Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2008 - StrasburguVerżjoni finali
Sħubija (partnerships) Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni *
 Kontroll tat-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża (setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
 It-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport ***I
 L-imposti ta' l-ajruporti ***I
  Riżoluzzjoni
  Test konsolidat
 L-esportazzjoni u l-importazzjoni ta" sustanzi kimiċi perikolużi ***I
  Riżoluzzjoni
  Test konsolidat
  Anness
 Applikazzjoni ta' skemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità ***I
  Riżoluzzjoni
  Test konsolidat
 CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi
 It-Trattament Fiskali tat-Telf f'Sitwazzjonijiet Transkonfinali
 L-istrateġija Komunitarja 2007–2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Sħubija (partnerships) Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni *
PDF 70k   DOC 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 dwar it-twaqqif ta' sħubija (partnerships) Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (COM(2007)0662 – C6-0471/2007 – 2007/0239(CNS) )
P6_TA(2008)0001 A6-0517/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0662 ),

–   wara li kkunsidra l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 181a(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0471/2007 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0517/2007 ),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.   Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.   Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Kontroll tat-trasport bit-triq ta' merkanzija perikoluża (setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni) ***I
PDF 68k   DOC 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 95/50/KE rigward is-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2007)0509 – C6-0278/2007 – 2007/0184(COD) )
P6_TA(2008)0002 A6-0506/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0509 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0278/2007 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0506/2007 ),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


It-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport ***I
PDF 107k   DOC 55k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta" l-oġġetti ta" l-ikel - Aspetti tat-trasport (COM(2007)0090 – C6-0086/2007 – 2007/0037A(COD) )
P6_TA(2008)0003 A6-0513/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0090 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 75(3), 95 u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0086/2007 ),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni mill-Konferenza tal-Presidenti fil-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza lill-Kumitat dwar l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u lill-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu sabiex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0513/2007 ),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
TITOLU
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta" l-oġġetti ta" l-ikel.
Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea.
Emenda 2
ĊITAZZJONI 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(3), l-Artikolu 95 u l-Artikolu 152(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(3) tiegħu,
Emenda 3
ĊITAZZJONI 5
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,
imħassra
Emenda 4
PREMESSA 3
(3)    L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeħtieġ li l-operaturi kollha tal-kumpaniji ta" l-ikel iwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura msejsa fuq il-prinċipji ta" l-Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta" Kontroll Kritiċi (HACCP).
imħassra
Emenda 5
PREMESSA 4
(4)    L-esperjenza wriet li f'ċerti kumpaniji ta" l-ikel, l-iġjene ta" l-ikel jista" jiġi żgurat permezz ta" l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti ta" l-iġjene ta" l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 mingħajr ma jsir użu tas-sistema ta" l-HACCP. Il-kumpaniji kkonċernati huma b'mod partikolari kumpaniji żgħar li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-prodotti tagħhom direttament lill-konsumatur finali, bħal tal-ħobż, tal-laħam, tal-growser, tal-monti, ir-restaurants, u l-bars, li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta" Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta" l-impriżi mikro, żgħar u ta" daqs medju.
imħassra
Emenda 6
PREMESSA 5
(5)    Għalhekk, jeħtieġ li tiġi pprovduta eżenzjoni lil dawn il-kumpaniji mir-rekwiżit ta" l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dan ifisser li huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha ta" dan ir-Regolament.
imħassra
Emenda 7
PREMESSA 6
(6)    Peress li l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u dik tar-Regolament Nru 11 għandhom l-għan komuni li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji, mingħajr ma jbiddlu l-proposta bażi ta" dawn ir-Regolamenti, jeħtieġ li dawn l-emendi jingħaqdu f'Regolament wieħed.
imħassra
Emenda 8
ARTIKOLU 2
Artikolu 5(3) (Regolament (KE) 852/2004)
Artikolu 2
imħassar
Fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, is-sentenza li ġejja tiżdied:
Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti l-oħra ta" dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 mhux se japplika għall-kumpaniji li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta" Mejju 2003, u l-attivitajiet li jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fil-bejgħ dirett ta" l-ikel lill-konsumatur finali."

L-imposti ta' l-ajruporti ***I
PDF 195k   DOC 124k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti ta' l-ajruporti (COM(2006)0820 – C6-0056/2007 – 2007/0013(COD) )
P6_TA(2008)0004 A6-0497/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2006)0820),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0056/2007 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0497/2007 ),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti ta' l-ajruporti

P6_TC1-COD(2007)0013


(Test b'relevanza għall-EEA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2) ,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3) ,

Billi:

(1)   Il-kompitu ewlieni u l-attività kummerċjali primarja ta' l-ajruporti huma li jiżguraw it-trattament ta' l-inġenji ta' l-ajru, mil-landjar sat-tluq, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, sabiex iħallu lill-operaturi ta' l-ajru jipprovdu s-servizzi tagħhom tat-trasport bl-ajru. Għal dan il-għan, l-ajruporti joffru għadd ta' faċilitajiet u servizzi relatati ma' l-operat ta' l-inġenji ta' l-ajru u l-ipproċessar tal-passiġġieri u l-merkanzija, li l-ispejjeż tagħhom ġeneralment jirkuprawhom permezz ta' imposti ta' l-ajruporti. Il-faċilitajiet u s-servizzi li għalihom jitħallsu imposti għandhom jiġu pprovduti fuq il-bażi ta' l-effiċjenza ta' l-ispejjeż.

(2)   Jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni li jirregola l-karatteristiċi essenzjali ta' l-imposti ta' l-ajruporti u l-mod li bih jiġu stabbiliti, minħabba li, fin-nuqqas ta' qafas bħal dan, ir-rekwiżiti bażiċi fir-relazzjoni bejn il-korpi tal-ġestjoni ta' l-ajruporti u l-utenti ta' l-ajruporti jistgħu ma jiġux rispettati.

(3)   Din id-Direttiva għandha tapplika għal ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-Komunità u li jisbqu daqs minimu, minħabba li l-ġestjoni u l-finanzjament ta' ajruporti żgħar ma jirrikjedux l-applikazzjoni ta' qafas Komunitarju.

(4)   Il-ġbir ta' l-imposti fir-rigward tal-fornimanet ta' servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u ta' groundhandling diġà ġie ttrattat rispettivament fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru  1794/2006(4) ║ u fid-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE(5) ║.

(5)   L-imposti ta' l-ajruporti għandhom ikunu ħielsa mid-diskriminazzjoni. Għandha tiġi stabbilita proċedura obbligatorja għall-konsultazzjoni regolari bejn il-korpi tal-ġestjoni ta' l-ajruporti u l-utenti ta' l-ajruporti, bil-possibbiltà lil kull waħda mill-partijiet li tirrikorri għand awtorità regolatorja indipendenti kulmeta l-utenti ta' l-ajruporti ma jaqblux ma' deċiżjoni dwar l-imposti ta' l-ajruporti jew ma' modifika tas-sistema tal-ġbir.

(6)   F'kull Stat Membru għandha tiġi nnominata jew titwaqqaf awtorità regolatorja indipendenti waħda b'tali mod li tiġi żgurata l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħha u l-applikazzjoni sewwa u effikaċi ta' din id-Direttiva. L-awtorità għandu jkollha l-pussess tar-riżorsi kollha meħtieġa, fir-rigward ta' l-għadd tal-persunal, l-għarfien espert, u l-mezzi finanzjarji għat-twettiq tax-xogħol tagħha, sabiex jiġi żgurat li l-ajruporti jipprovdu s-servizzi u l-faċilitajiet tagħhom fuq il-bażi ta' l-effiċjenza meta mqabbla ma' l-ispejjeż.

(7)   Huwa ta' importanza vitali għall-utenti ta' l-ajruporti li, mingħand il-korp ta' ġestjoni ta' l-ajruport, fuq bażi regolari jiksbu t-tagħrif dwar kif u fuq liema bażi jiġu kkalkolati l-imposti ta' l-ajruporti. Lill-operaturi tat-trasport bl-ajru, trasparenza tali sejra tippermettilhom jifhmu l-ispejjeż li jkun ġarrab l-ajruport u l-produttività ta' l-investimenti ta' ajruport. Sabiex korp tal-ġestjoni ta' ajruport ikun jista' jivvaluta sewwa r-rekwiżiti rigward l-investimenti tal-ġejjieni tiegħu, l-utenti ta' l-ajruport għandhom ikunu obbligati jaqsmu f'waqthom mal-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport it-tbassir operattiv, il-proġetti ta' żvilupp u t-talbiet u x-xewqat speċifiċi tagħhom.

(8)   L-ajruporti għandhom jinfurmaw lill-utenti ta' l-ajruporti dwar proġetti kbar ta' l-infrastruttura, minħabba li dawn ikollhom impatt sinifikanti fuq il-livell ta' l-imposti ta' l-ajruporti. It-tali informazzjoni għandha tingħata sabiex ikun jista' jsir il-monitoraġġ ta' l-ispejjeż infrastrutturali, u bil-għan li fl-ajruport ikkonċernat jingħataw faċilitajiet adegwati u ta' spiża effiċjenti.

(9)   Ladarba ħarġu fis-suq operaturi ta' l-ajru li joperaw servizzi tat-trasport bl-ajru bl-irħis, l-ajruporti moqdija minn dawn l-operaturi għandhom ikunu jistgħu japplikaw imposti li jikkorrispondu għall-infrastruttura u/jew il-livell ta' servizz ipprovdut, ladarba l-operaturi ta' l-ajru għandhom interess leġittimu jirrikjedu mill-ajrupot servizzi li jikkorisspondu mal-proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità. Madankollu, l-aċċess għal livell daqstant differenti ta' infrastruttura jew servizzi għandu jkun miftuħ għall-operturi kollha li jkunu jixtiequ jagħmlu użu minnu, fuq bażi ħielsa mid-diskriminazzjoni. Jekk id-domanda tisboq l-offerta, l-aċċess jeħtieġlu jiġi ddeterminat abbażi ta' kriterji oġġettivi u ħielsa mid-diskriminazzjoni, li għandu jiżviluppahom korp tal-ġestjoni ta' ajruport. Kwalunkwe differenzjar u/jew żieda fl-imposti għandha tkun trasparenti, oġġettiva u bbażata fuq kriterji ċari. Id-differenzjar jista' jitqies bħala inċentiv għal ftuħ ta' rotot ġodda u b'hekk jgħin l-iżvilupp f'reġjuni li jsofru minn żvantaġġi ġeografiċi u naturali, inklużi r-reġjuni l-iktar 'il bogħod.

(10)   Minħabba li fil-Komunità hemm metodi differenti għall-istabbiliment u l-ġbir ta' l-ammonti dovuti biex ikopru l-ispejjeż tas-sikurezza, jeħtieġ li jkun hemm armonizzazzjoni tal-bażijiet għall-imposti biex ikopru l-ispejjeż tas-sikurezza fl-ajruporti tal-Komunità fejn l-ispejjeż tas-sigurtà jkunu riflessi fl-imposti ta' l-ajruporti. F'dawn l-ajruporti, l-imposta għandha tkun relatata ma' l-ispiża proprja għall-provvista tas-sikurezza, b'immaniġġjar bir-reqqa ta' kwalunkwe finanzjament pubbliku u għajnuna ta' l-Istat mogħtija biex jintlaħqu l-ispejjeż tas-sikurezza, u s-servizz għandu jingħata bil-prezz li sewa u b'riżultat tiegħu ma jkun qed isir l-ebda profitt. Id-dħul mill-imposti ta' l-ajruporti imdaħħla biex ikopru l-ispejjeż tas-ikurezza għandu jintuża b'mod esklussiv għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sikurezza. .

(11)   L-utenti ta' l-ajruporti għandu jkollhom id-dritt għal livell fiss ta' servizz bi tpattija għall-imposti li jħallsu. Biex dan jiżgurawh, il-livell ta' servizz għandu jkun is-suġġett ta' ftehim, li għandhom jiġu konklużi f'intervalli regolari, bejn il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u l-assoċjazzjoni jew l-assoċjazzjonijiet li tirrappreżenta/jirrappreżentaw lill-utenti ta' l-ajruport f'dak l-ajruport.

(12)   Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikoli 81 sa 89 tiegħu.

(13)   Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, peress illi fil-livell nazzjonali s-sistemi ta' l-imposti ta' l-ajruporti ma jistgħux jiġu implimentati b'uniformità fil-Komunità kollha, u li għalhekk minħabba l-iskala u l-effetti tagħha , jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Komunità, din ta' l-aħħar tista' tadotta miżuri, f'konformita' mal -prinċipji tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f' dak l- Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Is-suġġett

1.   Din id-Direttiva tistabilixxi prinċipji komuni għall-ġbir ta' imposti ta' l-ajruporti tal-Komunità. Dan huwa bla ħsara għal-libertà tal-korpi tal-ġestjoni ta' l-ajruport li jagħżlu sistema ta' single till jew dual till jew sistema mħallta.

2.   Din id-Direttiva tapplika għal kull ajruport f'territorju suġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u miftuħ għal traffiku kummerċjali liema traffiku annwali tiegħu jisboq il-5 miljun moviment ta' passiġġieri jew li kull sena jammonta għal aktar minn 15% tal-movimenti ta' passiġġieri fl-Istat Membru fejn ikun jinsab.

L-Istati Membri jistgħu, wara li titwettaq investigazzjoni bir-reqqa mill-awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni, japplikaw ukoll din id-direttiva għal ajruporti oħra jekk dan jiġi ppruvat li huwa meħtieġ.

Din id-Direttiva tapplika wkoll għal networks ta'-ajruporti u għall-ajruporti kollha organizzati f'networks fi kwalunkwe territorju soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista ta' l-ajruporti fit-territorju tagħhom li għalihom tapplika din id-Direttiva. Din il-lista għandha tkun ibbażata fuq data mill-EUROSTAT u għandha tiġi aġġornata kull sena.

Din id-Direttiva ma tapplikax għall-imposti miġbura bħala ħlas għal servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru tul it-titjira jew fit-terminals skond ir-Regolament (KE) Nru 1794/2006║, jew għall-imposti miġbura bħala ħlas għal servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Anness tad-Direttiva Nru  96/67/KE║, jew għall-imposti miġbura għall-iffinanzjar ta' assistenza għal passiġġieri b'diżabilità u passieġġieri b'mobilità mnaqqsa msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivjaġġaw bl-ajru (6) .

Din id-Direttiva hija bla preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li japplika miżuri regolatorji addizzjonali li ma humiex inkompatibbli ma' din id-Direttiva jew ma' dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi tal-Komunità dwar kwalunkwe korp tal-ġestjoni ta' l-ajruporti mwaqqaf fit-territorju tiegħu. B'mod partikulari, dan jista' jinkludi l-approvazzjoni ta' sistema ta' imposti u/jew il-livell ta' imposti ibbażat fuq liġi tal-kompetizzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta" din id-Direttiva

   a) "ajruport' tfisser kull medda ta' art speċifikament adattata għall-inżul, tluq u manuvri ta' inġenji ta' l-ajru, inklużi l-istallazzjonijiet anċillarji li dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinvolvu għall-ħtiġijiet tat-traffiku u servizzi ta' l-inġenji ta' l-ajru inklużi l-istallazzjonijiet meħtieġa biex jgħinu servizzi kummerċjali ta' l-ajru;
   b) "korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport' tfisser korp li, flimkien ma' attivitajiet oħra jew le skond il-każ, għandu bħala l-għanijiet tiegħu skond il-liġijiet jew regolamenti nazzjonali li jamministra u jiġġestixxi l-infrastrutturi ta' l-ajruport, jew tan-network ta' ajruporti , u l-koordinazzjoni u l-kontroll ta' l-attivitjiet ta' l-operaturi differenti preżenti fl-ajruporti jew fin-network ta' ajruporti konċernati;
   c) "utent ta' l-ajruport' tfisser kull persuna naturali jew legali responsabbli għall-ġarr ta' passiġġieri, posta u/jew merkanzija bl-ajru minn jew lejn l-ajruport konċernat;
   d) "imposta ta' l-ajruporti' tfisser imposta miġbura għall-benefiċċju tal-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u mħallsa minn dak li juża l-ajruport u/jew passiġġieri bl-ajru għall-użu ta' faċiltajiet u servizzi li huma esklussivament provduti mill-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u li huma relatati ma' nżul, tluq, tidwil u parking ta' inġenji ta' l-ajru u pproċessar tal-passiġġiera u l-merkanzija;
   e) "imposta fuq sikurezza' tfisser imposta li hi ddisinjata speċifikament biex tirkupa parti minn jew l-ispiża ta' miżuri minimi ta' sikurezza maħsuba biex jipproteġu l-avjazzjoni ċivili minn atti ta' interferenza illegali, stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili (7) ;
   f) 'network ta' ajruporti' tfisser numru ta' ajruporti fi Stat Membru li huma mħaddma minn korp ta' ġestjoni ta' l-ajruporti maħtur mill-awtorità nazzjonali kompetenti.

Artikolu 3

Nuqqas ta' diskriminazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imposti ta' l-ajruporti ma jiddiskriminawx bejn utenti ta' l-ajruport jew passiġġieri bl-ajru.

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex ixxekkel l-introduzzjoni ta' aġġustamenti ta' imposti minħabba raġunijiet ta' interess ġenerali oġġettivi u trasparenti.

Artikolu 4

Network ta' ajruporti

Sabiex jiġi żgurat li jiġi pprovdut aċċess għall-ajruporti f'network ta' ajruporti bi prezz proporzjonat man-numru ta' passiġġieri bl-ajru, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-operaturi tan-networks ta' ajruporti li jdaħħlu sistema uniformi u trasparenti ta' imposti ta' l-ajruporti għall-ajruporti kollha li jkunu fin-network. Il-permess jista' jingħata biss bil-kundizzjoni li ma tixxekkilx il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti fl-Istati Membri differenti, pereżempju fir-riward ta' turiżmu. Fil-każ ta' tilwim, l-attur jista' jikkuntatja lill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-regoli ta' kompetizzjoni relevanti tal-KE.

Artikolu 5

Konsultazzjoni u rimedju

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f'kull ajruport li għalih tapplika din id-Direttiva tiġi stabilita proċedura obbligatorja ▌ għall-konsultazzjoni bejn il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u l-utenti ta' l-ajruport jew ir-rappreżentanti ta' l-utenti ta' l-ajruport fir-rigward tat-tħaddim tas-sistema ta' imposti ta' l-ajruporti u l-livell ta' dawn l-imposti, inkluż il-livell tal-kwalità tas-servizz li għandu jiġi pprovdut mill-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport bi tpattija għall-imposta ta' l-ajruporti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din il-konsultazjoni titwettaq qabel ma l-korpi ta' ġestjoni ta' l-ajruport jew l-utenti ta' l-ajruport jippruvaw idaħħlu jew jagħmlu bidliet sinifikanti fl-istrtuttura jew fil-livell ta' l-imposti ta' l-ajruporti. Fejn ikun hemm ftehim plurijennali bejn il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u l-utenti ta' l-ajruport, il-konsultazzjoni għandha sseħħ skond id-dispożizzjonijiet ta' dak il-ftehim.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn possibbli, tibdil fis-sistema ta' l-imposti ta' l-ajruporti jew fil-livell ta' l-impost isir bi ftehim bejn il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u utenti ta' l-ajruport. Il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport għandu, għal dan l-iskop, jissottometti kwalunkwe proposta għal tibdil fis-sistema ta' imposti ta' l-ajruporti jew tal-livell ta' imposti ta' l-ajruporti lill-utenti ta' l-ajruport mhux iktar tard minn 6 xhur qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ, flimkien mar-raġunijiet għall-bidliet proposti. Fuq talba ta' kwalunkwe utent ta' l-ajruport, il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport għandu jagħmel konsultazzjonijiet fuq il-bidliet proposti ma' utenti ta' l-ajruport u jqis il-kontribut tagħhom qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali. Il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport għandu jippubblika d-deċiżjoni finali tiegħu fi żmien raġjonevoli qabel ma din tidħol fis-seħħ. Il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu rigward il-kummenti ta' utenti ta' l-ajruport fil-każ li ma jintlaħaqx qbil fuq il-bidliet proposti bejn il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u utenti ta' l-ajruport.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' nuqqas ta' qbil definittiv fuq deċiżjoni dwar imposti ta' l-ajruporti, il-korp ta' ġestjoni ta' l-ajruport jew l-utenti ta' l-ajruport, sakemm ikunu jirrapreżentaw mhux inqas minn żewġ linji ta' l-ajru mhux relatati jew mhux inqas minn 10% tal-movimenti annwali ta' vetturi ta' l-ajru jew tan-numru ta' passieġġieri annwali fl-ajruport relevanti, jistgħu jirrikorru għall-intervent ta' l-awtorità regolatorja indipendenti li għandha teżamina l-ġustifikazzjonijiet għat-tibdil tas-sistema ta' imposti ta' l-ajruport jew il-livell ta' imposti ta' l-ajruporti.

L-awtorità regolatorja indipendenti nominata jew imwaqqfa skond l-Artikolu 12 għandha:

   a) tistabbilixxi proċedura biex jiġi solvut in-nuqqas ta' ftehim bejn il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u l-utenti ta' l-ajruport jew ir-rappreżentanti tagħhom dwar bidliet fil-livell jew fl-istruttura ta' l-imposti ta' l-ajruporti, inklużi bidliet relatati mal-kwalità tas-servizz;
   b) tiddetermina l-kundizzjonijiet skond liema nuqqas ta' ftehim jista' jittieħed quddiemha għal riżoluzzjoni;
   c) tiddetermina l-kriterji li magħhom jiġu evalwati n-nuqqasijiet ta' ftehim.

Dawn il-kundizzjonijiet u l-kriterji għandhom ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u b'konformità mal-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE u ma' din id-direttiva.

L-eżami ta' tibdil fis-sistema ta' imposti ta' l-ajruporti jew għal-livell ta' imposti ta' l-ajruporti m'għandux ikollu l-effett ta' sospensjoni.

4.    L-utent ta' l-ajruport għandu jipprovdi evidenza prima facie li l-ajruport konċernat ħa miżuri li jiksru l-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE.

5.    Dan għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe proċess ta' riżoluzzjoni ta' tilwim jew proċess statutorju ta' appell eżistenti.

Artikolu 6

It-trasparenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport jipprovdi lil kull min juża l-ajruport, jew ir-rappreżentanti jew assoċjazzjonijiet ta' utenti ta' l-ajruport, b'tagħrif darba fis-sena dwar il-komponenti tal-bażi li fuqha jkun stipulat il-livell ta' kull imposta miġbura fl-ajruport. Dan it-tagħrif irid jinkludi mill-anqas:

   a) lista tad-diversi servizzi u infrastruttura pprovduta għall-imposta miġbura;
   b) il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-imposti, filwaqt li jiġi ddikjarat jekk intużatx sistema ta' single till jew dual till jew sistema mħallta ;
   c) l-istruttura kumplessiva ta' l-ispiża ta' l-ajruport relatata mal-faċilitajiet u s-servizzi li l-imposti ta' l-ajruporti huma maħsuba li ikopru, sal-punt li tkun relevanti għall-kalkolu ta' l-imposti ta' l-ajruporti u għandha tiġi inkluża fir-rapporti annwali tan-negozju ;
   d) id-dħul u l-ispiża ta' kull kategorija ta' imposta miġbura fl-ajruport;
   e) dħul ta' l-ajruport minn għajnuna statali, sussidji u appoġġ monetarju ieħor fir-rigward tad-dħul mill-imposti;
   f) għajuna Statali u reġjonali mogħtija lill-ajruport u l-ammont ta' riżorsi li joħorġu minn finanzjament pubbliku fir-rigward ta' obbligi ta' servizz pubbliku;
   ( g ) l-għadd totali ta' persunal impjegat fuq servizzi li jikkaġunaw il-ġbir ta' l-imposti;
   ( h ) previżjonijiet tas-sitwazzjoni fl-ajruport rigward ▌, iż-żieda fit-traffiku u kwalunkwe investiment kbir propost;
   ( i ) l-użu reali ta' l-infrastruttura u t-tagħmir ta' l-ajruport matul perijodu stipulat;
   ( j ) ir-riżultat previst ta' kwalunkwe investiment kbir propost f'termini ta' l-effetti tiegħu fuq il-kapaċità ta' l-ajruport u l-kwalità tas-servizz .

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti ta' l-ajruporti jissottomettu tagħrif lill-korp tal-ġestjoni, qabel kwalunkwe bidla mistennija fil-livell ta' l-imposti ta' l-ajruporti jew fis-sistema ta' imposti ta' l-ajruporti jew qabel l-introduzzjoni ta' imposti ġodda , partikolarment dwar:

   a) previżjonijiet dwar traffiku;
   b) previżjonijiet dwar kif inhi magħmula u ser tiġi wżata l-flotta tagħhom;
   c) il-proġetti ta' żvilupp tagħhom fl-ajruport ikkonċernat;
   d) ir-rekwiżiti tagħhom fl-ajruport ikkonċernat.

3.   It-tagħrif ipprovdut skond il-paragrafi 1 u 2 għandu jitqies bħala kunfidenzjali u ttrattat kif xieraq. Dan għandu jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tad-data. Fil-każ ta' ajruportielenkati pubblikament, għandhom jitħarsu b'mod partikulari r-regolamenti tal-Borża.

4.    Fi ħdan qafas ta' regoli xierqa dwar kunfidenzjalità, l-awtorità regolatorja indipendenti għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha li teħtieġ fir-rigward ta' l-attivitajiet tagħha.

Artikolu 7

L-infrastruttura ġdida

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport jikkonsulta ma' utenti ta' l-ajruport qabel ma jiġu ffinalizzati proġetti infrastrutturali ġodda. Fi żmien massimu ta' ħames snin qabel ma l-investiment isir operazzjonali, il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport jista' jasserixxi l-interessi tiegħu permezz ta' finanzjar bil-quddiem meta jiġu stabbiliti l-imposti ta' l-ajruporti.

Il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport jista' jiffinanzja bil-quddiem proġetti għal infrastruttura ġdida billi jżid l-imposti ta' l-ajruporti kif xieraq, bil-kundizzjoni li:

   a) l-utenti ta' l-ajruport jiġu pprovduti b'informazzjoni trasparenti dwar l-ammont u t-tul ta' żmien taż-żieda ta' l-imposta ta' l-ajruporti;
   b) id-dħul addizzjonali kollu jintuża biss għall-bini ta' l-infrastruttura ippjanata;
   c) jkunu nkisbu l-awtorizzazzjonijiet uffiċjali kollha.

Artikolu 8

L-istandards ta' kwalità

1.   Sabiex ikun żgurat it-tħaddim bla xkiel u effiċjenti f'ajruport, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u l-assoċjazzjoni jew assoċjazzjonijiet li jirrapreżentaw lil utenti ta' l-ajruport f'dak l-ajruport jibdew negozjati bi l-għan li jikkonkludu ftehim dwar kull livell ta' servizz, b'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar differenzjar fl-imposti stipulati fl-Artikolu 9, rigward il-kwalità ta' servizz ipprovdut fit-terminal jew terminals ta' l-ajruport, u l-eżattezza u l-puntwalità tat-tagħrif ipprovdut minn utenti ta' l-ajruport fuq il-ħidmiet tagħhom imbassra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(2) , sabiex jippermettu lill-entita` ta' ġestjoni ta' l-ajruport jilħaq l-obbligazzjonijiet tiegħu. Ftehim bħal dan għandu jiġi konkluż ta' lanqas darba kull sentejn u jiġi nnotifikat lill-awtorità regolatorja indipendenti ta' kull Stat Membru.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-eventwalità li ma jintlaħaqx ftehim dwar livelli ta' servizz, kwalunkwe parti tista' tirrikorri għall-intervent ta' l-awtorità regolatorja indipendenti.

Artikolu 9

Differenzi fl-imposti

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport li jvarja il-kwalità u l-iskop tas-servizzi partikulari ta' l-ajruport, terminals jew partijiet mit-terminals, bil-għan li jipprovdu servizzi speċjalizzati jew terminal, jew parti minnu, iddedikat. Il-livell ta' imposti ta' l-ajruporti jista' jvarja skond il-kwalità u l-iskop ta' dawk is-servizzi, iżda jista' jvarja wkoll skond ir-rendiment ambjentali, it-tniġġiż ta" l-istorbju jew skond interessi pubbliċi oħra bil-kundizzjoni li dan jiġi determinat fuq il-bażi ta' kriterji relevanti, oġġettivi u trasparenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ajruporti jiġbru l-istess imposta għall-istess servizz. Il-korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport jista' jagħti konċessjonijiet fuq imposti lil utent ta' l-ajruport ibbażati fuq il-kwalità tas-servizz użat, kemm-il darba il-konċessjoni konċernata tkun disponibbli għall-utenti kollha ta' l-ajruport u skond kundizzjonijiet ippubblikati, trasparenti u oġġettivi. Jista' jagħti konċessjoni lill-utenti li jiftħu rotot ġodda, kemm-il darba bl-istess mod il-konċessjoni tingħata b'mod pubbliku u mhux diskriminatorju u tkun disponibbli għall-utenti kollha ta' l-ajruport bl-istess mod, skond il-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe utent ta' l-ajruport li jkun jixtieq jagħmel użu mis-servizzi speċjalizzati jew it-terminal iddedikat jew parti minn terminal, għandu jkollu aċċess għal dawk is-servizzi u t-terminal jew parti minn terminal.

Fejn ikun hemm iktar utenti li jixtiequ li jkollhom aċċess għas-servizzi speċjalizzati jew terminal iddedikat jew parti minn terminal, milli hu possibbli, minħabba restrizzjonijiet ta' kapaċità, li l-aċċess ikun determinat abbażi ta' kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

Artikolu 10

L-imposti fuq sikurezza

L-imposti fuq sikurezza għandhom jintużaw esklussivament biex ikopru l-ispejjeż tas-sikurezza u m'għandhomx jisbqu dawk l-ispejjeż . Ma jista' jsir l-ebda profitt fuq l-imposti fuq sikurezza. Dawn l-ispejjeż għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-prinċipji ta' l-effiċjenza ekonomika u operazzjonali u tal-kontabilità u l-evalwazzjoni aċċettati b'mod ġenerali f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż jitqassmu b'mod ġust fost il-gruppi ta' utenti differenti f'kull ajruport. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiesu:

   l-ispiża tal-finanzjament tal-faċilitajiet u l-istallazzjonijiet iddedikati għal ħidmiet ta' sikurezza li jinkludu deprezzament ġust fil-valur ta' dawn il-faċilitajiet u l-istallazzjonijiet;
   in-nefqa fuq il-persunal u l-operazzjonijiet tas-sikurezza filwaqt li tiġi eskluża l-ispiża ta' miżuri ta' sikurezza ogħla għal perjodu ta' żmien qasir ; miżuri bħal dawn, imposti skond leġiżlazzjoni nazzjonali fuq evalwazzjonijiet tar-riskju speċjali u li jirriżultaw f'nefqa żejda m'għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva;
   l-għotjiet u s-sussidji allokati mill-awtoritajiet għal skopijiet ta' sikurezza.

Id-dħul mill-imposti fuq sikurezza miġbura f'ajruport partikulari jistgħu jintużaw biss biex tiġi koperta l-ispiża għas-sikurezza ta' l-ajruporti mġarrba fil-post fejn l-imposti jkunu nġabru. Fil-każ ta' networks ta' ajruporti, id-dħul minn imposti fuq sikurezza jistgħu jintużaw biss biex tiġi koperta l-ispiża tas-sikurezza li tirriżulta mill-ajruporti li jkunu fin-network.

Artikolu 11

L-ispejjeż ta' l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sikurezza li huma aktar stretti

L-ispejjeż ta' l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sikurezza li huma aktar stretti mill-miżuri ta' sikurezza minimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 għandhom jinġarru mill-Istati Membri.

Artikolu 12

L-awtorità regolatorja indipendenti

1.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw jew iwaqqfu korp indipendenti bħala l-awtorità regolatorja indipendenti nazzjonali tagħhom sabiex tiżgura l-applikazzjoni kif suppost tal-miżuri meħuda b'konformità mad-Direttiva u tiżgura li jitwettqu d-doveri msemmija taħt l-Artikoli 5 u 8 . Dan il-korp jista' jkun l-istess entità li l-Istat Membru taħtar sabiex jħares l-applikazzjoni tal-miżuri regolatorji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi l-approvazzjoni tas-sistema ta' imposti u/jew tal-livell ta' l-imposti, sakemm tikkonforma mar-rekwiżiti f'paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. .

2.    L-awtorità regolatorja indipendenti nazzjonali tista' tiddelega, taħt is-superviżjoni tagħha, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet, jew ta' parti mid-dispożizzjonijiet, ta' din id-direttiva lil awtoritajiet regolatorji indipendenti reġjonali, sakemm l-implimentazzjoni isseħħ b'konformità ma' l-istess standards. L-awtorità regolatorja indipendenti nazzjonali għandha tkompli ġġorr ir-responsabilità biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet tal-pġaragrafu 3 għandhom japplikaw ukoll għall-awtoritajiet regolatorji indipendenti reġjonali.

3 .   L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta' l-awtorità regolatorja indipendenti billi jiżguraw li hija distinta legalment minn u tiffunzjona indipendentament minn kwalunke korp tal-ġestjoni ta' l-ajruport u trasportatur bl-ajru. L-Istati Membri li jżommu s-sjieda jew il-kontroll ta' l-ajruporti, korpi li jmexxu l-ajruporti jew trasportaturi bl-ajru għandhom jiżguraw is-separazzjoni strutturali effettiva tal-funzjonijiet regolatorji mill-attivitajiet assoċjati mal-proprjetà jew il-kontroll. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti.

4 .   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz ta' l-awtorità regolatorja indipendenti, bix-xogħol u r-responsabilitajiet mogħtija lilha, u bil-miżuri meħuda biex tkun zġurata konformità mal-paragrafu 3.

5 .   Fit-twettiq ta' investigazzjoni tal-ġustifikazzjoni għat-tibdil tal-livell jew ta' l-istruttura, ta'l-imposti ta' l-ajruporti, kif stipulat fl-Artikolu 5, l-awtorità regolatorja indipendenti għandha tkun tista' titlob l-informazzjoni meħtieġa mill-partijiet konċernati u għandha tiġi meħtieġa li tikkonsulta dawk l-partijiet konċernati u kwalunkwe parti oħra affetwata sabiex tilħaq id-deċiżjoni tagħha. Hija għandha tilħaq id-deċiżjoni tagħha fl-inqas fis possibli u fi żmien tliet xhur minn meta jasal l-ilment u għandha tkun meħtieġa li tippubblika d-deċiżjoni tagħha u r-raġunijiet għalija. Id-deċiżjoni għandu jkollu effett li jorbot.

6 .   L-awtorità regolatorja indipendenti għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha.

Artikolu 13

Rapportar u reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' din id-Direttiva, li jevalwa l-progress imwettaq fil-kisba ta' l-objettivi ta' din id-Direttiva, mhux aktar tard minn..... (8) u kif ukoll, meta jkun xieraq, proposti xierqa .

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment għall-bżonnijiet tal-ġbir ta' tagħrif għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

L-implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ...(9) *. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 15

Id-dħul fis-seħħ u l-indirizzati

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 10, 15.1.2008, p. 35 .
(2) ĠU C 305, 15.12.2007, p. 11 .
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 .
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru (ĠU L 341, 7.12.2006, p. 3) .
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/EC tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36). Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.
(7) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004, p.1. (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni rettifikata fil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 3) .
(8)* 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
(9)** 18 il-xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva.


L-esportazzjoni u l-importazzjoni ta" sustanzi kimiċi perikolużi ***I
PDF 84k   DOC 59k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta" sustanzi kimiċi perikolużi (COM(2006)0745 – C6-0439/2006 – 2006/0246(COD) )
P6_TA(2008)0005 A6-0406/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0745 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0439/2006 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0406/2007 ),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jieħu nota ta' l-istqarrija tal-Kummissjoni annessa magħha;

3.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta" sustanzi kimiċi perikolużi

P6_TC1-COD(2006)0246


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 689/2008.)

Anness

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-merkurju u ta' l-arseniku fl-applikazzjoni tar-Regolament CIP

Il-Kummissjoni tenfasizza li, f'konformità ma' l-Artikolu 22, (2), tar-Regolament (KE) Nru 304/2003, jekk l-arseniku metalliku jkun pprojbit jew irregolat strettament fil-Komunità, għandha tiġi mfassla proposta biex l-anness ikkonċernat jiġi adattat. Hija tikkummenta wkoll li għaddejja ħidma fil-Kunsill u l-Parlament bil-ħsieb li tiġi elaborata proposta biex jiġu pprojbiti l-esportazzjonijiet tal-merkurju mill-Komunità, li tmur lil hinn mir-rekwiżit ta' kunsens ikkomunikat minn qabel previst fil-konvenzjoni ta' Rotterdam u fir-regolament komunitarju li jimplimentaha.


Applikazzjoni ta' skemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità ***I
PDF 81k   DOC 37k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (COM(2007)0159 – C6-0104/2007 – 2007/0054(COD) )
P6_TA(2008)0006 A6-0515/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0159 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0104/2007 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0515/2007 ),

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta" l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

P6_TC1-COD(2007)0054


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 592/2008.)


CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi
PDF 188k   DOC 131k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi (2007/2120(INI) )
P6_TA(2008)0007 A6-0494/2007

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21: Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport Finali tal-Grupp ta" Livell Għoli CARS 21 − Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta" l-UE u l-Istrateġija ta" l-Impjiegi (COM(2007)0022 ),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill dwar il-Kompetittività tal-21 u t-22 ta" Mejju 2007,

–   wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Grupp ta" Livell Għoli bit-titolu "CARS 21 - Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0494/2007 ),

A.   billi l-Kummissjoni rreaġixxiet għar-rapport tal-Grupp ta" Livell Għoli CARS 21, grupp li laqqa" flimkien il-partijiet interessati kollha biex jeżaminaw l-oqsma prinċipali tal-politika li għandhom effett fuq l-industrija tal-karozzi fl-Unjoni Ewropea u biex jitressqu rakkomandazzjonijiet għall-politiki ġejjiena u l-qafas regolatorju,

B.   billi l-industrija tal-karozzi ta" l-UE hija waħda mis-setturi ekonomiċi l-aktar importanti tagħha, li tipproduċi 19-il miljun vettura fis-sena u li tipprovdi 2.3 miljun impjieg direttament u 10 miljun ieħor f'setturi anċillari,

C.   billi s-suq ta" ħafna ditti ("multi-brand") ta" spare parts tal-vetturi, u s-swieq tal-manutenzjoni u tat-tiswija għandhom rwol vitali fil-forniment ta" mobilità bi prezzijiet li jintlaħqu, fit-titjib ta" l-għażliet tal-konsumatur għall-270 miljun sewwieq fl-UE fis-servizzi ta' wara l-bejgħ tal-vetturi tagħhom, fiż-żamma ta" vetturi sikuri u nodfa fit-toroq ta" l-Ewropa u fl-aħħar, permezz ta" l-impjieg ta" 3.5 miljun ruħ fin-negozji żgħar u ta" daqs medju (SMEs), li jinżamm profil san tas-settur ta" l-SMEs fl-Ewropa,

D.   billi l-Kummissjoni qed tippromwovi strateġija integrata sabiex tiżgura li l-kumpaniji fl-UE jkomplu jkunu kompetittivi fil-kuntest ta' ambjent globali li qed jikber, u billi din l-istrateġija hi mfassla fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titolu, "L-Ewropa globali - Kompetizzjoni dinjija - Kontribut lill-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi " (COM(2006)0567 ), fid-dokument ta' ħidma tiegħu bit-titolu, "L-Ewropa Globali: sħubija aktar b'saħħitha biex jingħata aċċess għas-suq lill-Esportaturi Ewropej - Valutazzjoni ta' l-Impatt" (SEC2007)0452) u fil-Komunikazzjoni tagħha bit-titolu, "L-Ewropa Globali: Strumenti għad-Difiża tal-Kummerċ ta" l-UE f'ekonomija dinjija li qed tinbidel - Green Paper għal konsultazzjoni pubblika" (COM(2006)0763 ),

E.   billi l-istrateġija mfassla f'dawk id-dokumenti bħalissa qed tiġi implimentata fin-negozjati dwar diversi ftehimiet ta" kummerċ ħieles bilaterali u reġjonali,

F.   billi l-industrija tal-karozzi tvarja bejn Stat Membru u ieħor f'dawk li huma strateġiji, strutturi u diffużjoni globali, u billi dawn id-differenzi għandhom jitqiesu meta jsir l-iżvilupp ta" strateġija ta" kummerċ ġdida u b'xejra aktar globali,

G.   billi fl-2006 l-industrija tal-karozzi fl-UE esportat madwar 20% tal-vetturi prodotti minnha u fl-2004 l-esportazzjonijiet tal-vetturi bil-mutur u tal-parts u l-aċċessorji għall-vetturi bil-mutur kienu ta" 8.7% u 2.8% rispettivament ta" l-esportazzjonijiet industrijali ta' l-UE, indikazzjoni ta" kemm hi sensittiva b'mod partikulari għall-kundizzjonijiet ta" l-esportazzjoni l-industrija tal-karozzi, u billi fl-2004 s-surplus kummerċjali żejjed ta" l-UE f'termini ta" tagħmir tat-trasport kien ivvalutat għal EUR 60.2 biljun; billi l-preminenza globali ta' l-UE hija riżultat, b'mod partikulari, tal-fatt li hija l-ikbar manifattur tal-karozzi u t-tieni l-ikbar manifattur tat-trakkijiet, kif ukoll tad-daqs u l-grad ta' konsolidazzjoni tas-suq intern, ta' settur tal-vetturi bil-mutur li qed isir dejjem aktar internazzjonali, tar-reputazzjoni tad-ditti Ewropej u tal-kwalità tas-servizzi Ewropej, tal-pożizzjoni b'saħħitha fl-esportazzjoni li l-manifatturi Ewropej irnexxilhom jiksbu u l-preżenza sostanzjali tagħhom fis-swieq li għandhom potenzjal kbir ta' tkabbir,

1.   Jilqa" r-rapport finali tal-Grupp ta' livell għoli CARS21 u l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni, li juru b'mod ġenerali d-direzzjoni tal-politika ġejjiena dwar il-karozzi;

2.   Jispera li l-parlamenti ta" l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom ikunu jixtiequ jassoċjaw ruħhom mar-riżultat tal-proċess tal-CARS 21; jissuġġerixxi li netwerk interparlamentari dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-karozzi, ikkoordinat mill-Parlament, joħloq benefiċċji reali għas-sikurezza tat-toroq, għall-ħarsien ta" l-ambjent, għall-innovazzjoni u għall-kompetittività;

It-temm tas-suq intern għall-vetturi

3.   Jistieden lill-awtoritajiet ta" l-Istati Membri sabiex jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-CARS 21; b'mod partikolari jinnota l-ħtieġa li jkun żgurat li r-regolamenti l-ġodda li jaffettwaw is-settur tal-karozzi jiddaħħlu b'mod koordinat, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq intern;

4.   Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi pperfezzjonata sistema ta" l-UE ta" l-approvazzjoni tat-tip, li tkopri l-vetturi bil-mutur kollha;

5.   Jikkonferma l-appoġġ tiegħu għal proċess effettiv ta" l-approvazzjoni tat-tip, kif indikat fil-pożizzjoni tiegħu adottata fit-tieni qari fl-10 ta' Mejju 2007 bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi(1) ;

6.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex kull sena tagħti rapport lill-Parlament dwar l-operat tal-proċeduri ta" l-approvazzjoni tat-tip u dwar l-immoniterjar tal-proċess ta' komitoloġija;

7.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament (KE) tagħha Nru 1400/2002 tal-31 ta' Lulju 2002(2) (Ir-Regolament ta' Eżenzjoni Ġenerali) dwar id-distribuzzjoni tal-vetturi madwar l-UE; barra minn hekk jemmen li meta dan ir-Regolament jiġi rivedut, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni għandu jqis lilu nnifsu bħala parti mill-approċċ integrat għal-leġiżlazzjoni fis-settur;

8.   Jipproponi li, sabiex tingħata spinta lill-kompetittività ta' l-industrija tal-vetturi bil-mutur fl-Unjoni Ewropea, ir-reviżjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali għandha tkun marbuta ma' reviżjoni f'nofs it-terminu ta' CARS 21, biex tkun iffaċilitata l-koperazzjoni bejn operaturi tas-settur, biex tkun evitata l-miżapproprjazzjoni ta' għajnuna statali u biex tkun promossa politika ta' kompetizzjoni fuq livell internazzjonali;

9.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri li jiggarantixxu proċedura ta" reġistrazzjoni, li tippermetti bejgħ transkonfinali eħfef b'mod speċjali għall-vetturi użati; jappoġġja l-opinjonijiet tal-Kummissjoni rigward proċeduri għar-reġistrazzjoni ta" vetturi bil-mutur(3) u l-problemi li xi regoli nazzjonali qed joħolqu fit-tħaddim tas-suq intern; jinnota l-impatt ta" dawn ir-regoli nazzjonali fuq setturi ekonomiċi bħal-leasing u l-kiri tal-vetturi; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-bidliet neċessarji għar-regoli tagħhom kemm jista" jkun malajr;

Suq kompetittiv għas-servizzi ta' wara l-bejgh tal-karozzi

10.   Jiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li ddaħħlu reċentament rigward il-parts tal-karozzi tas-suq ta' wara l-bejgħ li jaffettwaw il-prestazzjoni ta" l-ambjent u tas-sikurezza, u jinnota li l-implimentazzjoni ta" dawn id-dispożizzjonijiet ser jistabbilixxu suq uniku ta" parts bħal dawn;

11.   Jilqa" d-dħul ta" dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-20 ta" Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni ta" tip ta" vetturi bil-mutur fir-rigward ta" l-emissjonijiet ta" vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta" vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar informazzjoni rigward it-tiswija tal-vetturi(4) u fir-Regolament (KE) Nru 1400/2002, li jirrikjedi aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni teknika xierqa dwar it-tiswija, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli fl-isforzi tagħha li tinforza madwar il-Komunità d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni li japplikaw għas-settur tal-vetturi bil-mutur;

12.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli tippromwovi l-kompetizzjoni effettiva fis-suq ta" wara l-bejgħ tal-karozzi billi fil-politika ġejjiena dwar il-karozzi u f'kull leġiżlazzjoni li tiġi wara r-Regolament (KE) Nru 1400/2002, li se tiskadi fil-31 ta" Mejju 2010, tindirizza l-għażla tal-konsumatur u l-aċċess effettiv li l-operaturi tas-suq indipendenti jkollhom għall-informazzjoni teknika, it-taħriġ, is-spare parts, l-għodda għad-dijanjostika ta" ħafna ditti u tagħmir għall-ittestjar;

13.   Jisħaq dwar l-importanza għall-konsumaturi ta" informazzjoni bbażata fuq stħarriġ dettaljat tal-konsumaturi dwar il-funzjonalità u d-durabilità; jinnota li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiffaċilitaw dan l-istħarriġ billi jħallu lill-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni jipprovdu d-dettalji tal-kuntatt tas-sidien tal-vetturi li jaqblu li jieħdu sehem f'dan l-istħarriġ;

14.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindirizza b'mod xieraq il-kwistjoni tal-"libertà tat-tiswija" tal-vetturi fl-inizzjattivi leġiżlattivi ġodda kollha, li jinvolvu d-Direttorati-Ġenerali relevanti kollha, sabiex tiġi żgurata l-għażla tal-konsumatur u l-kompetizzjoni fis-suq ta" wara l-bejgħ; jemmen li dan għandu jiġi applikat ukoll fil-miżuri li ġejjin li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni ta" informazzjoni ġdida dwar il-vetturi u ta" teknoloġiji ġodda tal-komunikazzjoni u sistemi ta" trasport intelliġenti;

15.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti biex jinħoloq suq intern għall-armar ("custom parts") u "tuning" parts (parts għall-modifika) bħal ma huma tajers speċjali, roti kif ukoll tuning parts u spare parts oħra, peress li d-diversità kurrenti tar-regoli nazzjonali xxekkel l-iżvilupp ulterjuri ta" dan is-settur, li kieku konsegwentament igawdi mil-leġiżlazzjoni armonizzata tal-Komunità u minn protezzjoni xierqa tal-propjetà intelletwali;

16.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex issaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiġġieled l-importazzjoni ta" parts foloz tal-vetturi;

Leġiżlazzjoni aħjar u l-internalizzazzjoni ta" l-ambjent regolatorju

17.   Jisħaq l-importanza li tinqata" l-burokrazija żejda, inkluż l-ripetizzjoni ta" regolamenti minħabba li hemm xi konvenzjonijiet internazzjonali;

18.   Jenfasizza l-irwol kruċjali li għandhom il-prinċipji ta" regolamentazzjoni aħjar (i.e. studji ta" l-impatt kif suppost, il-prinċipju tal-qligħ meta mqabbel man-nefqa, żmieniet massimi xierqa, eċċ.) fil-ħolqien ta" qafas regolatorju kompetittiv għall-industrija tal-karozzi, kif approvat fil-proċess CARS21; ifakkar li l-pjan direzzjonali regolatorju huwa parti integrali tar-rapport finali CARS 21 u għandu jkun irrispettat;

19.   Jirrikonoxxi l-fatt li regoli ddisinjati aħjar, trasparenti u li huma konformi mal-bżonnijiet soċjali u ambjentali attwali, li huma applikati mingħajr eċċezzjonijiet u integrati fl-ambjent regolatorju internazzjonali ta' l-industrija tal-karozzi, jistgħu jikkontribwixxu għal aktar kompetittività u kompetizzjoni ġusta fl-industrija;

20.   Jemmen li l-istandardizzazzjoni strateġika hija mutur essenzali tal-kompetittività; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex taħdem biex l-istandards Ewropej ikunu rikonoxxuti madwar id-dinja;

21.   Jilqa" l-pjan tal-Kummissjoni sabiex 38 direttivi Komunitarji jiġu mibdula bir-Regoli tan-NU/KEE eżistenti, kif ukoll biex tiġi introdotta l-possibilità ta" awto-ittestjar jew ittestjar virtwali, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli l-proċess ta" simplifikazzjoni leġiżlattiva; jinsisti li l-appoġġ tiegħu għal dawn il-proposti jiddependi fuq il-fatt, li jinftiehem b'mod ċar, li l-Parlament iżomm id-dritt li jitlob għal leġiżlazzjoni b'mod indipendenti mis-sistema tan-NU/KEE fejn huwa jemmen li din il-leġiżlazzjoni hija meħtieġa biex jiġu ssodisfatti l-obbligi ta' l-UE;

22.   Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tippreżenta dokument annwali lill-Parlament dwar il-progress li jkun sar fin-NU/KEE u fil-proċess tal-komitoloġija;

23.   Jilqa' b'sodisfazzjon ix-xewqa tal-Kummissjoni li tintroduċi mekkaniżmu ta' reviżjoni u eżami mill-ġdid minħabba li l-industrija tal-vetturi bil-mutur hija tekonoloġika ħafna u għandha ritmu ta" żvilupp intens; iqis ukoll, madankollu, li għandu jsir aktar użu mill-klawsoli ta" estinzjoni fil-leġiżlazzjoni sabiex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni ma xxekkilx jew tmur kontra l-progress teknoloġiku li r-riċerka u l-iżvilupp (R&D) u l-forzi tas-suq qed iġibu kostantement;

24.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibda tissimplifika d-Direttivi 74/297/KEE(5) , 76/115/KEE(6) , u 78/932/KEE(7) kif ukoll ir-Regolament tan-NU/KEE Nru. 122 malajr kemm jista" jkun;

L-adozzjoni ta" standards ambjentali għas-seklu 21

25.   Jinnota li l-liġi tal-Komunità tirregola suq fejn jinbiegħu 17 sa 18-il miljun vettura kull sena, li huwa ekwivalenti għas-suq tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Istati Uniti; jistenna li politika ambizzjuża għat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet ikollha influwenza pożittiva madwar id-dinja f'dak li hu tnaqqis ta" emissjonijiet tat-trasport;

26.   Jemmen li l-mobilità individwali u s-settur tal-karozzi għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest aktar wiesgħa tal-mobilità sostenibbli; jemmen li l-mobilità u l-protezzjoni ta' l-ambjent mhux neċessarjament jeskludu lil xulxin u li t-teknoloġija tal-karozzi fil-ġejjieni jkollha kontribut biex ikunu rikonċiljati t-tnejn; fil-fatt, jemmen li l-isfida tal-bidla fil-klima b'mod partikulari tippreżenta opportunitajiet biex ikun hemm avvanzi teknoloġiċi u ta" innovazzjoni;

27.   Huwa konxju ta" l-importanza tal-vetturi għall-mobilità ta" l-anzjani, b'mod speċjali għal dawk li jgħixu fil-kampanja, u għall-persuni b'diżabilità;

28.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq ambjent li jassigura li t-trasport stradali huwa ambjentalment sostenibbli, li jgħin għall-flessibilità tas-sistemi ta" produzzjoni u li jgħolli l-livelli tal-ħiliet tal-ħaddiema ta" l-Ewropa;

29.   Jemmen li l-istandards ta" l-emissjonijiet ta' tniġġis kienu verament ta' suċċess u li diġa' wasslu għal karozzi tal-passiġġiera nodfa ħafna; jisħaq l-importanza li dan is-suċċess jintlaħaq ukoll fil-vetturi li jifilħu għall-istrapazz; jemmen li l-benefiċċji ta' regolamentazzjoni ambjentali ta' l-UE għas-settur tal-karozzi jistgħu jinxterdu 'l hinn sew mis-suq ta' l-UE;

30.   Jilqa" b'sodisfazzjon l-introduzzjoni mgħaġġla ta" l-istandards Euro-5 u Euro-6 għat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet ta" sustanzi li jniġġsu mill-karozzi privati;

31.   Iqis li l-kwalità mtejba ta" l-arja tista" tintlaħaq biss b'tiġdid aktar mgħaġġel tal-flotta tal-vetturi, flimkien ma" l-introduzzjoni ta" vetturi li jniġġsu inqas; iqis li hemm bżonn ta" miżuri finanzjarji biex il-konsumaturi jkunu mħajra jbiddlu l-karozzi l-qodma tagħhom b'vetturi li jniġġsu inqas;

32.   Jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (8) (Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwil) li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja ta" l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta" serra, li joriġinaw mill-fjuwils tat-trasport fit-toroq;

33.   Fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, jistieden lill-Kummissjoni biex tibda l-proċess li tevalwa mill-ġdid u tirrevedi l-proċeduri ta" ttestjar ta" l-emissjonijiet sabiex dan jirrifletti aħjar il-kundizzjonijiet ta" l-użu fir-realtà, mingħajr preġudizzju għad-diskussjoni li għaddejja dwar l-emissjonijiet tal-CO2 mill-karozzi;

34.   Huwa mħasseb ħafna dwar l-implimentazzjoni m'hix armonizzata tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m" għadhomx jintużaw(9) ; iqis li dik id-Direttiva m'hix ambizzjuża biżżejjed;

Tnaqqis sostanzjali ta" emissjonijiet tal-CO 2

35.   Jilqa" l-pjanijiet tal-Kummissjoni sabiex jitnaqqsu l-emmissjonijiet tal-CO2 tal-karozzi tal-passiġġiera; jemmen li l-aktar forma xierqa hi l-approċċ integrat, filwaqt li jitqiesu l-possibilitajiet kollha biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-CO2, bħal ma huma l-infrastruttura, l-imġiba tas-sewwieqa, sistema ta" inċentivi biex in-nies jużaw il-karozzi l-aktar nodfa, il-bijofjuwils u t-teknoloġija tal-vetturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-iżvilupp ta' qafas komuni għall-applikazzjoni koordinata ta' inċentivi fiskali relatati mal-CO2 sa fejn possibbli armonizzati u teknoloġikament newtrali li jkollhom potenzjal sinifikanti tat-tnaqqis tal-CO2, filwaqt li jiġi evitat t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jilħaq ftehim dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex it-taxxi fuq il-karozzi tal-passiġġieri jiġu relatati ma" l-emissjonijiet tagħhom li jniġġsu bħal ma hu d-dijossidju tal-karbonju (CO2) sabiex jevita aktar frammentazzjoni tas-suq intern ibbażat fuq applikazzjoni diversifikata mill-Istati Membri;

36.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tistabilixxi miri ambizzjużi iżda realistiċi, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni reali tas-suq ta" l-UE fejn ir-rata medja tat-tibdil tal-flotta bħalissa hija inqas minn 10% fis-sena; għalhekk jenfasizza l-fatt li l-aċċessibilità tal-prezz ta" karozzi ġodda għandha rwol kruċjali biex tintlaħaq il-mira tal-Komunità; jisħaq li aktar ma jkunu ambizzjużi l-miri obbligatorji għall-emmissjonijiet tal-CO2, aktar għandu jingħata żmien lill-industrija tal-vetturi biex tadatta;

37.   Ifakkar lill-Kummissjoni li l-iżvilupp ta" tipi ġodda ta" karozzi tal-passiġġieri jieħu bejn 5 u 7 snin; jemmen li miri mandatorji għandhom jagħtu biżżejjed żmien biex l-industrija tal-karozzi tirreaġixxi; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex ma tistabilixxix miri mandatorji finali għall-emmissjonijiet tal-CO2 għal kwalunkwe data qabel l-2015;

38.   Jemmen li l-mira medja għall-2015 ta" 120g/km ta" emissjonijiet tal-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda għandha tkun tista" tinkiseb; jisħaq li l-Kummissjoni għandha taħdem fuq miri aktar ambizzjużi ta' tnaqqis ta' emissjonijiet tal-CO2 fis-settur tal-karozzi fuq medda twila ta' żmien; iqis li f'din il-konnessjoni huwa kruċjali li l-valuri tal-mira għandhom ikunu b'mod progressiv skond il-piż tal-vettura;

39.   Jinnota l-pjan tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita mira dwar l-agrofjuwils li torbot u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa skema ta" ċertifikazzjoni li tkun komprensiva u mandatorja, applikabbli għall-agrofjuwils imqegħda fuq is-suq ta" l-UE; jemmen li l-kriterji ta" ċertifikazzjoni għandhom ikunu mfassla biex jassiguraw minimu ta" 50% ta" tnaqqis tal-gass b'effett ta" serra matul iċ-ċiklu kollu meta mqabbel mal-fjuwils konvenzjonali flimkien ma" kriterji ambjentali u soċjali;

40.   Jinnota li, sabiex jintlaħaq l-għan li jiżdied l-użu tal-bijofjuwils u ta" l-idroġenu sabiex tkun massimizzata l-prestazzjoni ambjentali, hemm bżonn li wieħed jippromwovi n-netwerks lokali neċessarji li jippermettu liċ-ċittadini jiksbu fornimenti;

41.   Huwa tal-fehma li miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-CO2 għandhom jgħamlu aktar enfażi fuq it-tkattir tal-konoxxenza tas-sewwieq ta' tekniċi għal sewqan ekonomiku u ta' kif jiġu użati aħjar it-teknoloġiji ġodda;

42.   Jemmen li ż-żieda ta" l-għerf tal-konsumatur permezz ta" tikkettjar aħjar tad-data dwar l-effiċjenza tal-fjuwil u emissjonijiet li jniġġsu tagħti kontribut biex jintlaħaq tnaqqis tal-CO2; għahekk jitlob għal reviżjoni tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 li għandha x'taqsam mad-disponibiltà tat-tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija fil-karburant u l-emissjonijiet tal-CO2 rigward it-tqegħid fis-suq tal-vetturi l-ġodda tal-passiġġieri(10) , filwaqt li jitqiesu l-aħjar prattiċi li ntlaħqu s'issa,

43.   Ifakkar li t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-karozzi jista" jintlaħaq l-aktar faċilment permezz ta" l-irristrutturar tas-sistemi tat-trasport pubbliku;

44.   Jirrikonoxxi l-irwol ewlieni tal-Fédération Internationale de l'Automobile (FIA) fuq quddiem nett tal-bidliet teknoloġiċi ambjentali innovattivi li joffru vantaġġi potenzjali ta" tnaqqis tal-CO2 u ta" effiċjenza ta' l-enerġija għall-karozzi l-ġodda kollha;

45.   Iħeġġeġ lill-FIA sabiex tintensifika aktar l-isforzi tagħha biex tippromwovi riċerka innovattiva rilevanti għat-triq mfassla, inter alia, biex ittejjeb l-effiċjenza ta' l-enerġija tal-karozzi;

46.   Jagħraf l-irwol li jista" jkollu l-isport tal-muturi fil-bidla ta" l-attitudnijiet u l-imġiba tal-klijenti lejn teknoloġija aktar favur l-ambjent; għalhekk jitlob lill-FIA u lill-parteċipanti l-oħra involuti fit-tlielaq tal-karozzi tal-Formula 1 biex ibiddlu r-regoli kif xieraq, sabiex it-teknoloġiji favur l-ambjent bħal ma huma l-bijofjuwils, il-magni b'erba" ċilindri u l-unitajiet ta' qawwa ibrida jkunu applikati aktar faċilment;

47.   Jitlob li jitfassal studju bl-għan li jitniżżlu l-miżuri addizzjonali mhux tekniċi li ġew implimentati sabiex jitnaqqas il-CO2 fl-UE;

Ikun aktar sikur it-trasport fit-toroq

48.   Jilqa" l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex jitnaqqas in-numru ta" korrimenti fit-trasport fit-toroq, inkluz it-teknoloġiji ġodda importanti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tassigura li kwalunkwe rekwiżit dwar it-tagħmir għas-sikurezza tal-vetturi jiddaħħal bi qbil mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar miftiehem mill-Grupp ta' Livell Għoli CARS 21; jenfasizza l-ħtieġa ta" approċċ integrat li jinkorpora t-titjib tat-teknoloġija tal-vetturi, miżuri ta" infrastruttura u l-edukazzjoni, l-informazzjoni, u l-infurzar sabiex l-objettivi tas-sikurezza tat-toroq jitwettqu b'mod l-aktar effettiv meta mqabbel ma' l-infiq;

49.   Jirrikonoxxi l-irwol katalittiku tas-suq premjum li fih ġew introdotti dawn it-teknoloġiji ġodda l-ewwel; madankollu jirrimarka li sistemi ta" sigurtà addizzjonali jistgħu jtaqqlu aktar il-karozzi tal-passiġġiera, u b'hekk iwasslu għal aktar emissjonijiet tal-CO2;

50.   Huwa mħasseb dwar l-impatt negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq li jirriżulta miż-żieda fil-veloċità medja tal-vetturi; għalhekk, jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta" rakkomandazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea għall-Istudju ta" Possibiltajiet Futuri ta" l-Infurzar ta" Kondizzjonijiet tajba għas-sewqan ta" vettura, ippubblikat mill-Kumitat ta' l-Ispezzjoni tal-Vetturi bil-Mutur (CITA) fl-2007; jirrakkomanda l-appoġġ għal kampanja ta" modifikar sikur u l-passi lejn l-introduzzjoni, kemm jista" jkun malajr, ta" sistemi ta" kontroll elettroniku ta" l-istabilità (ESC) bħala tagħmir standard;

51.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sistema tas-sigurtà tat-toroq billi teħtieġ lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar stretti r-rekwiżiti tat-taħriġ għal dawk li qed jitgħalmu jsuqu, iżidu t-taħriġ obbligatorju u jintroduċu regoli li jipprovdu taħriġ perjodiku għas-sewwieqa professjonali;

52.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq l-evalwazzjoni ta" l-ambjent 2007-2009 mħabbra, meħtieġa għall-miżuri biex jitnaqqas n-numru tal-vittmi ta" inċidenti tat-traffiku;

53.   Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa sistema li tippermetti lill-manifatturi tal-karozzi jipproduċu vetturi b'emissjonijiet tal-CO2 adizzjonali jekk dan jirriżulta minn miżuri ta" sikurezza li jorbtu legalment li jkunu ttieħdu fuq livell Komunitarju;

54.   Ma jemminx li fl-UE għandu jkun obbligatorju d-dawl mixgħul waqt is-sewqan bi nhar;

55.   Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, bħala fatt ta' prijorità, ittejjeb l-arranġamenti għall-ispezzjonijiet bejn il-fruntieri dwar il-vetturi u l-infurzar ta' multi imposti għall-ksur tar-regoli tat-traffiku fi Stat Membru barrani;

Jiddaħħal l-andament ġust fir-relazzjonijiet kummerċjali fl-industrija tal-karozzi

56.   Jiddikkjara li l-industrija Ewropea tal-karozzi hija waħda mill-industriji l-aktar kompetittivi fid-dinja; jemmen, madankollu, li l-kompetizzjoni inġusta u l-ksur tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali jheddu din il-pożizzjoni;

57.   Jenfasizza l-importanza tad-WTO għall-industrija tal-karozzi f'ambjent kummerċjali dejjem aktar globalizzat; jikkunsidra bħala importanti ferm li n-negozjati kurrenti fid-Doha Development Round jagħmlu s-swieq tal-pajjiżi terzi kemm jista" jkun aċċessibbli għall-produtturi tal-karozzi, b'mod partikolari lejn pajjiżi terzi kbar li għadhom jidħlu f'dan is-settur;

58.   Jenfasizza l-importanza tal-mekkaniżmu tad-WTO għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet fit-tfittxija ta' soluzzjonijiet għal problemi li għandhom x'jaqsmu ma" l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi; ifakkar fir-riżultat pożittiv tal-kwistjonijiet li tressqu quddiem id-WTO fil-każijiet tal-Kanada, ta" l-Indja u ta" l-Indoneżja;

59.   Jitlob għall-kawtela mill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tirrevedi l-istrumenti ta' difiża tal-kummerċ fil-prinċipju; ifakkar li l-industrija tal-karozzi tista' tkun soġġetta għal prattiki kontra l-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissalvagwardja l-filosofija bażika ta' l-istrumenti ta' difiża tal-kummerċ biex jiddefendu lill-industrija ta' l-UE minn prattiki inġusti;

60.   Ifakkar li l-konklużjoni b'suċċess ta' negozjati kummerċjali multilaterali għandha tibqa' prijorità għall-UE; madankollu, jappoġġja r-rieda tal-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet ta' kummerċ ġodda bilaterali primarjament ma' l-Asja, sabiex ittejjeb l-kundizzjonijiet ta' l-aċċess għas-suq; jisħaq li l-ftehimiet ta" kummerċ ħieles (FTAs) għandhom dejjem jimmiraw għal livell għoli ta" aċċess għas-suq tal-pajjiż imsieħeb; jinsisti li l-politika ta' l-UE għandha tissalvagwardja l-kompetittività tal-produtturi Ewropej tal-karozzi li jaħdmu fl-UE u fil-pajjiżi mhux fl-UE; hu konvint mill-importanza għall-industrija tal-karozzi li tikkonkludi ftehimiet bilaterali bejn l-UE u l-ASEAN, l-Indja u l-Mercosur;

61.   Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex, fil-qafas tan-negozjati kurrenti dwar l-FTA bejn l-UE u l-Korea, tassigura li l-Korea tabolixxi l-ostakli kollha mhux tariffarji eżistenti u li ma toħloqx oħrajn ġodda, u li timplimenta aktar r-regolamenti NU/KEE; jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra strateġija li taqta' bil-mod it-tariffi ta' importazzjoni ta' l-UE filwaqt li jkun hemm salvagwardji u, għalhekk jirrakkomanda li din l-istrateġija li taqta" bil-mod għandha tiġi konnessa mat-tneħħija ta' l-ostakoli mhux tariffarji min-naħa tal-Korea;

62.   Jerġa' jsostni li l-Korea iffirmat u rratifikat il-Ftehima UN/KEE ta" l-1958 u b'hekk ikkomettiet ruħha li timplimenta r-regolamenti UN/KEE standard; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tenfasizza dan matul in-negozjati ġejjiena u biex tinsisti għal implimentazzjoni mgħaġġla; jinnota li FTA għandha fi kwalunkwe każ tiddisponi b'mod ċar li l-Korea trid tagħti permess li karozzi importati mill-UE li jilħqu l-istandards UN/KEE jitqegħdu fis-suq Korean;

63.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-possibilità li jitwaqqaf Grupp ta" Ħidma dwar il-Karozzi u proċedura speċjali u mgħaġġla għas-soluzzjonijiet tal-kwistjonijiet relatati mal-karozzi, kif iddaħħlu fil-Ftehima tal-Kummerċ Ħieles bejn l-Istati Uniti u l-Korea;

64.   Jenfasizza l-importanza ta" sħubija mill-qrib maċ-Ċina fl-iżvilupp ta" qafas regolatorju li joffri kundizzjonijiet ugwali; jiddikkjara li l-ħarsien effettiv tad-drittijiet ta' proprijeta intellettwali huwa prekundizzjoni għal din it-tip ta' sħubija;

65.   Jilqa" b'sodisfazzjon it-talba tal-Kummissjoni sabiex jiġi stabbilit kumitat tad-WTO biex isolvi l-kwistjonijiet prinċipali relatati mat-trattament ta" parts tal-vetturi impurtati miċ-Ċina, li l-Kummissjoni qed tgħid li m'humiex konsistenti ma' bosta artikoli ta" ftehimiet varji tad-WTO;

66.   Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-ambjent regolatorju Ċiniż, immirati li jiżguraw li l-industriji ta" l-UE li joperaw f'dan is-suq igawdu minn regolamenti ġusti u ċertezza legali;

67.   Jiġbed l-attenzjoni għall-industrija Ewropea tat-tajers bħala kontributur importanti għas-settur Ewropew b'suċċess tal-karozzi; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina mill-qrib il-kwistjoni ta" ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ tekniku, bħar-regolamenti tekniċi lokali li l-industrija tat-tajers qed tiffaċċja fi swieq ewlenin Asjatiċi emerġenti;

Ir-Riċerka u l-Iżvilupp fis-settur tal-karozzi

68.   Huwa mħeġġeġ minn dak li nkiseb diġà bl-għajnuna tal-finanzjamenti u koperazzjoni Ewropej fir-riċerka u l-iżvilupp f'programmi bħal ma huma Is-Seba' Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, il-Programm Qafas dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni , u i2010; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex timmira l-programmi ta" ħidma aktar speċifikament lejn il-ħtiġijiet tas-settur tal-karozzi li jitfaċċaw minn leġiżlazzjoni jew miri mandatorji ġejjiena;

69.   Jistieden lill-Kummissjoni biex qabel l-2012 tadotta strateġija li żżid b'mod sinifikanti u biżżejjed l-finanzjament tar-Riċerka u l-Iżvilupp għas-settur tal-karozzi, filwaqt li tagħti attenzjoni partikulari lill-industriji tal-provvista;

70.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jagħmlu kwalunkwe żieda fil-finanzjament ġejjieni tar-Riċerka u l-Iżvilupp għas-settur tal-karozzi b'kundizzjoni fuq in-natura li torbot tal-miri ta" emissjonijiet tal-CO2;

71.   Jenfasizza l-importanza ta" bidla fl-użu tal-karozzi fl-ibliet; iqis li flimkien ma" karozzi li huma effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, l-introduzzjoni ta" karozzi ta" l-elettriku għall-ibliet hija essenzjali; għalhekk jitlob li jkun hemm appoġġ għar-riċerka u għall-iżvilupp fir-rigward tat-teknoloġiji meħtieġa;

72.   Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet ta" l-UE sabiex jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għar-riċerka u għall-iżvilupp fir-rigward ta" teknoloġiji innovattivi, bħall-muturi ta' l-idroġenu, il-batteriji li jaħdmu bl-idroġenu u bil-fjuwil jew l-ibridi;

73.   Jenfasizza l-potenzjal li joffru t-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) sabiex ikunu evitati l-effetti ħżiena fuq l-ambjent u s-saħħa pubblika, fuq l-inċidenti u fuq il-ħela ta" l-enerġija, meta din it-teknoloġija tiġi użata madwar l-UE kollha f'sistemi intelliġenti għall-kontroll u għall-immaniġġjar tat-traffiku mfassla biex jassiguraw il-fluss tat-traffiku mingħajr intoppi; hu tal-fehma li fl-interess li jkunu żgurati mezzi ta" komunikazzjoni effettivi bejn il-vetturi u l-infrastruttura fl-Istati Membri kollha, l-apparat ta" komunikazzjoni għandu jkun konformi ma" standards ta" l-UE;

74.   Huwa ta" l-opinjoni li l-użu ta" l-Inizjattiva Karozza Intelliġenti(11) , Galileo u strumenti oħra li jagħtu kontribut għal sistema tat-trasport intelliġenti huma ta" l-akbar importanza; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja b'mod qawwi dawn l-iżviluppi;

75.   Jappoġġja bis-sħiħ it-tkomplija tar-riċerka u ta" l-iżvilupp fir-rigward ta" l-innovazzjonijiet ibbażati fuq l-ICT; iqis li l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda jistgħu jiġu introdotti fl-Inizjattiva tal-Karozzi Intelliġenti sabiex jgħinu fit-tqassim tal-flussi tat-traffiku biex la darba jkun eħfef għas-sewwieqa li jieħdu d-deċiżjoni t-tajba u jagħżlu r-rotta mgħaġġla għad-destinazzjoni tagħhom, it-traffiku jibda jagħmel użu aħjar ta" l-enerġija; jistieden lill-parteċipanti kollha, b'mod partikulari lill-Istati Membri, biex jieħdu l-provedimenti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" l-eCall;

76.   Jikkunsidra li l-ħidma fuq sistemi tat-trasport intelliġenti hija ċ-ċavetta għas-suċċess ta' l-industrija tal-vetturi bil-mutur u għas-suċċess ta' l-isforzi biex jitnaqqas l-impatt ambjentali ta' l-industrija; iqis li Galileo għandu jissemma" bħala eżempju, u għalhekk is-sejbien ta' soluzzjoni għall-iffinanzjar ta' Galileo f'konsorzju fejn il-membri interessati jimpenjaw ruħhom li jiżviluppaw il-proġett għandha tkun prijorità;

77.   Jemmen li waħda mill-ewwel Komunitajiet ta" Għerf u Innovazzjoni (KICs) ta" l-Istitut Ewropew ta" l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandha tkun iddedikata għat-tnaqqis ta" CO2 fit-teknoloġija tal-vetturi;

Politika ta" l-irristrutturar u t-triq "l quddiem

78.   Iqis li huwa neċessarju li jkunu stabbiliti kundizzjonijiet ġenerali sabiex l-industrija tal-karozzi fl-UE tkun sostenibbli u tkun megħjuna tibqa" minn ta" quddiem fl-innovazzjoni teknoloġika, ekoloġika u soċjali bl-appoġġ ta" ħaddiema speċjalizzati ħafna;

79.   Jirrikonoxxi li kemm il-manifatturi kif ukoll il-fornituri fl-industrija tal-karozzi fl-UE għandhom ħaddiema speċjalizzati ħafna, fattur li kellu parti ewlenija fil-prestazzjoni ta' livell għoli ta' l-industrija tal-karozzi fl-UE;

80.   Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta" l-industrija tal-karozzi għall-impjiegi, it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività; jemmen li, għalkemm l-industrija tal-karozzi għandha tgħaddi minn bidla sostanzjali, iridu jsiru wkoll aġġustamenti tal-politika sabiex ikun żgurat li regolamenti tal-Komunità ma jwasslux għal telf ta" impjiegi;

81.   Isostni li l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ambjent, is-sikurezza tat-toroq, u l-effiċjenza ta" l-enerġija timplika ħtieġa għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali xierqa tal-ħaddiema sabiex ikunu jistgħu jadattaw aktar faċilment għall-bidliet, kemm dawk ta' natura teknika f'dak li hu regolament, u kif ukoll biex iżommu l-istess prospetti tax-xogħol jew itejbuhom;

82.   Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkordina l-użu effiċjenti tal-Fondi Strutturali u tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fejn jikkonċerna l-industrija tal-karozzi;

83.   Jitlob li tkun rifjutata l-għajnuna tal-Komunità lill-kumpaniji li, minħabba li dawn wara li jkunu rċivew għajnuna fi Stat Membru, jitrasferixxu l-attivitajiet ta' produzzjoni tagħhom f'pajjiż ieħor mingħajr ma jkunu ssodisfaw b'mod sħiħ il-ftehimiet li daħlu fis-seħħ ma' l-Istat Membru kkonċernat;

84.   Jenfasizza li, rigward il-futur tal-proċessi tar-ristrutturar, l-UE u l-Istati Membri għandhom bżonn ukoll li jiffukaw fuq metodi li jassistu l-irristrutturar u jiffaċilitaw l-effetti tiegħu u li joffru possibilitajiet ġodda għall-ħaddiema;

85.   Iqis li l-mezzi ta" informazzjoni u konsultazzjoni u l-makkinarju disponibbli għall-ħaddiema għandu jkun imsaħħaħ permezz tar-reviżjoni neċessarja tad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' tagħrif u ta' konsultazzjoni għall-impjegati(12) ;

86.   Isostni li l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u d-dritt tagħhom għall-informazzjoni għandha tissaħħaħ madwar l-Ewropa, sabiex tgħinhom ikunu involuti aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi stadju aktar bikri u għalhekk l-effetti ta" ħsara ta" l-irristrutturar ikunu mtaffija; għalhekk jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-proposta dwar il-forum ta" l-irristrutturar msemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar ir-rapport CARS 21;

87.   Jistieden lill-imsieħba soċjali sabiex jimplimentaw linji politiċi xierqa għal dawk li huma mhedda mir-ristrutturar ta' l-industrija;

88.   Jitlob li jkun hemm informazzjoni aħjar għal, u konsultazzjoni ma" l-impjegati fil-proċess ta" l-adattazzjoni ta" l-industrija għall-isfidi l-ġodda li jġibu magħhom id-disinn u l-produzzjoni ta' vetturi aktar favur l-ambjent;

89.   Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi rriveduta r-relazzjoni preżenti bejn il-produtturi u n-negozjanti, li l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività ta" l-industrija tal-karozzi fl-UE qed tagħmel ħsarat serji lil ħafna SMEs fis-settur; jemmen li hemm bżonn li l-kollaborazzjoni fl-oqsma ta" Riċerka u Żvilupp u fl-istrateġiji industrijali tkun imħeġġa fuq bażi aktar stabbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, għal dak l-għan, jadottaw il-politiki meħtieġa jew jistabilixxu l-qafas meħtieġ sabiex din ir-relazzjoni tkun stabbilita u d-diffikultajiet inerenti jingħelbu;

90.   Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jsir użu aktar sistematiku tar-riżorsi tal-Bank ta' Investiment Ewropew sabiex l-SMEs fis-settur tal-karozzi jkunu appoġġjati u jiksbu aċċess għall-kapital tar-riskju;

o
o   o

91.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P6_TA(2007)0176 .
(2) ĠU L 203, 1.8.2002, p.30.
(3) Komunikazzjoni Interpretattiva tal-Kummissjoni dwar il-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-vetturi li qabel kienu f'xi Stat Membru ieħor. (OJ C 68, 24.3.2007, p. 15).
(4) ĠU L 171, 29.6.2007, p.1.
(5) Direttiva tal-Kunsill 74/297/EEC ta" l-4 ta" Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-muntaġġi interni tal-vetturi bil-mutur (l-imġieba tal-mekkaniżmu ta" l-isteering f'każ ta" impatt) (ĠU L 165, 20.6.1974, p. 16).
(6) Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE tat-18 ta" Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma" l- ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta" vetturi bil-mutur (ĠU L 24, 30.1.1976, p. 6).
(7) Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE tas-16 ta" Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri li jirrigwardaw il-"head restraint" tas-sedili ta" vetturi bil-mutur(ĠU L 325, 20.11.1978, p. 1).
(8) ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.
(9) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.
(10) ĠU L 12, 18.1.2000, p.16.
(11) COM(2006)0059 .
(12) ĠU L 254, 30.9.94, p. 64.


It-Trattament Fiskali tat-Telf f'Sitwazzjonijiet Transkonfinali
PDF 112k   DOC 74k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar it-Trattament Fiskali tat-Telf f'Sitwazzjonijiet Transkonfinali (2007/2144(INI) )
P6_TA(2008)0008 A6-0481/2007

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Trattament Fiskali tat-Telf f'Sitwazzjonijiet Transkonfinali (COM(2006)0824 ),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'Il-Kontribut ta' Politika ta' Tassazzjoni u Dwana għall-Istrateġija ta' Liżbona' (COM(2005)0532 ),

–   wara li kkunsidra l-każistika ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (Qorti tal-Ġustizzja), notevolment il-każi C-250/95, Futura Participations SA u Singer v. Administration des contributions (1) , C-141/99, AMID v. Belgische Staat (2) , Każijiet konġunti C-397/98 u C-410/98 (Metallgesellschaft) Ltd. and Others v. Commissioners of Inland Revenue and HM Attorney General (3) , C-446/03, Marks & Spencer plc v. David Halsey (HM Inspector of Taxes (4) ) , u C-231/05, Oy AA (5) ,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 rigward it-twaqqif ta' Kunsill Ewropew għax-Xogħolijiet jew il-proċedura f'impriżi ta' skala Komunitarja u fi gruppi ta' skala Komunitarja ta' impriżi għall-iskop ta' informazzjoni u konsultazzjoni ta' l-impjegati(6) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2005 dwar it-tassazzjoni ta' intrapriżi fl-Unjoni Ewropea: bażi fiskali korporattiva komuni u konsolidata(7) ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm tal-Komunità għat-titjib fit-tkabbir u l-impjiegi u għall-kompetittività msaħħa tan-negozju fl-UE: Iżjed Progress matul l-2006 u l-passi li jmiss lejn proposta l-Bażi Taxxabbli Korporattiva Komuni u Konsolidata (CCCTB) (COM(2007)0223 ),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Settembru 2007 dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Waħdani: L-iffaċċjar ta' ostakoli u ineffiċjenzi permezz ta' implimentazzjoni u infurzar aħjar(8) ,

–   wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0481/2007 ),

A.   billi s-sistemi fiskali nazzjonali ta' l-Istati Membri jridu jqisu dejjem iżjed il-globalizzazzjoni ta' l-ekonomija u jiffaċċjaw ir-regoli u l-funzjonament tas-suq intern, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona f'termini ta' tkabbir u ta' kompetittività,

B.   billi l-globalizzazzjoni ta' l-ekonomija żiedet il-kompetizzjoni fiskali b'tali mod li f'dawn l-aħħar 30 sena tat lok għal żieda drastika fir-rati fiskali medji korporattivi f'pajjiżi industrijalizzati,

C.   billi wara l-aħħar tkabbir iż-żieda fir-rati fiskali ġiet intensifikata mill-aħħar tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, u billi fl-Istati Membri hemm xejra ċara li jiddaħħlu skemi fiskali speċifiċi biex jiġu attirati, b'mod partikulari, kumpaniji mobbli;

D.   billi l-fatt li hemm 27 sistema fiskali differenti fl-Unjoni Ewropea jirrappreżenta impediment għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jikkawża spejjeż addizzjonali kunsiderevoli għan-negozju u l-kummerċ transkonfinali f'termini ta' amministrazzjoni u konformità, itellef ir-ristrutturar korporattiv, u jwassal għal każi ta' tassazzjoni doppja,

E.   billi t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-konformità fir-rigward tad-diversi liġijiet nazzjonali dwar it-taxxa korporattiva, it-trasparenza tar-regoli, it-tneħħija ta' ostakoli fiskali li jxekklu attivitajiet transkonfinali u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ugwali għal intrapriżi ta' l-UE li joperaw fis-suq intern jistgħu jwasslu għal gwadanji ekonomiċi ma' l-UE kollha permezz ta' ambjent korporattiv dinamiku,

F.   billi koordinazzjoni fiskali xierqa fuq il-livell ta' l-UE li ma tipprovax tarmonizza r-rati tat-taxxa tista' tikkontribwixxi biex jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jistgħu jiġġeneraw benefiċċji li jistgħu jiġu maqsuma iżjed fil-wisa' bejn l-intrapriżi, l-impjegati, il-konsumaturi , l-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom,

G.   billi l-kisba ta' l-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Liżbona teħtieġ iżjed koordinazzjoni tal-politika fiskali ta' l-Istati Membri,

H.   billi l-Istati Membri, bħala tradizzjoni, ippruvaw jikkoordinaw ir-reġimi fiskali tagħhom permezz ta' netwerk estensiv ta' trattati fiskali bilaterali li ma jkoprux b'mod sħiħ kwistjonijiet bħall-eżenzjoni għat-telf transkonfinali, billi, fi ħdan l-Unjoni Ewropea, l-approċċ bilaterali huwa inqas effiċjenti u jwassal għal inqas konsistenza minn approċċ multilaterali u kkoordinat; billi approċċ komuni ta' l-UE li jkun ibbażat fuq bażi fiskali korporattiva u konsolidata - bħall-proposta tas-CCCTB - huwa l-iżjed soluzzjoni adegwata għat-tpattija tat-telf u l-profitti fi ħdan is-suq intern u għandu jwassal għal iżjed trasparenza, investiment u kompetittività,

I.   billi l-Istati Membri jimplimentaw regoli differenti dwar l-għoti ta' eżenzjoni mit-taxxa għal telf imġarrab minn fergħat, sussidjarji u entitajiet ta' gruppi korporattivi, u b'hekk ifixklu d-deċiżjonijiet kummerċjali u l-politiki ta' investiment fis-suq intern b'konsegwenzi fuq l-istrateġiji industrijali adegwati u għat-tul u fuq id-dħul fiskali tagħhom,

J.   billi prattikament is-sistemi fiskali kollha ta' l-Unjoni Ewropea jintaxxaw il-profitti u t-telf b'mod asimettriku, fis-sens li l-profitti huma ntaxxati għas-sena li jkunu saru iżda l-valur fiskali tat-telf ma jitħallasx lura b'mod awtomatiku lill-kumpanija meta jiġġarrab; billi l-każistika riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tanalizzax kif xieraq dak il-fattur tal-ħin u l-importanza tiegħu fir-rigward ta' l-investimenti transkonfinali li dejjem qed jiżdiedu fl-Unjoni Ewropea,

K.   billi l-implimentazzjoni ta' reġim transkonfinali ta' eżenzjoni mit-taxxa fuq telf ikun ifisser ir-rinunzja ta' dħul fiskali korporattiv f'ċerti Stati Membri mingħajr ċerti assigurazzjonijiet legali,

L.   billi t-telf li jsir mill-fergħat domestiċi awtomatikament se jitqies fir-riżultat nett tal-kumpanija primarja, iżda s-sitwazzjoni hija inqas ċara għal telf li jkun sar minn fergħat barranin, kif ukoll minn membri domestiċi u barranin ta' xi grupp.

M.   billi n-nuqqas ta' eżenzjoni għat-telf transkonfinali jirrappreżenta ostakolu għad-dħul f'ċerti swieq, u jiffavorixxi l-istabbiliment fi Stati Membri kbar fejn id-daqs tas-suq domestiku jkun kbir biżżejjed biex jassorbi t-telf possibbli li jista' jsir,

N.   billi s-sitwazzjoni deskritta tpoġġi lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fi żvantaġġ, minħabba li huma inqas kapaċi jagħmlu investimenti transkonfinali f'ambjent ta' inċertezza dwar l-eżenzjoni għat-telf u għax spiss iġarrbu telf fil-fażi inizjali,

1.   Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu rigward l-effett negattiv tad-diversità tal-metodi applikati fl-Istati Membri għat-trattament tat-telf transkonfinali, fuq it-tħaddim tas-suq intern;

2.   Jinnota li kull miżura li timpedixxi l-libertà ta' l-istabbiliment tmur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat KE, u li t-tneħħija ta' ostakoli bħal dawn għandha għalhekk tkun l-objettiv ta' azzjoni mmirata; ifakkar li fil-każ tal-kumpaniji, ir-reġimi fiskali differenti joħolqu ostakoli għad-dħul fi swieq nazzjonali differenti u għat-tħaddim xieraq tas-suq intern, jgħawġu l-kompetizzjoni, u jfixklu ż-żamma ta' kundizzjonijiet ugwali għall-intrapriżi fuq il-livell ta' l-UE u li għalhekk dawn jixirqilhom li tingħatalhom attenzjoni bħal din;

3.   Iqis li l-interventi maħsuba għal-livell ta' l-UE fil-qasam ta' l-interċettazzjoni fiskali tat-telf transkonfinali jistgħu jġibu magħhom benefiċċji akbar fit-tħaddim tas-suq intern;

4.   Juri l-appoġġ tiegħu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Trattament Fiskali tat-Telf f'Sitwazzjonijiet Transkonfinali bħala pass importanti fl-iffaċċjar tas-sitwazzjoni u jitlob għal koordinazzjoni adegwata bejn l-Istati Membri fir-rigward ta' l-iskedi u s-soluzzjonijiet;

5.   Jenfasizza li kwalunkwe miżura mmirata li tintroduċi eżenzjoni għat-telf transkonfinali għandha tkun definita abbażi ta' approċċ multilaterali u komuni u ta' azzjoni koordinata mill-Istati Membri sabiex jiġi garantit l-iżvilupp koerenti tas-suq intern; ifakkar li miżuri mmirati bħal dawn jirrappreżentaw soluzzjoni intermedja sakemm issir l-adozzjoni tas-CCCTB; iqis li s-CCCTB tirrappreżenta soluzzjoni komprensiva u għat-tul għall-ostakoli fiskali konnessi mat-tpattija tat-telf u l-profitti f'sitwazzjonijiet transkonfinali, kif ukoll għall-prezzijiet tat-trasferiment u l-għaqdiet bejn kumpaniji (merger) u l-akkwisti transkonfinali u għall-operazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni, u li għandha tikkompleta l-kisbiet ta' suq intern b'kompetizzjoni ġusta;

6.   Jirrimarka li xi Stati Membri japplikaw metodi varji għat-tneħħija tat-tassazzjoni doppja, jew billi jikkreditaw it-taxxa mħallsa barra l-pajjiż (il-metodu ta' kreditu) jew billi jeżentaw id-dħul barrani mill-bażi fiskali (il-metodu ta' eżenzjoni); jinnota li huma ftit biss dawk l-Istati Membri li japplikaw il-metodu ta' eżenzjoni u li ma jipprovdux eżenzjoni fuq telf imġarrab minn fergħat barranin;

7.   Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-każi meta t-telf imġarrab minn stabbilimenti permanenti ma jkunx ikkumpensat bil-profitti tas-sede prinċipali, ikun hemm differenza fit-trattament meta mqabbel mas-sitwazzjoni purament domestika li tikkostitwixxi impediment għal-libertà ta' l-istabbiliment;

8.   Iqis li huwa ta' prijorità li jkun hemm azzjoni favur il-gruppi ta' intrapriżi li jwettqu negozju f'aktar minn Stat Membru wieħed, u li huma propju dawk il-gruppi li jbatu minn nuqqas ta' ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tat-telf transkonfinali meta mqabbla ma' gruppi ta' intrapriżi li jwettqu negozju fi Stat Membru wieħed;

9.   Iqis, b'mod partikulari, li d-distorzjonijiet li jinbtu minn nuqqas ta' ugwaljanza fil-metodi nazzjonali huma ta' żvantaġġ għall-SMEs, b'mod partikulari fir-rigward ta' parteċipanti potenzjali u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri speċifiċi f'dan il-qasam;

10.   Ifakkar li hemm arranġamenti ġenerali għal eżenzjoni transkonfinali għat-telf bejn il-kumpaniji sussidjarji u l-kumpaniji primarji (gruppi) u li għalhekk, fi ħdan grupp ta' kumpaniji, it-telf ma jitqiesx b'mod awtomatiku bl-istess mod li jitqies fi ħdan kumpanija;

11.   Jirrimarka li l-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri jipprevedu għal eżenzjoni għat-telf domestiku għall-gruppi, u b'hekk jittrattawhom b'mod effettiv bħala entità waħda, iżda jirrimarka wkoll li ftit huma dawk li jagħmlu dan fir-rigward ta' sitwazzjonijiet transkonfinali; ifakkar li n-nuqqas ta' eżenzjoni transkonfinali għall-gruppi tista' tfixkel deċiżjonijiet ta' investiment rigward tal-post u l-forma legali ta' l-investimenti (fergħa jew sussidjarja);

12.   Jirrikonoxxi li l-estensjoni tar-reġimi domestiċi għal sitwazzjonijiet transkonfinali hija diffiċli għax is-sistemi fiskali huma differenti;

13.   Iħeġġeġ biex l-eżenzjoni għat-telf transkonfinali rilevanti tiġi rikonoxxuta, għalkemm għandna nżommu f'moħħna li jeħtieġ issir iżjed elaborazzjoni fil-fond fir-rigward ta' l-iskema ta' eżenzjoni għat-telf transkonfinali; jissuġġerixxi li għandu jiġi deċiż jekk l-eżenzjoni għat-telf transkonfinali għandhiex tkun limitata għas-sussidjarji fir-rigward tal-kumpanija primarja jew bil-kontra u li għalhekk għandha ssir evalwazzjoni bir-reqqa ta' l-effetti baġitarji ta' l-iskema li permezz tagħha l-profitti tas-sussidjarji jkunu jistgħu jpattu għat-telf tal-kumpanija primarja;

14.   Iqis li s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-każ Marks & Spencer trid tiġi interpretata li tiddifferixxi lill-Istati Membri d-dritt li jżommu s-sistemi fiskali tagħhom, b'mod speċjali fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' evażjoni tat-taxxa;

15.   Jinnota li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Oy AA turi li s-sistemi fiskali nazzjonali differenti ma jittrattawx it-telf bl-istess mod, u li għalhekk m'huwiex ċar jekk it-telf ikunx jista' jiġi kkonsolidat fis-sitwazzjonijiet transkonfinali kollha fi ħdan grupp, anke jekk dan ikun finali, u b'hekk dan jirriżulta f'sitwazzjoni spoporzjonata kif intwera fil-każ Marks & Spencer ;

16.   Jemmen li l-gruppi korporattivi għandhom ikunu trattati kemm jista' jkun bl-istess mod kemm jekk huma preżenti f'diversi Stati Membri jew f'Stat Membru wieħed biss; jenfasizza li f'sitwazzjonijiet li jinvolvu telf transkonfinali minn kumpaniji sussidjarji barranin, għandha tiġi evitata t-tassazzjoni doppja tal-kumpanija primarja, il-kompetenza fiskali għandha tkun imqassma bejn l-Istati Membri b'mod ġust, it-telf m'għandux ikun ikkumpensat darbtejn u għandha ssir prevenzjoni għall-evażjoni tat-taxxa;

17.   Huwa tal-fehma li jkun utli jekk jitnieda dibattitu fuq id-definizzjoni u l-karatteristiċi tal-gruppi korporattivi fl-UE, li jqis l-eżistenza ta' istituzzjonijiet komuni Ewropej bħall-'kumpanija Ewropea' u s-'Soċjetà koperattiva Ewropea', mingħajr il-ħsieb, madankollu, li jiġi limitat l-ambitu tal-miżuri għat-telf transkonfinali b'mod esklussiv għal dawn l-istituzzjonijiet;

18.   Itenni l-importanza li jiġi ddefinit il-kunċett ta' 'grupp korporattiv' sabiex jiġi evitat li l-kumpaniji jqassmu b'mod opportunistiku l-profitti u t-telf tagħhom fost l-Istati Membri; iqis li, sabiex jiġi ddefinit grupp korporattiv, jaf ikun utli li jiġu identifikati karatteristiċi kritiċi speċifiċi fi ħdan l-intrapriża, bħal m'hu previst fid-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE rigward it-twaqqif ta' Kunsill Ewropew għax-Xogħolijiet jew il-proċedura f'impriżi ta' skala Komunitarja u fi gruppi ta' skala Komunitarja ta' impriżi għall-iskop ta' informazzjoni u konsultazzjoni ta' l-impjegati,

19.   Jilqa' t-tliet alternattivi proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Trattament Fiskali tat-Telf f'Sitwazzjonijiet Transkonfinali; juri l-appoġġ tiegħu għal miżuri mmirati li għandhom jippermettu tnaqqis effettiv u immedjat ta' telf minn kumpaniji sussidjarji barranin (annwali, mhux biss f'każ ta' telf definittiv bħall-każ Marks and Spencer ) li għandu jkun irkuprat ladarba l-kumpanija sussidjarja inkwistjoni tibda tagħmel il-qligħ permezz ta' taxxa addizzjonali korrispondenti fuq il-kumpanija primarja;

20.   Jirrakkomanda, sabiex dawk il-proposti jkunu jistgħu jiġu implimentati b'tali mod li jevitaw l-evażjoni tat-taxxa, li jiġi kkunsidrat jekk ikunx xieraq li titwaqqaf sistema awtomatika ta' skambju ta' l-informazzjoni, bħas-sistema VIES għat-taxxa tal-VAT, sabiex l-Istati Membrji jkunu jistgħu jivverifikaw jekk ikunx hemm bażijiet fiskali negattivi ddikjarati minn kumpaniji sussidjarji fi Stati Membri oħrajn;

21.   Madankollu, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistħarreġ possibilitajiet oħrajn biex il-kumpaniji jkollhom bażi fiskali korporattiva u konsolidata għall-attivitijiet li jagħmlu fl-UE kollha;

22.   Jirrimarka li huwa importanti ħafna li ssir analiżi ulterjuri bir-reqqa fir-rigward ta' l-evalwazzjoni tal-punt sa fejn l-iskema ta' eżenzjoni għat-telf transkonfinali li qed tiġi proposta tista' tippromwovi l-attività transkonfinali ta' l-SMEs;

23.   Jirrimarka li kwalunkwe miżura mmirata rigward it-trattament fiskali ta' telf f'sitwazzjoni transkonfinali li tiddaħħal minn Stat Membru individwali waħidha mhix se ssolvi l-problemi tad-distorzjoni tal-kompetizzjoni u ta' l-ispejjeż għoljin ta' konformità li l-intrapriżi ta' l-UE jiffaċċjaw biex joperaw fis-suq intern, li jirriżultaw miż-żamma ta' 27 sistemi fiskali differenti;

24.   Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jipproċedu b'mod ikkoordinat meta jintroduċu miżuri mmirati għall-eżenzjoni għat-telf transkonfinali fi ħdan kumpanija waħda jew grupp wieħed; ifakkar fil-ħtieġa ta' koordinazzjoni iżjed b'saħħitha fir-rigward ta' kwistjonijiet fiskali bejn Stati Membri u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu rwol proattiv;

25.   Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex twaqqaf CCCTB uniformi; jinnota li CCCTB se twassal għal iżjed trasparenza u effiċjenza billi tippermetti li l-kumpaniji joperaw bl-istess regoli, kemm f'pajjiżhom u kemm barra minnu, billi toħloq kundizzjonijiet ugwali u ssaħħaħ il-kompetittività ta' l-intrapriżi ta' l-UE, billi żżid in-negozju u l-investiment transkonfinali u b'hekk toħloq il-kundizzjonijiet adatti biex jitgawdew il-benefiċċji kollha tas-suq intern fir-rigward ta' l-investiment u t-tkabbir, u billi tnaqqas ukoll b'mod sinifikanti l-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż ta' konformità u l-possibilità ta' l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi;

26.   Ifakkar li s-CCCTB tinvolvi regoli komuni fir-rigward tal-bażi fiskali u li din ma taffettwa bl-ebda mod il-libertà ta' l-Istati Membri li jibqgħu jistipulaw ir-rati fiskali tagħhom;

27.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi s-CCCTB fil-qafas tal-koperazzjoni aktar mill-qrib ukoll; madankollu jirrimarka li din hija t-tieni l-aħjar soluzzjoni, għax jekk fl-UE kollha ma jkunx hemm sistema komprensiva, il-benefiċċji tat-trasparenza u t-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi jistgħu jkunu limitati;

28.   Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) [1997] ECR I-2471.
(2) [2000] ECR I-11619.
(3) [2001] ECR I-1727.
(4) [2005] ECR I-10837.
(5) Sentenza tat-18 ta' Lulju 2007.
(6) ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.
(7) ĠU C 286E, 23.11.2006, p.229.
(8) Testi Adottati , P6_TA(2007)0367 .


L-istrateġija Komunitarja 2007–2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol
PDF 151k   DOC 132k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar l-istrateġija Komunitarja 2007–2012 għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (2007/2146(INI) )
P6_TA(2008)0009 A6-0518/2007

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Intejbu l-kwalità u l-produttività fuq ix-xogħol: Strateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol" (COM(2007)0062 ) u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkompanjawha (SEC(2007)0214 ) u, (SEC(2007)0215 ), (SEC(2007)0216 ),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikoli 2, 136, 137, 138, 139, 140, 143 u 152 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea(1) u b'mod partikulari l-Artikoli 27, 31 u 32 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' l-ILO fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,

–   wara li kkunsidra d-direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jitħeġġeġ it-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol(2) (direttiva qafas) u d-direttivi individwali tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000, dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji marbuta ma' meta wieħed jiġi espost għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol(3) ,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-20 ta" Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/477/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikati u razzjonalizzati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika(4) ,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza wara il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-8 sad-9 ta' Marzu 2007,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2002 dwar l-istrateġija tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(5) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar il-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(6) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 b-rakkomandazzjonijiet dwar il-ħarsien tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa Ewropej minn infezzjonijiet ġejjin mid-demm minħabba korrimenti li jirriżultaw minn labar tas-siringi(7) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd(8) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar statistiċi tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(9) ,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007, dwar l-epatite Ċ(10) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0518/2007 ),

A.   billi hemm korrelazzjoni pożittiva bejn il-kwalità ta' l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u r-rendiment finanzjarju f'termini ta' rendiment globali, assenteiżmu, rati ta' rotazzjoni tal-persunal, motivazzjoni tal-ħaddiema, immaġni korporattiva mtejba u produttività,

B.   billi li l-biċċa l-kbira ta' l-ekonomiji kompetittivi għandhom l-aqwa rekords ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol (occupational health and safety - OHS), u li livelli għolja ta' ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà għandhom effett pożittiv fuq il-finanzi pubbliċi f'termini ta' ffrankar ta' sigurtà soċjali u produttività ogħla; billi l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà ma jikkontribwixxix biss għall-produttività, ir-rendiment u l-benesseri tal-ħaddiema iżda jirriżulta wkoll fi frankar għall-ekonomija u għas-soċjetà kollha kemm hi,

C.   billi hemm bżonn ta' aktar riċerka dwar l-effetti fuq perjodu ta' żmien twil ta' xi attivitajiet tax-xogħol sabiex il-ħaddiema jiġu mħarsa aħjar, minħabba li ċertu mard jitfaċċa biss wara li jkunu għaddew diversi snin minn meta tkun twettqet l-attività li tikkawżah,

D.   billi hemm tħassib li t-tnaqqis fin-numru ta' każijiet ta' aċċidenti fuq il-post tax-xogħol ma kienx mifrux b'mod uniformi minħabba li ċerti kategoriji ta' ħaddiema (eż. migranti, ħaddiema b'kuntratti prekarji, nisa, ħaddiema iktar żgħażagħ jew ixjeħ), ċerti kumpaniji (b'mod partikulari ntrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u mikrointrapriżi), ċerti setturi ta' attività (b'mod partikulari tal-bini, tas-sajd, ta' l-agrikoltura u tat-trasport), u ċerti Stati Membri juru rati ta' aċċidenti u ta' mard fuq il-post tax-xogħol ħafna ogħla mill-medja ta' l-UE,

E.   billi l-miżuri tal-ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandhom dejjem jiffurmaw parti mill-kultura tan-negozju, u billi din il-kultura għandha timxi id f'id mat-taħriġ ta' tul il-ħajja tal-ħaddiema u tal-maniġers,

F.   billi kultura ta' ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol implimentata b'mod konsistenti fin-negozju tista' tgħin biex il-proċeduri OHS jiġu implimentati b'mod mhux burokratiku u b'hekk jiġi żgurat ħarsien effettiv,

G.   billi l-perjodi ta' serħan huma ta' importanza kbira għal standard għoli ta' ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema,

H.   billi l-ILO tagħmel stima li fl-2006 madwar 167,000 persuna mietu fl-UE minħabba aċċident tax-xogħol jew marda relatata max-xogħol, u billi l- Kummissjoni fil-komunikazzjoni dwar it-titjib tal-kwalità u tal-produttività fuq ix-xogħol - tagħmel stima li kull sena madwar 300, 000 ħaddiem isofru minn diżabilità permanenti fi gradi different,

I.   billi strateġija ġenwina dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha tkun ibbażata fuq it-taħlita t-tajba ta' li ġej: kuxjenza suffiċjenti min-naħa ta' kulħadd, edukazzjoni u taħriġ iffokati, servizzi u kampanji ta' prevenzjoni adegwati, djalogu soċjali u parteċipazzjoni tal-ħaddiema, leġiżlazzjoni u implimentazzjoni adegwati, enfasi partikolari fuq gruppi speċifiċi, għall-setturi ta' attività u għal tipi differenti ta' intrapriżi, ispezzjonijiet effiċjenti u penali proporzjonati u dissważivi,

J.   billi l-ħaddiema li qed jixjieħu għandhom iżommu saħħithom, il-kapaċità tax-xogħol u d-dispożizzjoni għall-impjieg tagħhom sakemm ikun possibbli u li għandhom jiġu adottati miżuri għal dan il-għan,

K.   billi l-ispezzjonijiet għandhom irwol ewlieni bħala strument biex tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni eżistenti u għalhekk biex tiġi evitata kwalunkwe forma ta' sfruttament fuq il-post tax-xogħol, biex b'hekk ikompli jiġi promoss il-kunċett ta' xogħol deċenti. jikkunsidra li l-ispetturi għandhom jiġu appoġġjati b'kooperazzjoni aktar mill-qrib u l-iskambju ta' informazzjoni bejn spetturi fl-Istati Membri,

L.   billi l-evalwazzjoni tar-riskju fuq livell ta' negozju ma tistax tiġi kkunsidrata bħala attività ta' darba biss, iżda għandha titwettaq b'mod perjodiku u għandha tiġi adattata skond ir-riskji u/jew iċ-ċirkostanzi ġodda, billi n-nuqqas li jsiru evalwazzjonijiet ta' riskju jew meta dawn ma jsirux b' mod xieraq, , huwa kontra l-liġi u huwa wieħed mill-kawżi ta' inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol,

M.   billi ma hemm l-ebda statistika disponibbli rigward l-effetti negattivi ta' nirien fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,

N.   billi l-ħaddiema tal-kura tas-saħħa jinsabu f'riskju li jaqbadhom iktar minn 20 virus potenzjalment fatali, inklużi l-epatite B, l-epatite Ċ, u l-HIV/AIDS,

O.   billi waħda mill-miri ta'l-Istrateġija ta' Liżbona hija rata ta' impjieg ġenerali ta' 70% u kif ukoll rata ta' impjieg ta' 60% għan-nisa u ta' 50% fost il-ħaddiema aktar anzjani sa l-2010, u billi l-ħaddiema b'mard kroniku jew b'mard fit-tul ta' sikwiet ma jerġgħux lura għax-xogħol, minkejja li jkunu meqjusa li huma kapaċi li jagħmlu dan u billi dawk li jirritornaw għax-xogħol ta' sikwiet jiffaċċjaw diskriminazzjoni multipla bħal pereżempju tnaqqis fid-dħul tagħhom, u billi dan huwa veru b'mod partikulari għall-pazjenti tal-kanċer peress li l-parti l-kbira ta' studji riċenti juru li wieħed minn kull ħames pazjenti tal-kanċer tas-sider ma jirritornawx għax-xogħol, minkejja li jkunu jistgħu,

P.   billi aktar nisa milli irġiel huma impjegati fis-suq tax-xogħol klandestin mingħajr assigurazzjoni, fatt li inevitabilment għandu konsegwenzi sinifikattivi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sigurtà skond liema kundizzjonijiet dawn qed ikunu impjegati,

Q.   billi n-nisa u l-irġiel ma jiffurmawx grupp omoġenju, għalhekk strateġiji u miżuri biex itejbu l-OHS iridu jkunu aġġustati b'mod speċifiku għal postijiet tax-xogħol partikulari, li jikkunsidraw l-fatt li xi fatturi jistgħu jħallu impatt differenti fuq in-nisa milli fuq l-irġiel,

1.   Jilqa' l-mira ambizzjuża tal-Kummissjoni għal medja ta' tnaqqis ta' 25% ta' l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol madwar l-UE; jirrikonoxxi li ċ-ċifri jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor minħabba l-punt ta' tluq differenti, iżda jikkunsidra li xorta waħda huwa importanti li jkun hemm miżuri mmirati tajjeb u ċari flimkien ma' skeda u impenji finanzjarji li wara jkunu jistgħu jiġu mkejla u evalwati; dawn, jistieden lill-Kummissjoni biex fin-nuqqas ta' tali miżuir, skeda ta' żmien u impenji biex tieħu ħsieb li tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew fl-istadju tan-nofs tal-perjodu ta' l-istrateġija tagħha ta'l-2007-2012;

2.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw kif jixraq l-inugwaljanzi mhux biss dawk bejn Stati Membri iżda wkoll dawk fi ħdan Stati Membri individwali, u biex jimpenjaw ruħhom li jnaqqsuhom;

3.   Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni biex jintużaw strumenti li ma jorbtux fejn liġijiet obbligatorji mhumiex possibbli jew mhumiex xierqa, li jippermettu li l-Istati Membri jkollhom il-flessibilità biex isibu soluzzjonijiet li jagħtu l-aqwa riżultati ta' saħħa u sigurtà fiċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom;

4.   Jilqa' l-enfasi akbar tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni regolatorja u t-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi, filwaqt li jinnota li filwaqt li s-simplifikazzjoni tipprovdi benefiċċji aħjar liċ-ċittadini, din tgħin ukoll biex kemm min iħaddem u kif ukoll l-impjegati jikkonċentraw bl-istess mod fuq l-immaniġġjar prattiku tas-saħħa u s-sigurtà sabiex jiżguraw riżultati aħjar; jikkunsidra li huwa ta' importanza ewlenija li simplifikazzjoni bħal din bl-ebda mod ma tnaqqas mil-livell ta' protezzjoni li tingħata lill-ħaddiema;

5.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità fl-istrateġija tagħha għal dawk l-attivitajiet u/jew l-industriji li jinvolvu riskji partikularibħal per eżempju, xogħol tal-metall, bini, elettriku jew foresterija;

6.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi aktar mill-qrib lill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fil-proċess tagħha, u b'mod partikulari biex tistidinha sabiex tippreżenta evalwazzjoni ta' liema industriji għandhom l-ogħla riskju ta' aċċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol u kif tali riskju jista' jiġi megħlub b'mod effettiv;

7.   Jikkunsidra li l-attenzjoni qawwija tal-Kummissjoni fuq l-għajnuna lill-SMEs biex jissodisfaw l-obbligi tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom hija eċċellenti u jappoġġja bis-sħiħ l-approċċ tagħha;

8.   Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hija siekta dwar il-miri għat-tnaqqis ta' mard relatat max-xogħol iżda jifhem id-diffikultà biex wieħed ikejjel mard relatat max-xogħol; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-użu u l-implimentazzjoni ta' proċeduri eżistenti ta' l-istatistika sabiex il-mard fuq il-post tax-xogħol jiġi identifikat u kkalkulat b'mod korrett, u b'mod partikolari l-kanċer fuq ix-xogħol, bl-iskop li jiġu ffissati miri għat-tnaqqis tiegħu; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li tissostitwixxi r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/670/KE dwar l-iskeda Ewropea dwar il-mard b'rabta max-xogħol(11) b'direttiva;

9.   Jenfasizza l-ħtieġa li s-sessi jingħataw l-importanza xierqa meta jkunu indirizzati kwistjonijiet rigward is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol u jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistieden għall-preparazzjoni ta' metodi uniċi ta' l-analiżi ta' l-impatt fl-OHS fir-rigward ta' l-element speċifiku tas-sessi;madanakollu, jikkritika l-Kummissjoni għal falliment li tikkunsidra b'mod xieraq l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fil-komunikazzjoni tagħha, jew fil 'Miri għall-Istrateġija Kommunitarja 2007-2012' jew fl- 'Evalwazzjonijiet ta'l-Impatt';

10.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza d-disponibilità ta" statistiċi klassifikati skond is-sessi fil-livell Komunitarju dwar mard fatali relatat max-xogħol u dak mhux fatali;

11.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw direttivi attwali OHS b'mod aktar sensittiv għas-sessi, biex jimplimentaw analiżi ta' l-impatt għas-sessi ta' dawn id-direttivi;

12.   Jenfasizza li r-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema wara li jkunu mardu jew wara aċċident fuq il-post tax-xogħol huma vitali u jfaħħar l-attenzjoni speċjali fuq ir-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid mitluba fl-istrateġiji nazzjonali; jikkunsidra li huwa importanti li l-gvernijiet jiżguraw, fl-istrateġiji tas-saħħa u s-sigurtà tagħhom, l-obbligu taż-żamma tax-xogħol (permezz ta' taħriġ, allokazzjoni mill-ġdid tal-ħidmiet eċċ) għal dawk il-persuni li jkunu esperjenzaw mard fiżiku jew mentali waqt il-ħajja tax-xogħol tagħhom;

13.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor aktar ċifri u data dwar ħaddiema b'mard kroniku u biex tanalizza l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u biex tfassal karta għall-ħarsein tad-drittijiet tal-pazjenti tal-kanċer u persuni oħra b'mard kroniku u, bil-għan li l-kumpaniji jkunu meħtieġa biex jagħmluha possibbli sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jkomplu fl-impjieg tagħhom waqt il-kura tagħhom u sabiex ikunu jistgħu jirritornaw għas-suq tax-xogħol wara li tispiċċa l-kura;

14.   Jesprimi tħassib qawwi rigward ir-rata għolja wisq ta' aċċidenti fost ħaddiema temporanji u ħaddiema li jkunu qed jaħdmu għal terminu ta" żmien qasir, u bi kwalifiki baxxi, li f'xi Stati Membri hija ta' l-inqas id-doppju ta' dik tal-ħaddiema oħra, filwaqt li jirrikonoxxi l-korrelazzjoni bejn dawn il-kategoriji ta' impjiegi u l-impjiegi f'industriji b'riskju ogħla bħall-industrija tal-bini; jinnota li d-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE tal-25 ta' Ġunju 1991 li tissuplementa l-miżuri biex jitħeġġeġ it-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol ta' ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' mpjieg b'dewmien fiss jew ta' mpjieg temporanju(12) , tistabbilixxi bħala regola ġenerali li l-ħaddiema temporanji għandhom l-istess drittijiet tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol bħal ħaddiema b' kuntratt permanenti iżda tonqos milli tistabbilixxi mekkaniżmi speċifiċi biex dan il-prinċipju jkun jista' jitħaddem fil-prattika; jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza dawn in-nuqqasijiet bħala kwistjoni ta' urġenza;

15.   Jinnota wkoll in-numru jiżdied ta" kuntratti ta" l-impjieg atipiċi u jenfasizza li l-kundizzjonijiet li joffru jistgħu jkunu ta" riskju għas-saħħa u s-sigurtà ta" l-impjegati u l-kuntratturi;

16.   Jitlob għal miżuri li josservaw drittijiet tas-sigurtà u s-saħħa għal nisa f'postijiet tax-xogħol atipiċi bħal dawk tal-kura ta" persuni morda d-dar;

17.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw bis-sħiħ l-implikazzjonijiet tal-bidla demografika fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; b'mod partikulari jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-miżuri ta' prevenzjoni u biex jadottaw miżuri maħsuba biex jikkumpensaw għad-deklin fiżiku, b'mod partikulari permezz ta' l-ergonomija u l-ippjanar tal-postijiet tax-xogħol, u permezz ta' miżuri u inċentivi mfassla biex iżommu l-motivazzjoni, il-kapaċitajiet u s-saħħa tal-ħaddiema li jkunu qed jixjieħu;

18.   Jinnota r-rabta pprovata xjentifikament bejn l-istress dejjem akbar fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkaġunat minn dan l-istress, b'mod partikulari l-mard kroniku, il-mard kardjovaskolari u l-mard muskoluskeletali;

19.  Jikkunsidra li huwa ferm importanti li tiġi żgurata applikazzjoni aħjar ta' l-istrumenti legali eżistenti dwar l-OHS u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-mezzi kollha disponibbli sabiex jiksbu dan; il-mużuri li għandhom jitqiesu għandhom jinkludu:

   a) rekwiżiti minimi għall-kwalità ta' servizzi preventivi u ispezzjonijiet tax-xogħol,
   b) sanzjonijiet aktar ħarxa,
   c) valutazzjonijiet aħjar ta' l-implimentazzjoni leġiżlattiva,
   d) skambju ta' l-aħjar prattika,
   e) kultura msaħħa tal-prevenzjoni u sistemi ta' twissija minn kmieni inkluż aċċess usa' tas-soċjetà għall-informazzjoni rigward il-kundizzjonijiet b'rabta max-xogħol u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
   f) involviment akbar ta' l-impjegati fuq il-post tax-xogħol,
   g) tħeġġiġ lil min iħaddem biex jissodisfa l-impenji tiegħu fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol,
   h) tisħiħ ta' l-użu tal-ftehim tad-djalogu soċjali;

20.   Jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha nuqqas kbir ta' riżorsi biex tivverifika sew it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tad-direttivi dwar is-sigurtà b'rabta max-xogħol; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tagħmel użu mill-mezzi kollha disponibbli għaliha, inkluż użu usa' tal-proċedimenti ta' ksur;

21.   Jinnota li l-ħarsien ta' l-OHS għandu japplika b'mod ugwali għall-ħaddiema kollha fl-Unjoni Ewropea, li tali ħarsien fl-aħħar mill-aħħar huwa bbażat fuq id-dritt fundamentali għall-integrità fiżika, u li d-derogi mil-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien ta' l-OHS jipperikolaw is-saħħa tal-ħaddiema u l-opportunitajiet indaqs, u jistgħu joħolqu sitwazzjoni fejn il-kompetizzjoni bejn l-istati differenti twassalgħat-triq tan-niżla fir-rigward ta' din il-protezzjoni;

22.   Jitlob lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha bl-istess mod fl-evalwazzjonijiet ta" l-impatt fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol kif timpenja ruħha fl-ambjent;

23.   Jikkunsidra l-ispezzjonijiet tax-xogħol bħala parti essenzjali ta' l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni għas-saħħa u s-sigurtà;

  a) għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex:
   i) tipprovdi lill-Kumitat ta'l-Ispetturi Anzjana tax-Xogħol (SLIC) bir-riżorsi neċessarji biex tiżgura li dan jista' jopera b'mod effettiv, wara studju dwar kif jista' jkun l-aktar effettiv u jipprovdi l-aħjar valur,
   ii) tkompli tiżviluppa sistemi ta' tqassim ta' għarfien biex jiġu żgurati reazzjonijiet effettivi għat-talbiet ta' informazzjoni u koperazzjoni,
   iii) tibda riċerka ta' evalwazzjoni dwar l-effikaċja u l-impatt ta' attivitajiet ta' ispezzjoni kif propost mill-SLIC, bl-iskop li jiġu stabbiliti objettivi ta' ispezzjoni kwantitattivi u kwalitattivi komuni, biex b'hekk tħeġġeġ l-użu ta' l-ispettorati bħala faċilitaturi fil-ħolqien ta' kultura effiċjenti u effettiva tas-saħħa u s-sigurtà fost il-ħaddiema kollha;
   iv) tintroduċi modijiet biex jiġu evalwati s-sistemi nazzjonali ta' ispezzjoni, l-aktar permezz ta' twaqqif ta' tabelli ta' evalwazzjoni,
  b) u jistieden lill-Istati Membri biex:
   i) jipprovdu riżorsi finanzjarji u ta' persunal adegwati għall-ispettorati nazzjonali tagħhom,
   ii) iżidu d-densità ta' l-ispetturi tax-xogħol, biex jiġi żgurat li ta' l-inqas ikun hemm proporzjon ta' 1 għal kull 10,000 ħaddiem, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta' l-ILO,
   iii) iżidu l-kwalità ta' l-ispetturi tax-xogħol billi jipprovdu iktar taħriġ multidixxiplinarju f'oqsma bħall-psikoloġija, l-ergonomija, l-iġjene, ir-riskji ambjentali u t-tossikoloġija,
   iv) jiffokaw l-ispezzjonijiet fuq oqsma ta' prijorità u fuq setturi u intrapriżi b'livelli għolja ta' inċidenti u b'livelli għolja ta' gruppi vulnerabbli bħal ħaddiema migranti, ħaddiema ta' aġenziji temporanji, ħaddiema ta' sengħa u edukazzjoni baxxi, u ħaddiema żgħażagħ u ħaddiema li qed jixjieħu;

24.  Jirrikonoxxi li l-prevenzjoni hija ta' importanza ċentrali u jistieden lill-Kummissjoni biex fl-istrateġijatagħha:

   a) tiżgura li min iħaddem jirrikonoxxi u jissodisfa r-responsabilitajiet tiegħu billi jipprovdi servizzi preventivi xierqa fuq postijiet tax-xogħol kollha, filwaqt li jirrikonoxxi li attitudini responsabbli mill-impjegati tiegħu għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom stess hija importanti wkoll;
   b) tinkuraġġixxi li s-servizzi ta' prevenzjoni jkunu multidixxiplinarji bis-sħiħ u jirriflettu l-ġerarkija tal-miżuri pprovduti fid-Direttiva 89/391/KEE;
   c) tenfasizza li l-evalwazzjoni tar-riskju għandha tkun proċess kontinwu u mhux obbligu ta' darba, bl-involviment sħiħ ta' l-impjegat;
   d) tiżgura li kemm jista' jkun l-attivitajiet ta' prevenzjoni jitwettqu internament;
   e) tiżgura li s-sorveljanza tas-saħħa timxi id f'id mal-prevenzjoni;
   f) tadatta l-leġiżlazzjoni tagħha dwar is-saħħa u s-sigurta? fuq ix-xogħol fuq bażi regolari biex tirrifletti l-progress teknoloġiku;

25.   Jenfasizza l-importanza ta' l-Istati Membri li jiżguraw li l-aċċess għal dokumenti tekniċi u regoli li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurta? fuq il-post tax-xogħol fuq livell nazzjonali jkun b'xejn;

26.   Jifraħ lill-Kummissjoni rigward il-proposti dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ li hemm fil-Komunikazzjoni tagħha u jikkunsidra li dan huwa fattur importanti fl-iżvilupp ta' kultura preventiva u li barra minn hekk dan għandu jkun proċess kontinwu li jibqa' għaddej, adattat għas-sitwazzjoni teknoloġika ġdida fuq il-post tax-xogħol; u dan japplika wkoll għal dawk il-ħaddiema li jmorru lura x-xogħol wara mard jew waqfiet fil-karriera minħabba responsabbilitajiet ta' kura tal-familja;

27.   Jikkunsidra li għandhom jiġu offruti taħriġ vokazzjonali adattat u taħriġ mill-ġdid fil-qasam tas-saħħa u s-sigurta? fuq il-post tax-xogħol lill-impjegati u lir-rappreżentanti tas-saħħa u tas-sigurta? b'attenzjoni speċifika mogħtija lil: sotto-kuntratti, xogħol temporanju, xogħol part-time, ħaddiema nisa u ħaddiema migranti; jikkunsidra li fondi nazzjonali u ta' l-UE għandhom jibqgħu jintużaw f'dan ir-rigward;

28.   Jikkunsidra li min iħaddem għandu jkun obbligat jiffaċilita l-eżamijiet mediċi għal min jaħdem bil-ġurnata u għal nies b'kuntratti ta' impjieg part-time;

29.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża bis-sħiħ il-fondi Komunitarji eżistenti (speċjalment il-Fond Soċjali Ewropew) fi kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurta? (prevenzjoni u żvilupp ta' kultura preventiva, tqajjim ta' kuxjenza, taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni tul il-ħajja kollha, rijabilitazzjoni u integrazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema li jkunu ġarrbu inċident fuq ix-xogħol jew mard) u indirizzati b'mod partikulari lill-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni biex talloka fondi Komunitarji oħra (pereżempju fondi mis-7 Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka) u fondi nazzjonali għar-riċerka dwar mard relatat max-xogħol;

30.   Jikkunsidra li huwa importanti, meta wieħed jikkunsidra r-riskju akbar li huma esposti għalih il-ħaddiema fis-setturi tal-minjieri, tal-metallurġija, tal-produzzjoni tal-ħadid u l-azzar u l-bini tal-vapuri, li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jallokaw fondi suffiċjenti għall-investimenti meħtieġa biex ikunu ggarantiti l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;

31.   Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiżguraw approċċ sistematiku sensittiv għas-sessi, meta jiżviluppaw strateġiji nazzjonali u Komunitarji OHS u meta jiġbru statistiki, meta jwettqu sondaġġi u meta jwettqu riċerka OHS; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jużaw il-possibilitajiet ta" ffinanzjar provduti f'dan ir-rigward mill-programm PROGRESS, b'mod partikulari skond it-taqsima rigward l-ugwaljanza tas-sessi;

32.   Jistieden lill-Istati Membri biex jivvalutaw l-adozzjoni ta' inċentivi finanzjarji biex jippromwovu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikulari r-rifużjonijiet tat-taxxa jew preferenzi fis-sejħiet għal offerti għal intrapriżi mingħajr perikli u negozji ċertifikati fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà, l-introduzzjoni ta' sistema ta' " no-claims discount" fil-poloz ta' l-assikurazzjoni u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u inċentivi finanzjarji biex jinbidel apparat skadut jew perikoluż;

33.   Barra minn dan, jissuġġerixxi li l-Istati Membri jikkunsidraw il-possibilità li jinkorporaw ċerti standards ta" saħħa u sigurtà meta jagħtu kuntratti pubbliċi;

34.   Filwaqt li jikkunsidra l-bidliet soċjali u ekonomiċi li għaddejjin bħalissa, li jinfluwenzaw u jbiddlu wkoll is-suq tax-xogħol, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ politiki tajbin ta" impjieg u kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol, u sabiex tħeġġeġ lil min iħaddem sabiex jippromwovi stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol permezz ta" kampanji li jippromwovu s-saħħa fuq ix-xogħol, l-infurzar tal-projbizzjoni tat-tipjip fuq il-post tax-xogħol u skemi biex l-impjegati li jpejpu jiġu appoġġjati biex jieqfu mit-tipjip, u sabiex tiżgura koerenza politika ma' oqsma oħrajn, speċjalment is-saħħa pubblika.

35.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jitħeġġeġ titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ta' ħaddiema tqal u nisa li jkunu welldu reċentement jew li jkunu qed ireddgħu(13) ;

36.   Jikkunsidra li l-problemi tas-saħħa relatati ma' l-esponiment għall-asbestos huma magħrufa sew u li r-regolament Ewropew dwar l-asbestos huwaxieraq; jenfasizza l-fatt li huwa maħsub li fl-Ewropa se jkun hemm rata għolja ta' mard li ġej mill-asbestos għall-ħafna snin li ġejjin; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza sessjoni ta' smigħ dwar kif għandhom jiġu trattati l-problemi kbar ta' l-OHS relatati ma' asbestos eżistenti fil-bini u kostruzzjonijiet oħra bħall-vapuri, ferroviji u makkinarji; jistieden ukoll lill-Istati Membri biex ifasslu pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni biex jitneħħa l-asbestos, inklużi obbligi biex ikun hemm pjanta ta' l-asbestos fil-bini u provvediment għat-tneħħija ta' l-asbestos mingħajr perikli;

37.   Jiddispjaċih li minkejja t-talbiet ripetuti u speċifiċi tal-Parlament, il-Kummissjoni għad trid tipproponi l-emendar tad- Direttiva 2000/54/KE bil-ħsieb li tindirizza r-riskji serji għas-saħħa tal-ħaddiema, li ġejjin minn xogħol bil-labar u strumenti mediċi li jaqtgħu; jitlob lill-Kummissjoni biex tħaffef tikkompleta l-istudju dwar l-impatt permezz tas-Sejħa għall-Offerti (2007/S 139-171103) u jitlob li ssir emenda xierqa li għandha tiġi adottata sewwa qabel it-tmiem tal-leġiżlatura f'nofs l-2009, b'konformità mar-riżoluzzjoni msemmija qabel dwar il-protezzjoni ta' ħaddiema Ewropej fis-settur tas-saħħa minn-infezzjonijiet fid-demm minn feriti magħmula permezz tal-labra tas-siringa; jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta miżuri ta' prevenzjoni u ta' screening adegwati biex jitnaqqas ir-riskju ta' mard li jittieħed mid-demm bħalma hi l-epatite Ċ;

38.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu t-tmexxija f'idejha biex jiġi żviluppat u miftiehem kodiċi ta' prattika ta' l-UE dwar il-prevenzjoni ta' infezzjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa;

39.   Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-saħħa u s-sigurta? f'ambjenti tal-kura tas-saħħa, inklużi djar ta' kura, billi jittieħdu miżuri biex jiġi mħeġġeġ iskrining ta' rutina għall-persunal tal-kura tas-saħħa biex jippermetti skoperta u trattament bikrija sabiex jitnaqqsu l-infezzjonijiet marbuta max-xogħol jew li huma komunikabbli fuq ix-xogħol, bħall-MRSA;

40.   Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rekwiżit biex l-Istati Membri jfasslu strateġiji nazzjonali; jenfasizza li dawn l-istrateġiji għandhom ikopru l-istess perjodu ta' żmien u jibdew fl-istess sena sabiex ikun aktar faċli li jsir paragun kemm ta' l-istrateġiji nazzjonali u kif ukoll tar-riżultati tagħhom u li għandhom ukoll jistabbilixxu miri ċari u li jistgħu jitkejlu u b'attenzjoni speċjali fuq l-SMEs u l-gruppi vulnerabbli bħal ħaddiema migranti, ħaddiema żgħażagħ u ħaddiema li qed jixjieħu, nisa, ħaddiema ta' aġenziji temporanji u ħaddiema b'diżabilità;

41.   Jenfasizza l-fatt li huwa essenzjali li l-post tax-xogħol isir aċċessibbli u jkun mingħajr perikli għall-ħaddiema b'diżabilita?, permezz tal-provvediment ta' akkomodazzjoni raġjonevoli, il-provvediment ta' apparat speċjali adattat għall-ħtiġijiet individwali, u permezz tal-provvediment ta' dawk is-servizzi tas-saħħa meħtieġa minn nies b'diżabilita?, speċifikament minħabba d-diżabilita? tagħhom, inklużi servizzi mfassla biex jiġu minimizzati u evitati diżabilitajiet oħra;

42.   Jitlob kemm lill-Kummissjoni u kif ukoll lill-Istati Membri biex japplikaw u jinfurzaw bis-sħiħ, irrispettivament mill-istejtus legali tagħhom, id-direttiva qafas u d-dispożizzjonijiet eżistenti tas-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema kollha u biex jemendaw il-leġiżlazzjoni attwali għal ċerti professjonijiet fir-riskju, jekk din ma rriżultatx effikaċi, inklużi dawk li ta' sikwit jiġu injorati, bħall-ħaddiema fis-settur agrikolu, il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ix-xufiera professjonali, il-ħaddiema domestiċi u l-ħaddiema tad-dar u tal-militar, fejn ikun xieraq; kif ukoll biex jiżguraw l-applikazzjni u l-infurzar bis-sħiħ tad-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impjieg u x-xogħol(14) ; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-għażliet kollha disponibbli sabiex jestendu d-dispożizzjonijiet ta' l-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà għal dawk li jaħdmu għal rashom u għas-servizzi ta' impjieg mingħajr perikli offruti lil nies b'diżabilita?;

43.   Jistieden lill-Istat Membri biex jikkunsidraw b'mod serju r-riskji differenti relatati mas-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol għal impjegati nisa u rġiel u biex jipprovdu infrastruttura differenti soċjali u fiżika biex jilqgħu għal dawn ir-riskji;

44.   Jenfasizza li l-ħtieġa li jkunu analizzati r-riskji li n-nisa u l-irġiel jiffaċċjaw u li jittieħdu miżuri xierqa, ma jfissirx l-introduzzjoni mill-ġdid ta' politiki protettivi ta' esklużjoni, jew l-iżvilupp ta" impjiegi differenti għan-nisa u għall-irġiel;

45.   Iqis li filwaqt li l-obbligu ta' sigurtà ta' min iħaddem huwa strettament limitat għal dawk il-persuni li magħhom huwa marbut b'mod legali permezz ta' kuntratt ta' impjieg, sabiex il-politika tas-saħħa u s-sikurezza tiġi inkluża fil-politika CSR dawk li jħaddmu għandhom ikunu mħeġġa, fejn ikun possibbli, li jeżaminaw il-politiki tas-saħħa u tas-sikurezza tas-sottokuntratturi tagħhom u tal-katina tas-sottokontratti;

46.   Jistenna r-riżultat tat-tieni fażi ta' konsultazzjoni ta' l-imsieħba soċjali dwar il-problemi skeletro-muskolari (MSDs) u jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-possibilita' tipproponi direttiva, minħabba l-okkorrenza dejjem ikbar ta' MSDs u li l-leġiżlazzjoni attwali tista' tkun inadegwata u ma tindirizzax is-sitwazzjonijiet kollha tax-xogħol u l-anqas ma tkopri r-riskji kollha li jikkonċernaw l-MSDs relatati max-xogħol; jinnota li l-prinċipji xjentifiċi għandhom jiġu kkunsidrati bis-sħiħ;

47.   Jistenna r-riżultat tat-tieni fażi ta' konsultazzjoni ta' l-imsieħba soċjali dwar ir-reviżjoni tad-direttiva ta' l-2004 dwar karċinoġeni u jikkunsidra li l-għażla mixtieqa għandha tkun li tiġi emendata dik id-direttiva sabiex tinkludi sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni u li tipproponi reviżjoni tal-valuri massimi vinkolanti għall-espożizzjoni (BOELVs) għal karċinoġeni u mutaġeniċi elenkati fid-direttiva u biex jitwaqqfu BOELVs ġodda għal xi karċinoġeni, mutaġeniċi u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni li għadhom mhux inklużi fid-direttiva;

48.   Ifakkar li t-theddid għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mhux marbut biss max-xogħol manwali; jitlob li tingħata aktar attenzjoni lill-kawżi li jwasslu għall-mard mentali u lis-saħħa mentali, il-vizzji u lill-perikli psikoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, bħal m'huma l-istress, il-fastidju u l-aggressjoni minn klikek (mobbing), kif ukoll il-vjolenza u barra minn hekk jitlob li ssir enfasi akbar fuq il-politiki ta" min iħaddem għall-promozzjoni ta" saħħa fiżika u mentali tajba;

49.   Jidhirlu li huwa essenzjali li jkun hemm koordinazzjoni akbar ma" l-Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi (ECHA) il-ġdida f'Helsinki u li jiġu ċċarati numru ta" kwistjonijiet li jirriżultaw f'rabta mar-relazzjoni ta" bejn ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2006 rigward ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tal-Kimiċi (REACH)(15) u d-direttivi l-oħra rigward is-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

50.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw kif jixraq l-implimentazzjoni simultanja ta' l-istrateġija Komunitarja u r-Regolament tar-REACH: l-istrateġija għandha tfittex li tikkumplementa r-Regolament tar-REACH dwar il-ħarsien kontra l-perikli kimiċi u għandha tapprofitta ruħha mill-opportunità li tqawwi l-azzjoni preventiva kontra l-perikli kimiċi fuq il-post tax-xogħol f'rabta ma' l-implimentazzjoni tar-REACH;

51.   Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjoni riċenti tal-ftehim ta' qafas bejn l-imsieħba soċjali dwar fastidju u vjolenza fuq il-post tax-xogħol; madankollu, jiddispjaċih li dan l-ftehim ta' l-aħħar ma jkoprix b'mod espliċitu l-kwistjoni ta' vjolenza ta' partijiet terzi; għalhekk jistieden lill-imsieħba soċjali biex jiddiskutu ftehim multisettorjali dwar din il-kwistjoni;

52.   Jenfasizza l-kundizzjonijiet diffiċli tax-xogħol għal ħafna xufiera tat-trakkijiet li jsuqu fl-Ewropa, minħabba n-nuqqas ta' aċċess għal faċilitajiet xierqa ta' mistrieħ: L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006(16) , dwar il-ħin ta' sewqan u ta' mistrieħ, jirrikonoxxi b'mod espliċitu l-importanza ta' numru suffiċjenti ta' faċilitajiet ta' mistrieħ u mingħajr periklu għal xufiera professjonali tul in-network ta' l-awtostrada ta' l-UE; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli l-proġett pilota għal zoni mingħajr periklu u mgħammra bis-sigurta? ta' pparkjar li ġie mibdi mill-Parlament, filwaqt li tikkunsidra l-miżuri rakkomandati fl-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar zoni għall-ipparkjar mingħajr periklu u mgħammra bis-sigurta(17) ?;

53.   Jistieden lill-Kummissjoni biex tibda r-riċerka dwar il-fattibilita? u l-benefiċċji għas-saħħa u s-sigurta? fuq ix-xogħol u għas-soċjeta? kollha kemm hi, li jkun hemm rekwiżit li, fejn dan ma jkunx ta' periklu, il-binjiet kollha ġodda li huma maħsuba bħala postijiet tax-xogħol jiġu installati bi sprinklers kontra n-nar;

54.   Jenfasizza l-importanza ta' djalogu kontinwu bejn il-partijiet interessati kollha inklużi l-awtoritajiet pubbliċi, min iħaddem, ir-rappreżentanti tagħhom u s-soċjetà ċivili bħala għodda ewlenija fl-iżvilupp effettiv ta' standards għolja tas-saħħa u s-sigurtà; dan id-djalogu għandu jwassal għal għarfien aħjar tar-riskji reali għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll tal-ħtiġijiet u rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti gruppi ta' ħaddiema fil-livelli settorjali u tan-negozju u għal skambju ta' l-aħjar prattiki;

55.   Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw rappreżentanza xierqa tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-livelli kollha fir rigward ta' l-OHS;

56.   Jikkunsidra r-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR) bħala waħda mill-għodod effettivi biex tssaħħaħ il-kompetittivita?, ikun hemm sigurta? aħjar fuq il-post tax-xogħol, u ambjent aħjar tax-xogħol, u f'dan ir-rigward iħeġġeġ l-iskambju ta' prattiki tajbin fil-livelli lokali, nazzjonali u Ewropej fost l-Istati Membri u globalment fil-livell multinazzjonali kif ukoll l-applikazzjoni ta' CSR fuq bażijiet volontarja, iżda bħala parti integrali ta' l-istrateġiji ta' negozju għall-iżvilupp;

57.   Jikkunsidra li r-rappreżentanza ta' l-impjegati hija ta' importanza maġġuri għal kwalunkwe politika ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol; jikkunsidra li l-korrelazzjoni pożittiva bejn l-eżistenza ta' rapprezentanti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u rendiment aħjar ma tistax tiġi sottovalutata u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-approċċ parteċipattiv u jiżguraw li kemm jista' jkun ħaddiema jkollhom aċċess għar-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà;

58.   Jikkunsidra li ħinijiet tax-xogħol eċċessivi/perjodi ta' mistrieħ insuffiċjenti huma fattur importanti fil-livell ogħla ta' aċċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol u jitlob bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja;

59.   Jifraħ lill-OHSA u lill-Fondazzjoni Ewropea dwar it-Titijib ta' Kundizzjonijiet ta' Ħajja u Xogħol għax-xogħol li għamlu s'issa u huwa ta' l-opinjoni li l-għarfien speċjalizzat u l-poteri ta' dawn l-organizzazzjoniiet għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ; jikkunsidra li dawk il-korpi għandhom ikomplu jintużaw bħala strumenti ta' tqajjim ta' kuxjenza, ġbir, analiżi u skambju ta' informazzjoni, skambju ta' prattiki tajba u investigazzjoni biex jiġu antiċipati riskji ġodda u emerġenti, kemm jekk huma kkawżati minn bidla soċjali kif ukoll jekk huma marbutin ma' l-innovazzjoni teknika;

60.   Jikkunsidra li huwa kruċjali li jiġu identifikati u mmonitorjati r-riskji ġodda u li qegħdin jitfaċċaw - eż. riskji psikosoċjali; għalhekk jifraħ lill-osservatorju tar-riskji ta' l-OHSA tal--ħidma tiegħu u jitlob lill-Kummissjoni taġixxi fuq is-sejbiet tiegħu u tressaq il-proposti neċessarji meta jiġu identifikati riskji ġodda;

61.   Jirrakkomanda lill-Istati Membri li jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex ix-xogħol li jsir f'kundizzjonijiet iebsa u perikolużi jimxi id f'id mad-drittijiet ta' ħarsien soċjali tal-persuni kkonċernati, kemm waqt li jkunu qed jaħdmu u meta jkunu bil-pensjoni;

62.   Jirrakkomanda li l-OHSA twettaq riċerka speċifika dwar il-problemi u r-riskji partikulari li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema temporanji u l-ħaddiema ta' l-aġenziji u kif ukoll dawk f'intrapriżi subappaltati sabiex tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kontra r-riskji affaċċjati u biex jimplimentaw kif xieraq il-leġiżlazzjoni eżistenti li tikkonċerna dawn il-gruppi, filwaqt li jirrikonoxxi li t-tip ta' xogħol li jsir minn dawn il-gruppi, bħalma huwa l-bini, f'ċerti Stati Membri għandu, minħabba n-natura tiegħu, aktar tendenza li jinvolvi inċidenti;

63.   Huwa tal-fehma li f'ambjent globali, hemm bżonn ta' kooperazzjoni ma' organizzazjonijiet internazzjonali bħad-WTO, il-WHO, u l-ILO u hemm bżonn li jiġi żgurat li l-konvenzjonijiet u l-ftehim internazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol jiġu adottati u implimentati mill-partijiet kollha; jikkunsidra li dan huwa fattur importanti sabiex tinżamm il-kompetittività ta' l-UE u biex jiġi evitat li l-intrapriżi Ewropej jiġu trasferiti lill-pajjiżi terzi sabiex ifittxu ambjent legali ta' saħħa u sigurtà aktar permissiv; barra minn hekk, jikkunsidra li din hija kwistjoni ta' ħarsien tad-drittijiet ta-bniedem u għalhekk għandha tiġi indirizzata waqt in-negozjati ma' pajjiżi terzi;

64.   Għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw id-dispożizzjonjiet internazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà u b'mod partikulari biex jirratifikaw il-Konvenzjoni C-187 ta' l-ILO u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni R-197;

65.   Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.
(2) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(3) ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21.
(4) ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21.
(5) ĠU C 300 E, 11.12.2003, p. 290.
(6) ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 400.
(7) ĠU C 303 E, 13.12.2006, p.754.
(8) Testi adottati, P6_TA(2007)0206 .
(9) Testi Adottati, P6_TA(2007)0501 .
(10) Testi adottati, P6_TA(2007)0102 .
(11) ĠU L 238, 25.9. 2003, p.28.
(12) ĠU L 206, 29.7.1991, p.19.
(13) ĠU L 348, 28.11.1992, p.1.
(14) ĠU L 303, 2.12.2000, p.16.
(15) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(16) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.
(17) ĠU C 175, 27.7.2007, p. 88.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Settembru 2008Avviż legali