvilupp se jkomplu fl-2007 fi ħdan id-DAC ta' l-OECD biex jiġu magħluqa waqt is-Summit ta' livell għoli li se jittella' fil-Gana fil-bidu ta' l-2008 u jenfasizza d-determinazzjoni kollha tiegħu li jipparteċipa attivament f'dawn id-dibattiti;

21.  Jitlob lill-Kummisjoni biex tinfurmah bid-dettalji dwar l-attribuzzjoni tal-mandat li hija teżerċita fi ħdan id-DAC ta' l-OECD, dwar definizzjoni tal-pożizzjoni li hija tiddefendi hemmhekk, kif ukoll dwar ir-regoli ta' l-organizzazjoni u ta' kif jaħdem dan il-Kumitat;

22.  Jinsisti mal-membri tad-DAC ta' l-OECD sabiex jiddefinixxu l-objettivi lejn xiex jimmiraw għall-2010 b'rapport mat-12-l indikatur stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi - speċifikament għall-objettivi ta' kundizzjonalità, ta' responsabilità reċiproka u ta' previdibilità - u biex idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmu effikaċi ta' sorveljenza;

23.  Jappoġġa l-inizjattiva ta' programmazzjoni komuni, li pproponiet il-Kummissjoni u li issa qiegħda f'idejn il-Kunsill, li se titmexxa għal grupp inizjali ta' ħdax-il pajjiż tal-Grupp ta' l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew, u tal-Paċifiku (ACP), kif ukoll għall-Vjetnam u n-Nikaragwa u jqis li l-programmazzjoni li qed tiġi ppreparata issa għall-pajjiżi ta' l-ACP tista' sservi bħala punt ta' tluq tajjeb; jenfasizza madankollu l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-inizjattivi-pilota m'humiex inkompatibbli ma' l-azzjonijiet konġunti fis-seħħ fil-pajjiżi msieħba (bħall-istrateġija ta' għajnuna komuni) imma li pjuttost isaħħu l-proċessi eżistenti;

24.  Jinnota u japprezza l-ħidma li wettqet il-Kummissjoni f'termini ta' l-iżvilupp ta' indikaturi tar-riżultati ta' l-attivitajiet tagħha, imma jinnota wkoll li l-biċċa l-kbira ta' l-indikaturi huma marbuta ma' evalwazzjonijiet interni, li l-appoġġ baġitarji u l-programmi settorjali m'humiex evalwati minn dawn l-indikaturi u li għad m'hemmx indikaturi ta' impatt u ta' sostenibilità li jistgħu jevalwaw il-proġetti ladarba jitlestew;

25.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jidentifikaw flimkien l-indikaturi ta'riżultati adatti għall-indikaturi ta' l-MDGs, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-għajnuna baġitarja, sabiex il-parlamenti nazzjonali u s-soċjetajiet ċivili lokali, u kif ukoll il-Parlament Ewropew, jkunu jistgħu jittraċċaw ir-riżultati tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea;

26.  Jenfasizza li l-programmazzjoni komuni trid tippromwovi sħubija bbażata fuq l-approprjazzjoni nazzjonali u r-responsabilità reċiproka;

27.  Jenfasizza li kemm l-azzjonijiet ta' għajnuna u kemm l-azzjonijiet kummerċjali jistgħu u għandhom jilagħbu rwol notevoli fit-twettiq ta' l-MDGs;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja kif il-kummerċ ġust jista' jinbidel f'mudell ta' politika kummerċjali sostenibbli li jkun kapaċi jippromwovi kummerċ ekwilibrat bejn it-tramuntana u n-nofsinhar u jidentifika liem'huma x-xkiel għall-kummerċ li l-iktar li jirriflettu gravement fuq l-ifqar popolazzjonijiet;

29.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' l-istabilizzazzjoni tal-prezzijijiet tal-materja prima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jistieden lill-Kummissjoni biex tissuġerixxi miżuri f'dan ir-rigward;

30.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara f'liema miżura l-pajjiżi benefiċjarji u s-soċjetà ċivili se jkollhom kontroll sħiħ tal-politika tagħhom għall-iżvilupp u se jkollhom l-ispazju politiku meħtieġ biex iħejju l-analiżi, id-dijanjostika u l-politika strateġika komuni sabiex jitrawwem ir-rispons tal-pajjiżi benefiċjarji;

31.  Iqis li l-politiki ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali għandhom jiġu adottati demokratikament mill-pajjiżi benefiċjarji nfushom u li l-parlamenti demokratikament eletti għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-programm b'aktar attenzjoni;

32.  Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni mill-perspettiva ta' l-effikaċità ta' l-għajnuna; f'dan ir-rigward ifakkar ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar l-effikaċità ta' l-għajnuna u l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jtenni l-appoġġ tiegħu għall-kampanja "Ippublika dak li tħallas", li tirrikjedi li l-kumpaniji multinazzjonali jiżvelaw l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet li saru lill-gvernijiet;

33.  Itenni r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar l-effikaċità ta' l-għajnuna u dwar il-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirriżervaw perċentwali xierqa mill-għajnuna baġitarja għall-"klieb ta' l-għassa" tas-soċjetà ċivili, biex jimplimentaw sistema internazzjonali ta' 'blacklisting' biex jiġi evitat li l-banek isellfu l-flus lil reġimi korrotti, biex jipprojbixxu l-għoti ta' kuntratti ta' akkwist lil kumpaniji li ġew implikati f'atti korrotti f'pajjiż li qed jiżviluppa u biex iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni ta' l-2003;

34.  Bl-istess mod, ifakkar l-importanza ta' gvernar tajjeb u ta' l-eżistenza ta' stat ta' dritt stabbli u kif ukoll ta' strutturi regolamentari, ġuridiċi u istituzzjonali trasparenti u prevedibbli peress li huma kundizzjonijiet meħtieġa biex tinħoloq klima favorevoli għall-iżvilupp ekonomiku;

35.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-koperazzjoni deċentralizzata mmexxija direttament ma' l-entitajiet lokali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

36.  Iqis li l-kofinanzjament jista' jkollu l-irwol ta' katalist għall-fondi Ewropej u jikkontribwixxi wkoll biex jgħin biex toħroġ politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp ġenwinament Ewropea;

37.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi promossa l-implimentazzjoni ta' strument flessibbli u sostenibbli biex jintlaħqu l-MDGs u jitlob iktar dettalji dwar it-tħaddim u l-modijiet ta' mmaniġġjar ta' strument ta' dan it-tip;

38.  Bil-kontra tal-Kummissjoni, jiddispjaċih li l-progress ta' ċertu Stati Membri fit-twettiq ta' l-impenji tagħhom biex progressivament iħollu l-irbit(8) ta' l-għajnuna għall-iżvilupp ma hux sodisfaċenti, minkejja li dan l-istrument hu ferm mistenni mill-produtturi lokali u l-popolazzjonijiet tan-Nofsinhar li jkunu jistgħu utilment jibbenefikaw ħafna minnu, u jitlob lill-Istati Membri biex jibdew japplikaw minn issa stess dan il-ħall ta' rbit għall-għajnuna alimentari u biex dan jiġi indirizzat ukoll lejn il-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif tirrakkomanda l-OECD;

39.  Jinsab imħasseb mill-fatt li l-politika ta' għajnuna baġitarja ta' l-Unjoni Ewropea favur il-pajjiżi li qed jiżviluppaw hija dejjem iktar suġġetta għall-kundizzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFI), li tobbliga lil dawn il-pajjiżi biex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) biex jieħdu l-għajnuna għall-iżvilupp ta' l-Unjoni; iqis li din il-kundizjonalità ċentralizzata hija kontradittorja mal-politika tal-pajjiżi benefiċjarji f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-approprjazzjoni;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw ruħhom li l-partijiet interessati fil-pajjiżi benefiċjarji, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ikunu informati biżżejjed biex jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għall-programmi disponibbli;

41.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħeġġu l-inizjattivi ta' ko-żvilupp, terminu li hu meqjus li jfisser il-valurizzazzjoni tal-potenzjal rappreżentat mill-komunitajiet ta' migranti stabbiliti fil-pajjiżi żviluppati biex iservu l-iżilupp tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

42.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvolvu fil-programmi ta' żvilupp lill-persuni kompetenti li ħarġu mid-dijaspora u li jixtiequ jagħtu għajnuna konkreta u jaħdmu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom biex ipoġġu l-abilitajiet tagħhom għas-servizz ta' l-iżvilupp;

43.  Jenfasizza li biex tittejjeb l-għajnuna effettiva li hi riflessa minn progress konkret tas-sitwazzjoni reali, huwa assolutament indispensabbli li jkun hemm strumenti finanzjarji innovattivi u riżorsi supplimentari, u li ma tistax tissostitwixxi l-impenji li diġa ttieħdu f'termini ta' l-ODA;

44.  Jilqa' bi pjaċir ir-rieda soda ta' l-Unjoni Ewropea biex iddaħħal fis-seħħ mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament għall-iżvilupp intenzjonati li jiggarantixxu għajnuna stabbli, effikaċi u prevedibbli;

45.  Jenfasizza li l-Kummissjoni m'għandhiex titqies bħala s-sitta u għoxrin donatur ta' l-Unjoni Ewropea imma minflok għandu jkun definit il-vantaġġ komparattiv ta' l-għajnuna Komunitarja; ifakkar l-importanza tas-setturi definiti "il-kunsens Ewropew" għall-iżvilupp, bħall-preżenza globali ta' l-Unjoni, il-volum tal-baġit ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tagħha, it-tisħiħ tal-koeżjoni politika, il-promozzjoni ta' prassi tajba fil-qasam ta' l-iżvilupp, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, eċċ.; jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tistqarr b'mod ċar il-pożizzjoni tagħha dwar din il-kwistjoni;

46.  Jitlob lill-Parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri biex jeżerċitaw kontroll akbar tal-fondi akkumulati u ta' l-implimentazzjoni tal-programmi ta' koperazzjoni bilaterali;

47.  Jiddeplora l-fatt li l-inizjattiva HIPC (Pajjiżi Foqra Midjunin Ħafna) ma wasslitx għal soluzzjoni dewwiema għall-problema tad-dejn u li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kkonċernati ma' rawx titjib fis-sitwazzjoni ta' dejn tagħhom, kif xehed ir-rapport tal-Bank Dinji msemmi hawn fuq;

48.  Jifraħ bl-inizjattiva li ħadet in-Norveġja li tikkumissjona studju fil-livell tal-Bank Dinji u tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-kwistjoni ċentrali ta' l-illeġittimità tad-dejn u jħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jippromwovu din l-inizjattiva fil-fora internazzjonali bil-għan li din il-kwistjoni tiġi rikonoxxuta internazzjonalment u li jitwettqu verifiki dwar in-natura ta' "dejn odjuż" ta' ċerti djun bilaterali ta' l-Istati Membri bil-għan li jinħafru;

49.  Jiddispjaċih li l-Kunsill mhux dispost li jipprovdi riżorsi ġodda għall-azzjonijiet ta' għajnuna u l-azzjonijiet kummerċjali fil-pakkett finanzjarju għall-2007-2013; iqis li l-finanzjament tal-miżuri m'għandux isir b'detriment ta' attivitajiet oħra intenzjonati biex jintlaħqu l-MDGs; iqis li dan ikun inkoerenti u inaċċettabbli ladarba strumenti finanzjarji ġodda u riżorsi supplimentari huma indispensabbli;

50.  Jenfasizza l-importanza ta' l-inizjattiva tad-WTO "Għajnuna għall-Kummerċ" li tippermetti li pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu mgħejjuna biex isaħħu l-kapaċitajiet kummerċjali tagħhom u biex jimplimentaw il-ftehimiet li kkonkludew fi ħdan din l-organizzazzjoni sabiex jiġbru qliegħ minnhom u jagħtu spinta lill-kummerċ tagħhom billi jiġi ffaċilitat id-dħul tagħhom fil-kummerċ internazzjonali; f'dak ir-rigward, itenni l-appoġġ tiegħu għal linja baġitarja ġdida "Aid for Trade", li ttejjeb kemm it-trasparenza u kemm il-kontroll demokratiku;

51.  B'ferħ jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp dwar il-kummerċ; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa għal miżuri ta' koordinazzjoni mtejba min-naħa tad-donaturi u fuq kollox fuq il-post innifsu; jensizza l-bżonn għall-Unjoni Ewropea li tgħaqqad l-isforzi tagħha fil-qasam ta' l-għajnuna għall-iżvilupp ma' dawk ta' donaturi internazzjonali oħra;

52.  Iqis li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea tappoġġa l-pajjiżi ACP fil-kuntest tar-reġim ta' għajnuna għaz-zokkor sabiex dawn ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għal-limitazzjonijiet ġodda tar-riforma tar-reġim taz-zokkor Ewropew; min-naħa l-oħra, iqis li l-baġit allokat fil-kuntest ta' l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni m'għandux ikun ta' detriment għall-azzjonijiet oħra mwettqa bħala parti mill-politika ta' żvilupp ta' l-Unjoni u b'mod partikulari għall-ispejjeż relatati ma' l-MDGs;

53.  Ifakkar lill-Kummissjoni bl-impenn li ħadet rigward "Round for Free" għal pajjiżi li qed jiżviluppaw fi ħdan id-WTO; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jiġi evitat li l-pajjiżi l-inqas żviluppati jiġu sagrifikati fl-interess tal-gruppi kummerċjali l-iktar b'saħħithom;

54.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni u l-pajjiżi ACP jixtiequ jtejbu l-effikaċità billi jsaħħu l-koperazzjoni reġjonali permezz ta' ftehimiet ta' sħubija ekonomika; f'dan il-kuntest, jitlob il-garanziji meħtieġa u kalendarju realistiku għal ftuħ progressiv u asimmetriku tal-kummerċ, sabiex ikun żgurat li l-ftehimiet ta' sħubija ekonomika jistimulaw b'mod effikaċi t-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi ACP;

55.  Jitlob lill-pajjiżi żviluppati kollha u lill-pajjiżi kolha li qiegħdin f'fażi avvanzata ta' żvilupp biex isegwu l-mudell ta' l-inizjattiva "Kollox apparti l-Armi" ta' l-Unjoni Ewropea billi jiggarantixxu aċċess għas-suq kompletament bla taxxi u bla kwoti għall-pajjiżi l-inqas avvanzati;

56.  Ifakkar fir-rapport tal-Kummissjoni li minnu joħroġ li l-pajjiżi l-inqas żviluppati huma dawk li l-inqas igawdu mir-reġim preferenzjali ta' l-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri ġodda biex l-iktar pajjiżi foqra jitħallew igawdu mill-iktar benefiċċji possibbli mill-preferenzi kummerċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

57.  Iqis li anke jekk l-ammont ta' l-għajnuna finanzjarja allokata mill-Unjoni Ewropea huwa importanti, huwa importanti wkoll li jitniedu riformi sustanzjali ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji u kummerċjali globali biex jiġi inkorporat approċċ multidimensjonali bbażat fuq id-drittijiet;

58.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu li ġa ssemmiet dwar ir-reviżjoni strateġika tal-Fond Monetarju Internazzjonali, li fiha stieden lill-Istati Membri biex jisfurzaw ruħhom biex jgħaqqdu grupp ta' pajjiżi ("constituency") uniku - li għandu jibda minn grupp ta' pajjiżi fiz-zona euro, bl-intenzjoni li tkun garantita, fuq perjodu itwal ta' żmien, rappreżentanza Ewropea koerenti li magħha jkunu assoċjati l-Presidenza tal-Kunsill Ecofin u l-Kummissjoni, suġġett għall-kontroll tal-Parlament;

59.  Jitlob reviżjoni ta' l-operat tax-xogħol ta' l-IFI, bl-ewwel pass ikun l-adattament tas-sistema għal votazzjoni għar-realtà attwali, billi jingħata aktar piż lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u billi tiġi riveduta l-kompożizzjoni - li bħalissa qiegħda żbilanċjata - tal-gruppi tal-pajjiżi;

60.  Wara li qies diversi rapporti, inkluż ir-rapport Sachs li ġa ssemma, jitlob lilll-IFIs biex in-natura sostenibbli tad-djun tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw titqies bħala l-livell ta' dejn li jippermetti pajjiż biex jilħaq l-MDGs mingħajr ma jżid r-rata ta' dejn tiegħu u jitlob lir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fl-IFIs biex jitolbu ridefinizzjoni ta' dan it-tip;

61.  Ifakkar is-suġġeriment, li jinsab fir-riżoluzzjoni tiegħu li ġa ssemmiet dwar ir-reviżjoni strateġika ta' l-IMF, biex il-kundizzjonalità assoċjata ma' l-għajnuna u mas-self ta' l-IFIs tiġi definita fil-kuntest ta' kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-istituzzjonijiet tan-NU, u jirrikonoxxi li din il-kundizzjonalità, f'ħafna każi, kellha impatt negattiv fuq l-indikaturi soċjo-ekonomiċi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

62.  Jipproponi l-ħolqien ta' grupp ta' ħidma għall-effikaċità ta' l-għajnuna Ewropea u għas-sorveljanza tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, li jikkonsisti mill-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri, lill-NGOs għall-iżvilupp, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u lit-trade unions biex jipparteċipaw fih u jissuġerixxi għalhekk biex jintgħażel numru ta' pajjiżi bħala "studji ta' każ" sabiex tingħata xbieha aħjar lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Iżvilupp tiegħu ta' l-isforzi u r-riżultati f'livell nazzjonali;

63.  Jenfasizza li hemm bżonn assolut li l-Unjoni twettaq b'mod aktar sistematiku politiki li jippreżentaw koerenza globali u jifraħ bil-fatt li din il-kwistjoni ta' koerenza bejn il-politiki differenti ta' l-Unjoni Ewropea ddaħħlet fl-aġenda tal-Presidenza Finlandiża, presidenza li hemm ħafna mistenni minnha;

64.  Jenfasizza l-importanza tal-koerenza bejn is-setturi ta' azzjoni differenti ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koordinazzjoni meħtieġa u l-kumplimentarjetà ta' azzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa ta' l-effikaċità ta' l-għajnuna b'mod partikulari fil-livell lokali; hu ta' l-opinjoni li n-nuqqas ta' koerenza jmur kontra l-Artikolu 178 tat-Trattat KE;

65.  Iqis li l-politika ta' effikaċità ta' l-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea għandha tassigura koeżjoni bejn l-iskambji kummerċjali, il-koperazzjoni għall-iżvilupp u l-politiki komuni għall-agrikoltura u s-sajd biex jiġu evitati effetti negattivi, diretti jew indiretti, fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

66.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi r-riżoluzzjoni preżenti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P6_TA(2006)0063.
(2) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(3) Testi adottati ta' din id-data, P6_TA(2005)0445.
(4) Testi adottati ta' din id-data, P6_TA(2006)0217.
(5) Testi adottati ta' din id-data, P6_TA(2006)0141.
(6) ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 311.
(7) Testi adottati ta' dik id-data, P6_TA(2006)0076.
(8) Ara premessa F.


L-isfruttar tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana *
PDF 424kWORD 105k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana (COM(2005)0714 – C6-0034/2006 – 2006/0002(CNS))
P6_TA(2006)0383A6-0265/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0714)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0034/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0265/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament ;

4.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konsultazzjoni skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 6
(6)  L-għan tal-pjan huwa li jassigura sfruttament tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.
(6)  L-għan tal-pjan ta' ġestjoni għandu jkun li jerġa' jġib l-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana għal-livell ta' prekawzjoni.
Emenda 21
Premessa 6 a (ġdida)
(6a) Konsegwentement, fit-tfassil tal-pjan ta' ġestjoni, wieħed għandu jagħti kas ukoll tal-fatt li r-rata għolja ta' mortalità tal-barbun tat-tbajja' minħabba s-sajd hija fil-biċċa l-kbira kkaġunata mill-ħafna rimi mit-tkarkir bit-travu għal-lingwata bi xbiek ta' 80 mm fil-partijiet tan-nofsinhar tal-Baħar tat-Tramuntana.
Emenda 3
Premessa 7
(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jeħtieġ, inter alia, li biex jintlaħaq l-għan il- Politika Komuni tas-Sajd, il-Komunità għandha tapplika l-istrateġija ta' prekawzjoni fit-teħid ta' miżuri għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' l-istokk, li jippermetti għall-isfruttament sostenibbli tiegħu u li jnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar. Il-Komunità għandha timmira għal implimentazzjoni progressiva ta' strateġija għall-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-ekosistema, u għandu jikkontribwixxi għal attivitajiet ta' sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva. Dan ir-Regolament għandu jimmira li jipprovdi livell ta' għajxien ġust għal dawk dipendenti mis-sajd tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana u jqis l-interessi tal-konsumaturi;
Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jeħtieġ, inter alia, li biex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-Komunità għandha tapplika l-istrateġija ta' prekawzjoni fit-teħid ta' miżuri għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' l-istokk, li jippermetti l-isfruttament sostenibbli tiegħu u li jnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar. Il-Komunità għandha timmira għal implimentazzjoni progressiva ta' strateġija għall-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-ekosistema, u għandu jikkontribwixxi għal attivitajiet ta' sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva. Dan ir-Regolament għandu jimmira biex jipprovdi livell ta' għajxien ġust għal dawk dipendenti mis-sajd tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana u jqis l-interessi tal-konsumaturi. Il-Komunità għandha tibbaża l-politika tagħha parzjalment fuq il-politika rrakkomandata mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali (RAC) kompetenti.
Emenda 4
Premessa 10 a (ġdida)
(10a) Fl-2006 l-Kummissjoni se tagħti bidu għal dibattitu dwar strateġija Komunitarja għal tnaqqis gradwali fil-mortalità minħabba s-sajd fl-oqsma tas-sajd ewlenin kollha permezz ta' komunikazzjoni rigward il-kisba ta' l-objettiv tal-qabda massima sostenibbli (MSY) sa l-2015. Il-Kummissjoni se tressaq din il-komunikazzjoni lill-RACs għall-opinjoni tagħhom.
Emenda 5
Premessa 10 b (ġdida)
(10b) Qabel kwalunkwe proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għandu jsir studju dwar l-impatt li jkun ibbażat fuq tagħrif bijoloġiku u finanzjarju preċiż, oġġettiv u komprensiv; dak l-istudju dwar l-impatt għandu jiġi anness mal-proposta tal-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar 2007.
Emenda 22
Premessa 10 c (ġdida)
(10c) Dan ir-Regolament ma jistabbilixxi l-ebda limiti għall-użu tax-xbiek tat-tkarkir bit-travu fis-sajd għall-barbun tat-tbajja' u għal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana. Madanakollu, hemm bżonn li jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi potenzjali ta' l-użu tax-xbiek tat-tkarkir bit-travu fuq l-ekosistemi u fuq l-ambjent marittimu. Għalhekk, immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ikun xieraq li l-Kummissjoni tagħmel studju dwar l-impatt tat-tkarkir bit-travu fuq l-ekosistemi u fuq l-ambjent marittimu fl-inħawi fejn jiġi prattikat dan il-metodu ta' sajd u tal-metodi ta' sajd li jistgħu jintużaw minflok it-tkarkir bit-travu li huma sostenibbli f'termini ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali. Fuq il-bażi ta' dak l-istudju, ikun xieraq li jitfassal pjan ta' azzjoni għat-tneħħija gradwali ta' metodi u tagħmir tas-sajd li għandhom impatt negattiv fuq l-ekosistemi u fuq l-ambjent marittimu, biex posthom jeħduh metodi u tagħmir tas-sajd li jħallu inqas impatt,
Emenda 7
Artikolu 2
1.  Il-pjan ta' ġestjoni għandu jassigura sfruttament sostenibbli ta' l-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana.
1.  Il-pjan ta' ġestjoni għandu jassigura li, jekk l-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana m'humiex diġà fil-livell ta' prekawzjoni, jerġgħu jilħqu dak il-livell.
2.  L-għan speċifikat fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq waqt li r-rata tal-mortalità tal-ħut għall-barbun tat-tbajja' fil-Baħar tat-Tramuntana tinżamm f'rata ugwali għal jew mhux inqas minn 0.3.
2.  Dak l-objettiv għandu jinkiseb billi titnaqqas gradwalment ir-rata tal-mortalità minħabba s-sajd għal dawn l-istokkijiet.
3.  L-għan speċifikat fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq waqt li l-mortalità tal-ħut għal-lingwata tinżamm f'rata ugwali għal jew mhux inqas minn 0.2.
Emenda 8
Artikolu 3, paragrafu 1
1.  Kull sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, b'maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, dwar il- Qabdiet Totali Permissibbli (TACs) għas-sena li jmiss għall-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana.
1.  Il-Kunsill għandu jiddeċiedi, b'maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, dwar il- Qabdiet Totali Permissibbli (TACs) għal perjodu ta' 3 snin għall-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana.
Emenda 9
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Miżuri leġiżlattivi u deċiżjonijiet ta' kull tliet snin dwar it-TAC
1.  Meta l-evalwazzjoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) turi li l-bijomassa ta' stokk riproduttiv tkun reġgħet ġiet għal-livell ta' prekawzjoni jew għal livell ogħla, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata dwar:
(a) livell ta' mira għall-mortalità minħabba s-sajd fuq perjodu twil ta' żmien;
u
(b) persentaġġ għat-tnaqqis tal-mortalità minħabba s-sajd li għandu jiġi applikat sakemm jintlaħaq il-livell tal-mortalità minħabba s-sajd imsemmi fil-punt (a).
2.  Fuq il-bażi tal-figuri ta' mira u ta' evalwazzjoni xjentifika ex-post, il-Kunsill għandu jiddeċiedi TAC għall-istokkijiet tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata għal perjodi ta' tliet snin kull darba.
Emenda 24
Artikolu 4
1.  Il-Kunsill għandu jistabbilixxi TAC għall-barbun tat-tbajja' għal dak il-livell li, skond evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill- Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) hija l-ogħla minn bejn dawn li ġejjin:
1.  Jekk il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) jistma, fuq il-bażi ta' l-aktar rapport riċenti ta' l-ICES, il-bijomassa ta' stokk riproduttiv tal-barbun tat-tbajja' bħala inqas mil-livell ta' prekawzjoni ta' 230,000 tunellata, il-Kunsill għandu jistabbilixxi TAC għal perjodu ta' 3 snin. Dan għandu jiġi ffissat b'tali mod li, skond l-istima ta' l-STECF, ikun hemm probabilità raġonevoli li l-istokkijiet jerġgħu lura għal-livell ta' prekawzjoni fi żmien 3 snin.
(a) it-TAC li l-applikazzjoni tagħha tirriżulta fi tnaqqis ta' 10 % fir-rata ta' mortalità tal-ħut fis-sena ta' applikazzjoni tagħha meta mqabbla mar-rata ta' mortalità tal-ħut stmata għas-sena ta' qabel;
(b) it-TAC li l-applikazzjoni tagħha tirriżulta f'livell tar-rata ta' mortalità tal-ħut ta' 0.3 mill-età ta' sentejn (2) sa erba' (4) snin fis-sena ta' applikazzjoni tagħha
2.   Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f'TAC li tgħaddi t-TAC tas-sena ta' qabel b'aktar minn 15 %, il-Kunsill għandu jistabbilixxi TAC li hija 15 % akbar mit-TAC ta' dik is-sena.
2.  Jekk dan iwassal għal tnaqqis ta' aktar minn 15% fit-TAC plurijennali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi li jimplimenta t-tnaqqis fi stadji, sabiex id-differenzi bejn sena u oħra ma jaqbżux il-15%.
3.  Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f'TAC li hija aktar minn 15 % inqas mit-TAC tas-sena ta' qabel, il-Kunsill għandu jistabbilixxi TAC li hija 15 % inqas mit-TAC ta' dik is-sena.
3.  Jekk dan iwassal għal żieda ta' aktar minn 15 %, żieda massima ta' 15% għandha tiġi deċiża.
Emenda 11
Artikolu 5
1.  Il-Kunsill għandu jistabbilixxi TAC għal-lingwata għal dak il-livell li, skond evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill-iSTECF hija l-ogħla minn bejn dawn li ġejjin:
1.  Jekk l-STECF jistma, fuq il-bażi ta' l-aktar rapport riċenti ta' l-ICES, il-bijomassa ta' stokk riproduttiv tal-lingwata bħala inqas mil-livell ta' prekawzjoni ta' 35,000 tunellata, il-Kunsill għandu jistabbilixxi TAC għal perjodu ta' 3 snin. Dan għandu jiġi ffissat b'tali mod li, skond l-istima ta' l-STECF, ikun hemm probabilità raġonevoli li l-istokkijiet jerġgħu lura għal-livell ta' prekawzjoni fi żmien 3 snin.
(a) it-TAC li l-applikazzjoni tagħha tirriżulta fl-istess bdil proporzjonat fir-rata ta' mortalità tal-lingwata kif iġġenerat mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 4(1) dwar il-barbun tat-tbajja';
(b) it-TAC li l-applikazzjoni tagħha tirriżulta ta' 0.2 fil-livell tar-rata ta' mortalità tal-ħut fis-sena ta' applikazzjoni tagħha
(c) it-TAC li l-applikazzjoni tagħha tirriżulta fi tnaqqis ta' 10% fir-rata ta' mortalità tal-ħut fis-sena ta' applikazzjoni tagħha meta mqabbla mar-rata ta' mortalità tal-ħut stmata għas-sena ta' qabel.
2.   Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f'TAC li tgħaddi t-TAC tas-sena ta' qabel b'aktar minn 15%, il-Kunsill għandu jistabbilixxi TAC li hija 15% akbar mit-TAC ta' dik is-sena.
2.  Jekk dan iwassal għal tnaqqis ta' aktar minn 15% fit-TAC plurijennali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi li jimplimenta t-tnaqqis fi stadji, sabiex id-differenzi bejn sena u oħra ma jaqbżux il-15%.
3.  Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f'TAC li hija aktar minn 15% inqas mit-TAC tas-sena ta' qabel, il-Kunsill għandu jistabbilixxi TAC li hija 15% inqas mit-TAC ta' dik is-sena.
3.  Jekk dan iwassal għal żieda ta' aktar minn 15%, għandha tiġi deċiża żieda massima ta' 15%.
Emenda 12
Artikolu 6, paragrafu 2
2.  Kull sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, dwar in-numru massimu ta' jiem fuq il-baħar disponibbli għal bastimenti Komunitarji tas-sajd li jużaw tagħmir tax-xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' daqs ta' 80 mm jew aktar u suġġett għas-sistema ta' limitazzjoni ta' l-isforz ta' sajd imsemmija fil-paragrafu 1.
2.  Għal kull sena tal-perjodu ta' tliet snin, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, dwar in-numru massimu ta' jiem fuq il-baħar (ikkalkulat f'jiem kilowott) disponibbli għal bastimenti Komunitarji tas-sajd li jistadu għall-barbun tat-tbajja' jew għal-lingwata jew li jaqbduhom meta jkunu qed jistadu għal speċi oħra u suġġett għas-sistema ta' limitazzjoni ta' l-isforz ta' sajd imsemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 13
Artikolu 6, paragrafu 3
3.  L-aġġustament annwali tan-numru massimu ta' jiem imsemmi fil-paragrafu 2 ta" dan l-Artikolu għandu jkun ta' l-istess proporzjon bħall-aġġustament annwali tar-rata tal-mortalità tal-ħut prevista skond l-Artikolu 5(1).
3.  In-numru massimu ta' jiem imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun relatat mat-tnaqqis fir-rata tal-mortalità minħabba s-sajd prevista fit-TACs plurijennali deċiżi mill-Kunsill.
Emenda 14
Artikolu 6, paragrafu 4 a (ġdid)
4a. Fl-adozzjoni tal-pjan ta' ġestjoni il-Kunsill għandu jiddeċiedi li l-bastimenti Komunitarji tas-sajd li jintużaw għas-sajd tal-qiegħ għall-ħut ċatt m'għandhomx jibqgħu jkunu suġġetti għar-regoli dwar il-jiem fuq il-baħar previsti fil-pjan għall-irkupru tal-merluzz.
Emenda 15
Artikolu 8, paragrafu 1
1.  B'deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83, il-marġni permess ta' tolleranza, fl-estimi tal-kwantitajiet, f'kilogrammi ta' piż ħaj miżmuma abbord il-bastimenti Komunitarji tas-sajd li kienu preżenti fil-Baħar tat-Tramuntana għandu jkun ta' 8% taċ-ċifra mdaħħla fil-ġurnal ta' abbord. Fil-każ li ebda fattur ta' konverżjoni m'huwa stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-fattur ta' konverżjoni adottat mill-Istati Membri li l-bastimenti jtajru l-bandiera tagħhom għandu japplika.
1.  B'deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83, il-marġni permess ta' tolleranza, fl-estimi tal-kwantitajiet, f'kilogrammi ta' piż ħaj miżmuma abbord il-bastimenti Komunitarji tas-sajd li kienu preżenti fil-Baħar tat-Tramuntana għandu jkun ta' 10% taċ-ċifra mdaħħla fil-ġurnal ta' abbord. Fil-każ li ebda fattur ta' konverżjoni m'huwa stabbilit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-fattur ta' konverżjoni adottat mill-Istati Membri li l-bastimenti jtajru l-bandiera tagħhom għandu japplika.
Emendi 16 u 17
Artikolu 9
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jassiguraw li fir-rigward ta' ħatt l-art magħmul minn kull bastiment Komunitarji tas-sajd li kien preżenti fil-Baħar tat-Tramuntana:
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jassiguraw li kwalunkwe kwantità ta' barbun tat-tbajja' li taqbeż il-200 kg u kwalunkwe kwantità ta' lingwata li taqbeż il-100 kg li tkun inqabdet fil-Baħar tat-Tramuntana tintiżen qabel tinbiegħ għall-ewwel darba skond ir-regoli Komunitarji attwali.
(a) għandhom jintiżnu l-kwantitajiet kollha ta' lingwata u ta' barbun tat-tbajja' minn kull bastiment li jġorr abbord kull kwantità ta' lingwata li tisboq t-300 kg jew ta' barbun tat-tbajja' li tisboq l-500 kg;
Il-piż għandu jittieħed bl-użu ta' miżien li l-preċiżjoni tiegħu ġiet ċertifikata f' marġni raġonevoli ta' tolleranza skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.
(b) l-użin tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata għandu jitwettaq fil-preżenza ta' kontrolluri u qabel it-trasport tagħhom mill-post li fih inħattu l-art u qabel l-ewwel bejgħ;
(c) il-piż jittieħed bl-użu ta' miżien li l-preċiżjoni tiegħu ġiet ċertifikata fi ħdan marġni raġonevoli ta' tolleranza mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.
Emenda 18
Artikolu 11, paragrafu 2
2.  Kontenituri li jżommu barbun tat-tbajja' jew lingwata għandhom jiġu stivati separatament mill-kontenituri oħra.
2.  Il-barbun tat-tbajja' u l-ligwata għandhom jiġu stivati f'kaxex tal-ħut separati.
Emenda 23
Artikolu 13 a (ġdid)
Artikolu 13a
Pjan ta' azzjoni għall-iżvilupp u l-użu ta' metodi u tagħmir tas-sajd b'impatt żgħir
Immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel studju fil-fond dwar l-impatt tat-tkarkir bit-travu fuq l-ekosistemi u fuq l-ambjent marittimu fl-inħawi fejn jiġi prattikat dan il-metodu ta' sajd u tal-metodi ta' sajd li jistgħu jintużaw minflok it-tkarkir bit-travu li huma sostenibbli f'termini ekonomiċi, ekoloġiċi u soċjali.
Fuq il-konklużjoni ta' dan l-istudju, il-Kummissjoni għandha tħejji pjan ta' azzjoni sabiex tippromwovi r-riċerka dwar metodi u tagħmir tas-sajd b'impatt żgħir - inkluża riċerka fuq id-daqs u l-għamla tax-xbiek biex tiżgura l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd - u l-iżvilupp ta' tali riċerka. Fl-istess ħin, dan il-pjan ta' azzjoni għandu jistabbilixxi linji gwida għat-tneħħija gradwali ta' metodi u tagħmir tas-sajd li għandhom impatt negattiv fuq l-ekosistemi u fuq l-ambjent marittimu, biex posthom jeħduh metodi u tagħmir tas-sajd li jħallu inqas impatt. Inizjattivi skond dan il-pjan ta' azzjoni għandhom ikunu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għas-Sajd skond l-objettivi ta' dak il-Fond.
Emenda 20
Artikolu 15
F'każ li l-STECF jagħti parir li d-daqs ta' l-istokk riproduttiv tal-barbun tat-tbajja', dak tal-lingwata, jew it-tnejn qed isofru minn tnaqqis fil-kapaċità riproduttiva, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni dwar TAC għall-barbun tat-tbajja' li hija inqas minn dik prevista fl-Artikolu 4, dwar TAC għal-lingwata li hija inqas minn dik prevista fl-Artikolu 5, u dwar numru ta' jiem fuq il-baħar li huwa inqas minn dak previst fl-Artikolu 6.
F'każ li l-STECF jagħti parir li d-daqs ta' l-istokk riproduttiv tal-barbun tat-tbajja', dak tal-lingwata, jew it-tnejn qed isofru minn tnaqqis fil-kapaċità riproduttiva, il-Kunsill jista' jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni dwar TAC għall-barbun tat-tbajja' li hija inqas minn dik prevista fl-Artikolu 4, dwar TAC għal-lingwata li hija inqas minn dik prevista fl-Artikolu 5, u dwar numru ta' jiem fuq il-baħar li huwa inqas minn dak previst fl-Artikolu 6.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Il-produzzjoni u l-ittikkettar ta' prodotti organiċi *
PDF 337kWORD 80k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel (COM(2005)0671 – C6-0033/2006 – 2005/0279(CNS))
P6_TA(2006)0384A6-0253/2006

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0671)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0033/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0253/2006),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob għall-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta mill-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 26
ARTIKOLU 1 PUNT -1 (ġdid)
Artikolu 5 paragrafu 3 c (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
-1.  Artikolu 5 paragrafu 3 c jiġi sostitwit permezz ta' dan li ġej:
"c) il-prodott jikkonsisti, f'dawk li huma ingredjenti ta' oriġini mhux agrikola, esklussivament f'sustanzi elenkati fl-Anness VI Parti A; F'din il-lista ma jistgħux jiġu inklużi salmuri tan-nitritu (nitrat tal-potassju u nitritu tal-potassju);"
Emenda 1
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 1 (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
1.  A product imported from a third country may be placed on the Community market labelled as organic where it complies with the production rules laid down in this Regulation.
1.  Prodott importat minn pajjiż terz jista' jitqiegħed fis-suq Kommunitarju ittikkettat bħala organiku meta dan jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
- ikun konformi mar-regoli tal-produzzjoni stipulati f'dan ir-Regolament, il-pajjiż ta' l-oriġini jkun identifikabbli b'mod ċar għall-importaturi u għall-konsumaturi u l-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq tista' tkun ikkontrollata u vverifikata; u
- aġenti ekonomiċi f'pajjiżi terzi li jkunu involuti f'kwalunkwe stadju fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fid-distribuzzjoni tal-prodott inkwistjoni jkunu taw notifika ta' l-attivitajiet tagħhom lil awtorità kompetenti jew lil korp ta' spezzjoni skond l-Artikolu 9, sakemm l-awtorità jew korp involut jagħmel kontrolli fil- pajjiż terz tal-produzzjoni, jew għal korp tal-kontroll li hu rikonoxxut skond il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 9.
Il-prodott għandu jkun kopert minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew korpi ta' spezzjonar kompetenti skond l-Artikolu 9. Iċ-ċertifikat għandu jikkonferma li l-prodott jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu.
Emenda 3
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 3, punt (a) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
(a) the product has been produced in accordance with production standards equivalent to those applied to organic production in the Community, or in accordance with the internationally recognised standards set out in the Codex Alimentarius guidelines;
(a) il-prodott ġie prodott skond l-istandards tal-produzzjoni ekwivalenti għal dawk applikati għall-produzzjoni organika fil-Komunità;
Emenda 4
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 3, punt (b) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
(b) the producer has been subject to control arrangements which are equivalent to those of the Community control system, or which comply with the Codex Alimentarius guidelines;
(b) il-produttur kien suġġett għal arranġamenti ta' kontroll li huma ekwivalenti għal dawk tas-sistema ta' kontroll tal-Komunità;
Emenda 5
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 3, punt (d) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
(d) the product is covered by a certificate issued by the competent authorities or control bodies of a third country recognised in accordance with paragraph 4, or by a control body recognised in accordance with paragraph 5, which confirms that the product satisfies the conditions set out in this paragraph.
(d) il-prodott huwa kopert minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet jew korpi ta' kontroll ta' pajjiż terz rikonoxxut skond il-paragrafu 4, jew minn korp ta' kontroll rikonoxxut skond il-paragrafu 5, li jikkonferma li l-prodott jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu.
B'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2), il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-karatteristiċi taċ-ċertifikat ta' kontroll u għandha tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-użu tiegħu qabel ma tidħol fis-seħħ l-iskema ġdida għall-importazzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ biss fir-rigward tal-kunsinna partikolari li jakkompanja u li għaliha jirreferi.
Emenda 6
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 3, punt (d a) (ġdid) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
(da) il-korp ta' kontroll ta' pajjiż terz ta' pajjiż rikonoxxut skond il-paragrafu 4 jew li huwa rikonoxxut bi qbil mal-paragrafu 5, jissodisfaw l-istandard Ewropew EN 45011 dwar il-kriterji ġenerali relatati ma' korpi ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti jew il-Gwida ta' l-ISO 65 u li jkun akkreditat qabel l-1 ta' Jannar 2009 b'konformità ma' dak l-istandard minn kwalunkwe korp ta' akkreditazzjoni li hu firmatarju fil-Ftehima Multilaterali ta' Rikonoxximent.
Emenda 7
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 4, subparagrafu 1 (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
The Commission shall, in accordance with the procedure referred to in Article 14(2), recognise the third countries whose production standards and control arrangements are equivalent to those applied in the Community, or are in accordance with the internationally recognised standards set out in the Codex Alimentarius guidelines, and publish a list of these countries.
Il-Kummissjoni għandha, skond il-procedura msemmija fl-Artikolu 14(2), tirrikonoxxi l-pajjiżi terzi li l-istandards tal-produzzjoni u l-arranġamenti ta' kontroll tagħhom huma ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità u tippubblika lista ta' dawn il-pajjiżi. Il-lista ppubblikata ser tiġi rriveduta regolarment u d-dejta vverifikata permezz ta' spezzjonijiet regolari fuq il-post tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, ta' l-istandards u tad-dokumenti relatati.
Emenda 8
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 4, subparagrafu 2 a (ġdid) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
Il-Kummissjoni għandha, sa l-1 ta' Jannar 2009, tippreżenta proposta għall-miżuri ta' assistenza tekniċi ta' l-UE għall-introduzzjoni ta' kundizzjonijiet statutarji ġenerali u sistemi ta' spezzjoni għall-biedja organika f'pajjiżi terzi.
Emenda 9
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 4, subparagrafu 2 b (ġdid) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf pajjiżi terzi dwar ir-regolamenti tagħha fir-rigward tal-produzzjoni organika u dwar ir-rekwiżiti tal-proċeduri ta' kontroll li huma fis-seħħ.
Emenda 10
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 4, subparagrafu 2 c (ġdid) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
Ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni ta' pajjiżi terzi, skond l-ewwel subparagrafu għandu jkun reċiproku: il-pajjiż terz ikkonċernat għandu wkoll jagħti aċċess għas-suq tiegħu lill-prodotti organiċi ta' l-UE.
Emenda 11
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 5, subparagrafu 1 (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
For products imported from a third country which is not recognised under paragraph 4, and where the operator has not submitted his activities to an inspection authority or inspection body as referred to in Article 9, the Commission shall, in accordance with the procedure referred to in Article 14(2), recognise the control bodies competent to carry out controls and issue certificates in that third country for the purpose of paragraphs 2 or 3 of this Article, and publish a list of these control bodies.
Għal prodotti importati minn pajjiż terz li mhux rikonoxxut skond il-paragrafu 4, u fejn l-operatur ma ppreżentax l-attivitajiet tiegħu lill-awtorità jew korp ta' spezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2), tirrikonoxxi l-korpi ta' kontroll kompetenti sabiex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'dak il-pajjiż terz għall-iskop tal-paragrafi 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, u jħejji u jippubblika lista ta' dawn il-korpi ta' kontroll.
Emenda 12
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 5, subparagrafu 3 (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
When examining requests for recognition, the Commission shall invite the control body to supply all the necessary information. The Commission may entrust experts with the task of examining on-the-spot the rules of production and the control activities carried out in the third country by the control body concerned.
Meta teżamina t-talbiet għal rikonoxximent, il-Kummissjoni għandha tistieden il-korp ta' kontroll sabiex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni tista' tqabbad esperti biex fuq il-post jeżaminaw ir-regoli ta' produzzjoni u l-attivitajiet ta' kontroll imwettqa fil-pajjiż terz mill-korp ta' kontroll ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga kull indikazzjoni ta' irregolarità min-naħa ta' korp ta' kontroll rikonoxxut skond din il-proċedura. F'każ li korp ta' kontroll m'għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent skond dan ir-Regolament, dan jinqata' minn fuq il-lista.
Emenda 13
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 5, subparagrafu 3 a (ġdid) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
Sa l-1 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sorsi speċifiċi ta' riskju għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi li jeħtieġu attenzjoni u spezzjonijiet partikolari sabiex ma jithallewx isiru irregolaritajiet. Il-Kummissjoni għandha wkoll tissottometti proposta għat-taħriġ u/jew għall-promozzjoni ta' min jiċċertifika u ta' spetturi lokali f'pajjiżi terzi.
Emenda 14
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 5, subparagrafu 3 b (ġdid) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
Il-lista ta' l-operaturi ta' pajjiżi terzi li qed jipproduċu prodotti organiċi għall-esportazzjoni lejn l-UE għandha tiġi riveduta kull sena sabiex ikun ikkonfermat li dawn għadhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jikkontrollaw il-produzzjoni tal-prodotti organiċi.
Emenda 15
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 5, subparagrafu 3 c (ġdid) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
B'effett mill-1 ta' Jannar 2009, il-korpi kollha risponsabbli biex jikkontrollaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom jiġu rikonoxxuti bi qbil mal-proċedura msemmijja fl-ewwel subparagrafu u għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-istandard EN 45011 jew fil-Gwida ISO 65.
Emenda 16
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 5, subparagrafu 3 d (ġdid) (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ser ikunu involuti fil-proċedura għar-rikonoxximent ta' korpi ta' kontroll minn pajjiżi terzi u jistgħu jwettqu spezzjonijiet għal għarrieda fuq il-post tat-tali korpi ta' kontroll, bi ħsieb li tiġi assigurata konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament.
Emenda 17
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 6, subparagrafu 1 (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
For a period ending six months after the publication of the first list of control bodies recognised pursuant to paragraph 5, the competent authority of a Member State may authorise importers in that Member State to place on the market products imported from third countries which are not included in the list referred to in paragraph 4, provided that the importer provides sufficient evidence showing that the conditions referred to in points (a) and (b) of paragraph 3 are satisfied. If those conditions are no longer satisfied, the authorisation shall be immediately withdrawn.
Għal perjodu li jagħlaq sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta' l-ewwel lista ta' korpi ta' kontroll rikonoxxuti skond il-paragrafu 5, l-awtorità jew korp ta' kontroll ta' Stat Membru jista' jawtorizza lill-importaturi f'dak l-Istat Membru sabiex iqiegħdu fuq is-suq prodotti importati minn pajjiżi terzi li m'humiex inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 4, sakemm l-importatur jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li l-kundizzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (b) tal-pararafu 3 huma sodisfatti. Jekk dawn il-kundizzjonijiet m'għadhomx ikunu sodisfatti, l-awtorizzazzjoni tiġi rtirata minnufih.
Emenda 18
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 6, subparagrafu 2 (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
The imported product shall be covered by a certificate issued by the competent authority of the authorising Member State or by a control body recognised in accordance with paragraph 5, which confirms that the product satisfies the conditions set out in this paragraph.
Il-prodott importat għandu jkun kopert minn ċertifikat maħruġ minn awtorità jew korp ta' kontroll ta' l-Istat Membru li qed jawtorizza jew minn korp ta' kontroll rikonoxxut bi qbil mal-paragrafu 5, li jikkonferma li l-prodott jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu.
Emenda 19
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 11, paragrafu 6, subparagrafu 3 (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
Each Member State shall inform the other Member States and the Commission of each authorisation granted pursuant to this paragraph, including information on the production standards and control arrangements concerned.
Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni ta' kull awtorizzazzjoni mogħtija skond dan il-paragrafu, li jinkludi informazzjoni dwar l-istandards ta' produzzjoni, ammont ta' importazzjoni u l-arranġamenti ta' kontroll ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom joperaw database pubbliku tal-Komunità dwar l-importazzjonijiet lejn l-UE, ikkoordinat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurta' ta' l-Ikel.
Emenda 20
ARTIKOLU 1, PUNT 3 A (ġdid)
Anness I, Parti A, Paragrafu 2.2, (Regolament (KEE) Nru 2092/91)
(3a) L-Anness I Parti A paragrafu 2.2 inbidel b'dan li ġej:
"2.2. Fertilizzanti organiċi jew minerali oħra, li ssemmew fl-Anness II, jistgħu, b'mod eċċezzjonali, jiġu applikati, bħala kumpliment, sa kwantità ta' 30 kgN/ha, sal-punt li:
‐ nutrizzjoni adegwata ta' l-uċuħ tar-raba' adattati lokalment taħt sistema ta' rotazzjoni jew il-kondizzjonament tal-ħamrija m'humiex possibbli permezz tal-metodi stipulati skond (a), (b) u (c) tas-subparagrafu preċedenti,
‐ il-prodotti fl-Anness II relatati mad-demel u/jew ħmieġ ta' l-annimali jista' jintuża biss safejn, f'kumbinazzjoni mad-demel tal-bhejjem imsemmi fil-punt 2.1(b), ir-restrizzjonijiet kif imsemmija f'Parti B, punt 7.1 ta' dan l-Anness jintlaħqu.

(1) Għada mhix ippublikata fil-ĠU.


Galileo
PDF 229kWORD 42k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni attwali tal-programm Galileo
P6_TA(2006)0385B6-0511/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-programm Galileo (COM(2006)0272),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-attwazzjoni tal-fażi kostituttiva u tal-fażi operattiva tal-programm Ewropew għar-radjunavigazzjoni bis-satellita (COM(2004)0477), u l-pożizzjoni adottata fl-ewwel qari tas-6 ta' Settembru 2005(1) bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' dak ir-Regolament,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 tal-21 ta' Mejju 2002 li joħloq l-Impriża Konġunta Galileo(2),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Istatuti ta' l-Impriża Konġunta Galileo, annessa mar-Regolament tal-Kunsill ((KE) Nru 876/2002 (COM(2006)0351),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar il-ħolqien ta' strutturi għall-ġestjoni tal-programmi Ewropej għan-navigazzjoni bir-radju permezz tas-ssatellita(3), u l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda dak ir-Regolament (COM(2005)0190),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 108(5) u 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi Galileo huwa l-ewwel infrastruttura Ewropea ġestita mill-Komunità, u għaldaqstant iġib miegħu sfidi ġodda, kemm regolatorji kif ukoll finanzjarji; billi l-isfond ġuridiku u proċedurali m'hux orjentat lejn il-proġetti,

B.   billi l-Parlament ta l-appoġġ kollu tiegħu lill-Programm Galileo, permezz tar-responsabilitajiet leġiżlattivi u baġitarji tiegħu (pereżempju fil-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2005 imsemmija hawn fuq), fejn għaraf li Galileo huwa proġett strateġiku, wieħed mill-iktar pilastri importanti ta' l-istrateġija ta' Liżbona, u li joffri opportunitajiet kbar lill-SMEs,

C.   billi l-inġiniera u l-iżviluppaturi Ewropej li jaħdmu fl-Aġenzija Spazjali Ewropea u fl-industrija spazjali għamlu biċċa xogħol tajba; filwaqt li jinnota li l-ewwel satellita sperimentali GIOVE-A diġà wettqet il-missjoni ewlenija tagħha, li l-aspetti tekniċi jinsabu f'posthom, u li issa l-iktar element importanti biex il-proġett jitmexxa 'l quddiem hija t-tmexxija tajba tiegħu,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tevalwa x'tibdil jista' jsir fir-regolamenti ġuridiċi u proċedurali sabiex jiġi żgurat il-progress kontinwu tal-proġett; jindika li dan ma jimplikax li jitnaqqsu l-kompetenzi u r-responsabilitajiet ta' l-istituzzjonijiet, iżda jista' jfisser l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet aktar kreattivi u iktar xierqa għall-objettivi tal-programm;

2.  Jinnota l-kalendarju aġġornat il-ġdid u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex timxi miegħu u biex tinforza l-konformità miegħu; flimkien ma' l-approvazzjoni tal-kuntratt ta' konċessjoni, jitlob li jkun mgħarraf dwar l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mid-dewmien; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tgħarraf lill-Parlament dwar kwalunkwe bidliet sinifikanti fil-ġejjieni, f'waqtu u mhux b'dewmien ta' snin;

3.  Jilqa' bi pjaċir il-progress li sar fin-negozjati mal-konċessjonarji; jistieden lil dawk ikkonċernati fl-industrija spazjali Ewropea li qed jipparteċipaw fil-konsorzju biex iħabirku biex jaslu għal ftehim b'mod kostruttiv, sabiex dan il-proġett komuni Ewropew ikun jista' jagħti sehmu biex l-objettivi ta' Liżbona jintlaħqu mill-iktar fis possibbli;

4.  Jistieden lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-GNSS biex darbtejn fis-sena tippreżenta rapporti dwar il-progress lill-Parlament, b'referenza partikulari għall-progress f'biċċiet ta' xogħol li għandhom jiġu imposti mill-1 ta' Jannar 2007 fuq l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-GNSS permezz tar-regolament propost li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004;

5.  Jistieden lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-GNSS biex tagħti lill-espert innominat mill-Parlament l-istat ta' osservatur permanenti, skond l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004;

6.  Jirrikonoxxi li r-regolament li ġej tas-Servizz Pubbliku Regolamentat, li mistenni jirrappreżenta madwar 30% tad-dħul tal-proġett, l-istess bħall-Karta Ħadra dwar l-applikazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni biex tlesti r-regolamenti li fadal isiru u li huma meħtieġa biex ikunu jistgħu jitħaddmu applikazzjonijiet f'diversi oqsma, sabiex l-SMEs jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-parteċipazzjoni tagħhom;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni, meta jqis in-natura Komunitarja tal-proġett, biex tiżgura li l-Parlament ikun mgħarraf qabel ma jiġi ffirmat xi kuntratt dwar sehem istituzzjonali ma pajjiżi terzi;

8.  Jistieden lill-Kunsill biex jiżgura li ma jkunx hemm aktar dewmien f'dan il-proġett;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 193 E, 17.8.2006, p.61.
(2) ĠU L 138, 28.5.2002, p.1.
(3) ĠU L 246, 20.7.2004, p.1.


Politika Komuni ta' l-UE dwar l-immigrazzjoni
PDF 216kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-politika komuni ta' l-UE dwar l-immigrazzjoni
P6_TA(2006)0386RC-B6-0508/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-Trattat UE u l-Artikolu 63 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 42 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-programm ta' Tampere ta' l-1999, u dak ta' The Hague ta' l-2004 dwar iz-Zona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja,

–   wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill tal-JHA f'Tampere bejn l-20 u t-22 ta' Settembru 2006,

–   wara li kkunsidra d-diskussjonijiet kontinwi dwar il-Qafas Finanzjarju, inkluż il-Fond għar-Refuġjati u l-Fond Ewropew għar-Ritorn,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-kampijiet tar-refuġjati f'Malta tas-6 ta' April 2006 (1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' April 2005 dwar Lampedusa(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi seba' snin wara l-adozzjoni tal-programm ta' Tampere, l-Unjoni Ewropea għad m'għandhiex politika koerenti dwar l-immigrazzjoni, u hija partikularment nieqsa minn politika ġuridika għall-immigrazzjoni u għar-ritorn,

B.   billi s-sistema Ewropea Komuni dwar l-Ażil hija bbażata fuq sett ta' regolamenti li minnhom ebda Stat Membru firmatarju ma jingħata deroga,

C.  C tenut kont ta' l-urġenza umanitarja f'bosta Stati Membri li jinsabu fil-fruntieri esterni fin-nofsinhar ta' l-Unjoni Ewropea, fejn eluf ta' immigranti mietu fil-baħar Mediterran, u ta' l-influss ta' immigranti, b'mod partikulari matul is-sajf ta' l-2006,

D.   billi l-Konferenza Ministerjali Ewro-Afrikana dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp li saret f'Rabat fl-10 u l-11 ta' Lulju 2006 adottat dikjarazzjoni u pjan ta' azzjoni,

E.  E billi r-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm ta' The Hague għandha tiġi finalizzata sa tmiem din is-sena;

F.   billi l-immigrazzjoni illegali tista' twassal għall-esplojtazzjoni tal-bnedmin u xogħol sfurzat,

G.   billi l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar approċċ ta' l-UE biex jimmaniġġja l-immigrazzjoni ekonomika (COM (2004)0811) jipprevedi li "bejn is-snin 2010 u 2030, bil-livell attwali ta' immigrazzjoni fl-Ewropa 25 se jkun hemm tnaqqis fil-popolazzjoni attiva ta' ħaddiema li tammonta għal 20 miljun" u li " flussi ta' immigrazzjoni aktar sostenuti jistgħu jkunu aktar meħtieġa biex ikopru d-domanda tas-suq għal ħaddiema u biex jiggarantixxu l-prosperità Ewropea";

1.  Jenfasizza li żieda fl-immigrazzjoni hija fenomenu globali b'għadd ta' kawżi u effetti u teħtieġ approċċ bilanċjat, globali u koerenti;

2.  Huwa konxju, minħabba n-nuqqas ta' mezzi għall-immigrazzjoni legali, li s-sistemi ta' ażil ġarrbu pressjoni fuqhom dejjem akbar biex iservu ta' mezz ta' sistemazzjoni legali;

3.  Jagħraf id-drammatiċità tad-diffikultajiet umani li qed jiġu kkonfrontati bihom għadd ta' Stati Membri ta' l-UE sabiex jimmaniġġjaw il-flussi kbar ta' immigranti ta' dawn l-aħħar ftit snin; Jinnota b'mod partikulari l-problemi kkaġunati mill-għadd kbir li jqanqal tħassib, ta' minorenni fost l-immigranti li waslu dan l-aħħar;

4.  Jiddeplora t-telf umanitarju sostanzjali tabilħaqq, inkluż it-telf ta' ħajjiet ta' immigranti;

5.  Jemmen bil-qawwa li l-Istati Membri jeħtieġ li jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li għandhom taħt il-liġi tal-Komunità u dik internazzjonali rigward dawk li jfittxu ażil u l-immigranti;

6.  Iqis li l-Unjoni Ewropea mhux post fejn jintużaw nies għal xogħol sfurzat u għalhekk jeħtieġ li Stati Membri jiżguraw li ma jkunx hemm prattiċi bħal dawn;

7.  Jinsisti li l-Isati Membri jiżguraw aċċess għall-proċedura ta' ażil u li japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/9/KE(3) b'mod koerenti u konsistenti, u li talbiet għall-ażil jiġu pproċessati malajr u b'mod effikaċi;

8.  Jenfasizza li kwalunke approċċ komprensiv għall-immigrazzjoni ma jistax jinjora l-fatturi oriġinali (push factors) li jġiegħlu lil individwi jitilqu minn pajjiżhom u joħolqu l-bżonn ta' possibbiltajiet reali għal immigrazzjoni legali lejn l-Unjoni Ewropea, kif ukoll joħolqu pjanijiet ċari għal żvilupp u investiment fil-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, inklużi politiki għal kummerċ u agrikoltura li jippromwovu opportunitajiet ekonomiċi; mhux lanqas bil-ħsieb li jiġi evitat telf ta' imħuħ fuq skala kbira.

9.  Ifakkar li politika koerenti Ewropea għal migrazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn politika ta' integrazzjoni li tipprovidi għal, fost affarijiet oħra, l-integrazzjoni regolari fis-suq tax-xogħol, id-dritt għall-edukazzjoni u t-taħriġ, aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta' l-immigranti fil-ħajja soċjali, kulturali u politika;

10.  Itenni li kwalunkwe deċiżjoni dwar il-moderazzjoni tar-regoli dwar l-immigrazzjoni fi Stat Membru partikulari jkollha riperkussjonijiet fuq is-sitwazzjoni fl-Istati Membri l-oħrajn, u li l-Istati Membri għandhom l-obbligu, fi spirtu ta' koperazzjoni leali, li jikkonsultaw u jinformaw Stati Membri oħrajn dwar miżuri li aktarx ikollhom impatt fuq is-sitwazzjoni ta' l-immigrazzjoni, kif dikjarat fil-pożizzjoni tas-6 ta' Lulju 2006(4) adottata mill-Parlament dwar id-deċiżjoni fuq l-istabbiliment ta' proċedura ta' informazzjoni reċiproka li tirrigwarda l-miżuri ta' l-Istati Membri fl-oqsma ta' l-ażil u l-immigrazzjoni;

11.  Jitlob li jkun hemm approċċ ta' sħubija mal-pajjiżi ta' oriġini u pajjiżi ta' tranżitu biex jiġi żgurat li jkollhom rwol attiv fl-għajnuna biex jiġu mmaniġġjati l-flussi ta' immigrazzjoni, biex iwaqqfu l-immigrazzjoni illegali u joħolqu kampanji ta' informazzjoni effettivi dwar il-kundizzjonijiet fil-pajjiżi ta' l-UE li jirċevuhom, inklużi l-kriterji kif jinkiseb ażil;

12.  Jemmen li l-qsim tar-responsabbiltajiet u l-piż finanzjarju bejn Stati Membri jeħtieġ li jkun parti integrali tal-Politika Ewropea għall-Immigrazzjoni, kif ukoll tas-Sistema Komuni għall-Ażil ta' l-UE;

13.  Jitlob li l-Unjoni Ewropea jkollha rwol akbar fl-immaniġġjar ta' emerġenzi umanitarji marbutin ma' flussi migratorji u ma' min ifittex l-ażil;

14.  Jemmen għalhekk li l-pajjiżi għandu jingħatalhom aċċess għal għajnuna teknika u għall-finanzjamenti pprovduti permezz tal-programm ARGO, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għall-Fruntieri Esterni, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni u l-Fond Ewropew għar-Ritorn, għall-perjodu 2007-2013;

15.  Jitlob li jkun hemm aktar finanzjament disponibbli għall-NGOs li qed jaħdmu fuq il-post biex jipprovdu għajnuna kritika ta' emergenza;

16.  Jemmen li l-immigrazzjoni qawwija hija riżultat ta' ekonomiji falluti, it-tifqir tal-popolazzjoni, vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, id-degradazzjoni ta' l-ambjent, il-firda dejjem tikber bejn il-pajjiżi sinjuri u dawk foqra, gwerra ċivili, gwerer għal kontroll ta' riżorsi naturali, il-persekuzzjoni politika, l-instabilità politika, il-korruzzjoni u dittaturi f'ħafna mill-pajjiżi tan-nisel;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi kemm jista' jkun malajr il-ħolqien ta' fond ta' emerġenza biex jiffinanzja "timijiet esperti ta' appoġġ" biex jipprovdu għajnuna prattika għal ilqugħ fuq il-fruntieri u biex tiffaċċja l-kriżi umanitarja fl-Istati Membri, u biex tinkorpora fil-fondi ġodda għal-perjodu 2007-2013 mekkaniżmu ta' emerġenza li jagħmel possibbli li għajnuna finanzjarja tiġi pprovduta f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

18.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu aċċess għall-proċedura ta' applikazzjoni għall-ażil, jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/85/KE(5) b'mod koerenti u konsistenti, u biex jiżguraw li talbiet għall-ażil jiġu pproċessati malajr u effiċentement;

19.  Jagħraf li l-ħtieġa li tiġi adottata direttiva ġusta għar ritorn ta' l-UE u jistieden lill-Kunsill biex iżid l-isforzi tiegħu biex jiżgura li tiġi adottata; jinnota fl-istess waqt in-nuqqas tal-Kunsill, seba' snin wara l-Kunsill Ewropew ta' Tampere u minkejja t-talbiet numerużi tal-Parlament, li jiddefinixxi politika komuni għall-immigrazzjoni, u minflok ikompli jżomm proċedura ta' unanimità u konsultazzjoni fuq il-materji kollha dwar l-immigrazzjoni legali;

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-koperazzjoni tagħhom fi ħdan il-qafas tal-FRONTEX u biex jiddefinixxu aħjar il-missjoni tagħha;

21.  Jemmen mandankollu li kontrolli fuq il-fruntieri u attività li tikkumbatti l-immigrazzjoni illegali jistgħu jkunu biss aspett wieħed tal-politika Ewropea għall-pajjizi li mhumiex fl-UE, li għalihom għandha tiġi applikata politika attiva ta' żvilupp dwar pajjiżi ta' oriġini u pajjiżi ta' tranżitu, u dan bl-iskop li jiġu minimizzati l-effetti ta' ħsara ta' l-immigrazzjoni;

22.  Jirrealizza li fin-nuqqas ta' Politika Komuni Ewropea għall-Immigrazzjoni, Stati Membri għandhom approċċi differenti għall-problemi ta' mijiet ta' eluf ta' immigranti illegali li qed jaħdmu illegalment u mingħajr protezzjoni soċjali; jemmen madankollu li r-regolazzjoni massiva ta' immigranti illegali mhijiex soluzzjoni tajba fit-tul, għaliex din il-miżura ma ssolvix il-problemi primarji li hemm warajhom;

23.  Jenfasizza li kwalunkwe miżura biex tikkumbatti l-immigrazzjoni illegali u jiżdiedu l-kontrolli fuq il-fruntieri esterni, ukoll meta jkunu b'koperazzjoni ma' pajjiżi terzi, għandha tkun kompatibbli mal-garanziji u d-drittijiet fundamentali ta' l-individwu kif imniżżla fil-Karta tad-Drittijiet Fundamental ta' l-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għall-ażil u d-dritt għal "non refoulement";

24.  Iwissi kontra l-perikli ta' l-esternalizzazzjoni ta' l-immaniġġjar tal-fruntieri ta' l-UE u jittama li jkun hemm koperazzjoni aħjar ma' pajjiżi ta' oriġini u pajjiżi ta' tranżitu li fuq kollox tkun ibbażata fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, partikolarment għad-dritt għall-ażil u "non-refoulement" u fuq l-interessi komuni ta' l-UE u l-pajjiżi ta' oriġini u pajjiżi ta' tranżitu;

25.  Iqis li l-approċċ ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun mifrux fl-iskop: jemmen li l-politika ta' immigrazzjoni m'għandhiex biss tkopri sħubija ma' pajjiżi terzi, assigurazzjoni tal-fruntieri esterni biex jikkumbattu t-traffikar fil-bnedmin, u politika ta' ritorn ġusta, imma fl-istess waqt trid tiftaħ mezzi ta' immigrazzjoni legali, tinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta' immigranti fis-soċjetà li tilqagħhom u li tippermetti li jkun hemm żvilupp reċiproku mal-pajjiżi ta' oriġini sabiex jiġu ffaċċjati l-kawżi primarji li joħolqu l-immigrazzjoni;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-inizjattiva kemm jista' jkun malajr, bl-iskop li tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 343/2003(6), 'Dublin II', billi tixħet dubju fuq il-prinċipju bażiku warajh, jiġifieri li l-Istat Membru responsabbli biex jipproċessa applikazzjoni għal ażil huwa dak l-ewwel pajjiż li l-applikant jasal fih, li jqiegħed piż kbir intollerabbli fuq il-pajjiżi fin-nofinhar u l-lvant ta' l-Unjoni Ewropea, u billi jintroduċi mekkaniżmu ġust biex jinqasmu r-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2006)0136.
(2) ĠU C 33 E, 9.2.2006, p.598.
(3) ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.
(4)1 P6_TA(2006)0313.
(5)2 ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.
(6) ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.


Is-sitwazzjoni fid-Darfur
PDF 216kWORD 46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fid-Darfur
P6_TA(2006)0387RC-B6-0512/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu preċedenti dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan u d-Darfur b'mod partikolari,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 1706 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-31 ta" Awissu 2006,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni ta" l-Unjoni Afrikana (UA) ta" April 2004 biex tinħoloq il-Missjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS),

–   wara li kkunsidra l-Jum Dinji għad-Darfur tas-17 ta" Settembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta" Paċi fid-Darfur iffirmata f'Abuja, in-Niġerja, fil-5 ta" Mejju 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi l-kunflitt fir-reġjun tad-Darfur bejn forzi tal-Gvern, milizzji favur il-gvern u ribelli wassal għal iktar minn 200,000 persuna midruba u iktar minn 2 miljun persuna imċaqalqa internament u refuġjat matul it-tliet snin li għaddew, minkejja l-iffirmar ta" Ftehima ta" Paċi fid-Darfur (DPA) fil-5 ta" Mejju 2006,

B.   billi d-DPA tibqa" l-bażi għal stabbiltà, paċi u rikonċiljazzjoni fid-Darfur, minkejja l-istqarrija mir-Rappreżentant Speċjali tan-NU Jan Pronk li l-Ftehima 'hi kważi mejta',

C.   billi, skond il-Koordinatur tan-NU għall-Għajnuna ta" Emerġenza Jan Egeland, is-sitwazzjoni umanitarja u ta" sigurtà fid-Darfur hi fl-agħar tagħha sa mill-2004 u l-aċċess umanitarju qed jibqa" jiddeterjora, sal-punt li xi nħawi tad-Darfur issa huma kompletament zoni li fihom il-ħaddiema umanitarji ma jistgħux jidħlu, li jfisser li eluf ta" nies mid-Darfur m'għandhom l-ebda aċċess għal għajnuna,

D.   billi l-waqfien mill-ġlied fir-reġjun qed jibqa" jinkiser mill-partijiet kollha, bil-vjolenza ħafna drabi diretta kontra l-popolazzjoni ċivili, u billi ż-żieda riċenti tal-militar fid-Darfur u r-rinfurzar tal-forzi tal-gvern fir-reġjun irriżultaw fi ġlied mill-ġdid f'inħawi tad-Darfur tat-Tramuntana,

E.   billi r-'Responsabilità li Jipproteġi' tan-NU tistipula li, fejn 'awtoritajiet nazzjonali jfallu b'mod ċar li jipproteġu l-popolazzjonijiet tagħhom minn ġenoċidju, krimini tal-gwerra, tindif etniku u krimini kontra l-umanità,' il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jista" jiddeċiedi li jgħaqqad forza militari taħt il-Kapitolu VII,

F.   billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, fir-Riżoluzzjoni 1706 tiegħu, awtorizza forza ġdida tan-NU għaż-żamma tal-paċi b'sa 22,500 suldat u uffiċjal tal-pulizija biex tieħu kontroll ta" l-operazzjonijiet tad-Darfur mill-Missjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS), filwaqt li jafferma mill-ġdid ir-rispett sħiħ tas-sovranità, l-unità, l-indipendenza u l-integrità territorjali Sudaniża,

G.   billi l-Gvern tas-Sudan qed jibqa" jimblokka tali forza tan-NU milli tidħol is-Sudan,

H.   billi l-kunflitt tad-Darfur - u impunità mill-prosekuzzjoni - qed taffettwa dejjem iktar l-istabbiltà tar-reġjun Ċenrali ta" l-Afrika u tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali,

I.   billi fid-dawl tad-deċiżjoni ta" l-Unjoni Afrikana ta" l-20 ta" Settembru 2006 li testendi l-mandat preżenti tal-forza tagħha għaż-żamma tal-paċi fid-Darfur sa l-aħħar tas-sena, in-NU impenjat ruħha biex tipprovdi iktar appoġġ loġistiku u materjali lill-AMIS,

J.   billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU irrifera s-sitwazzjoni fid-Darfur lill-Qorti Kriminali Internazzjonali f'Marzu 2005,

1.  Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan biex jaċċetta forza tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-żamma tal-paċi fid-Darfur, skond il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU;

2.  Jenfasizza li s-Sudan falla mir-'responsabilità' tiegħu 'li jipproteġi' n-nies tiegħu stess u għalhekk hu obbligat li jaċċetta forza tan-NU skond ir-Riżoluzzjoni 1706 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jitlob lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet Sudaniżi biex jaċċettaw li l-Missjoni tan-NU għad-Darfur li diġà hi awtorizzata, tkun eżegwita, b'mandat ċar mill-Kapitolu VII u kapaċitajiet aħjar mogħtija lil tali missjoni permess tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1706 tan-NU;

3.  Jirrikjedi li l-awtoritajiet Sudaniżi mhux biss ma jagħmlux ostakli lill-iskjerament u lill-attivitajiet tal-Missjoni tan-NU fid-Darfur, iżda wkoll joħolqu l-kondizzjonijiet neċessarji għall-funzjonament effettiv ta" din il-missjoni; jenfasizza li kwalunkwe falliment mill-awtoritajiet Sudaniżi f'dan ir-rigward se jkun sanzjonat;

4.  Jitlob lill-komunità internazzjonali u lill-partijiet kollha kkonċernati biex ifasslu modijiet biex jikkontribwixxu b'mod effettiv u rapidu għall-operazzjoni b'suċċess tal-Missjoni tan-NU għad-Darfur u għal soluzzjoni għall-kriżi;

5.  Jitlob liċ-Ċina u lir-Russja biex jieħdu parti pożittiva fin-NU fi sforzi biex ikun żgurat li forza tan-NU għaż-żamma tal-paċi tkun tista" tiġi stazzjonata u li jagħmlu użu tajjeb mill-irwol tagħhom fir-reġjun biex jiffaċilitaw l-iskjerament ta" dik il-missjoni u jiġi evitat kull tixrid ta" demm;

6.  Jitlob, f'dan ir-rigward, liċ-Ċina biex tibni fuq id-dikjarazzjoni konġunta magħmula miċ-Ċina u mill-UE fid-9 ta" Settembru 2006 li fiha 'mexxejja enfasizzaw li t-tranżizzjoni minn operazzjoni immexxija mill-UA għan-NU tgħin għall-paċi fid-Darfur'; iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż biex jaġixxi fuq din id-dikjarazzjoni billi juża l-influenza tiegħu mas-Sudan biex jipperswadi lill-Gvern tas-Sudan biex jaċċetta forza tan-NU għaż-żamma tal-paċi;

7.  Jitlob lil-Lega Għarbija biex twaqqaf l-approċċ kompliċi tagħha għall-intransiġenza kontinwa tas-Sudan dwar il-ħtieġa ta" forza tan-NU għaż-żamma tal-paċi;

8.  Ifakkar fl-impenji mogħtija min-Nazzjonijiet Uniti wara l-ġenoċidju fl-Irwanda bil-ħsieb li terfa" r-responsabbilta? politika tagħha fl-Afrika b'mod iktar effettiv;

9.  Jitlob lill-UE biex issejjaħ għall-infurzar urġenti taz-zona li fiha ma jistgħux isiru titjiriet fuq id-Darfur stabbilita mir-Riżoluzzjoni 1591 (2005)tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex iżżomm kuntatt maċ-Ċad biex ikun diskuss l-infurzar taz-zona li fiha ma jistgħux isiru titjiriet miċ-Ċad tal-Lvant;

10.  Jikkundanna l-vjolazzjonijiet kontinwi tal-waqfien tal-ġlied mill-partijiet kollha, u b'mod partikolari l-vjolenza diretta kontra l-popolazzjoni ċivili u l-fatt li l-għajnuna umanitarja qed tisfa fil-mira;

11.  Jitlob lill-partijiet kollha, inkluż il-Gvern tas-Sudan, biex iwaqqfu b'mod immedjat l-azzjoni militari fid-Darfur, biex jirrispettaw il-ftehim ta" waqfien mill-ġlied u biex jirrispettaw u jimplimentaw l-impenji tagħhom skond id-DPA;

12.  Jitlob lil dawk li ma ffirmawx id-DPA biex jiffirmaw il-Ftehima, jimpenjaw ruħhom għaliha u jimplimentawha;

13.  Jitlob għal miżuri li jibnu l-kunfidenza, bħal Djalogu u Konsultazzjoni Darfur-Darfur li jinkludu l-partijiet kollha għall-konflitt kif ukoll is-soċjetà ċivili;

14.  Jinnota l-estensjoni tal-mandat ta' l-AMIS sa l-aħħar ta' l-2006; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-mandati u l-ħidmiet ta" din il-forza jkunu rinfurzati u biex ikun żgurat finanzjament suffiċjenti kif ukoll appoġġ loġistiku u materjali għaliha, li jippermettulha tgħin b'mod effettiv fl-implimentazzjoni tal-PDA;

15.  Jitlob lill-UE u lill-atturi internazzjonali oħra biex jaħdmu speċifikament man-NU u l-UA biex jiżguraw li l-forzi għaż-żamma tal-paċi fid-Darfur jkollhom il-kapaċità li jirreaġixxu malajr għal vjolazzjonijiet tal-waqfien mill-ġlied jew għal provokazzjonijiet minn kwalunkwe parti;

16.  Jitlob lill-UE, lill-Istati Uniti u atturi oħra internazzjonali biex jimponu sanzjonijiet fuq kwalunkwe parti, inkluż il-gvern, li tagħmel vjolazzjoni tal-waqfien mill-ġlied jew li tattakka lin-nies ċivili, lil dawk għaż-żamma tal-paċi jew lil dawk involuti f'operazzjonijiet umanitarji u biex jieħdu kull azzjoni neċessarja biex jgħinu ħalli titwaqqaf l-impunità billi jinfurzaw ir-reġim ta" sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà;

17.  Jitlob lill-Gvern tas-Sudan u lill-komunità internazzjonali biex jikkoperaw b'mod sħiħ mal-Qorti Kriminali Internazzjonali sabiex titwaqqaf l-impunità;

18.  Jitlob lill-membri permanenti kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jassumu r-responsabilità globali tagħhom u biex ma jostakolawx kwalunkwe miżura intiża biex trawwem il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan, iżda biex minflok jappoġġjaw u jippromwovu l-passi kollha xierqa għal soluzzjoni sostenibbli tal-konflitt;

19.  Jitlob lill-partijiet kollha, b'mod partikolari lill-Gvern tas-Sudan, biex jiżgura l-aċċess sħiħ, sikur u bla ostakli ta" l-istaff ta" għajnuna għal dawk kollha fil-bżonn fid-Darfur kif ukoll l-għoti ta" għajnuna umanitarja, b'mod partikolari lil persuni spustati internament u lir-refuġjati;

20.  Jitlob għal żieda sinifikanti fl-għajnuna umanitarja pprovduta mill-komunita? internazzjonali lil kważi 3 miljun persuna li huma totalment dipendenti fuq għajnuna internazzjonali għal ikel, kenn u kura medika;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ministri ta" l-ACP-UE, lill-Gvern tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u ta' kummerċ ta' l-UE ma' l-Indja
PDF 383kWORD 166k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u ta' kummerċ ta' l-UE ma' l-Indja (2006/2034(INI))
P6_TA(2006)0388A6-0256/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt għal Sħubija Strateġika bejn l-Indja u l-UE tas-7 ta' Settembru 2005 u b'mod partikolari s-sezzjoni dwar l-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-9 laqgħa tal-konferenza bejn l-Indja u l-UE f'Hyderabad bejn it-18 u l-20 ta' Settembru 2005,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar il-prospetti għal relazzjonijiet ta' kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina(1).

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2005 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Indja: Sħubija Strateġika(2),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-proposta għal-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligu ta' liċenzjar ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi bi problemi ta' saħħa pubblika(3),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tad-WTO dwar il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet ta' Propjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ (TRIPS) u s-saħħa pubblika adottata fid-29 ta' Novembru 2005,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawżola tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fi ftehimiet ta' l-Unjoni Ewropea(4).

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' l-2004 bejn l-Indja u l-Istati Uniti: "Il-Pass li jmiss lejn Sħubija Strateġika" u l-Ftehima Nukleari Ċivili negozjat waqt iż-Żjara Statali tal-President George W. Bush fl-Indja fit-2 ta' Marzu 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' April 2006 dwar l-evalwazzjoni tan-negozjati ta' Doha wara l-Konferenza Ministerjali tal-WTO f'Hong Kong(5),

–   wara li kkunsidra s-'Summit' ta' l-Enerġija bejn l-UE u l-Indja li sar f' New Delhi fis-6 ta' April 2006,

–   wara li kkunsidra ż-żjara fi New Delhi u l-Punjab minn delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ta' l-Asja tan-Nofsinhar u ma' l-Assoċjazzjoni ta' l-Asja tan-Nofsinhar għall-Koperazzjoni Reġjonali (SAARC) f'April 2006,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0256/2006).

A.   billi l-UE u l-Indja jikkostitwixxu l-akbar demokraziji fid-dinja u l-impenn kostituzzjonali tagħhom lejn il-pluraliżmu u l-istat tad-dritt jippromwovi l-konsistenza fir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi, filwaqt li jipprovdi ċertezza legali għall-investiment u jikkontribwixxi għall-istabilità reġjonali u mondjali;

B.   billi l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt jinkludi firxa komprensiva ta' attivitajiet li għandhom jitwettqu fil-qafas tad-djalogu u l-koperazzjoni fil-politika kummerċjali u ekonomika, iżda billi jonqos milli jiffissa prijoritajiet u skadenzi;

C.   billi l-UE hija l-akbar sors ta' investiment barrani dirett (FDI) ta' l-Indja b'ammont ħiereġ li jlaħħaq EUR 1,100 miljun fl-2004, u billi d-dħul ta' FDI ta' l-Indja lejn l-UE żdied minn EUR 140 miljun fl-2002 għal EUR 600 miljun fl-2003;

D.   billi l-Istati Membri ta' l-UE jikkostitwixxu 22.4% ta' l-esportazzjoni ta' l-Indja u 20.8% ta' l-importazzjoni u billi l-kummerċ bejn l-UE u l-Indja kiber minn EURO 4,400 miljun għal EUR 33,200 miljun bejn l-1980 u l-2004 u b'16.9% mill-2003 sa l-2004;

E.   billi jeżisti żbilanċ fil-livelli relattivi ta' kummerċ bejn l-UE u l-Indja; billi l-UE tikkostitwixxi 21% tal-kummerċ ta' l-Indja iżda s-sehem ta' l-Indja mill-kummerċ ta' l-UE huwa inqas minn 1%; billi l-UE hija l-akbar sieħeb fil-kummerċ ma' l-Indja iżda l-Indja tinsab fl-10 post fil-lista relattiva ta' l-UE;

F.   billi l-ekonomija ta' l-Indja kibret b'medja ta' 6% fis-sena fl-aħħar għaxar snin u billi tista' tkompli tikber bejn 7-8% fl-għaxar snin li ġejjin;

G.   billi settur finanzjarju ineffiċjenti huwa ta' xkiel għall-Indja sabiex iżżomm rata ta' tkabbir ekonomiku ta' 8%;

H.   billi, minħabba l-kobor, il-popolazzjoni u t-tkabbir ekonomiku dinamiku tagħha fl-aħħar għoxrin sena, l-Indja hija potenza reġjonali emerġenti u waħda mill-potenzi nukleari dinjin li kapaċi tinfluwenza d-direzzjoni ta' l-ekonomija u s-sigurtà fid-dinja, ħaġa li tagħti lill-Indja responsabilità akbar fil-fora multilaterali bħal ma huma n-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO) jew l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Nukleari, u fi ħdan organizzazzjonijiet reġjonali fl-Asja, b'mod partikolari l-SAARC u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet ta' l-Asja tax-Xlokk (ASEAN);

I.   billi l-espansjoni ta' l-Indja ġġib opportunitajiet ta' benefiċċju iżda tqanqal ukoll tħassib ġġustifikat għal ċerti setturi ta' l-industrija ta' l-UE, u ġġib magħha l-bżonn ta' mmanniġġar u koperazzjoni f'livell politiku għall-immaniġġjar ekonomiku u kummerċjali ta' l-esportazzjoni tagħha fil-livell ta' l-UE;

J.   billi, jekk jinżamm it-tkabbir attwali fil-popolazzjoni ta' 2%, fl-2025 l-Indja jkollha popolazzjoni ta' 1.4 biljun ruħ u tkun ta' sfida għaċ-Ċina bħala l-pajjiż bl-akbar popolazzjoni fid-dinja;

K.   billi fl-2020 l-età medja ta' Ewropew tal-Punent tkun 45 filwaqt li dik medja fl-Indja tkun biss ta' 29; billi, bħala riżultat tax-xejriet demografiċi kurrenti, it-tkabbir potenzjali ta' l-UE għandu jonqos sa' l-2020; billi, mill-banda l-oħra, il-vantaġġ prinċipali komparattiv ta' l-Indja huwa numru kbir ta' ħaddiema ta' età żgħira mħarrġa li jitkellmu bl-Ingliż u li ma jqumux flus;

L.   billi l-konklużjoni pożittiva ta' l-Aġenda ta' Żvilupp ta' Doha (DDA) hija ta' importanza kruċjali kemm għall-UE u kemm għall-Indja u billi ftehim bħal dan ma jeskludix ftehimiet bilaterali tal-WTO+;

M.   billi l-Indja hija waħda mill-pajjiżi li l-aktar jagħmlu użu mill-istrument kontra d-'dumping', kemm bħala inizjatur kif ukoll bħala l-mira tagħhom: fl-aħħar għaxar snin inizjat 412-il investigazzjoni, segwita mill-Istati Uniti b'358 u l-UE b'318;

N.   billi kien biss reċentement li l-Indja stabbiliet qafas ta' Indikazzjoni Ġeografika (GI), iżda diġà ġew irreġistrati 27 GIs Indjani u aktar minn 40 applikazzjoni huma pendenti;

O.   billi l-infurzar ta' l-obbligi dwar id-drittijiet ta' propjetà intellettwali fi ħdan il-WTO huwa importanti kemm għall-UE u kemm għall-Indja;

P.   billi d-Djaspora Indjana hija ta' aktar minn 20 miljun, bi kważi 3 miljun jgħixu fl-UE, li jipprovdu finanzjament fl-Indja li jilħaq medja ta' 6,000 miljun Dollaru Amerikan fis-sena;

Q.   billi t-tensjoni kontinwa mill-1947 'l hawn bejn l-Indja, li issa għandha armi nukleari, u l-Pakistan, li ġabet id-dinja fix-xifer ta' gwerra nukleari, tiskoraġġixxi l-investiment u l-impenji interni fiż-żewġ pajjiżi;

R.   billi d-domanda dinjija għaż-żejt kibret b'7 miljun barmil kuljum mill-2000 'il hawn, b'miljun barmil ta' dak it-tkabbir imur għall-Indja, li r-rata ta' konsum ta' żejt tagħha qed jiżdied b'ritmu mgħaġġel; billi l-Indja għandha r-raba' l-akbar industrija ta' l-etanol fid-dinja bi produzzjoni annwali ta' 462 miljun gallun fis-sena; billi 70% ta' l-enerġija kkunsmata fl-Indja hija impurtata; billi t-tkabbir ekonomiku kostanti se jiddependi mill-provvista ta' mezzi ta' enerġija ġodda; billi d-domanda dinjija għaż-żejt, li dejjem qed tikber, hija sors potenzjali ta' instabilità ekonomika u ta' tensjoni strateġika u politika;

S.   billi, madanakollu, l-Indja se tkun l-ewwel pajjiż fl-Asja tan-Nofsinhar li jistabbilixxi riservi strateġiċi taż-żejt;

T.   billi 390 miljun Indjan jgħix fuq inqas minn Dollaru Amerikan kuljum u billi t-tkabbir ta' l-Indja kellu effetti li ma kinux ugwali għas-setturi differenti tas-soċjetà, b'impatt biss fuq frazzjoni żgħira ħafna tal-popolazzjoni;

U.   billi l-prodott gross domestiku ta' l-istat Indjan bl-aktar tkabbir mgħaġġel, Guajrat, irdoppja bejn l-1993 u l-2003 u l-prodott kull ras żdied b'73%; billi, min-naħa l-oħra, għall-ifqar stat Indjan, Bihar, iż-żieda fil-prodott kull ras kienet ta' 22% biss għall-istess perjodu;

V.   billi t-tnedija fit-2 ta' Frar 2006 ta' l-inizjattiva magħrufa bħala l-Iskema ta' Garanzija għall-Impiegi Rurali, fid-distrett ta' Anantapur (Andhra Pradesh), se tissalvagwardja 100 jum ta' xogħol fis-sena, fuq salarju minimu, fi proġetti pubbliċi għal membru wieħed ta' unitajiet tal-familji fuq dħul baxx; u billi dan il-programm jirrappreżenta l-iskema l-aktar ambizzjuża biex jiġi indirizzat il-faqar rurali fl-Indja;

W.   billi l-Indja hija l-akbar benefiċjarju singolu tas-Sistema Ġenerali ta' Preferenza, b'esportazzjoni ta' EUR 7,700 miljun intitolati għal aċċess preferenzjali lejn is-suq ta' l-UE, b'rata ta' dazju 0 jew b'rati mnaqqsa, fl-2005; billi dan ifisser li kważi nofs l-esportazzjoni ta' l-Indja lejn l-UE, stmata li tlaħħaq ftit aktar minn EUR 17,000 miljun, ibbenefikat mill-iskema GSP; billi t-tariffi għall-ħwejjeġ Indjani tnaqqsu b'medja bejn 12% u 9.5%;

X.   billi l-aktar li pprofittaw mill-abolizzjoni ta' kwoti fuq it-tessili u l-ħwejjeġ mill-1 ta' Jannar 2005 kienu ċ-Ċina u l-Indja bl-esportazzjoni tiżdied b'42% u 18% rispettivament, is-sena li għaddiet; billi, mill-banda l-oħra, bosta fornituri minn pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw marru lura, għalkemm l-impożizzjoni mill-ġdid ta' kwoti mill-UE fuq l-esportazzjoni taċ-Ċina f'nofs l-2005 kellha effett pożittiv fuq l-esportazzjoni tagħhom fit-tieni nofs tas-sena;

Y.   billi l-Indja għandha wieħed mill-ogħla rati fid-dinja ta' tħaddim ta' tfal;

Z.   billi, skond rapport ta' l-Istati Uniti ta' l-2006 dwar l-epidemija dinjija ta' l-AIDS, 5.7 miljun ruħ huma infettati bl-HIV/AIDS fl-Indja; billi inqas minn 1% tal-popolazzjoni ta' adulti fl-Indja attwalment huwa stmat li huwa infettat iżda l-Indja taqbeż l-Afrika t'Isfel bħala l-pajjiż bl-akbar numru ta' persuni infettati bl-HIV/AIDS, li huwa xhieda ta' l-impatt li l-marda qed ikollha fis-subkontinent ta' l-Asja tan-Nofsinhar; billi stati b'inċidenza għolja huma ekonomiji vivaċi li jiġbdu xogħol itineranti u s-servizzi ta' trasport fit-toroq, li t-tnejn iwasslu għall-infezzjoni;

AA.   billi madwar 80% ta' l-art ġeografika ta' l-Indja hija vulnerabbli għaċ-ċikluni, l-għargħar, iċ-ċediment ta' massa ta' l-art, nixfiet, terremoti kif ukoll perikli karatteristiċi tal-lokal, u billi l-kumbinazzjoni ta' kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi foqra u diżastri ħolqot ċirku vizzjuż ta' faqar u vulnerabilità;

AB.   billi l-preżenza tal-malarja u l-kolera għadhom sors ta' problemi serji fl-Indja, li għalihom għandha tiġu adottata politika speċjali;

AC.   billi d-diskriminazzjoni kostanti li hija parti integrali mis-sistema tal-kasti ifisser li l-Indja tibqa' ma tiħux l-aħjar mill-poplu tagħha f'termini ta' potenzjal u kapaċitajiet;

Kummerċ

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn kemm ta' l-indja u kemm ta' l-UE għal riżultat pożittiv tad-DDA; jistieden l-Indja għal dan il-għan sabiex tuża l-pożizzjoni tagħha bħala l-mexxejja tal-G20 biex tilħaq, sa tmiem l-2006, ftehim bilanċjat favorevoli għall-iżvilupp bejn il-pajjiżi żviluppati, l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinnota li n-negozjati dwar id-DDA mhumiex inkompatibbli ma' negozjati bilaterali tal-WTO+; jinnota li r-riżultat tal-programm ta' Żvilupp tad-Doha inaqqas il-valur ta' skemi bħall-GSP għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħall-Indja, billi jitnaqqas aktar il-marġini ta' preferenza li qegħdin igawdu fil-preżent; jistieden l-UE sabiex toffri li tidħol fi ftehim ta' kummerċ ħieles ma' l-Indja, fuq il-linji tal-ftehim tagħha maċ-Ċilì, li jipprovdi għad-dħul mingħajr dazju għall-esportazzjoni taż-żewġ partijiet fuq bażi reċiproka, u jistieden lill-Grupp ta' Livell Għoli għall-Kummerċ biex jesplora l-opportunitajiet taż-żewġ naħat f'dan ir-rigward;

2.  Jinnota li waqt li r-relazzjonijiet bejn l-Amerka u l-Indja qegħdin fuq livell għoli daqs qatt qabel, bi ftehim nukleari ċivili li ġie ffirmat aktar minn sena ilu, l-impasse attwali dwar id-DDA qarras ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u r-relazzjonijiet tal-kummerċ marru kontinwament għall-agħar, bl-Indja twaħħal fl-Istati Uniti għaliex qed tirrifjuta li tnaqqas is-sussidji agrikoli qabel ma l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jibdew jiftħu s-swieq tagħhom għal prodotti mhux agrikoli, filwaqt li l-Istati Uniti jħeddu li jirtiraw il-benefiċċji - li ilhom fis-seħħ aktar minn għaxar snin - minn skema ġeneralizzata għal preferenzi li kienet tippermetti aċċess mingħajr ħlas ta' dazju fuq ċerta merkanzija Indjana; Jenfasizza l-fatt li riżultat pożittiv tad-DDA jeħtieġ l-appoġġ sħiħ kemm ta' l-UE u kemm ta' l-Indja; iħeġġeġ lill-Indja u lill-G20 sabiex jirrealizzaw li l-offerta Ewropea dwar l-agrikoltura għandha tkun reċiprokata mill-Istati Uniti u tiġi segwita minn offerta raġonevoli mill-G20 dwar l-Aċċess għas-Suq ta' Prodotti Mhux Agrikoli u s-servizzi;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli għall-Kummerċ għal titjib fil-koperazzjoni, u l-implimentazzjoni f'fażijiet tal-Pjan ta' Azzjoni, li ddeterminat l-involviment progressiv ta' l-Indja fi proġetti kbar u konġunti internazzjonali bħall-programmi ITER u Galileo; jinnota, madanakollu, li għalkemm il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt jipprovdi għal djalogu kontinwu f'ħafna oqsma, ma jipprovdi l-ebda indikazzjoni fir-rigward ta' prijoritajiet u skadenzi; jistieden liż-żewġ partijiet sabiex juru r-rieda politika neċessarja biex jikkonsolidaw ir-relazzjonijiet tagħhom għal sħubija strateġika effettiva;

4.  Huwa mħasseb li, minkejja statistiċi inkuraġġanti, għad baqa' bosta setturi ta' potenzjal għall-kummerċ għaż-żewġ ekonomiji li ma ġiex sfruttat; jistieden lill-Gruppi ta' Livell Għoli ta' Kummerċ biex jittrattaw kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment bħala parti minn djalogu estiż, inklużiv u politiku u tiġi esplorata l-koperazzjoni f'setturi bħal ma huma l-migrazzjoni, l-edukazzjoni u l-iskambju kulturali;

5.  Jinnota li t-tariffi ta' importazzjoni għoljin ta' l-Indja u, minkejja l-progress sinifikattiv reċenti, l-ostakli mhux ta' tariffi, jibqgħu kawża ta' tħassib ġenwin għall-industrija ta' l-UE; jemmen li ż-żamma ta' politika protezzjonistika bħal din wara l-liberalizzazzjoni ekonomika tagħti lok għal tfixkil fis-suq u manipolazzjoni; huwa mħasseb li n-negozjati tal-WTO dwar tariffi ma wasslu għall-ebda titjib (ma kien hemm l-ebda rbit ta' tariffi jew impenn għal rati massimi "obbligatorji", li wkoll inżammu għoljin) u li l-isforzi li għamlet il-Kummissjoni bħala konsegwenza biex jinbeda djalogu ma' l-Indja fuq is-suġġett ta' tfixkil speċifiku s'issa ma kinux ta' suċċess; jinnota li tnaqqis ta' ostakli fil-kummerċ jista' jġib titjib progressiv fil-kundizzjonijiet tal-kummerċ bl-objettiv li jippromwovu t-tkabbir, l-impiegi u l-iżvilupp sostenibbli; jistieden lill-Indja sabiex torbot it-tariffi tagħha għall-importazzjoni f'livelli aktar viċin tar-rati tagħha li tapplika fil-kuntest tad-DDA u sabiex tagħmel aktar sforzi biex tneħħi parti mill-ostakli mhux ta' tariffi preżenti; jinkuraġġixxi l-Grupp ta' Livell Għoli għall-Kummerċ sabiex jaħdem biex jelimina t-tariffi bejn il-partijiet fuq sostanzjalment il-kummerċ kollu permezz ta' ftehim bilaterali dwar kummerċ ħieles, u b'hekk jipprovdi opportunitajiet għall-esportaturi eżistenti u potenzjali biex jiżviluppaw in-negożji tagħhom u jiddiversifikaw il-bażi ta' esportazzjoni tagħhom;

6.  Jistieden lill-UE biex tappoġġja l-potenzjal kummerċjali internazzjonali ta' l-Indja kif ukoll l-isforzi biex tiġbed l-investiment barrani dirett, b'mod partikulari billi ssaħħaħ l-għajnuna għall-kummerċ sabiex tindirizza l-intoppi infrastrutturali u amministrattivi;

7.  Jikkunsidra li r-regoli tal-kompetizzjoni u l-infurzar effettiv tagħhom huma essenzjali biex jiżguraw li l-benefiċċji sħaħ tal-liberalizzazzjoni u r-riforma regolatorja relattiva jiġu realizzati u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u l-iggvernar tajjeb; jikkunsidra wkoll li politika ta' kompetizzjoni effetiva tħajjar l-investituri barranin billi toħloq qafas legali trasparenti u mhux diskriminatorju għall-operaturi ekonomiċi; jinnota li ma jeżistix mudell għall-qisien ta' kulħadd fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni fil-ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles li l-UE kkonkludiet fl-aħħar għaxar snin, peress li l-kontenut ta' dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni jvarja skond kemm jeżistu regoli tal-kompetizzjoni u l-livell ta' żvilupp tagħhom, u skond l-istituzzjonijiet ta' nfurzar fil-pajjiż sieħeb; jistieden lill-Grupp ta' Livell Għoli għall-Kummerċ biex jikkunsidra l-livell ta' ambizzjoni li għandu jintlaħaq fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-kompetizzjoni fi kwalunkwe ftehim kummerċjali bilaterali bejn l-UE u l-Indja;

8.  Jinnota li l-Indja tinnegozja fis-settur kontra d-'dumping' kemm bħala utent u kemm bħala s-suġġett ta' proċeduri; jilqa' b'sodisfazzjon ir-relazzjoni tajba ta' ħidma bejn l-UE u l-Indja f'dan il-qasam u jistieden lit-tnejn biex jaħdmu flimkien sabiex irażżnu l-abbuż ta' l-istrumenti kontra d-'dumping' u jwaqqfu d-'dumping';

9.  Jinnota li l-UE u l-Indja jikkunsidraw il-protezzjoni tal-GI bħala għodda neċessarja għall-produtturi, il-konsumaturi u l-gvernijiet; jinnota, madanakollu, li l-għodda tal-GI mhijiex magħrufa fl-Indja; jistieden lill-gvern Indjan biex jippromwovi s-sistema tal-GI u jinkuraġġixxi applikazzjonijiet għall-GIs potenzjali; jinnota li, skond it-TRIPS, Membri tal-WTO huma liberi li jimplimentaw il-liġijiet tagħhom biex jagħtu protezzjoni aktar estensiva milli meħtieġ mill-Ftehim innifsu; jikkunsidra li ftehim bilaterali jista' joffri protezzjoni lill-GIs fl-UE u l-Indja lil hinn mill-Ftehim TRIPS, u b'hekk jipprovdi għodda kumplimentari utli ma' l-isforzi multilaterali konġunti;

10.  Jinnota li l-importanza emerġenti tal-propjetà intellettwali (IP) fl-Indja hija evidenti mill-kwantità ta' żieda f'każijiet reġistrati fl-Uffiċċji Indjani għall-Propjetà Intellettwali u jinnota li l-industrija Indjana qed tikber biżżejjed biex tilqa' l-isfidi globali u qed tadotta żvilupp ibbażat fuq ir-riċerka bħala parti integrali mill-istrateġija tan-negozju; jinnota r-riformi reċenti li l-Indja għamlet fid-drittijiet dwar il-propjetà intellettwali, inkluż l-Att dwar il-Privattivi ta' l-Indja (Emenda) 2005; jinnota li saru wkoll sforzi biex l-aspetti proċedurali jiġu simplifikati u razzjonalizzati biex is-sistema tkun tista' tintuża b'aktar faċilità; jinnota wkoll li, skond inizjattivi leġiżlattivi ġodda, l-Indja tat bidu għal programmi kbar ta' modernizzazzjoni għall-Uffiċċji għall-Propjetà Intellettwali u kkommettiet somom kunsiderevoli għall-ħolqien u t-titjib ta' infrastruttura; jistieden lill-Indja biex tiżgura li l-infurzar ta' sistema bħal din huwa konformi mal-Konvenzjoni ta' Rio dwar id-Diversità Bijoloġika u l-obbligi eżistenti meħtieġa mill-WTO;

11.  Jinnota li l-UE stabbiliet sistema komprensiva ta' protezzjoni ta' l-IP fl-aħħar għaxar snin billi armonizzat bosta sistemi ta' l-IP u introduċiet IPRs tal-Komunità madwar l-UE; jikkunsidra li, minħabba l-prinċipji ta' l-Aktar Nazzjon Favorit u t-trattament domestiku, din il-leġiżlazzjoni tibbenefika lill-possessuri barra l-UE kif ukoll lill-possessuri ta' l-IPR fl-UE; jikkunsidra li l-infurzar huwa parti integrali mill-protezzjoni ta' l-IP u jinkuraġġixxi l-UE u l-Indja biex jaqblu fuq prinċipji komuni għal miżuri ta' infurzar, b'tali mod li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u li ma joħolqux ostakli għall-kummerċ leġittimu;

12.  Jikkunsidra li, b'aktar minn kopja waħda minn kull tliet kopji ta' softwer tal-kompjuter tinkiseb illegalment mad-dinja kollha, il-piraterija tkompli thedded il-ġejjieni ta' l-innovazzjoni tas-softwer, b'riżultat ta' telf ta' postijiet tax-xogħol u dħul mit-taxxi kemm għall-Indja u għall-UE; jinnota li, bl-għajnuna tal-politika tal-gvern li jattakka l-piraterija tas-softwer u kampanji ta' kuxjenza, l-Indja rreġistrat tnaqqis sinifikattiv fil-piraterija ta' 2% fl-2005; jirrikonoxxi, madanakollu, li għad irid isir ħafna għall-kontroll tal-vantaġġ inġust fil-kompetizzjoni li l-kumpaniji Indjani għandhom bl-użu ta' "softwer" u "ħardwer" miksuba illegalment għall-produzzjoni u l-manifattura; jistieden lill-gvernijiet statali u federali Indjani biex ikomplu jnaqqsu r-rata ta' piraterija; jinnota li, filwaqt li l-isforzi attwali mill-UE u l-Istati Uniti biex jikkumbattu l-piraterija se jikkonċentraw inizjalment fuq iċ-Ċina u r-Russja, il-kumplament ta' l-Asja jkun imiss wara; jikkunsidra li huwa fl-interess ta' l-Indja li taħdem b'mod kostruttiv ma' l-UE f'dan l-isforz fid-dawl ta' l-istudju dwar l-impatt li sar fl-2005 mill-IDC, li stima li jekk l-Indja hija kapaċi tnaqqas ir-rata attwali ta' piraterija mit-72% attwali għall-64% sa l-2009, l-Indja tiġġenera 115,000 post ġdid tax-xogħol fl-IT, żieda ta' 5,900 miljun Dollaru Amerikan fl-ekonomija tagħha u żieda fid-dħul mit-taxxi ta' 86 miljun Dollaru Amerikan;

13.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' l-industrija farmaċewtika għall-ekonomija u s-soċjetà Indjana u jistieden lill-awtoritajiet Indjani biex jiżguraw li l-istandards internazzjonali jkunu applikati fl-użu ta' bnedmin u annimali ħajjin għall-esperimenti xjentifiċi u li jsiru mill-inqas esperimenti bħal dawn u jinstabu alternattivi;

14.  Jistieden lill-UE u l-Indja biex ikunu minn ta' quddiem biex isibu soluzzjoni permanenti malajr dwar it-TRIPS u s-saħħa pubblika biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-mediċini essenzjali, fi ħdan il-programm ta' Żvilupp Doha; jilqa' b'sodisfazzjon il-passi li l-gvern Indjan ħa fir-rigward tar-regoli ta' l-IP għall-mediċini; jinkuraġġixxi lill-gvern Indjan biex jimplimenta l-liġi b'aktar ħeffa speċjalment fir-rigward ta' l-esportazzjoni tal-mediċini ġeneriċi;

15.  Jinnota li l-għerf tradizzjonali dejjem aktar qed jiġi rikonoxxut bħala kwalità ta' valur qawwi kemm għall-pajjiżi żviluppati u kemm għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'sa 80% tal-popolazzjoni tad-dinja tiddependi minn prodotti u servizzi li ġejjin minn innovazzjonijiet u prattiki ta' għerf tradizzjonali biex tilaq' għall-bżonnijiet ta' kuljum f'dawk li huma ikel u saħħa, inklużi daqs 441 komunità etnika fl-Indja; jinnota r-rabtiet legali, politiċi u soċjali kumplessi bejn l-IPR u l-konservazzjoni tal-bijodiversità u r-riżorsi ġenetiċi; jistieden lill-UE u l-Indja biex jaħdmu flimkien sabiex isibu soluzzjoni raġonevoli dwar l-armonizzazzjoni ta' TRIPS bl-objettivi tal-Konvenzjoni ta' Rio dwar id-Diversità Bijoloġika;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjonijiet ta' l-Indja biex tirriforma s-settur finanzjarju fir-rigward tal-liberalizzazzjoni estensiva tar-rati ta' interess, it-tnaqqis fiż-żamma tad-dejn tal-gvern meħtieġa mill-banek u l-illaxkar ta' l-obbligi tal-banek li jagħtu self f'oqsma ta' prijorità bħall-biedja u n-negozji fuq skala żgħira; jikkunsidra li waqt li l-Indja tintegra ruħha aktar fis-sistema finanzjarja dinjija, il-bżonn ta' riforma fis-settur finanzjarju saret aktar urġenti; jikkunsidra, b'mod partikulari, li l-liberalizzazzjoni tas-settur finanzjarju biex jilqa' aħjar għax-xokkijiet kemm interni u esterni hija neċessarja biex it-tkabbir tad-depożiti, l-iżvilupp ta' kultura ta' kreditu u d-dħul ta' forzi privati u barranin jiġu inkuraġġiti; jikkunsidra li t-trasferiment ta' l-għarfien tekniku u maniġerjali jista' jkollu rwol utli fl-iżvilupp tas-swieq finanzjarji ta' l-Indja u jistieden lill-UE biex toffri assistenza f'dan ir-rigward;

17.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pjanijiet ta' l-Indja li tneħħi l-kontrolli fuq ir-Rupee billi tneħħi l-kontrolli tal-kapital li għad fadal fuq ir-Rupee, li huwa parzjalmenti konvertibbli; jikkunsidra li dan għandu jelimina ostaklu importanti għall-integrazzjoni ta' l-Indja fl-ekonomija dinjija, u jippermetti lill-individwi u lin-negozji Indjani li jinvestu b'aktar libertà barra l-pajjiż u lill-kumpaniji kbar aċċess aktar faċli u orħos għal dejn barrani, li attwalment huwa limitat għal 500 miljun Dollaru Amerikan kull kumpanija fis-sena;

18.  Jistieden lill-Indja biex issir Parti mit-Trattat Kontra t-Tixrid ta' l-Armi Nukleari, li huwa l-istrument multilaterali indispensabbli biex il-paċi, is-sigurtà u l-istabilità internazzjonali jinżammu u jissaħħu, u huwa mħasseb dwar il-koperazzjoni nukleari bejn l-Istati Uniti u Franza u l-Indja, minkejja n-nuqqas ta' impenn kuntrattwali ta' l-Indja lejn is-sikurezza nukleari;

19.  Jinnota l-aċċettazzjoni ta' l-Indja tal-fatt li, jekk tixtieq tilħaq l-ambizzjonijiet tagħha, għandha tassumi r-responsabiltajiet tagħha fl-Asja tan-Nofsinhar u fl-Asja tax-Xlokk; jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tal-kummerċ bħala għodda biex tinbena l-fiduċja bejn l-Indja u l-Pakistan, u jilqa' b'mod partikulari il-ftehim fundamentali tat-2 ta' Mejju 2006 biex jerġa' jqajjem il-kummerċ u n-negozju fuq iż-żewġ naħat tal-Linja ta' Kontroll bejn ir-reġjuni diviżi ta' Jammu u Kashmir billi ġie mniedi servizz ta' trasport bit-trakkijiet fuq ir-rotta Srinagar-Muzaffarabad, kif ukoll it-tieni servizz tal-karozzi tal-linja li jaqsam il-Kashmir, li jgħaqqad Poonch f'Jammu u Kashmir ma' Rawalakot f'Azad Jammu Kashmir; jilqa' b'sodisfazzjon il-wegħda tal-prim ministru Singh fit-23 ta' Mejju 2006 biex jinħoloq ambjent ta' kummerċ u moviment aktar ħielsa permezz ta' "fruntieri rotob" biex tinħoloq klima għal ftehim dwar il-Kashmir; jistieden kemm l-Indja u l-Pakistan biex inaqqsu aktar l-ostakli amministrattivi biex jiġu implimentati miżuri relatati mal-kummerċ u li jibnu l-fiduċja, u lill-UE biex toffri assistenza teknika f'dan ir-rigward, jekk ikun meħtieġ;

20.  Jinnota li l-ASEAN għad għandha vantaġġi fuq l-Indja minħabba produttività ta' xogħol ogħla, ħaddiema aktar tas-sengħa u prezz baxx ta' l-artijiet; jinnota wkoll li l-ASEAN għandha l-għan li toħloq suq ewlieni sa' l-2020, għalkemm xi membri, inklużi s-Singapor, il-Malasja u t-Tajlandja qed jinsistu li d-data ffissata titqarreb u ssir 2015; Huwa mħasseb għalhekk, madanakollu, li l-kummerċ intrareġjonali fl-SAARC għadu baxx; jikkunsidra li jeżistu wisq eċċezzjonijiet biex il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles fl-Asja tan-Nofsinhar jiġi trattat bħala ta' l-istandard tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles (FTA); jinnota li l-Ministri ta' l-ASEAN reċentement iddiskutew proposti għal zona aktar wiesa' ta' kummerċ ma' pajjiżi azjatiċi oħrajn, inklużi l-Indja, il-Ġappun u l-Korea ta' Isfel; jistieden lill-SAARC biex kontinwament tirrevedi l-opportunitajiet biex il-kummerċ u l-investiment jikbru fir-reġjun; jikkunsidra li fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Indja, l-UE għandha tieħu approċċ reġjonali inklużiv u jistieden lill-UE biex toħloq "grupp ta' viżjoni" simili għal dak li sar għall-ASEAN, biex jiġu esplorati opportunitajiet futuri għar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-SAARC;

21.  Jinnota li f'Awissu ta' l-2006, il-Kunsill tal-Ministri ta' l-SAARC qablu unanimament li n-nuqqas ta' qbil dwar il-kummerċ fl-ambitu tas-SAFTA għandu jiġi diskuss mill-Ministri għall-Kummerċ ta' l-SAARC fl-14-il Samit ta' l-SAARC fl-Indja fit-3 u l-4 ta' April 2007; jinnota wkoll li l-UE applikat għal observer status fl-SAARC u t-talba tagħha ġiet milqugħa u se tipparteċipa fis-Samit; jinnota li l-argument li l-kummerċ għandu jkun marbut mal-progress fuq ir-riżoluzzjoni dwar nuqqasijiet ta' qbil bejn l-Indja u l-Pakistan jenfasizza d-dewmien ta' implimentazzjoni tas-SAFTA; jistieden liż-żewġ partijiet sabiex juru r-rieda politika flimkien man-negozjati tal-kummerċ; jinnota li l-kunsiderazzjoni ta' l-oġġetti mniżżla fil-listi pożittivi u negattivi hi bħallissa quddiem il-Kunsill tas-SAFTA; jistieden lill-UE biex toffri kwalunkwe għajnuna meħtieġa biex tiffaċilita l-proċess u biex tiżgura li jsir progress tabilħaqq fl-14-il Samit ta' l-SAARC.

22.  Jinkuraġġixxi lill-Indja, biex bħala membru ta' l-SAARC u l-Koperazzjoni Ekonomika bejn il-Bangladexx, l-Indja, il-Mjanmar, is-Sri Lanka u t-Tajlandja (BIMSTEC), tuża l-influwenza pożittiva tagħha biex tiffaċilita l-bidla demokratika u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem f'Mjanmar (Burma) u tkompli bl-appoġġ tagħha għall-proċess ta' paċi fis-Sri Lanka u bl-għajnuna għas-6000 refuġjat li huwa stmat li ħarbu lejn l-Indja sa minn April ta' l-2006 'l hawn; jinnota f'dan ir-rigward ir-rakkomandazzjoni tar-Rapporteur Speċjali għan-Nazzjonijiet Uniti, Philip Alston, li missjoni ta' monitoraġġ internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tintbgħat fis-Sri Lanka biex tirrapporta pubblikament fuq ksur tal-liġi internazzjonali minn kull parti, u jistieden kemm lill-UE u kemm lill-Indja, biex jissapportjaw din ir-rakkomandazzjoni f'fora internazzjonali relevanti;

23.  Jinnota li l-pajjiżi Asjatiċi bħall-Indja u ċ-Ċina, minkejja snin ta' tkabbir ekonomiku, għadhom isofru minn nuqqas ta' rappreżentanza xierqa u għadhom jingħataw il-ġenb inġustament f'korpi multilaterali, inkluż il-Fond Monetarju Internazzjonali; jistieden lill-UE u lill-Indja biex jaħdmu flimkien biex jikkoreġu żbilanċi bħal dawn u jiżguraw li l-voti u l-pożizzjonijiet prinċipali jiġu allokati skond l-importanza xierqa fis-sistema ekonomika internazzjonali;

24.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riformi tal-Gvern Indjan ta' l-istrateġija FDI tagħha u l-progress tal-Kummissjoni għall-Investiment; huwa mħasseb li investituri barranin għadhom jiffaċċjaw burokrazija frustranti u ostakli oħra mhux ta' tariffi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Indjani biex ikomplu jikkumbattu l-burokrazija u l-korruzzjoni; jistieden lill-gvernijiet statali u muniċipali biex jissimplifikaw u jikkonsolidaw il-proċeduri ta' applikazzjoni; u jitlob biex isiru sforzi għal trasparenza legali akbar;

25.  Huwa mħasseb li s-sistema proċedurali għall-approvazzjoni għal investimenti barranin tirrapreżenta ostaklu kbir, li fiha l-applikazzjonijiet eliġibbli għal aprovazzjoni awtomatika huma ftit ħafna filwaqt li l-kwantità kbira ta' applikazzjonijiet jiġu approvati fuq il-bażi ta' kull każ individwalment; huwa mħasseb li ħafna uffiċjali qed ikomplu jiddiskriminaw favur l-interessi lokali; jinnota li din l-approvazzjoni u l-proċess ta' għoti ta' liċenzji ġie kkritikat f'xi reġjuni għax huwa inġust u nieqes mit-trasparenza b'regolamenti li jinbidlu spiss b'mod tant eżasperanti li ma jkunx faċli tlaħħaq magħhom; jistieden lill-Gvern Statali u l-gvernijiet muniċipali biex jissimplifikaw u jikkonsolidaw il-proċeduri ta' applikazzjoni;

26.  Jinnota l-kontribut kbir tad-Djaspora Indjana għat-tkabbir ta' l-Indja; jinnota, madanakollu, li d-Djaspora pprovdiet 10% biss ta' d-dħul FDIs ta' l-Indja; jikkunsidra li kemm il-pagamenti soċjali u finanzjarji huma neċessarji għall-iżvilupp fuq tul ta' żmien; jistieden lill-Indja biex tkompli tiżviluppa skemi biex ikollha aċċess għar-riżorsi tad-Djaspora, b'ċittadinanza doppja bħala eżempju tanġibbli;

Il-koperazzjoni UE-Indja

27.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-UE u l-Indja kkommettew ruħhom li jsaħħu d-djalogu u l-impenn, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, bħala sħab strateġiċi fis-laqgħa għolja Indja-UE fis-7 ta' Settembru 2005, kif rifless fil-Pjan ta' Azzjoni Konġunt, li jinkludi wkoll koperazzjoni ta' żvilupp, li jagħti importanza lis-sostenibilità ambjentali u lill-koeżjoni soċjali u ekonomika; jitlob li jinżamm dialogu kontinwu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan is-sħubija strateġika; f'dan il-kuntest jifraħ lill-Kummissjoni Nazzjonali Indjana għad-Drittijiet tal-Bniedem għall-ħidma indipendenti u rigoruża tagħha f'dawn il-kwistjonijiet;

28.  Jenfasizza li l-objettiv li jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) u l-ġlieda kontra l-faqar għandhom jibqgħu element ċentrali fis-Sħubija Strateġika UE-Indja; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-"summit" UE-Indja li jmiss fit-13 ta' Ottubru 2006 għandu jindirizza l-kwistjoni ta' l-MDGs; u jitlob li jittieħdu miżuri speċifiċi urġenti biex jiġi żgurat li minoritajiet bħad-Daliti u l-Adivasis u komunitajiet, tribujiet u kasti oħra emarġinati, ikunu jistgħu jnaqqsu d-distakk wiesa' mill-kumplament tal-popolazzjoni biex jintlaħqu l-MDGs;

29.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-enfasi fuq is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma u l-ambjent fil-koperazzjoni għall-iżvilupp ta' l-UE ma' l-Indja 2002-2006, kif ukoll l-impenn tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt biex iżid il-koperazzjoni għall-iżvilupp fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni, bil-għan li tikber il-koperazzjoni għall-iżvilupp biex jikkumplimenta programmi importanti tas-settur soċjali fl-Indja, inklużi miżuri speċifiċi li effettivament iġibu fit-tmiem id-diskriminazzjoni kontra gruppi soċjali anqas iffavoriti, partikolarment, in-nisa; jitlob bl-istess mod li tingħata spinta lill-miżuri li jippromwovu l-edukazzjoni tal-bniet bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni, u b'dan jintlaħqu l-MDGs 2 u 3;

30.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni biex tifformula reviżjoni strateġika dettaljata tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi maċ-Ċina; jikkunsidra li l-Indja toffri sfida komparabbli, anki jekk distinta, għall-industrija ta' l-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel eżerċizzju simili għall-Indja biex tiżgura mmaniġġjar politiku, ekonomiku u kummerċjali ta' dawn ir-relazzjonijiet f'livell ta' UE;

31.  Jikkunsidra li l-UE għandha tagħti attenzjoni speċjali lis-settur ta' l-SMEs fl-Indja, u li l-SMEs jistgħu jissaħħu permezz ta' miżuri li jgħinu fl-iffinanzjar ta' proġetti lokali bbażati fuq is-suq proposti miċ-ċittadini;

32.  Jenfasizza li l-koperazzjoni ta' l-UE għall-iżvilupp għandha tikopera ma' l-Indja bħala donatur internazzjonali emerġenti permezz ta' skambji ta' esperjenza u koperazzjoni fi proġetti konkreti f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza li minn dak li tgħallmet mill-esperjenza ta' l-Indja l-UE tista' tagħmel l-għajnuna għall-iżvilupp aktar effettiva u produttiva;

33.  Jinnota li l-Indjani huma mħassba dwar l-UE u jixtiequ jistudjawha u jifhmuha aħjar; jilqa' b'sodisfazzjon l-iskema ta' borsa ta' studju Erasmus Mundus ta' EUR 33 miljun , b'enfasi speċifika fuq il-kollaborazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija, fejn il-lezzjoni tas-suċċess ta' l-Indja tista' tagħti spinta lill-prestazzjoni ta' l-UE fil-piramida li fuqha hija bbażata is-soċjetà ta' l-informazzjoni: l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni: jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tas-Sedja Jean Monnet fl-Istudji Ewropej fl-Università ta' Delhi bħala inizjattiva kruċjali biex jissaħħu r-relazzjonijiet UE-Indja; iqis li istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja għandhom itennu din l-inizjattiva billi jiffukaw aktar fuq studji Indjani u li jagħmlu marketing aktar effettiv; jissuġġerixxi li istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja rilevanti Ewropej jikkunsidraw li jiftħu uffiċċji ta' riċerka fl-Indja kif il-Harvard Business School għamlet reċentement f'Mumbaj; jistieden lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni u l-Ambaxxati ta' l-Istati Membri biex jaħdmu ma' l-awtoritajiet Indjani sabiex jippromwovu l-irwol propju ta' l-UE favur l-iskambji edukattivi, kulturali u xjentifiċi, u jissuġġerixxi li skambji kulturali jgħinu biex jibnu appoġġ wiesa' tal-pubbliku għal kollaborazzjoni kostruttiva u li l-iskambji professjonali u tan-negozju jistgħu ikunu wkoll ta' benefiċċju kemm għall-ftehim bejn kulturi differenti u biex jgħinu sabiex l-informazzjoni titwassal faċilment fuq iż-żewġ naħat; jenfasizza s-suċċess tal-Programm ta' taħriġ Eżekuttiv - Skambju bejn bnedmin u bnedmin - li jeżisti mal-Ġappun u l-Korea u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi l-programm għall-Indja, b'iffinanzjar xieraq;

34.  Jinnota li f'xi setturi tal-komunità tal-kummerċ fl-UE hemm nuqqas ta' familjarizzazzjoni inkwetanti dwar is-suq Indjan; jistieden lill-UE biex ikollha impenn aktar sistematiku ma' membri anzjani tal-komunità kummerċjali ta' l-UE, speċjalment SMEs, biex iġġib bidla anomala (step-change) fil-perċezzjoni tagħhom ta' l-Indja billi ssir enfasi fuq l-opportunitajiet tabilħaqq sinifikattivi li jeżistu hemm.

35.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tesplora jew tkabbar il-programmi UE-Indja f'oqsma bħall-edukazzjoni għolja u taħriġ vokazzjonali; programmi biex jinkuraġġixxu l-iskambju ta' studenti, għalliema u riċerkaturi;

36.  Jirrikonoxxi li l-industrija tas-softwer u s-servizzi ttriplikat fid-daqs fl-aħħar ħames snin u issa tiswa EUR 20 biljun; jinnota li ħafna mit-tkabbir ġie minn bejjiegħa tal-punent b'kuntratti minn barra għal xogħol ta' żvilupp fl-Indja; jikkunsidra li l-UE tista' tieħu vantaġġ ta' moviment qawwi ta' ħaddiema Indjani bi kwalifiki u kapaċitajiet għolja imma għandha tevita li toħloq effett ta' "brain drain" fuq il-kapaċitajiet ta' żvilupp ta' l-Indja; jistieden il-Grupp għan-Negozju ta' Livell Għoli biex jesplora ftehim fuq il-moviment ta' ħaddiema mħarrġa skond Mode 4, sabiex l-esperti Indjani fl-Informatika jkunu jistgħu jaħdmu fl-UE wara l-istudji tagħhom, u b'hekk jipprovdu sors ta' ħaddiema u jiġġustifikaw l-investimenti tas-sistemi ta' l-edukazzjoni għolja ta' l-UE; jinnota li l-kumpaniji tas-softwer huma kalamita għall-kumpaniji sħab u l-industrija tas-servizzi u l-bżonnijiet ta' infrastruttura li jakkumpanjawhom, li tista' tagħti spinta lill-ekonomiji reġjonali u tipprovdi opportunitajiet oħra ta' xogħol għan-nies tal-post;

37.  Jinnota li bejn l-2003 u l-2008, 200,000 post tax-xogħol fl-UE jistgħu jingħataw barra mill-UE, l-aktar fl-Indja; jinnota wkoll li sa l-2010, id-domanda ta' l-Indja għal professjonisti f'lingwi barranin għandu jkun ta' 160,000, u 40,000 Indjan biss se jkunu kkwalifikati għal dawn il-postijiet; jikkunsidra li bi 30,000 ħaddiem mill-UE diġà jaħdmu fl-Indja, jeżistu opportunitajiet ċari għal Ewropej imħarrġa li huma ppreparati jiċċaqalqu, u xejra bħal din tiżgura li jkun hemm "skambju ta' mħuħ" bejn l-UE u l-Indja, aktar milli "telf ta' mħuħ";

38.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jipprovdu l-qafas xieraq għall-kumpaniji u l-universitajiet biex jibbenefikaw mill-iżvilupp ekonomiku ta' l-Indja li qed jikber b'ritmu mgħaġġel f'oqsma speċifiċi bħal ma huma s-softwer u l-industrija tal-films;

39.  Jinnota li l-impatt tat-tkabbir ta' l-Indja fuq id-domanda dinjija għall-enerġija tqajjem tħassib għas-sigurtà ta' l-enerġija; jinnota li l-Indja għadha ssofri nuqqasijiet serji ta' enerġija u tiddependi ż-żejjed miż-żejt u l-faħam, li huma fjuwils fossili kemm għoja fil-prezz u li jniġġsu; jinnota li l-isforzi ta' l-Indja biex tiżgura provvisti ta' gass u biex tiżviluppa l-enerġija nukleari huma żewġ konsegwenzi konkreti ta' din is-sitwazzjoni; jinnota li anki jekk l-Indja tiżviluppa l-enerġija nukleari, tissodisfa anqas minn 5% tal-bżonn tagħha ta' elettriku u 2% biss tat-total ta' enerġija li teħtieġ; jikkunsidra li l-isforzi biex tiżviluppa l-enerġija nukleari jikkostitwixxu pass lura mill-wegħdiet tal-G8 ta' Gleneagles biex tiġi mrażżna l-bidla fil-klima u biex tissaħħaħ il-preservazzjoni ta' l-enerġija; jikkunsidra li, jekk is-sitwazzjoni ma' tinbidilx, il-ħsara lill-ambjent aktarx li ssir ostaklu kbir għall-futur ta' l-iżvilupp ekonomiku ta' l-Indja;

40.  Jinnota li kemm l-Indja u l-UE għandhom tradizzjoni twila li jippromwovu l-użu ta' enerġija li tiġġedded u jemmen li l-enerġija li tiġġedded bħal dik tax-xemx, ir-riħ u l-bijomassa hija alternattiva ta' enerġija prattika, flimkien ma' investimenti qawwija fl-effiċjenza fl-enerġija, li jistgħu jissodisfaw il-bżonnijiet ta' enerġija fuq żmien twil; jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi ta' l-Indja f'dan ir-rigward, iklużi d-'digesters' rurali tal-bijogass u l-pjanċi solari (użati biex jipprovdu d-dawl fid-djar u l-ħwienet tax-xogħol), u aktar reċentement is-suċċess tagħha fil-bini tar-raba' l-akbar industrija ta' enerġija mir-riħ fid-dinja; jikkunsidra li, hekk li l-ifqar pajjiżi fid-dinja qed jintlaqtu b'mod negattiv mid-domanda dejjem tikber għaż-żejt, kif deher mill-ġlied reċenti kontra ż-żidiet fil-prezzijiet taż-żejt fit-toroq ta' l-Indoneżja, l-Indja għandha tkompli tappoġġja l-iżvilupp ta' l-enerġija rinnovabbli reġjonali fuq skala aktar wiesgħa fl-Asja, kif diġà qed tagħmel fil-Bhutan; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' Bord għall-Enerġija bejn l-Indja u l-UE u jitlob li jkun hemm aktar koperazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-enerġija u r-riformi fis-suq, l-enerġija li tiġġedded u l-effiċjenza fl-enerġija; jikkunsidra li l-Indja u l-UE għandhom ikomplu jikkaratterizzaw l-enerġija dinjija permezz ta' żvilupp ta' enerġija innovattiva u sostenibbli, filwaqt li jilħqu l-'benchmarks'' tal-bidla fil-klima;

41.  Jinnota li, peress li l-Indja hija ġeografikament diversa, hija ambjent fertili għaż-żejt u l-gass, iżda l-esplorazzjoni mmexxija mis-settur pubbliku, s'issa, dejjem kient kawta ħafna; jinnota, madanakollu, li bid-dħul ta' kumpaniji Ewropej ta' l-enerġija, din il-pożizzjoni diġà qed tinbidel, pereżempju, il-Cairn Enerġy Britannika rrappurtat bosta skoperti ta' żejt f'Rajasthan fl-2004 (l-akbar waħda hija stmata li fiha 500 miljun barmil ta' riservi li jistgħu jiġu rkuprati); jistieden l-Indja biex tinkuraġġixxi tiftix aktar qawwi għaż-żejt u l-gass, billi tipprovdi inċentivi kbar sabiex tattira l-effiċjenza u l-kompetenza ta' l-esperti ta' kumpaniji ta' esplorazzjoni Ewropej;

42.  Jinnota li l-ispejjeż biex jiġi pproċessat il-bijodiżil fl-Indja huma madwar terz ta' dawk fl-Ewropa u li l-Indja reċentement iddeċidiet li tespandi l-programmi ta' raffinar tal-bijodiżil tagħha; jinnota li l-Indja qed tespandi l-industrija ta' l-etanol tagħha u l-gvern approva bosta tipi ta' inċentivi finanzjarji, inklużi tnaqqis fit-taxxa fuq il-bejgħ u dazji mnaqqsa fuq l-etanol u fjuwils imħallta ma' l-etanol; jikkunsidra li l-Jatropha li ma tistax tittiekel tirrappreżenta alternattiva vijabbli ta' bijofjuwil għall-Indja, minħaba li tista' tikber f'ħamrija niexfa u kważi niexfa u tinvolvi investiment minimu, u jinkuraġġixxi koperazzjoni bejn l-Indja u l-UE għal dan il-għan; jikkunsidra li programmi bħal dawn, barra li joħolqu bejn wieħed u ieħor 17-il miljun impieg ġdid u jġibu dħul għal komunitajiet rurali batuti, jgħinu biex titnaqqas id-dipendenza ta' l-Indja fuq żejt barrani, iżda dan jista' jseħħ biss jekk il-programmi jitwettqu b'mod sostenibbli;

Is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' l-Indja

43.  Jinnota li l-kummerċ internazzjonali jista' jmexxi t-tkabbir ekonomiku u jnaqqas il-faqar, iżda m'huwiex bulit maġika, u r-riformi tal-kummerċ huma kumplimentari għall-politiki ta' żvilupp; jikkunsidra li sabiex jinħarġu persuni mill-faqar, u biex l-Indja tkompli tiela' s-sellun ta' żvilupp ekonomiku, hija għandha bżonn tiffoka b'mod kritiku fuq il-bini ta' ambjent ekonomiku li jsaħħaħ l-integrazzjoni ma' l-ekonomija dinjija f'firxa dejjem usa' ta' manifattura u servizzi;

44.  Jilqa' r-rikonoxximent dejjem akbar ta' l-importanza ta' l-ambjent ekonomiku estern, il-kummerċ u l-investiment fl-aħħar pjan fuq ħames snin ta' l-Indja dwar l-iżvilupp uman (2002-2007);

45.  Jinnota li l-iżbilanċi bejn l-Istati ta' l-Indja huma eżasperati bid-devoluzzjoni ta' setgħat ta' nfiq lil Stati bi standards varjati ta' tmexxija politika u mmaniġġjar fiskali; jikkunsidra li t-tnaqqis tal-faqar jiddependi fuq ir-ridirezzjoni ta' riżorsi ta' l-Istat lejn zoni rurali u l-iżvilupp ta' infrastruttura biex tappoġġa t-tixrid ta' l-attivitajiet ta' manifattura u tas-settur tas-servizzi; jitlob lill-Indja biex tiżgura koerenza u mmaniġġjar aħjar tal-liberalizzazzjoni billi tadotta politiki ekonomiċi kumplimentari b'saħħithom, inkluża l-armonizzazzjoni tat-taxxa, u biex tiffoka l-isforzi ta' bini ta' kapaċitajiet fuq l-ifqar Stati, sabiex ikunu jistgħu jużaw il-fondi b'mod effettiv; jinnota l-effetti ta' żvilupp ta' tkabbir ekonomiku f'xi reġjuni ta' l-Indja; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-Indja biex titgħallem minn Stati li marru tajjeb fiż-żmien ta' prosperità ekonomika ta' l-Indja, u biex tadotta l-aħjar prattika sabiex tiżgura li l-investimenti kritiċi jkunu diretti lejn reġjuni li għadhom lura u lejn gruppi soċjali b'nuqqas ta' rappreżentanza;

46.  Jinsab imħasseb rigward id-differenza dejjem akbar fid-dħul bejn zoni urbani u zoni rurali fl-Indja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Indjani biex jirrikonoxxu l-istaġnar ta' l-agrikoltura f'zoni rurali u biex jiżviluppaw programmi biex iżidu l-produzzjoni agrikola f'dawn iz-zoni sabiex jissieltu kontra l-faqar rurali b'mod aktar xieraq;

47.  Jinnota, li minkejja t-tkabbir impressjonanti, l-infrastruttura ta' l-Indja għadha turi, parzjalment, il-karatteristiċi ta' nazzjon li qed jiżviluppa, b'networks tat-trasport ħżiena u qtugħ ta' l-elettriku regolari; jinnota li l-Loghob tal-Commonwealth ta' l-2020 jipprovdu opportunità għall-kumpaniji Ewropej biex jikkompetu għal proġetti ta' infrastruttura ewlenin; jitlob lill-Indja u lill-UE biex jesploraw l-iżvilupp ta' l-infrastruttura relatata mal-kummerċ, permezz ta' investiment bejn is-settur pubbliku u dak privat, filwaqt li jkunu żgurati trasparenza, ambjent regolatorju kredibbli u l-istess kundizzjonijiet għall-investituri privati u għall-gvern; f''dan is-sens jitlob għall-użu ta' self mill-EIB, li l-mandat tiegħu - fil-każ ta' l-Asja u l-Amerika Latina - huwa iffokat fuq investiment produttiv; jitlob lill-Indja u lill-UE biex jiffokaw dan l-investiment f'zoni rurali, biex jiggarantixxu provvista ta' l-ilma u sanità aħjar, itejbu n-netwerks tat-trasport, b'mod partikulari toroq li jintużaw f'kull tip ta' temp, u biex titjieb il-kwalità tal-produzzjoni tal-grilji ta' l-elettriku;

Żvilupp u Ambjent

48.  Jirrikonoxxi s-suċċess importanti tal-Gvern ta' l-Indja biex jeqred il-faqar, iżda jinnota li minkejja t-tkabbir ekonomiku b'mod sostenut, għad hemm inugwaljanza kbira, b'xi 30% tal-popolazzjoni ta' l-Indja għadha tgħix taħt il-livell tal-faqar; jinsab partikularment imħasseb dwar is-sitwazzjoni tas-sezzjonijiet żvantaġġati tal-popolazzjoni, b'mod partikulari n-nisa, it-tfal, dawk żvantaġġati u l-popolazzjoni rurali, eż. id-Daliti u l-Adivasis (tribuwijiet u popli indiġeni); jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaħdmu flimkien mal-gvern Indjan sabiex itejbu s-sitwazzjoni ta' dawk il-gruppi u biex jeżaminaw koperazzjoni futura bħala l-kontribuzzjoni tagħhom lejn it-tmiem tad-diskriminazzjoni tas-sessi u tal-kasti;

49.  Jenfasizza li gvernijiet suċċessivi ta' l-Indja għamlu sforzi konsiderevoli biex jaffaċċjaw il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni tal-kasti; madankollu jemmen li għad fadal ħafna xi jsir;

50.  Iħeġġeġ lill-UE biex tippromwovi u timplimenta miżuri biex tiżgura l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-minoranzi, li ġew fil-biċċa l-kbira esklużi mill-ekonomija l-ġdida fl-Indja u li jiġu diskriminati fil-programmi ta' żvilupp u rkupru minn diżastri, permezz ta', fost affarijiet oħrajn, il-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs f'impiegi f'kumpaniji u f'investituri privati bbażati fl-UE, l-inkuraġġiment ta' programmi li jinkludu lid-Dalit u l-użu ta' indikaturi biex titkejjel l-inklużjoni tad-Dalit fl-ekonomija l-ġdida;

51.  Jirrimarka li huwa importanti li l-gvern Indjan, fil-proċess ta' żvilupp tiegħu, iżomm f'moħħu l-kwistjonijiet ta' koeżjoni soċjali, l-ambjent u d-drittijiet tal-konsumaturi;

52.  Jilqa' l-koperazzjoni ta' l-UE ma' l-Indja fil-qasam tal-politika ambjentali u l-fatt li l-politika ambjentali hija identifikata bħala waħda mis-setturi ta' koperazzjoni fil-Pjan ta" Azzjoni Konġunt; jinnota li bħala kompetituri globali, l-UE u l-Indja għandhom rwol ċentrali fl-isforzi internazzjonali favur immaniġġjar globali aħjar ta' l-ambjent; jitlob sabiex l-aspetti ambjentali jkomplu jiġu enfasizzati fil-koperazzjoni fl-iżvilupp ekonomiku;

53.  Jenfasizza li fl-Indja ż-żieda fil-qerda ambjentali hija problema li qiegħda dejjem tikber b'konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali inkonċepibbli, b'mod partikulari għan-numru kbir ta' Indjani li jgħixu fil-faqar, u jenfasizza l-urġenza partikulari biex titkompla l-koperazzjoni ta' l-UE ma' l-Indja f'dan il-qasam;

54.  Jilqa' l-impenn ta' l-Indja għall-MDGs; jinnota li l-Għaxar Pjan fuq Ħames Snin ta' l-Indja jsemmi l-għanijiet u l-objettivi ta' żvilupp uman għal bejn il-ħames u l-għaxar snin li ġejjin, li ħafna minnhom huma aktar ambizzjużi mill-MDGs, iżda jibqa' mħasseb dwar il-kapaċità ta' l-Indja li tilħaqhom sa l-2015, minħabba li l-Proġett tal-Millennju tan-NU jiddikjara li fil-probabiltà l-Indja mhux ser jirnexxielha tikseb ta' l-anqas 4 mit-8 MDGs; jikkunsidra li assistenza relatata mal-kummerċ tista' tgħin lill-Indja biex tilħaqhom fiż-żmien skedat; jitlob lill-UE biex tikkopera mal-Programmi ta' l-Indja għal edukazzjoni universitarja prijoritarja u għas-saħħa fl-inħawi rurali u biex tinkuraġġixxi politiki li jiffaċilitaw l-inklużjoni ta' żgħażagħ fl-ambjent tax-xogħol; jemmen li l-UE tista' tindirizza t-tħassib dwar opportunitajiet indaqs billi tagħti spinta lill-prodotti li jipprovdu għixien għan-nisa, u billi tiffaċilita l-kummerċ f'servizzi li jimpjegaw in-nisa;

55.  Jinnota li l-konnettività hija waħda mill-MDGs, u li s-Segretarju Ġenerali tan-NU, Kofi Annan, talab għal konnettività f'kull pajjiż tad-dinja li għadu qed jiżviluppa sa l-2015 sabiex jiġu eliminati d-differenzi f'termini ta' libertà, għana u setgħa; jilqa' inizjattivi bħall-"Hole-in-the-Wall Internet Education Experiment", fejn aktar minn 150 kompjuter veloċi, bil-kibord, bil-maws u kamera ta' l-internet ġew installati f'50 lok, minn kwartieri fqar ta' Delhi għal xi postijiet fl-Indja rurali, u b'hekk eluf ta' subien u bniet li qabel kienu illitterati setgħu jgħallmu lilhom innifishom mhux biss kapaċitajiet relatati ma' l-IT u ħafna elementi ta' l-edukazzjoni primarja, iżda wkoll biex jgħollu l-aspettattivi tagħhom; jikkunsidra li proġetti bħal dawn, filwaqt li ma joffrux sostitut sodisfaċenti għall-klassi ta' l-iskola b'għalliem, jistgħu jgħinu lil dawk it-tfal li attwalment m'għandhom l-ebda possibiltà ta' forma tradizzjonali ta' edukazzjoni; jitlob lill-Indja biex taqsam il-benefiċċji tal-prosperità tagħha fl-IT mat-98% tal-popolazzjoni tagħha li attwalment m'hijiex effetwata minnha u tidderiġi investiment u għajnuna fi proġetti bħal dawn, bi stima ta' spiża rikurrenti annwali ta' anqas minn 2 ċenteżimi għal kull tifel/tifla kuljum;

56.  Jinnota li l-Indja kienet waħda mill-benefiċjarji ewlenin ta' l-iskema tal-GSP, b'medja ta' rati ta' użu ta' 80%, f'numru ta' setturi, inklużi prodotti ta' l-annimali (88%), ħaġar prezzjuż u ġojjelli (85%), apparat tat-trasport u metalli komuni (83%); jinnota li 40% ta' l-esportazzjoni tal-ħwejjeġ ta' l-Indja, li tiswa ftit aktar minn EUR 3,000 miljun, minn total ta' esportazzjoni ta' EUR 4,800 miljun, u disa' minn għaxra ta' l-esportazzjoni taż-żraben ta' l-Indja, b'valur ta' EUR 6,00 miljun, minn total ta' esportazzjoni ta' EUR 675 miljun, ibbenefikaw mill-iskema tal-GSP; jinnota li pajjiżi bl-industriji ta' l-insiġ tagħhom stess, bħall-Indja, kienu kapaċi jagħmlu użu ħafna aktar estensiv mill-faċilitajiet tal-GSP minn pajjiżi oħra bħall-Bangladexx, li jużaw tessut impurtat għall-manifattura ta' ħwejjeġ, u li esperjenzaw diffikultajiet minħabba l-iskema tar-regoli ta' l-UE dwar l-oriġini; jilqa' l-prattika ta' l-UE li żżomm dawn l-iskemi u r-regoli taħt reviżjoni u jinkuraġġixxiha biex tissimplifika u tirrazzjonalizza dawn ir-regoli; jilqa' l-proposta biex ir-regoli ta' l-oriġini speċifiċi għall-prodott jinbidlu għal kriterju wieħed ġenerali sabiex il-pajjiżi eleġibbli jkunu jistgħu isibuha eħfef biex jużaw l-iskema;

57.  Huwa mħasseb li, meta għandek 60% tat-tigri li fadal fid-dinja jinsabu fl-Indja, iċ-ċensiment ippjanat iżda mdawwem tat-tigri kollha ta' l-Indja jista' juri tnaqqis għal numru serjament baxx ta' 1,500 tigra fil-pajjiż; jirrikonoxxi li l-valur ta' kummerċ illegali fl-ispeċi ta' annimali selvaġġi huwa stmat li huwa l-akbar wara l-kummerċ internazzjonali tad-drogi illegali u li l-livelli ta' sfruttament u kummerċ ta' xi speċi, bħat-tigri, huma tant għoljin li l-popolazzjonijiet tagħhom qed jonqsu b'mod drastiku; jirrikjedi monitoraġġ aħjar ta' l-importazzjoni ta' kampjuni ta' annimali selvaġġi u ta' prodotti ta' annimali selvaġġi sabiex tiġi mħarsa l-Konvenzjoni dwar Kummerċ ta' Speċi fil-Periklu (CITES), u li l-infurzar jittejjeb sabiex l-ispeċi fil-periklu jiġu salvati mit-theddida ta' l-estinzjoni; jitlob lill-UE biex toffri koperazzjoni u assistenza teknika lill-Indja sabiex tgħinha żżomm il-bijodivesità tagħha u tindirizza l-kummerċ illegali fl-annimali selvaġġi; jitlob sabiex il-kwistjoni ta' protezzjoni tat-tigra b'mod ġenerali, u l-ġlieda kontra l-kummerċ b'mod partikulari tal-ġilda, ta' l-għadam u tal-partijiet tal-ġisem tat-tigra, inkluż permezz ta' koperazzjoni bejn dwani, jiddaħħlu fl-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Forum Ambjentali bejn l-UE u l-Indja;

58.  Jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ ħalliet lill-bdiewa ż-żgħar kemm fl-UE u fl-Indja jaffaċċjaw kompetizzjoni globali, u minħabba f'hekk kellhom inaqqsu l-prezzijiet, meta fl-istess żmien it-tnaqqis fis-sussidji tal-gvern għollielhom il-prezzijiet tal-biedja; huwa mħassab li fl-Indja, il-bdiewa qed iduru għal kuntratti ta' biedja għall-esportazzjoni, minflok jipprovdu prodotti domestiċi, u dan qed iwassal għall-malnutrizzjoni f'zoni rurali foqra; jinsab imħasseb li ħafna drabi, aktar minn nofs il-prodott agrikolu Indjan jinħela minħabba nuqqas ta' ħażna fil-friża u ta' faċilitajiet ta' distribuzzjoni; jinnota li filwaqt li s-settur ta' l-industrija tal-biedja huwa magħluq għall-investiment barrani, hemm opportunitajiet għall-kumpaniji Ewropej f'ċerti setturi agrikoli li mhumiex marbutin ma' prodotti/uċuħ tar-raba'. (non-crop agro allied sectors), li huma miftuħa għal investiment Ewropew u li jistgħu jirretifkaw ħafna mill-problemi tal-ħażna; jinkuraġġixxi lill-Indja biex tidderiġi fondi għal infrastruttura relatata mal-kummerċ lejn zoni ta' agrikoltura rurali biex tgħin lill-bdiewa jadattaw għall-isfidi tal-globalizzazzjoni;

59.  Iħeġġeġ lill-UE biex f'fora internazzjonali tippromwovi responsabiltà korporattiva akbar fost l-intrapriżi barranin stabbiliti fl-Indja, u fl-istess ħin iħeġġeġ biex jintlaħaq ftehim mal-gvern Indjan biex titwaqqaf sistema effettiva għall-monitoraġġ tad-drittijiet tal-ħaddiema f'kumpaniji domestiċi u barranin ibbażati fl-Indja.

60.  Jitlob għal taħditiet bejn l-UE u l-Indja dwar investiment sabiex titqies ir-responsabiltà soċjali u politika ta' investituri barranin; jenfasizza li d-drittijiet ta' l-investituri għandhom imorru id f'id ma' l-obbligazzjonijiet tagħhom u li l-investituri għandhom ta' l-anqas japplikaw l-istandards fundamentali tax-xogħol ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali għax-Xogħol (ILO).

61.  Jilqa' l-impenn ta' l-Indja għall-prevenzjoni ta' tħaddim ta' tfal u għall-parteċipazzjoni fil-Programm Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Tħaddim ta' Tfal u l-proġett INDUS dwar tħaddim ta' tfal; huwa mħasseb bl-inċidenza għolja ta' ħaddiema tfal fl-Indja; jitlob lill-Indja biex tikkopera ma' l-ILO u tirratifika l-Konvenzjoni 138 dwar l-Età Minima u l-Konvenzjoni 182 dwar L-Agħar Forom ta' Xogħol tat-Tfal; jitlob lill-Indja biex tieħu miżuri biex tissielet kontra l-forom kollha ta' skjavitù moderna, tħaddim ta' tfal u l-isfruttament ta' xogħol tan-nisa, bil-ħsieb li jiġi żgurat rispett għad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema u biex jiġi evitat 'dumping' soċjali; kif ukoll biex tadotta l-prinċipju ta' l-ILO ta' 'xogħol deċenti'; ifakkar l-importanza ta' l-arranġamenti varji ta' kummerċ b'konformità ma' konvenzjonijiet internazzjonali dwar drittijiet tal-bniedem u standards tax-xogħol;

62.  Jenfasizza li l-UE għandha tagħmel pressjoni fuq il-gvern Indjan sabiex jindirizza, bl-akbar sens ta' urġenza, xogħol 'bonded', li jaffetwa miljuni ta' persuni fl-Indja; jitlob lill-Indja biex tirratifika l-Konvenzjoni 98 dwar id-dritt li torganizza u negozjati kollettivi;

63.  Iqis li l-Indja għandha tirratifika u timplimenta l-Konvenzjonijiet ta' l-ILO li fadal kemm jista' jkun malajr sabiex tgħin biex jissaħħaħ l-iżvilupp fuq perjodu ta' żmien twil u biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta' l-ifqar frazzjonijiet tas-soċjetà;

64.  Jenfasizza l-importanza li r-relazzjonijiet ta' kummerċ li qed jiżviluppaw bejn l-UE u l-Indja ma jiġux separati mir-riformi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Indja;

65.  Jinnota li l-amministrazzjoni attwali ta' l-Indja rrikonoxxiet b'mod aktar miftuħ il-problemi li joħolqu l-HIV/AIDS; jikkunsidra li t-tixrid ta' l-HIV/AIDS għandu l-potenzjal li jħarbat il-progress ta' l-Indja; jinnota li l-aċċess limitat għall-kura tas-saħħa u l-livelli baxxi ta' attenzjoni għas-saħħa huma responsabbli għall-inċidenza dejjem akbar ta' l-HIV/AIDS; jilqa' l-fatt li żiedet il-fondi u l-programmi tagħha biex tindirizza l-problemi li ħolqu l-HIV/AIDS u jitlob lill-UE biex tgħin lill-Indja biex tmexxi 'l quddiem programmi għal individwi u komunitajiet li jinsabu f'risku kbir; f''dan is-sens jilqa' x-xogħol li wettqet l-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Kontroll ta' l-AIDS (NACO) fl-attivitajiet tagħha biex tqajjem kuxjenza fost il-popolazzjonijiet rurali u urbani;

66.  Iqis li d-diżastri naturali riċenti, speċjalment it-tsunami ta' l-Oċean Indjan u t-terrimot ta' l-Asja tan-Nosinhar, urew il-bżonn għal kollaborazzjoni aktar kreattiva u immaġinattiva bejn in-numru kbir ta' aġenziji u organizzazzjonijiet li jgħinu f'każ ta' diżastri; jinnota li l-UNESCO, permezz tal-Kummissjoni Oċeanografika tagħha, kienet attiva fit-twaqqif ta' sistema ta' twissija u mitigazzjoni ta' Tsunami fl-Oċean Indjan, u li n-NU qed tikkordina l-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Azzjoni ta' Hyogo, pjan ta' 10 snin għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastru naturali; jitlob lill-Indja, lill-UE u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw dawn l-inizjattivi, ħalli, permezz ta' l-antiċipazzjoni tal-frekwenza u s-severità tad-diżastri naturali u s-sinerġiji bejn l-isforzi umanitarji u l-aġenziji ta' għajnuna tal-gvern, tkun tista' tiżdied l-effettività sostenuta ta' l-assistenza ta' wara diżastru;

67.  Jitlob biex tinżamm laqgħa għolja parlamentari kull sena li tkun tikkoinċidi jew li tkun eżatt qabel il-laqgħa għolja annwali bejn l-Indja u l-UE li ssoltu sseħħ mingħajr il-parteċipazzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew; jikkunsidra li laqgħat għolja bħal dawn jagħmluha possibbli biex jiġu żviluppati r-rabtiet bejn entitajiet parlamentari, itejbu l-komprensjoni tad-differenzi tagħhna u jġibu s-sistemi demokratiċi taż-żewġ naħat eqreb xulxin;

68.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew fuq bażi regolari dwar progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja;

o
o   o

69.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika ta' l-Indja.

(1) ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 103.
(2) ĠU C 227 E, 21.9.2006, p. 589.
(3) Testi adottati ta' dik id-data, P6_TA(2005)0454.
(4) Testi adottati ta' dik id-data, P6_TA(2006)0056.
(5) Testi adottati ta' dik id-data, P6_TA(2006)0123.


In-nisa u l-kummerċ internazzjonali
PDF 291kWORD 84k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar perspettivi tan-nisa fil-kummerċ internazzjonali (2006/2009(INI))
P6_TA(2006)0389A6-0254/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2836/98 tat-22 ta' Diċembru 1998 dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet tas-sessi fil-koperazzjoni għall-iżvilupp(1),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/51/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li tistabbilixxi Programm li għandu x'jaqsam ma' l-istrateġija qafas tal-Komunità dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (2001-2005),(2) u l-programm tax-xogħol rispettiv tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) ta' l-1979 u l-Protokoll Mhux Obbligatorju tagħha,

–   wara li kkunsidra d-"Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma għal Azzjoni" adottata f'Beijing fil-15 ta' Settembru 1995 mir-Raba' Konferenza Dinjija tan-NU dwar in-Nisa,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tan-NU ta' l-10 ta' Ġunju 2000 dwar is-segwitu tal-Pjattaforma għall-Azzjoni ta' Beijing, l-Evalwazzjoni u l-Assessjar ta' l-istess Pjattaforma għal Azzjoni, u d-Dokument aħħari tat-23 Sessjoni Speċjali ta' l-Assemblea Ġenerali,

–   wara li kkunsidra l-green paper tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2001 "Il-Promozzjoni ta' Qafas Ewropew għall-Responsabilità Soċjali ta' l-Impriżi" (COM(2001)0366),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 "L-Implimentazzjoni tas-Sħubija għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Nagħmlu l-Ewropa Pilastru ta' Eċċellenza dwar ir-Responsabbiltà Soċjali ta' l-Impriżi" (COM(2006)0136),

–   wara li kkunsidra n-Normi tan-NU dwar ir-Responsabilitajiet tal-Korporazzjonijiet Transnazzjonali u Impriżi oħra ta' Negozju fir-rigward tad-Drittijiet tal-Bniedem, approvati fit-13 ta' Awissu 2003, mis-Sottokummissjoni tan-NU dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni fi Tliet Partijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali ta' Novembru 1977, u l-Linji Gwida attwali ta' l-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' l-ILO dwar il-Prinċipji Fundamentali u d-Drittijiet tax-Xogħol tat-18 ta' Ġunju 1998, ir-Rakkomandazzjoni R100 ta' l-ILO dwar il-Protezzjoni ta' Ħaddiema Migranti f'Pajjiżi u f'Territorji Sottożviluppati, ir-Rakkomandazzjoni R111 ta' l- ILO dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward ta' l-Impjiegi u x-Xogħlijiet, ir-Rakkomandazzjoni R156 ta' l-ILO dwar il-Protezzjoni tal-Ħaddiema kontra l-Perikli konnessi max-xogħol u ma' l-Ambjent tax-Xogħol minħabba Tniġġis ta' l-Arja, Storbju u Vibrazzjonijiet, u r-Rakkomandazzjoni R191 ta' l-ILO dwar ir-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Protezzjoni tal-Maternità,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tat-8 ta' Settembru 2000, u r-reviżjoni u l-aġġornament tagħha fis-Samit Dinji ta' l-2005 ta' l-14-16 ta' Settembru 2005,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell fis-16 u s-17 ta' Diċembru 2004, li jikkonfermaw l-impenn sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea għall-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs) u koerenza fil-politika,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' l-Ispirtu ta' São Paulo tal-Konferenza tan-NU dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp tat-18 ta' Ġunju 2004,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2005 dwar id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0254/2006),

A.  Billi l-kummerċ internazzjonali għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn is-sessi u jippromwovi t-tisħiħ tas-setgħat ekonomiċi, soċjali u politiċi tan-nisa fl-isfera produttiva kif ukoll dik riproduttiva; billi, madankollu, il-proċess tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ ikkontribwixxa biex ir-relazzjonijiet tax-xogħol saru inqas formali, ġab żieda ta' impjiegi prekarji u l-femminizzazzjoni tal-qgħad f'ħafna setturi ta' l-ekonomija,

B.  Billi 70 % tal-1.3 biljun persuna li tgħix fil-faqar fid-dinja huma nisa; billi n-nisa b'mod ġenerali jesperjenzaw aktar diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-edukazzjoni, għall-proprjetà, għall-kreditu, għar-riżorsi u l-fatturi oħra tal-produzzjoni, kif ukoll għall-korpi politiċi tat-teħid tad-deċiżjonijiet,

C.  Billi fuq medda twila ta' żmien, l-inugwaljanza bejn is-sessi, li tfisser li n-nisa għandhom inqas aċċess għall-mezzi tal-produzzjoni u tas-suq, ixxekkel it-tkabbir għax in-nisa jonfqu proporzjon relattivament ikbar tad-dħul tagħhom fuq l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ikel, u għax il-potenzjal ekonomiku tal-popolazzjoni kollha ma jiġix użat b'mod sħiħ,

D.  Billi l-ftehimiet kummerċjali għandhom jikkonformaw b'mod sħiħ mad-dritt internazzjonali eżistenti dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet soċjali u d-drittijiet tax-xogħol, u għandhom jirrispettaw il-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti li qegħdin jappellaw għal żvilupp sostenibbli,

E.  Billi r-responsibilitajiet riproduttivi u domestiċi kif ukoll ir-responsabilitajiet tal-manteniment tal-familja u l-provvediment ta' ħarsien soċjali b'mod ġenerali huma meqjusa bħala l-funzjoni essenzjali tan-nisa fi kważi s-soċjetajiet kollha, iżda dawn ir-responsabilitajiet fil-biċċa l-kbira ma humiex rikonoxxuti u ma humiex imħallsa,

F.  Billi jekk il-liberalizzazzjoni tas-suq ma tqisx il-fatturi li huma speċifiċi għas-sessi, se tippromwovi proċessi bħall-femminizzazzjoni ta' impjiegi prekarji, l-intensifikazzjoni ta' l-esplojtazzjoni tan-nisa, u d-dagħjfien ta' l-istrateġiji ta' l-għixien ta' nisa foqra fid-dinja kollha, inklużi n-nisa migranti,

G.  Billi li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ ikkontribwixxa b'mod sħiħ għall-espansjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija informali,

H.  Billi l-ILO tiddefinixxi l-ekonomija informali bħala ekonomija bbażata fuq impjiegi informali mingħajr kuntratt, benefiċċji jew protezzjoni soċjali għall-ħaddiema, li jseħħ kemm f'intrapriżi informali kif ukoll barra minnhom,

I.  Billi l-feminizzazzjoni tal-migrazzjoni internazzjonali mhix qed tingħata biżżejjed attenzjoni; billi l-ħaddiema migranti ħafna drabi ma jistgħux jitolbu għal kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol,

J.  Billi l-inklużjoni ta' Ftehima dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS) fi ħdan id-WTO fl-1995 irrestrinġiet l-aċċess għal mediċini ġeneriċi b'tali mod li f'Diċembru 2005 f'Hong Kong intlaħaq ftehim li t-TRIPS kellu jiġi emendat,

1.  Jenfasizza li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha impatt differenzjali fuq in-nisa u l-irġiel, jiġbed l-attenzjoni dwar il-koerenza bejn l-objettivi tal-politika Ewropea għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi tal-politika għall-kummerċ, l-iżvilupp u l-għajnuna bil-għan li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f'dawn l-oqsma tal-politika; jenfasizza li l-parteċipazzjoni ekonomika hija importanti ħafna għat-tisħiħ tas-setgħat tan-nisa u sabiex in-nisa jgħelbu d-diskriminazzjoni strutturali, liema tisħiħ iwassal għal kundizzjonijiet tal-ħajja itjeb għan-nisa u l-familji tagħhom, u jikkontribwixxi għall-involviment aktar attiv tan-nisa fil-politika u fit-titjib fil-koeżjoni soċjali; wieħed mill-għanijiet huwa d-distribuzzjoni ġusta tal-proprjetà, id-drittijiet indaqs u l-indipendenza ekonomika;

2.  Jinnota li, filwaqt li ħafna nisa bbenefikaw ukoll mil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-investiment barrani dirett minħabba l-opportunitajiet ta' xogħol li nħolqu b'riżultat ta' dan, il-liberalizzazzjoni kkontribwixxiet għall-informalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tax-xogħol, għall-fatt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol marru lura, u għall-femminizzazzjoni ta' l-impjiegi f' ħafna oqsma ta' l-ekonomija;

3.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħtu prijorità lit-tneħħija tar-riservi kollha għas-CEDAW u għar-ratifika tal-Protokoll Mhux Obbligatorju tagħha mill-istati msieħba kollha;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tal-Parlament Ewropew, iffirmat ukoll mill-amministraturi tad-donaturi u tal-benefiċjarji ta' l-għajnuna finanzjarja għan-nisa, bil-għan li jagħti prova li din l-għajnuna tkun waslet fid-destinazzjoni tagħha u li ma żvijatx mill-obbjettivi inizjali tagħha;

5.  Jenfasizza l-bżonn ta' studji dwar il-mod kif in-nisa jistgħu jibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u ta' ġbir sistematiku ta' data li fiha s-sessi huma diżaggregati, bil-għan li tirrimedja l-fatt li l-politiki kurrenti tal-kummerċ u l-politiki ta' l-istituzzjonijiet ekonomiċi globali ma jqisux il-kwistjonijiet tas-sessi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament b'rapport ta' progress annwali dwar dan is-suġġett; ifakkar li l-analiżi tas-sessi għandha tkun parti integrali ta' l-evalwazzjonijiet ta' l-impatt fuq is-sostenibbiltà ta' ftehimiet kummerċjali li qed isiru mill-Kummissjoni fil-preżent;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni ta' l-impatt fuq is-sessi qabel tikkonkludi kwalunkwe ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi, u biex tintroduċi klawżoli effettivi ta' kundizzjonalità ma' dawk il-pajjiżi li fihom iseħħ ħafna ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari tad-drittijiet tan-nisa;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni għall-ħolqien uffiċjali ta' uffiċċju tal-kummerċ u kwistjonijiet tas-sessi fi ħdan id-DĠ tal-Kummerċ, li l-irwol tiegħu ikun jinkludi monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikulari id-drittijiet tan-nisa fil-pajjiżi li magħhom l-UE għandha relazzjonijiet tal-kummerċ, u li b'mod attiv jirrispondi għal każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tanalizza l-metodi tal-produzzjoni u tal-proċess (PPM, kif definiti mid-WTO) mill-perspettivi tal-kwistjonijiet tas-sessi, bil-għan li tidentifika l-PPM suġġetti għal diskriminazzjoni speċifika fuq bażi ta' sessi, skond is-CEDAW u l-patti tad-drittijiet tal-bniedem, u biex tfassal strateġiji biex tipprovdi inċentiv għall-konformità ma' l-istandards internazzjonali fil-pajjiżi esportaturi;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kumpaniji li jibbenefikaw minn programmi ta' aċċess għas-suq Ewropew fil-qafas tal-politika ta' l-UE għall-koperazzjoni ma jkunux qed jikkontribwixxu għat-tifrix ta' prattiki bħall-esplojtazzjoni inumana ta' l-impjegati, b'mod partikolari n-nisa;

10.  Jenfasizza li l-benefiċċji ta' l-impjiegi fl-ekonomija formali u informali jiddependu fuq varjetà ta' fatturi, inklużi l-pagi, il-kundizzjonijiet ta' xogħol u s-sigurtà tal-post tax-xogħol, u n-nisa għadhom qed jiġu diskriminati fir-rigward ta' dawn il-benefiċċji; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-politika tagħha għall-koperazzjoni għall-iżvilupp biex toħloq fond partikulari bħala parti minn ftehimiet futuri ta' kummerċ u koperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex jappoġġjaw lin-nisa fil-pajjiżi kkunċernati billi jinkoraġġixxu l-aċċess tagħhom għall-kreditu, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bil-għan li jitnaqqas is-sehem ta' impjiegi informali; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, liema rapport ikun iffirmat ukoll mid-donaturi u mill-benefiċjarji, bil-għan li jagħti prova li fondi speċifiċi ma jkunux intużaw għal skopijiet oħra ħlief dawk li jkunu inizjalment intenzjonati għalihom;

11.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'ħeffa jintroduċu l-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-prattiki tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) u biex jiżguraw li l-appoġġ li jkun ġej minn dan il-fond ma jiħux post il-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali;

12.  Jisħaq li n-numru għoli ta' telf ta' impjiegi fl-Ewropa jikkonferma x-xejra dejjem tikber ta' ristrutturar industrijali; jinnota li s-setturi li l-aktar intlaqtu ħażin huma l-manifattura, it-trasport, it-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi finanzjarji; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex fir-rigward ta' l-EGF, jieħdu n-non-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel bis-serjetà;

13.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiggarantixxu objettivi ta' integrazzjoni tal-kwistjonijiet tas-sessi u ta' opportunitajiet indaqs fil-fondi kollha Ewropej; jisħaq dwar il-bżonn ta' indikazzjonijiet tal-progress milħuq fil-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u fil-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni;

14.  Jinnota li l-impjiegi u x-xogħol diċenti għandu jkun il-kontenut tad-disa' Għan tal-Millennju għall-Iżvilupp li għandu jiġi adottat mill-aktar fis possibbli, u jitlob għall-inklużjoni ta' standards ewlenin tax-xogħol fi ftehimiet multilaterali u bilaterali ta' kummerċ u l-inklużjoni tal-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-MDGs kollha;

15.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-aċċess universali u bi prezz li jintlaħaq minn kulħadd għal servizzi essenzjali bħall-ilma, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-enerġija huwa rekwiżit għat-tisħiħ tas-setgħat tan-nisa; jisħaq, madankollu, li l-liberalizzazzjoni tas-servizzi fil-qafas tal-Ftehima Ġenerali dwar il-Kummerċ tas-Servizzi (GATS) jista' jkollu impatt pożittiv fuq dan l-għan biss jekk il-prinċipji tal-GATS dwar il-flessibilità nazzjonali u l-ispazju tal-politika jiġu rrispettati b'mod sħiħ fin-negozjati bilaterali u multilaterali kurrenti;

16.  Jenfasizza li hemm ippjanata reviżjoni tat-TRIPS sentejn wara l-implimentazzjoni tagħha, liema reviżjoni għadha ma saritx, u għaldaqstant iħeġġeġ li ssir din ir-reviżjoni, ibbażata fuq evalwazzjoni tal-impatt tal-prezz ta' l-implimentazzjoni tagħha fuq pajjiżi li qed jiżviluppaw;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk l-implimentazzjoni tal-ftehim milħuq fil-Laqgħa Ministerjali tad-WTO f'Hong Kong, f'Diċembru 2005, dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' mediċini antivirali għall-HIV/AIDS hux qiegħed ġenwinament jirriżulta f'aċċess akbar għall-mediċini, u biex tinkludi l-perspettiva tas-sessi f'din l-evalwazzjoni;

18.  Jitlob għall-iżvilupp ta' miżuri nazzjonali ta' politika li jippromwovu l-ugwaljanza tas-sessi, il-protezzjoni u l-promozzjoni ta' l-impjiegi, l-għajnuna soċjali, itejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa u tax-xogħol għan-nisa u għall-irġiel u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli; jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tar-rispett lejn il-flessibilità nazzjonali u l-ispazju politiku fin-negozjati kollha dwar il-politika tal-kummerċ u ta' l-iżvilupp; jitlob li jkun żgurat id-dritt ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u ta' ekonomiji vulnerabbli li jagħżlu jekk u liema setturi ta' servizzi għandhom jiftħu jew jeżentaw mill-liberalizzazzjoni tas-suq;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fid-djalogu u fil-koperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, tiddedika attenzjoni speċjali lir-restrizzjonijiet legali fuq l-aċċess tan-nisa għall-mezzi tal-produzzjoni bħalma huma l-kreditu, id-drittijiet ta' l-art u l-kapital;

20.  Jisħaq li minħabba l-irwol importanti tan-nisa fl-attivitajiet agrikoli familjari, id-dritt tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jimplimentaw politiki agrikoli li jiżgurawlhom sovranità fuq l-ikel, b'mod partikulari fin-negozjati tad-WTO, għandu jiġi rispettat u msaħħaħ, speċjalment fir-rigward tal-Ftehima tad-WTO dwar l-Agrikoltura; jenfasizza l-importanza tal-'mikro-krediti' bħala għodda biex jittaffa l-faqar; jitlob lill-Kummissjoni biex darbtejn fis-sena tippreżenta rapport li jkun iffirmat ukoll mill-awtoritajiet donaturi u benefiċjarji ta' l-għajnuna finanzjarja, bil-għan li jagħti prova li din l-għajnuna qed tasal fid-destinazzjoni tagħha;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikabbru l-kapaċitajiet tagħhom ta' tiswir, negozjar, u implimentazzjoni tal-politiki tal-kummerċ li jiġu mfassla apposta skond il-bżonnijiet ta' kull pajjiż u li jippromwovu żvilupp ekonomiku sostenibbli li jkun bilanċjat bejn irġiel u nisa; jitlob li l-għajnuna kollha pprovduta tkun ibbilanċjata bejn irġiel u nisa;

22.  Iqis li evalwazzjonijiet ta' l-impatt fuq is-sessi għandhom isiru fi stadju bikri ta' l-ippjanar u l-ibbaġitjar ta' għajnuna għal pajjiżi li qed jiżviluppaw; iqis li dan se jagħmilha possibbli għal dawk li jsawwru l-politika biex jevalwaw l-effett ta' politika partikulari fuq in-nisa u l-irġiel b'mod aktar preċiż u biex iqabblu u jevalwaw is-sitwazzjoni u x-xejriet kurrenti mar-riżultati mistennija tal-politika proposta; jemmen li r-rapport annwali għandu jkollu taqsima dwar is-segwitu ta' evalwazzjonijiet ta' l-impatt fuq is-sessi;

23.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-gvern Norveġiż li bil-liġi jimponi kwota ta' 40% għal rappreżentazzjoni femminili fuq il-bordijiet ta' kumpaniji b'ishma konġunti;

24.  Jitlob li l-programmi "għajnuna għall-kummerċ" ikunu mmirati lejn il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u ta' l-iżvilupp sostenibbli, iffinanzjati permezz ta' fondi addizzjonali; jisħaq li l-finanzjament "għajnuna għall-kummerċ" għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-kapaċità ta' provvista li hija bżonnjuża għall-involviment fil-kummerċ, u m'għandhiex tkun magħmula b'kondizzjonalità għal politiki ta' gvernijiet li jirċevuha li jilliberalizzaw is-swieq ta' l-agrikoltura, l-industrija jew is-servizzi;

25.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta' l-ibbaġitjar bil-perspettiva tas-sessi fil-politika Ewropea għall-kummerċ bħala strateġija ta' kontribut għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'urġenza jwettqu l-ibbaġitjar bil-perspettiva tas-sessi bħala għodda standard fil-politiki baġitarji fuq il-livelli kollha;

26.  Jenfasizza li l-parteċipazzjoni ekonomika hija essenzjali għall-iżvilupp tal-kunfidenza u l-kapaċità tan-nisa u għat-titjib ta' l-istatus tagħhom fil-komunità; jenfasizza wkoll li l-aċċess għar-riżorsi jagħti lin-nisa l-ħila li joħolqu d-dħul u l-assi, li jagħmilha possibbli li jinħoloq ambjent fejn nisa bi dħul baxx u nisa fqar jistgħu jibnu n-negozji, itejbu l-kundizzjonijiet ta' l-għixien, iżommu l-familji mitmugħin tajjeb u b'saħħithom, jedukaw lit-tfal, jiżviluppaw ir-rispett fid-dar u fil-komunità u jinvolvu ruħhom fil-politika; jenfasizza l-potenzjal enormi tal-'mikrokrediti' bħala għodda imprezzabbli biex ittaffi l-faqar, tippromwovi l-awtosuffiċjenza u tistimula l-attività ekonomika f'uħud mill-aktar pajjiżi fqar u żvantaġġati tad-dinja;

27.  Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex titqies il-perspettiva tas-sessi fin-negozjati tal-kummerċ dinji; jistieden ukoll lill-Istati membri biex jinkoraġġixxu n-nisa biex jippreżentaw lilhom infushom bħala kandidati għal pożizzjonijiet f'organizzazzjonijiet internazzjonali bħad-WTO, il-Bank Dinji, l-IMF u l-ILO, u biex jappoġġjaw lin-nisa li jagħmlu hekk;

28.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, u lill-Kunsill ta' l-Ewropa.

(1) {0><}99{>ĠU L 354, 30.12.1998, p. 5.<0}
(2) {0><}99{>ĠU L 17, 19.1.2001, p. 22.<0}
(3) {0>Texts Adopted<}89{>Testi adottati, P6_TA(2005)0427.<0}


It-titjib tal-qagħda ekonomika ta' l-industrija tas-sajd
PDF 410kWORD 98k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-titjib tal-qagħda ekonomika ta' l-industrija tas-sajd (2006/2110(INI))
P6_TA(2006)0390A6-0266/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-reviżjoni tal-politika komuni ta' l-industrija tas-sajd (CFP), ta' Diċembru 2002 u speċjalment ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2002 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-laqgħat reġjonali organizzati mill-Kummissjoni fl-1998-1999 dwar il-politika komuni tas-sajd wara l-2002(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tas-6 ta' Lulju 2005 dwar il-proposta għar-Regolament tal-Kunsill dwar il-Fondi Ewropej għall-industrija tas-sajd(2),

–   wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fondi Ewropej għall-industrija tas-sajd(3),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2006 bit-titolu "It-Titjib tal-qagħda ekonomika ta' l-industrija tas-sajd". (COM(2006)0103),

–   wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku organizzat fit-3 ta' Mejju 2006 mill-Kumitat għas-Sajd dwar l-impatt ta' l-għoli tal-prezz taż-żejt fuq l-industrija tas-sajd Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0266/2006),

A.   billi l-industrija tas-sajd għandha importanza strateġika għas-sitwazzjoni soċjo-ekonomika, għall-provvista pubblika tal-ħut u għall-ekwilibriju tal-bilanċ ta' l-ikel f'diversi Stati Membri u fl-Unjoni Ewropea stess, u billi tagħti kontribuzzjoni konsiderevoli għall-benesseri soċjo-ekonomiku tal-Komunitajiet li jgħixu madwar il-kosta għall-iżvilupp lokali għax-xogħol, għall-manutenzjoni u/jew għall-ħolqien ta' attivitajiet ekonomiċi u ta' opportunitajiet ta' xogħol; għall-provvista ta' ħut frisk u għaż-żamma tat-tradizzjonijiet kulturali lokali,

B.   billi teżisti CFP li għandha terfa' r-responsabiltà ta' l-ispejjeż għall-iffinanzjar tagħha u speċjalment tad-deċiżjonijiet u tal-miżuri adottati f'dan is-settur,

C.   billi l-limitu massimu previst fil-qafas finanzjarju 2007-2013, jeħtieġ li jiġi rispettat għalkemm kien mixtieq li s-settur tas-sajd jibbenefika minn allokazzjoni baġitarja aktar xierqa,

D.   billi l-flotot differenti ta' l-Istati Membri fl-2004 ammontaw għal madwar 90,000 bastiment u impjegaw direttament madwar 190 000 sajjied,

E.   billi s-CFP għandu jikkunsidra d-differenzi konsiderevoli bejn il-flotot, it-taqsimiet differenti tal-flotot, l-ispeċijiet immirati, it-tagħmir għas-sajd, il-produttività, il-preferenzi tal-konsumaturi u l-kwantità ta' ħut li kull ras tikkonsma fl-Istati Membri differenti, kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi ta' l-attività tas-sajd li ġejjin mill-istruttura soċjali ta' din l-attività u d-differenzi strutturali u naturali taz-zoni varji għas-sajd,

F.   billi s-sostenibbiltà tar-riżorsi ta' l-industrija tas-sajd hi bżonnjuza jekk wieħed irid jiggarantixxi s-sajd u l-vijabbiltà tas-settur tas-sajd għal tul ta' żmien,

G.   billi l-industrija tas-sajd hija fuq kollox ikkonċentrata f'reġjuni li għandhom ekonomija dgħajfa - li ħafna minnhom huma reġjuni ta' l-Objective 1, u li l-kriżi li għaddej minnha dan is-settur għandha impatt konsiderevoli fuq il-livell tal-koeżjoni ekonomika u soċjali f'dawn ir-reġjuni,

H.   billi s-CFP għandha tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli ta' l-industrija tas-sajd,

I.   billi f'ċerti industriji tas-sajd, l-ammont ta' dħul tal-popolazzjoni li tgħix mis-sajd huwa ħafna inqas minn dak ta' setturi oħra tal-popolazzjoni u minħabba li din id-diżugwaljanza qed taggrava minħabba l-fatt li dan l-ammont hu marbut ma' l-inċertezzi ta' l-industrija tas-sajd, mal-valur li jvarja tal-ħut u ma' spejjeż ta' ċerti fatturi tal-produzzjoni; billi l-politiki Komunitarji għandhom għalhekk jiggarantixxu livell ta' għixien ugwali għall-popolazzjoni li tgħix mis-sajd speċjalment bit-titjib tal-bilanċ bejn id-dħul u n-nefqa ta' l-intrapriżi,

J.   billi minħabba li d-dħul u s-salarji ta' sajjieda professjonali ma għandhomx sigurtà minħabba l-mod kif il-ħut huwa rriklamat, minħabba l-mod kif jiġi stabbilit il-prezz ta' l-ewwel bejgħ u minħabba n-natura irregolari ta' l-attività, dan jimplika li ċertu għajnuniet pubbliċi, nazzjonali u Komunitarji għandhom bilfors jinżammu,

K.   billi ż-żieda fil-prezz taż-żejt għandu riperkussjonijiet diretti u negattivi fuq id-dħul ta' l-ekwipaġġi minħabba r-rabta bejn is-salarji u d-dħul mill-ewwel bejgħ tas-sajdiet li tista' twassal għal telf ta' 25%,

L.   billi s-sitwazzjoni ekonomika ta' numru kbir ta' intrapriżi tas-sajd iddeterjorat matul dawn l-aħħar snin, li saħansitra wassal għall-għeluq ta' numru kbir minnhom, minħabba t-telf kbir tad-dħul flimkien mar-riperkussjonijiet soċjo-ekonomiċi li jirriżultaw minnha,

M.   billi n-nuqqas ta' dħul jispjega ruħu minn naħa waħda minħabba r-restrizjonijiet imposti fuq l-industrija tas-sajd (tnaqqis tal-produzzjoni, Total Aċċettabbli ta' Qbid, kwoti, zoni li fihom ma jistax isir sajd, pjanijiet għar-rikostruzzjoni ta' l-istokk u t-tnaqqis ta' l-istaġun tas-sajd) u minn naħa l-oħra minħabba li l-ewwel bejgħ baqa' jżomm prezz baxx, marbuta ma' l-istruttura tas-settur (provvista baxxa, domonda għolja, distribuzzjoni ħażina tal-valur miżjud, żieda kontinwa fl-importazzjoni tal-prodotti tal-ħut, żieda fil-produzzjoni ta' l-akwakultura),

N.   billi l-kriżi ekonomika u soċjali li l-industrija tas-sajd għaddejja minnha taffetwa l-flotot tas-sajd kollha għalkemm fi gradi li jvarjaw,

O.   billi matul dawn l-aħħar għaxar snin l-industrija tas-sajd sabet ruħħa taffaċja tnaqqis ta' 35% ta' l-impjiegi, tnaqqis ta' 20% fin-numru ta' bastimenti u tnaqqis ta' 28% tal-qabdiet tal-ħut minkejja l-isforzi magħmula fil-qafas tar-revizjoni tas-CFP ta' l-2002 bil-għan li tinbidel din it-tendenza,

P.   billi sabiex tkun garantita l-vijabbiltà ekonomika ta' l-industrija tas-sajd, l-adattament tagħha għall-miżuri soċjo-ekonomiċi speċjalment dawk maħsuba sabiex jiżguraw il-livelli l-aktar għolja ta' sigurtà permezz ta' l-immodernizzar tal-flotta sabiex jintlaħaq livell għoli ta' taħriġ professjonali fis-settur u t-titjib tal-livell ta' l-għixien u tax-xogħol tas-sajjieda,

Q.   billi d-defiċit tal-bilanċ kummerċjali tal-prodotti tas-sajd mal-pajjiżi terzi qiegħed wara diversi snin jiżdied kontinwament u minħabba li minn issa 'l quddiem l-UE diġà qed timporta aktar minn 40% tal-prodotti tal-ħut li hi tikkonsma,

R.   billi d-dinamika tal-bejgħ tipprevjeni l-varjazzjonijiet ta' l-ispejjeż milli jkollhom riperkusjonijiet fuq il-prezz tal-ħut u li l-medja tal-prezz ta' l-ewwel bejgħ staġna jew baxxa l-prezz mill-2000 mingħajr ma rrifletta ruħu fil-prezz tal-ħut frisk lill-konsumatur aħħari,

S.   billi f'ċerti każijiet, l-organizzazzjoni komuni tas-suq tas-sajd kurrenti (COM) tal-prodotti tal-ħut ma kkontribwixxietx biżżejjed biex ittejjeb il-prezz ta' l-ewwel bejgħ u lanqas biex itejjeb id-distribuzzjoni tal-valur miżjud permezz tal-katina tal-valur ta' l-industrija,

T.   billi l-promozzjoni sabiex jiġu skartati bastimenti mingħajr ma jiġu kkunsidrati karatteristiċi speċifiċi tal-flotot rispettivi, tar-riżorsi għas-sajd u tal-bżonnijiet tal-konsumaturi tal-ħut f'kull pajjiż kienet il-forza sabiex jiġi adattat id-daqs tal-flotta mar-riżorsi tas-sajd eżistenti b'konsegwenzi ekonomiċi u soċjali konsiderevoli,

U.   billi t-tnaqqis fl-isforz għas-sajd affetwa xi Stati Membri aktar minn oħrajn, u hemm xi flotot ta' xi stati Membri li għamlu tnaqqis globali akbar mill-medja tal-Komunità filwaqt li għall-kuntrarju kien hemm oħrajn li żiedu l-isforz tagħhom għas-sajd,

V.   billi t-twaqqif ta' ċertu metodi tas-sajd awtomatikament se jwasslu sabiex jintilfu ċertu snajja' marbuta mas-sajd, b'konsegwenzi ekonomiċi u soċjali kbar,

W.   billi ż-żieda fil-prezz taż-żejt fl-aħħar tliet snin kellu impatt partikolarment negattiv fuq l-industrija tas-sajd, li aggrava konsiderevolment il-kriżi li diġà kienet teżisti, il-marġni ta' l-operat tagħha u l-vijabbiltà ekonomika tagħha u li wasslet għal tnaqqis serju mid-dħul tas-sajjieda,

X.  X billi bejn l-2004 u l-2006 il-prezz taż-żejt għola bi kważi 100% u li dan ta' l-aħħar minn issa 'l quddiem jirrapreżenta f'ċertu partijiet ta' l-industrija, kważi n-nofs ta' l-ispejjeż totali ta' l-operat ta' l-intrapriżi tas-sajd,

Y.   billi ċerti studji jistmaw li l-għoli tal-prezz taż-żejt jista' jipprovoka l-għeluq ta' eluf ta' industriji tas-sajd u t-telf ta' eluf ta' impjiegi,

Z.   billi diversi Stati Membri ta' l-UE implimentaw miżuri speċifiċi mmirati biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fil-prezz taż-żejt għall-flotot tagħhom, speċjalment bil-ħolqien ta' fondi ta' garanzija u limiti ta' kreditu sussidjati,

AA.   billi t-tendenza lejn prezz taż-żejt għoli hija fin-natura tagħha strutturali,

AB.   billi f'dak li jirrigwardja l-eżenzjonijiet minn notifika ta' l-għajnuna ta' l-Istat, il-Kummissjoni pproponiet li r-regola "de minimis" għall-industrija tas-sajd jogħla għal madwar EUR 30 000 kull benifiċjarju fuq perjodu ta' tliet snin, ammont inqas minn dak allokat għal industriji oħra,

AC.   billi rigward il-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi Brussell fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 ddeċieda li jbaxxi għas-snin 2007-2013 l-allokazzjoniji ta' Fondi Ewropej għas-Sajd (EFF) minn madwar EUR 4,9 miljun għal madwar EUR 3,8 miljun, b'hekk aggrava n-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji tal-Komunità allokati għall-industrija tas-sajd,

AD.   billi l-ftehima politika dwar l-EFF konkluża mill-Kunsill "Agrikoltura u Sajd" fid-19 ta' Ġunju 2006 fil-Lussemburgu ma kkunsidratx l-aspetti importanti tal-pożizzjoni tal-Parlament tas-6 ta' Lulju 2005 imsemmija hawn fuq u tinkludi proposti tal-Kummissjoni stabbiliti fil-komunikazzjoni msemmija hawn fuq,

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

1.  Jiddeplora d-dewmien għal preżentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll in-nuqqas ta' viżjoni li ntweriet. jikkunsidra li fil-verità, il-proposti magħmula mhumiex biżżejjed u fl-istess waqt f'ċerti każijiet mhumiex xierqa meta wieħed iqis l-iskala u l-gravità tal-kriżi li għaddejja minnha bħalissa l-industrija, sitwazzjoni li l-Kummissjoni nnifisha tinnota u tiddeskrivi;

2.  Jiddeplora li l-politika li qed tieħu vantaġġ mid-deterjorazzjoni soċjo-ekonomika fl-industrija minħabba ż-żieda kbira fil-prezz taż-żejt, qed tfittex li tiskarta bastimenti u l-waqfien għal kollox ta' l-attività;

3.  Jiddispjaċih li l-miżuri proposti ma għandhom l-ebda dimensjoni soċio ekonomika u li għal kuntrarju huma miżuri li ma jqisux il-konsegwenzi ta' l-implimentazzjoni tagħhom fuq l-ekwipaġġi tal-bastimenti;

4.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tinkludix analiżi koerenti ta' l-istat preżenti ta' l-industrija tas-sajd, partikolarment l-isforz għas-sajd;

5.  Jenfasizza li numru kbir ta' proposti mressqa se jkollhom l-aktar impatt għal tul ta' żmien medju jew twil fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tas-sajd;

Miżuri immedjati

6.  Jiddispjaċih l-fatt li fil-qafas ta' l-għajnuniet u r-ristrutturazzjoni, il-Kummissjoni tippersisti li topponi l-possibiltà li tagħti ħlasijiet ta' kumpens u għajnuna għall-operat; għalhekk jenfasizza l-bżonn li jiġu adottati miżuri konkreti u immedjati maħsuba biex inaqqsu l-instabbiltà għolja tal-prezz taż-żejt għall-industrija; jitlob f'dan il-kuntest il-ħolqien ta' fondi ta' garanzija, bil-parteċipazzjoni tal-Komunità sabiex tiggarantixxi l-istabbiltà tal-prezz taż-żejt u l-għoti ta' ħlas ta' kumpens tranżitorju għall-intrapriżi tas-sajd affetwati;

7.  Iqis li huwa neċessarju li jsir użu mill-possibiltajiet u l-marġni finanzjarji kollha fi ħdan il-qafas tal-baġit tal-Komunità għall-2006 sabiex jiġu ffinanzjati miżuri ta' appoġġ straordinarji għall-industrija, li jgħinuha tegħleb id-diffikultajiet imposti miż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt, sakemm l-ebda miżura oħra ma tiġi implimentata;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tiggarantixxi l-kompetitività tal-flotta ta' l-UE li topera barra mill-ibħra tal-Komunità li qed tikkompeti fl-istess swieq ma' flotot ta' pajjiżi terzi anke jekk l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu aktar għolja minn 300% minn tal-bastimenti tal-Komunità, biex tistudja l-proposti ta' l-industrija sabiex jinħoloq qafas li jista' joffri krediti ta' taxxi;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-kriżi attwali marbuta mal-prezz taż-żejt bħala ċirkustanza mhux prevista bi qbil mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jistabbilixxi l-modalitajiet u l-kundizzjonijiet ta' l-azzjonijiet strutturali tal-Komunità fl-industrija tas-sajd(4) li jmexxi l-Istrument Finanzjarju għall-Orjentazzjoni dwar is-Sajd (FIFG) sabiex tingħata l-istess għajnuna għal tul qasir ta' żmien bħal f'każ ta' waqfien temporanju ta' l-attivitajiet, mingħajr kriterji tat-tnaqqis ta' kapaċità jew tnaqqis ta' kriterji bijoloġiċi; ifakkar fl-impenji li ilhom ħafna li saru f'dan il-kuntest;

10.  Jitlob immedjatament lill-Kummissjoni biex iżżid il-perjodu tal-validità ta' l-għajnuna ta' emerġenza għal 12-il xahar;

11.  Jenfasizza li l-għajnuniet pubbliċi għandhom bl-istess mod ikollhom bħala obbjettiv il-ħarsien ta' l-interessi, ir-risposta għall-bżonnijiet u s-soluzzjoni għall-problemi li qed jaffetwaw l-ekwipaġġi tal-bastimenti;

12.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu għar-regoli li l-Kummissjoni ħabbret riċentiment meta għolliet il-limitu massimu ta' l-għajnuna għall-industrija tas-sajd, id-de minimis għal EUR30 000 għal tliet snin; ifakkar fit-talbiet insistenti mill-industija u mill-amministrazzjonijiet ta' ħafna Stati Membri li l-ammont ta' għajnuna bħal din tiżdied għal EUR100 000, u jqabbel din il-figura mal-limitu massimu miftiehem riċentiment għal setturi produttivi oħra li huwa ta' EUR200 000; jiġbed l-attenzjoni fuq l-impenji mogħtija biex jiżdied il-valur tar-regola de minimis għall-industrija tas-sajd u jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi b'urġenza l-ftehima adottata riċentiment;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tantiċipa l-għajnuniet rilevanti ma' l-FIFG jew ma' l-EFF futura sabiex jiġu stabbiliti linji finanzjarji li jagħmlu tajjeb għaż-żieda fl-ispejjeż ta' l-operat;

Miżuri b'impatt għal tul ta' żmien medju jew fit-tul
Tibdil u mmodernizzar tal-flotta

14.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi kkunsidrat fil-qafas ta' programmi futuri għar-ristrutturazzjoni ta' l-investimenti relatati mat-tibdil tat-tagħmir tas-sajd, ix-xiri ta' tagħmir u t-tibdil ta' magni bil-għan li jikkontribwixxu għall-konverżjoni, l-effiċjenza u l-iffrankar ta' l-enerġija;

15.  Jikkunsidra li l-pjanijiet għar-ristrutturazzjoni nazzjonali ta' ċertu Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu parti fundamentali mir-ristrutturazzjoni ta' l-industrija tas-sajd;

16.  Jikkunsidra li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jadottaw pjan komprensiv sabiex inaqqsu l-konsum ta' l-enerġija mill-flotta, inkluż l-iżvilupp ta' tagħmir tas-sajd li juża anqas enerġija, magni aktar nodfa, kif ukoll, fuq medda ta' żmien fit-tul, it-tnaqqis fid-dipendenza fuq il-fjuwils fossili;

17.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' viżjoni fl-approċċ il-ġdid ta' l-EFF biex jgħin fit-tibdil tal-magni; iqis li miżuri bħall-irbit ta' l-għajnuna biex jinbidlu l-magni għall-bastimenti itwal minn 12 -il metru mat-tnaqqis ta' 20% mill-qawwa tagħhom se jagħmlu uħud mill-prattiki tas-sajd prattikament mhux vijabbli u jistgħu jaffetwaw is-sikurezza filwaqt li jistgħu jagħtu lok għal żieda fil-frodi billi l-qawwa tal-magna ma tiġix dikjarata;

18.  Jinsisti fuq il-ħtieġa għall-EFF li jkompli jagħti għajnuniet għat-tiġdid u l-immodernizzar tal-flotta tas-sajd - b'mod partikolari għat-tibdil ta' magni, għal raġunijiet ta' sikurezza, ħarsien ta' l-ambjent jew għall-effiċjenza taż-żejt - fuq kollox għas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u sajd artiġjanali, u għat-tibdil ta' bastimenti li għandhom iktar minn 20 sena, li ma għadhomx joperaw minħabba raġunijiet ta' sikurezza;

Sajd viċin il-kosta

19.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħraf in-natura speċifika tas- sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u tas-sajd artiġjanali fil-qafas tas-CFP u sabiex tanalizza safejn l-istrumenti attwali huma adegwati biex ilaħħqu mal-bżonnijiet ta' l-industrija, u jadattaw ruħhom għalihom skond il-bżonn;

20.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta maħsuba biex toħloq programm Komunitarju ta' appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira viċin il-kosta u għas-sajd artiġjanali, li jgħin biex jikkoordina azzjonijiet u biex jgħaddi fondi minn strumenti oħra eżistenti sabiex ilaħħqu mal-problemi speċifiċi li din it-taqsima ta' l-industrija qed taffaċċja;

Kummerċjalizzazzjoni

21.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni mistennija tniedi evalwazzjoni komprensiva tal-COM għall-prodotti tal-ħut; jenfasizza l-ħtieġa għal reviżjoni ambizjuża tal-COM jekk wieħed irid itejjeb il-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut u tal-prodotti tal-ħut filwaqt li jsaħħaħ il-valur miżjud;

22.  Iqis li huwa bżonnjuż li s-sajjieda jkunu involuti b'mod aktar dirett fit-trasformazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni sabiex ikabbru l-bażi tad-dħul tagħhom u jtejbu l-livell ta' l-għixien tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta għal dan il-għan proposti għar-reviżjoni tal-COM tal-prodotti tal-ħut filwaqt li tintroduċi mekkaniżmi li jippermettu t-titjib tal-prezz ta' l-ewwel bejgħ u sabiex tippromwovi distribuzzjoni ġusta u xierqa tal-valur miżjud fuq il-katina tal-valur;

23.  Jiddeplora l-fatt li f'numru ta' każi, il-possibiltajiet offruti mill-COM attwali biex jinforzaw il-kompetittività ma kienux użati biżżejjed mill-industrija u jitlob lill-Kummissjoni, b'kooperazzjoni ma' l-amministrazzjonijiet nazzjonali u ma' l-organizzazzjonijiet varji li jirrapreżentaw lill-produtturi, sabiex jagħtu pubbliċità massima li dawn il-possibiltajiet u lill-possibiltajiet ġodda li jistgħu joħorġu minn reviżjoni futura tal-COM;

24.  Iqis importanti li wieħed jikkunsidra li jintroduċi forom oħra ta' intervenzjonijiet simili biex jiggarantixxi l-prezzijiet jew jimmassimizza r-rati tal-profitt bħala mezz kif itejjeb id-distribuzzjoni tal-valur miżjud, filwaqt li jnaqqas marġni intermedjarji;

25.  Jenfasizza li l-Fondi Strutturali għandhom jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni u l-ħolqien ta' infrastrutturi għall-kummerċjalizzazzjoni għall-industrija tas-sajd;

26.  Jappoġġja l-inizjattiva li tintroduċi kodiċi ta' etika fuq il-kummerċ fil-prodotti tal-ħut tal-Komunità Ewropea;

27.  Japporova l-opinjoni skond liema l-etika ekoloġika tista tiffaċilta d-divrenzjar tal-prodotti u tikkontribwixxi għall-kummerċ sostenibbli tal-prodotti tal-ħut;

28.  Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-mekkaniżmi - l-għajnuna għall-konsumaturi, per eżempju - mekkaniżmi adattati biex jippromwovu l-prodotti ta' ħut ipproċessat b'valur miżjud ikbar, speċjalment ħut tal-bott, bl-istess mod ta' ċertu prodotti agrikoli;

29.  Jitlob immedjatament lill-Kummissjoni tistenna l-promozzjoni esterna tal-prodotti tal-ħut komunitarji bħal ħut tal-bott, filwaqt li tiffinanzja speċjalment il-preżentazzjoni tagħhom f'espożizzjonijiet u fieri internazzjonali;

30.  Iqis li hu importanti li l-Kummissjoni tippreżenta studju dwar l-impatt tal-produzzjoni ta' l-akwakultura tal-Komunità u ta' l-importazzjoni fuq il-prezz tal-ħut u b'mod partikolari fuq il-prezz ta' l-ewwel bejgħ;

31.  Jitlob lill-Kummissjoni tadotta miżuri li permezz tagħhom, il-prodotti tal-ħut importati u kkummerċjalizzati fis-suq intern ikunu suġġetti għall-istess obbligazzjonijiet bħal prodotti tal-ħut tal-Komunità;

32.  Iqis għaqli li wieħed jinvesti fit-titjib tal-'handling' tal-ħut abbord speċjalment permezz ta' għajnuna għal investimenti f'sistemi ta' tkessiħ li jista' jgħolli l-prezz ta' l-ewwel bejgħ;

Mistoqsijiet finanzjarji

33.  Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji allokati għall-industrija tas-sajd fil-qafas finanzjarju 2007-2013 u b'mod partikolari għall-EFF u jqis li huwa indispensabbli li jżid dawn ir-riżorsi jekk wieħed irid jirrispondi għall-kriżi li attwalment qed jaffaċċja dan is-settur;

Sostenibbiltà tar-riżorsi

34.  Jitlob għal darba oħra lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar globali tal-miżuri għall-ħarsien ta' l-ambjent marittimu u għar-rikostruzzjoni ta' l-istokks tal-ħut filwaqt li jikkunsidra u jeżamina fatturi oħra li għandhom impatt konsiderevoli fuq l-ambjent marittimu u l-istat tar-riżorsi tas-sajd (it-tniġġiż tal-kosta u tal-baħar, id-drenaġġ industrijali u tal-biedja, il-ħama f'qiegħ il-baħar jew it-trasport marittimu), filwaqt li jtemm is-sistemi amministrattivi preżenti; jitlob lill-Kummissjoni tieħu inizjattiva Komunitarja f'dan il-qasam;

35.  Josserva l-bżonn li jintlaħaq bilanċ bejn is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali u li bl-istess mod hemm bżonn li jiġi attivat mekkaniżmu li jissussidja jew li jikkumpensa s-sajjieda li ġew affettwati mill-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-programmi għar-rikostruzzjoni ta' l-istokks tal-ħut u miżuri oħra filwaqt li jinforza l-ħarsien ta' l-ekosistemi fir-reġjuni l-aktar żvantaġġati;

36.  Jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq reġim legali li jsolvi l-problema tal-qbid tal-ħut f'zoni tas-sajd żgħar minn bastimenti kbar b'tagħmir tas-sajd ikbar milli suppost;

37.  Jenfasizza li t-tnaqqis ta' l-isforz u tal-kapaċità tas-sajd għandhom jinbdew bil-ħsieb li tkun ippreservata l-industrija tas-sajd għal żmien twil;

38.  Huwa persważ li l-problemi soċjali u ekonomiċi li qed tiltaqa' magħhom l-industrija tas-sajd Ewropea ma jistgħux jissolvew mingħajr tmexxija aħjar ta' l-attivitajiet tas-sajd li jippermettu r-rikostruzzjoni ta' l-istokk tal-ħut, minħabba li mingħajr ħut ma jistax ikun hemm sajd;

39.  Jenfasizza li l-adattament tal-flotot nazzjonali għar-riżorsi eżistenti għandhom jikkunsidraw it-tnaqqis fl-isforz għas-sajd li diġà sar;

40.  Ifakkar li l-miżuri kollha għar-rikostruzzjoni tar-riżorsi tas-sajd għandhom ikunu adottati flimkien ma' konsultazzjoni mas-sajjieda u bbażata fuq riċerka xjentifika dwar is-sajd;

41.  Jitlob lill-Kummissjoni tiddistingwi bejn it-tekniki tas-sajd u l-użi tagħhom; jenfasizza li l-prattika ta' ċerti tekniki tas-sajd meqjusa bħala li jagħmlu ħsara lill-industrija jistgħu jkunu inklużi fil-qafas ta' sajd artiġjanali sostenibbli kif ukoll jippermettu li l-komunitajiet tas-sajjieda li tant naqqsu mill-attività tagħhom li kważi sparixxew, ikomplu jeżistu;

42.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-attivitajiet tas-sajd mhumiex iżolati waħda mill-oħra iżda jiffurmaw parti minn sistema wiesa' fuq livell reġjonali ta' l-użu massimu tar-riżorsi; jenfasizza li l-miżuri restrittivi (projbizzjoni jew limitazzjoni) imposti fuq kategorija waħda ta' l-attivitajiet joħolqu żbilanċ u r-riżultat ikun li l-isforz għas-sajd jitrasferixxi ruħu fuq speċi oħra, b'konsegwenzi soċjali u ekonomiċi serji għall-komunitajiet tas-sajjieda u għal ċerti speċi li tagħhom kien diġà qed isir sajd iktar milli suppost;

Sajd Illegali

43.  Iqis li huwa fundamentali li jiġu adottati miżuri maħsuba biex jiġġieldu s-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolatorju; jistieden immedjatament lill-Istati Membri jinfurzaw il-mekkaniżmi għall-kontroll tagħhom f'dan il-qasam; iqis li l-infurzar tal-kontrolli fuq il-fruntieri ta' l-Unjoni huma indispensabbli jekk wieħed irid jipprevjeni d-dħul fl-Unjoni ta' ħut li nqabad illegalment;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni tivverifika d-dispożizzjonijiet eżistenti tas-CFP relatati mas-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux regolatorju; jenfasizza l-bżonn urġenti li jiġu elaborati r-regolamenti li jipprevjenu li persentaġġ sinifikanti tal-qabdiet tal-ħut ikunu skartati;

Riċerka

45.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi promoss l-investiment permezz ta' l-EFF u tas-7 Programm Qafas tal-Komunità fl-attivitajiet tar-riċerka, fl-żvilupp teknoloġiku u fl-attivitajiet ta' dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-intensità ta' l-enerġija ta' l-industrija tas-sajd żieda fl-effiċjenza ta' l-enerġija;

46.  Iqis importanti li jiġu eżaminati l-possibiltajiet għat-tibdil ta' ċertu tipu ta' żejt kif ukoll tas-sinerġiji li jistgħu jinsabu fil-biedja għas-settur ta' l-enerġija;

47.  Jenfasizza li huwa importanti li, fis-seba' programm ta' qafas tal-Komunita?, fil-qasam tar-riċerka, ta' l-iżvilupp teknoloġiku u ta' l-attivitajiet dimostrattivi, l-attenzjoni tingħata mitfugħa b'mod ċar fuq ir-riżorsi tal-baħar u tas-sajd, u li jkun previst finanzjament xieraq għal dan is-settur;

L-amministrazzjoni tas-CFP

48.  Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni rigward l-amministrazzjoni ekomonika tas-sajd, iżda jfakkar li d-distribuzzjoni tal-kwoti u d-drittijiet tas-sajd huma kompetenzi esklussivi ta' l-Istati Membri;

Parteċipazzjoni fit-tmexxija tas-CFP

49.  Jenfasizza li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jista' jkollhom rwol importanti fil-parteċipazzjoni tas-sajjieda fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CFP; jenfasizza li huwa importanti li dawn il-Kunsilli jirċievu għajnuna Komunitarja biex ikunu jistgħu joperaw li għandha tiġi evalwata mill-ġdid fi żmien ħames snin;

50.  Jinsisti fuq il-bżonn li s-sajjieda jiġu appoġġjati u li l-organizzazzjonijiet professjonali huma lesti li jaqsmu r-responsabbiltà fl-implimentazzjoni tas-CFP (ko-amministrazzjoni);

51.  Jitlob li s-CFP tkun aktar deċentralizzata sabiex tiggarantixxi l-parteċipazzjoni ikbar tas-sajjieda, ta' l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentawhom u tal-komunitajiet tas-sajjieda fis-CFP u t-titjib ta' l-amministrazzjoni tas-sajd;

52.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu regolamentati aħjar is-swieq tal-ħut permezz ta' sistema ta' kontroll effikaċi, ta' programm ta' tikettar ekoloġiku u l-ħolqien ta' kodiċi ġuridiku speċifiku għall-industrija tas-sajd;

o
o   o

53.  Jitlob lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-Parlamenti ta l-Istati Membri.

(1) ĠU C 271 E 7 11.2002, p. 401.
(2) ĠU C 157 E 6.7.2006, p. 324.
(3)3 ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(4) ĠU L 337, 30.12.1999, p.10.


It-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti
PDF 208kWORD 43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti (2006/2054(INI))
P6_TA(2006)0391A6-0263/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fid-dawl tal-Politika Komuni dwar is-Sajd(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 tas-26 ta' Ġunju 2003, dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti(2),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-27 ta' Marzu 2003 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti(3),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-operat tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti (COM(2005)0700),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0263/2006),

A.  Billi qies l-informazzjoni li tinsab fir-rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq,

B.  Billi qies l-informazzjoni ta' kwalità fqira ħafna mogħtija mill-Istati Membri dwar l-attivitajiet tal-flotot tagħhom fir-rigward tal-"finning" (tneħħija u żamma abbord tax-xwiek tad-dar tal-klieb il-baħar, filwaqt li l-bqija tal-kelb il-baħar jintrema' lura fil-baħar),

C.  Billi r-rapporti xjentifiċi ppresentati lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u tal-Kumitat Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT), li jikkonfrontaw, għal ċertu speċi determinati, il-proporzjon ta' 5% ta' ekwivalenza bejn it-toqol tax-xewka u t-toqol tal-ġisem, u li għalihom jagħmel referenza r-rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq,

D.  Billi huwa konxju, madankollu, tal-verifiki li jsiru fil-flotot tas-sajd ta' l-Istati Uniti kif ukoll dawk Kanadiżi, skond liema verifiki, meta jinqatgħu x-xewk tal-klieb il-baħar Prionace glauca b'mod nadif, mingħajr laħam jew qarquċa magħha, il-piż tax-xewka ma jaqbiżx l-4% tal-piż ta' l-annimal; billi jekk ix-xewk ma jitnaddafx sew mil-laħam, il-prezz medju għal kull kilo li jlaħħqu il-konsenji Ewropej fis-suq ta' Hong Kong huwa inqas minn dak li jitħallas għall-konsenji li jiġu mill-Istati Uniti,

E.  Billi, fil-każ konkret tal-Prionace glauca, il-persentaġġ massimu ta' 5% tal-piż bejn ix-xewka u l-ġisem ma jaqbilx mal-morfoloġija tiegħu minħabba li hu kelb il-baħar pelaġiku, u dan qed joħloq diffikultajiet mhux neċessarji lill-flotta tal-konz Komunitarja biex tirrispetta l-liġijiet tas-settur tas-sajd,

1.  Jifraħ lill-Kummissjoni għar-rapport ċar u konċiż ippreżentat;

2.  Jaqbel mal-Kummissjoni fl-apprezzament tagħha tal-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1185/2003 qed jilħaq l-għanijiet tiegħu, u jħeġġiġha biex tkompli s-superviżjoni ta' l-applikazzjoni tiegħu, ibbażata fuq ir-rapporti annwali ta' l-Istati Membri jew kwalunkwe informazzjoni oħra pertinenti;

3.  Jiddispjaċih, madankollu, li mhux l-Istati Membri kollha qed jonoraw b'mod rigoruż l-obbligi ta' kontroll fuq il-bastimenti tagħhom, kif ukoll l-obbigi li jagħtu r-rapporti obbligatorji; jitlob lill-Kummissjoni biex toqgħod attenta sabiex dawk l-obbligi jiġu onorati mingħajr eċċezzjoni;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tippreżenta, fl-ambitu internazzjonali, proposti ta' miżuri simili, ibbażati dejjem fuq ir-rapporti xjentifiċi korrispondenti, bil-għan li jirnexxilha tadotta regolamenti speċifiċi fl-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd li jirregolaw l-ispeċi li huma migratorji ħafna;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq quddiem il-Parlament u l-Kunsill, proposta għal emenda tar-Regolament (KE) Nru 1185/2003, wara reviżjoni komprensiva mill-Kummissjoni ta' studji xjentifiċi dwar il-proporzjon bejn ix-xewk u l-karkassi tal-klieb il-baħar li jkunu rappreżentattivi tal-firxa wiesgħa ta' l-ispeċi tal-klieb il-baħar Ewropej u tal-flotot tas-sajd li jaqbdu l-klieb il-baħar; jirrakkomanda li, sakemm tkun tlestiet din ir-reviżjoni, m'għandhomx jiġu proposti żiediet fil-proporzjon bejn ix-xewka u l-karkassa;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fi żmien sitt xhur, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal emenda tar-Regolament (KE) Nru 1185/2003, konformi mal-maġġoranza ta' studji xjentifiċi dwar il-proporzjon bejn ix-xewk u l-karkassi tal-klieb il-baħar, inkluż il-ħuta kaħla (blue shark - Prionace glauca), li jikkonkludi li proporzjon ta' 5% bejn ix-xewk u l-piż imnaddaf (madwar 2.0% tal-piż ħaj) hu limitu massimu xieraq għal sajd imħallat ta' klieb il-baħar;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta modifika tar-Regolament (KE) Nru1185/2003, bil-għan li jiġu ffaċċjati l-problemi tat-twettiq marbuta ma' l-obbligu li x-xewk u l-iġsma tal-klieb il-baħar jiġu żbarkati f'portijiet differenti;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar ta' l-2009, dwar l-operat kontinwu ta' dan ir-Regolament u r-Regolamenti li jimmodifikawh, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi li jkun hemm f'dan il-qasam fuq l-iskala internazzjonali, u li min-naħa tagħha, tippreżenta proposti ta' modifika relevanti għall-imsemmi Regolament;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007, pjan ta' azzjoni komunitarju għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u tat-tjur tal-baħar, b'konformità mal-Komunikazzjoni (COM(2006)0216) bit-titolu "Inwaqqfu t-telf tal-bijodiversità sa' l-2010 - u aktar";

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p.59.
(2) ĠU L 167, 4.07.2003, p.1.
(3) ĠU C 62 E, 11.3.2004, p.156.


Nanoxjenza u nanoteknoloġija (2005-2009)
PDF 229kWORD 68k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar nanoxjenzi u nanoteknoloġiji: Pjan ta" azzjoni għall-Ewropa għall-2005-2009 (2006/2004(INI))
P6_TA(2006)0392A6-0216/2006

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2005 intitolata 'Nanoxjenzi u nanoteknoloġiji: Pjan ta' Azzjoni għall-Ewropa 2005-2009' (COM(2005)0243),

–   wara li kkunsidra r-rapport konġunt tar-Royal Society u r-Royal Academy of Engineering tad-29 ta' Lulju 2004 intitolat "Nanoxjenza u nanoteknoloġiji: opportunitajiet u inċertezzi",

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill ta' Brussell għall-Kompetittività ta' l-24 ta' Settembru 2004,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Lejn strateġija ewropea għal nanoteknoloġia(1) u l-opinjoni tagħha dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2005(2) imsemmija hawn fuq,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0216/2006),

A.   billi l-Kummissjoni adottat Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni immedjata ta' strateġija sikura, integrata u risponsabbli għan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji,

B.   billi n-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji għandhom il-potenzjal - bħas-setturi multidixxiplinarji - li minnhom tibbenefika bil-kbir is-soċjetà permezz ta' l-iżvilupp ta' prodotti ġodda, materjali, applikazzjonijiet u servizzi, u b'hekk tikber il-produttività u titjieb il-kwalità tal-ħajja fl-UE b'mod ġenerali,

C.   billi l-Kunsill jirrikonoxxi l-irwol importanti tan-nonoteknoloġiji f'ħafna oqsma u jenfasizza l-importanza li jkompli jiġi ġġenerat l-għarfien xjentifiku u teknoloġiku f'dan il-qasam u li jiġi nkoraġġit l-użu tiegħu fl-applikazzjonijiet industrijali,

D.   billi l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jemmen li n-nanoteknoloġiji jistgħu jgħinu ħafna lill-UE sabiex tikseb l-objettivi stabbiliti mill-Istrateġija ta' Liżbona,

1.  Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni imsemmi hawn fuq, li jiddefinixxi serje ta' azzjonijiet konkreti u interkonnessi għall-implimentazzjoni immedjata tan-nanoxjenzi u tan-nanoteknoloġiji ibbażati fuq l-oqsma ta' prijorità ddeterminati mill-bżonnijiet futuri;

2.  Jagħraf l-irwol importanti li jistgħu jilgħabu n-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji bħala kisbiet teknoloġiċi li jistimulaw il-kisba tal-miri ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' l-UE; jirrikonoxxi l-fatt li n-nanoteknoloġiji jistgħu jindirizzaw il-bżonnijiet taċ-ċittadini (bħas-saħħa pubblika, l-enerġija, it-trasport, l-iżvilupp sostenibbli, eċċ), kif ukoll jikkontribwixxu għall-objettivi tal-kompetittività u ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' l-UE.

3.  Jinnota li pjattaformi fit-teknoloġija, gruppi ta' konsulenza esperta u pjanijiet ta' azzjoni huma strumenti bżonnjużi li jgħinu fl-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u strateġiji ta' implimentazzjoni fil-qasam tan-nanoteknoloġiji u n-nanoxjenzi, b'hekk jinħolqu impjiegi ġodda u jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku;

4.  Jappoġġja l-objettivi u l-inizjattivi stabbiliti mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2005 imsemmija hawn fuq; jilqa' l-iffokar ċar f'dik il-Komunikazzjoni u fil-Pjan ta' Azzjoni imsemmi hawn fuq;

5.  Fl-istess ħin, jenfasizza l-bżonn li jiżdied l-investiment ta' fondi pubbliċi fl-R&D; jirrealizza li n-natura frammentata tax-xenarju ta' riċerka Ewropew jirrifletti d-disponibbiltà faċli u l-ispejjeż relattivament baxxi tar-riċerka fin-nanoxjenza, iżda huwa wkoll konxju li hemm bżonn jitwarrbu fondi għall-istabbiliment u l-manutenzjoni ta' faċilitajiet kbar meħtieġa inkluż b'mod partikolari clean rooms, proċessi litografiċi u proċeduri analitiċi li jiswew ħafna; f'dan ir-rigward, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell preżenti ta' l-investiment pubbliku Ewropew fin-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji, jirrakkomanda li l-ambizzjonijiet imsemmija fil-Pjan ta' Azzjoni imsemmi hawn fuq jkunu kkumpensati b'mod xieraq f'termini finanzjarji u jappoġġja d-disponibbiltà tal-Kummissjoni li żżid b'mod sostanzjali ħafna r-riżorsi dedikati għar-riċerka f'dan il-qasam, li huma ta' importanza fundamentali għall-iżvilupp futur ta' l-Ewropa;

6.  Iqis li l-Ewropa għandha bżonn sistema koerenti ta' infrastruttura ta' klassi dinjija fl-R&D sabiex l-UE tibqa' kompetittiva fil-qasam tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li sabiex jitgawdew 'ekonomiji ta' skala' possibbli u minħabba n-natura interdixxiplinarja u kumplessa tagħha, l-infrastruttura għall-R&D fin-nanoteknoloġiji teħtieġ massa ta' riżorsi konsiderevoli li tiswa ħafna aktar milli jifilħu l-gvernijiet lokali u l-industrija; jirrikonoxxi, minn naħa l-oħra, li politiki nazzjonali R&D fuq skala żgħira, ħafna drabi jkunu f'pożizzjoni aħjar li jirreaġixxu b'mod adegwat għall-opportunitajiet li qed jinbidlu u għall-iżviluppi tas-suq; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jinfurzaw u jikkoordinaw l-isforzi R&D tagħhom f'dan il-qasam; għal dan il-għan, jirrakkomanda l-ħolqien, f'kull Stat Membru u fuq bażi tal-karatteristiċi ta' kull pajjiż, ta' ammont minimu kritiku ta' infrastruttura u ta' xjentisti speċifikament esperti fin-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji, li jwasslu fl-aħħar mill-aħħar għall-ħolqien f'xi pajjiżi ta' ċentri ta' eċċellenza speċjalizzati kkoordinati fl-livell ta' l-UE;

7.  Jiġbed l-attenzjoni partikolari tan-nanomediċina bħala qasam interdixxiplinarju promettenti b'kisbiet teknoloġiċi bħall-imaġnijiet molekulari u dijagnostiċi, li jistgħu joffru benefiċċji kbar għal dijanjożi bikrija u t-trattamenti għaqlija u effettivi fin-nefqa ta' mardiet bħall-kanċer, mard tal-qalb, id-dijabete, l-Alzheimer's u l-Parkinson's; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jżidu l-investimenti R&D f'dan il-qasam u sabiex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom permezz tal-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea tan-Nanomediċina proposta mis-Seba' Programm Qafas ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet dimostrattivi (is-Seba' Programm Qafas ), u permezz ta' strumenti oħra, inkluż dak propost bħala Reġjuni ta' l-Għarfien fis-Seba' Programm Qafas, sabiex tinkiseb massa kritika f'dan il-qasam;

8.  Jenfasizza l-irwol importanti li għandhom jilgħabu n-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji fl-iżvilupp tal-bijoloġija molekulari;

9.  Huwa konvint li n-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji multidixxiplinarji għandhom ikunu mmirati lejn l-iżvilupp ta' l-enerġija idroġena, inkluż l-iżvilupp ta' mezzi għall-ħażna ta' l-idroġenu ġodda u effettivi u l-iżvilupp ta' batteriji tal-fjuwil effiċjenti, kif ukoll għal teknoloġiji li jġorru informazzjoni b'kapaċità ħafna akbar milli għandhom fil-preżent;

10.  Jenfasizza l-progress konsiderevoli li sar fl-Ewropa fil-qasam tan-nanoteknoloġiji, ibbażat fuq l-approċċ 'top-down', partikolarment f'oqsma bħan-nanokomposti, passati u saffi protettivi kontra l-brix u l-korrużjoni, il-produzzjoni ta' 'catalysers' u 'photodiodes', inkluż dak magħruf bħala l-blu lażer, kif ukoll fil-qasam tan-nanomediċina, n-nanokożmetiċi u n-nanodijanjożi tal-mard;

11.  Jemmen li l-livell ta' riċerka bażika Ewropea tista' tagħmilha possibbli li jinstabu għodod teknoloġiċi li jagħmluha possibbli li jiġi adottat l-approċċ 'bottom-up', speċjalment fin-nanoelettroniċi;

12.  Jemmen li azzjonijiet li jħaffu l-iżvilupp teknoloġiku għandhom ikunu kkumplimentati minn miżuri ta' politika li jiżguraw il-penetrazzjoni fis-suq ta' teknoloġiji eżistenti; jinnota li l-istandards jistgħu jipprovdu ambjent ta' kompetizzjoni ugwali għas-swieq u l-kummerċ internazzjonali u huma rekwiżiti għall-kompetizzjoni ġusta, għall-evalwazzjonijiet tar-riskju komparattivi u għall-miżuri regolatorji; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex ineħħu l-ostakoli f'forma ta' nuqqas ta' standards jew ta' leġiżlazzjoni mhix ċara, li jżommu lura bla bżonn l-adozzjoni tan-nanoteknoloġiji u n-nanoxjenzi Ewropej, u li jagħmlu dan mingħajr ma tiġi imposta l-ebda diffikulta burokratika;

13.  Jenfasizza l-importanza li jiġi ġġenerat 'trijangolu ta' għarfien' ( i.e. edukazzjoni, riċerka u innovazzjoni) meħtieġ għaz-zona Ewropea tar-Riċerka; iqis li sabiex tinkiseb is-sinerġija meħtieġa bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni, hemm bżonn ta' approċċ komprensiv għat-trasferiment ta' l-għarfien, kif ukoll l-iżvilupp tar-riżorsi umani transsettorjali; jitlob għalhekk lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji li jtejbu t-trasferiment ta' l-għarfien u li jindirizzaw in-nuqqas ta' ħiliet permezz ta' enfasi ikbar fuq it-taħriġ fix-xjenza naturali billi jattiraw aktar studenti għan-nanoxjenza u għal suġġetti multidixxiplinarji relatati max-xjenza; jilqa' l-isforz tal-Kummissjoni li tappoġġja Networks ta' Taħriġ fir-Riċerka fin-nanoteknoloġiji u jitlob lill-Istati Membri joħolqu kemm individwalment u kemm b'koperazzjoni flimkien, ta' networks multidixxiplinarji li jgħaqqdu n-nanoteknoloġiji ma' spettru wiesa' ta' oqsma ta' riċerka, bil-għan li jkunu żviluppati teknoloġiji ġodda ibridi;

14.  Iqis li l-industrija, l-istituti ta' riċerka u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jaħdmu flimkien sabiex jiżguraw li R&D eċċellenti fin-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji jiġu tradotti fi prodotti u proċessi ġodda; jemmen li l-Istati Membri għandhom iħaffu u jistimulaw dan il-proċess billi jiffukaw fuq it-titjib tal-klima tan-negozju għall-kumpaniji fis-settur tan-nanoteknoloġija f'pajjiżhom, speċjalment għan-negozji li għadhom jibdew, għall-SMEs u għall-kumpaniji innovattivi; iqis, f'dan ir-rigward, li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali hija meħtieġa għall-innovazzjoni, kemm sabiex jiġi attirat investiment inizjali u kemm sabiex jiġi żgurat dħul fil-futur; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa standards għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u mudelli għall-ftehimiet għall-illiċenzjar;

15.  15 Jiddispjaċih għall-fatt li l-privattivi għall-invenzjonijiet nanoxjentifiċi u nanoteknoloġiċi fl-Ewropa qed jiżviluppaw bil-mod; jitlob lill-Unjoni Ewropea toħloq sistema ta' monitoraġġ tal-privattivi nanoxjentifiċi u nanoteknoloġiċi immexxi mill-Uffiċċju għall-Privattivi Ewropew;

16.  Jinkoraġġixxi riformi ġenerali fil-qasam tas-sistema Ewropea għall-privattivi sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-privattivi u titjieb l-aċċessibilità għall-privattivi għall-SMEs; jenfasizza l-bżonn ta' trasparenza akbar u limiti ċari għall-iskop tal-protezzjoni tal-privattivi;

17.  Huwa konvint li ċ-ċansijiet ta' l-Ewropa li tkun u tibqa' fuq quddiem nett f'dan il-qasam jiddependu fuq il-kapaċità tagħha ta' koordinazzjoni; jenfasizza l-bżonn ta' punt fokali uniku Komunitarju għall-koordinazzjoni u l-importanza li l-Ewropa 'titkellem b'vuċi waħda' fuq livell internazzjonali, partikolarment fid-dawl ta' l-isfidi ppreżentati mill-protezzjoni tal-privattivi fiċ-Ċina; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu mekkaniżmi li jikkoordinaw l-azzjonijiet f'dan il-qasam b'mod effettiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra waqt it-tfassil tal-politiki tagħha l-attivitajiet kollha fi ħdan l-OECD (eż. definizzjonijiet, nomenklatura, immaniġġjar ta' riskju) u l-UNESCO (l-etika);

18.  Jirrikonoxxi li element essenzjali ta' strateġija responsabbli huwa l-integrazzjoni ta' l-aspetti soċjali, tas-saħħa u tas-sikurezza fl-iżvilupp teknoloġiku tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija Ewropea jibdew djalogu effettiv mal-partijiet konċernati kollha, sabiex l-iżviluppi jitpoġġew mill-ewwel fi triq sostenibbli;

19.  Jenfasizza li r-riskji teknoloġiki imqajjma (mill-konċepiment sa l-eliminazzjoni jew ir-riċiklaġġ) għas-saħħa tal-bniedem, għall-konsumaturi, għall-ħaddiema u għall-ambjent għandhom ikunu valutati matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti nanoxjentifiċi u nanoteknoloġiċi;

20.  Jirrakkomanda li l-listi ta' ingredjenti fil-prodotti għall-konsumatur jidentifikaw iż-żieda ta' materjal nanopartikuli manifatturat;

21.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rispettati prinċipji etiċi għolja u jilqa' r-reviżjonijiet ippjanati fuq aspetti bħat-tkabbir mhux terapewtiku tal-bniedem u r-rabtiet bejn in-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji u l-privatezza individwali; jistenna li r-reviżjonijiet isiru pubbliċi u jkunu jinkludu analiżi dettaljata tan-nanomediċina;

22.  Jappoġġja t-twaqqif ta' kumitati għall-etika li, billi jipprovdu pariri xjentifiċi indipendenti, jassiguraw li l-pubbliku hu infurmat b'mod xieraq u jgħin sabiex tinħoloq klima ta' fiduċja bbażata fuq kuxjenza għar-riskji possibli u l-benefiċċji assoċjati ma' l-użu ta' l-iskoperti fil-qasam tan-nanoteknoloġiji;

23.  Jilqa' l-konsultazzjoni magħmula għal din il-proposta u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb xogħolha sabiex twieġeb għat-talba dejjem tiżdied għal regolamentazzjoni aħjar;

24.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa materjal informattiv xieraq f´diversi lingwi għal etajiet differenti sabiex titqajjem kuxjenza tal-progress u tal-benefiċċji mistennija minn nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tagħmel hekk b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal strateġija ta' komunikazzjonijiet sabiex tkabbar il-livell ta' kuxjenza fost il-pubbliku dwar l-opportunitajiet enormi li toffri n-nanoteknoloġija u sabiex iwarrbu l-biżgħat tagħhom; iqis li bħala parti minn din l-istrateġija ta' komunikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel użu minn ideat bħar-'roadshow' (li juża trakk tan-Nanoxjenza) jew tagħti premju għan-nanoteknoloġija;

25.  Jistieden lill-industrija tipparteċipa fl-isforz konġunt u jħeġġiġha tipparteċipa fl-iżvilupp tan-nanoteknoloġiji, meta tqis l-effetti ekonomiċi, soċjali, tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali tagħhom u jaġixxu skond il-prinċipji ta' responsabiltà soċjali korporattiva; f'dan ir-rigward, jenfasizza li n-negozji għandhom jgħinu fit-tixrid ta' informazzjoni oġġettiva dwar l-iskoperti xjentifiċi fl-oqsma tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji, dwar l-użu intenzjonat tagħhom, ir-riskji u l-benefiċċji tagħhom għas-soċjetà;

26.  Jenfasizza li l-applikazzjonijiet u l-użu kollha tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji għandhom ikunu konformi mal-livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u ta' l-ambjent stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u jinsisti fuq il-bżonn għall-kodifikazzjoni ta' nanomaterjali, li jwasslu sabiex isiru standards, li minn naħa tagħhom isaħħu l-isforzi sabiex jiġu identifikati r-riskji; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattivi neċessarji f'dan is-sens;

27.  Jenfasizza l-importanza tal-minjaturizzazzjoni tal-prodotti sabiex jitnaqqas l-iskart u jiżguraw użu aħjar ta' l-enerġija;

28.  Jenfasizza li l-għarfien dwar il-ħsara potenzjali għas-saħħa u l-ambjent ta' nanopartiċelli sintetiċi ġodda għadu limitat u għalhekk, l-effetti tan-nanopartiċelli li ma jinħallux malajr jew li mhumiex biodegradabbli għandhom ikunu investigati, bi qbil mal-prinċipju ta' prekawzjoni, qabel partiċelli bħal dawn jibdew jiġu prodotti u jitpoġġew fuq is-suq;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali lill-iżvilupp tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji fl-Istati Membri l-ġodda, billi tipprovdilhom il-mezzi sabiex jiddefinixxu l-profili ta' riċerka tagħhom stess, filwaqt li fl-istess ħin tissaħħaħ il-pożizzjoni avvanzata tal-lokalitajiet prinċipali Ewropej bil-ħsieb li jinħoloq rwol globali ewlieni għall-Ewropa;

30.  Jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni internazzjonali fil-qasam tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika iktar ir-relazzjonijiet li diġà huma eċċellenti b'mod partikolari ma' xjentisti Russi u tinvestiga l-possibiltajiet u l-limitazzjonijiet tal-koperazzjoni f'dan il-qasam ma' l-Istati Uniti, maċ-Ċina u ma' l-Indja; jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali bil-ħsieb li tarmonizza l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni tal-privattivi nanoxjentifiċi u nanoteknoloġiċi bejn l-UE, l-Istati Uniti u l-Ġappun; jenfasizza li d-djalogu għandu jkun intensifikat b'konformità ma' l-obbligazzjonijiet tad-WTO;

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 157, 28.6.2005, p. 22.
(2) INT/277 - CESE 1237/2005.

Avviż legali - Politika tal-privatezza