Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 10 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Istruzzjonijiet konsulari komuni: elementi ta' identifikazzjoni bijometriċi u applikazzjonijiet għal viża ***I
 Opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta' sħubija KE/Mawritanja fil-qasam tas-sajd *
 Flotot tas-sajd ta' l-UE affettwati mill-kriżi ekonomika *
 Ċensiment tar-Roma fuq bażi ta' l-etniċità fl-Italja
 Is-sitwazzjoni fiċ-Ċina wara t-terrromot u qabel il-Logħob Olimpiku
 Dokument ta' strateġija dwar it-tkabbir tal-Kummissjoni
 Is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe
 Spazju u s-sigurtà
 Il-Kashmir
 Il-Bangladexx
 Il-piena tal-mewt

Istruzzjonijiet konsulari komuni: elementi ta' identifikazzjoni bijometriċi u applikazzjonijiet għal viża ***I
PDF 645kWORD 148k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward ta" l-introduzzjoni tal-bijometriċi inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi (COM(2006)0269 – C6-0166/2006 – 2006/0088(COD))
P6_TA(2008)0358A6-0459/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0269),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u 62(2)(b)(ii) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0166/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0459/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari fir-rigward ta" l-introduzzjoni tal-biometriċi inklużi dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi

P6_TC1-COD(2006)0088


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62 (2) b) ii) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(1),

Billi:

(1)  Biex ikun żgurat li l-ivverifikar u l-identifikazzjoni ta" l-applikanti għall-viża jkunu affidabbli huwa meħtieġ li d-data biometrika tiġi proċessata fis-Sistema ta" Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS) stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (2) u li jkun provdut qafas legali għat-teħid ta" dawn l-identifikaturi biometriċi. Barra minn dan, l-implimentazzjoni tal-VIS tinħtieġ forom ġodda ta" organizzazzjoni għar-riċeviment ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi.

(2)  L-integrazzjoni ta" l-identifikaturi biometriċi fil-VIS hija pass importanti lejn l-użu ta" elementi ġodda, li jistabbilixxu rabta aktar affidabbli bejn id-detentur tal-viża u l-passaport sabiex jiġi evitat l-użu ta" identitajiet foloz. Għalhekk, il-preżentazzjoni personali ta" l-applikant għall-viża – almenu għall-ewwel applikazzjoni – għandha tkun waħda mill-ħtiġiet bażiċi għall-ħruġ ta" viża bir-reġistrazzjoni ta" identifikaturi biometriċi fil-VIS.

(3)  ▌ Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (3) jipprovdi li l-marki tas-swaba" u r-ritratti ta" l-applikant għandhom jintrefgħu fil-VIS. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-istandards għall-ġbir ta" dawn l-identifikaturi biometriċi billi jirreferi għad-dispożizzjonijiet relevanti stipulati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta" l-Avjazzjoni Ċivili (l-ICAO). Mhumiex meħtieġa aktar speċifikazzjonijiet tekniċi biex tkun żgurata l-interoperabbilità.

(4)  L-arranġamenti biex jintlaqgħu l-applikanti għandhom isiru bir-rispett li jixraq għad-dinjità u l-integrità tal-bniedem. L-ipproċessar ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi għandu jitmexxa b'manjiera professjonali u rispettuża u jkun proporzjonali għall-objettivi segwiti.

(5)  Sabiex tkun iffaċilitata r-reġistrazzjoni ta" l-applikanti għall-viża u jitnaqqsu l-ispejjeż għall-Istati Membri jeħtieġ li jiġu previsti possibbiltajiet organizzattivi ġodda apparti l-qafas eżistenti ta" "rappreżentanza". Qabel xejn, tip speċifiku ta" rappreżentanza limitata għar-riċeviment ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi u r-rilevar ta" l-identifikaturi biometriċi għandhom jiżdiedu ma" l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni.

(6)  Għandhom jiddaħħlu għażliet oħra bħal m'huma l-ko-lokazzjoni, iċ-ċentri komuni għall-applikazzjonijiet u l-esternalizzazzjoni. Għandu jiġi stabbilit qafas legali xieraq għal dawn l-għażliet filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari kwistjonijiet dwar it-tħaris tad-data. Bil-għan li tkun żgurata l-integrità tal-proċess tal-ħruġ tal-viżi kull attività marbuta mal-ħruġ tal-viżi, inkluż il-ġbir tad-data bijometrika, għandha titwettaq fil-bini ta" Stat Membru li jkun igawdi l-ħarsien diplomatiku jew konsulari taħt il-liġi interazzjonali jew f'bini tal-Kummissjoni Ewropea li jkun irrikonoxxut mill-Istat ospitanti bħala wieħed invjolabbli. Skond il-qafas legali li jiġi stabbilit l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jiddeċiedu liema tip ta" struttura organizzattiva se jużaw f'kull wieħed mill-pajjizi terzi. Id-dettalji dwar dawk l-istrutturi għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq sit komuni ta" l-internet tal-viża ta" Schengen.

(7)  Meta jkunu qed jorganizzaw il-kooperazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant ikun iggwidat lejn l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar ta" l-applikazzjoni tiegħu/tagħha.

(8)  Peress li l-ħruġ tal-viżi hu min-natura tiegħu stess kompitu pubbliku, kull deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet ċentrali ta" Stat Membru li jesternalizzaw parti mill-proċess tat-trattament tal-viżi lil fornitur estern tas-servizzi għandha tittieħed biss jekk ma tkun teżisti l-ebda possibilità oħra u jekk tkun debitament iġġustifikata. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu stabbiliti b'konformità stretta mal-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-ħruġ tal-viżi, u b'rispett lejn l-obbligi għat-tħaris tad-data stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta" l-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar tad-data personali u l-moviment ħieles ta" din id-data(4).

(9)  Kull kuntratt li Stat Membru jikkonkludi ma" fornitur estern tas-servizzi għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet preċiżi tal-fornitur, l-aċċess dirett u totali għall-uffiċċji tiegħu; l-informazzjoni ta" l-applikanti, il-kunfidenzjalità, il-konformità mar-regoli għall-ħarsien tad-data u ċ-ċirkustanzi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għas-sospenzjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-kuntratti ma" fornituri esterni tas-servizzi ikunu infurzabbli.

(10)  L-Istati Membri għandhom ifittxu li jorganizzaw l-ilqugħ ta" l-applikazzjonijiet għal viża, ir-reġistrazzjoni ta" l-identifikaturi bijometriċi u l-intervista b'tali mod li min japplika għal viża jkollu jidher personalment darba waħda biss sabiex jakkwista viża (il-prinċipju one-stop-shop).

(11)  Il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data ħareġ opinjoni skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2000 fuq il-ħarsien ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u fuq il-moviment ħieles ta" data bħal din(5) u l-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 skond l-Artikolu 30(1)(c) tad-Direttiva 95/46/KE.

(12)  Id-Direttiva 95/46/KE tapplika għall-ipproċessar ta' data personali b'applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madanakollu, ċerti punti għandhom jiġu ċċarati b'mod partikolari fir-rigward tar-responsabilità għall-ipproċessar tad-data, tal-ħarsien tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data u tas-superviżjoni dwar il-ħarsien tad-data.

(13)  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħtu aċċess dirett għall-uffiċċji konsulari tagħhom jew għall-missjonijiet diplomatiċi mmexxija minnhom għal raġunijiet umanitarji jew għal raġunijiet oħra lil ċerti kategoriji ta" applikanti jew lill-applikanti kollha.

(14)  Sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura għal kull applikazzjoni sussegwenti, għandu jkun possibbli li tiġi kkupjata d-data bijometrika mill-ewwel applikazzjoni fi żmien 59 xahar mil-bidu tal-perjodu ta' żamma tad-data li jaħseb għalih l-Artikolu 23 tar-Regolament VIS. Ladarba jaqbeż dan il-perjodu ta" żmien, l-identifikaturi bijometriċi jkollhom jerġgħu jittieħdu mill-ġdid.

(15)  Minħabba l-ħtieġa tat-teħid ta" l-identifikaturi biometriċi, ma jistgħux jibqgħu jintużaw intermedjarji kummerċjali bħal mhuma aġenti ta" l-ivvjaġġar għall-ewwel applikazzjoni imma jistgħu jintużaw biss għal applikazzjonijiet suċċessivi

(16)  L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għal missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq

(17)  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tliet snin wara li l-VIS ikun beda jitħaddem u kull erba" snin wara dan, u fih tkopri l-implimentazzjoni tar-reġistrazzjoni ta" l-identifikaturi bijometriċi, kemm ikun jixraq l-istandard ta" l-ICAO magħżul, il-konformità mar-regoli tal-ħarsien tad-data, l-esperjenza ma" fornituri esterni tas-servizzi b'referenza speċifika għall-ġbir ta' data bijometrika, il-prinċipju ta" "l-ewwel applikazzjoni" u l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll, fuq il-bażi ta" l-Artikolu 17(12), (13) u (14) u l-Artikolu 50(4) tar-Regolament VIS, il-każijiet fejn il-marki tas-swaba" ma jistgħux jiġu pprovduti b'mod fattwali jew fejn ma kinux meħtieġa li jiġu pprovduti għal raġunijiet legali meta mqabbla ma" każijiet li fihom il-marki tas-swaba" huma meħuda. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni fuq każijiet li fihom persuna li ma setgħetx tipprovdi marki tas-swaba" b'mod fattwali ġiet miċħuda viża.

(18)  Ladarba l-għan ta" dan ir-Regolament, li huwa l-organizzazzjoni ta" l-ilqugħ u l-ipproċessar ta" l-applikazzjonijiet tal-viża f'dak li jirrigwarda t-tidħil tad-data bijometrika fil-VIS, ma jistgħax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f' dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu neċessasrju sabiex jinkiseb dak l-għan║.

(19)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

(20)  F'konformità ma" l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhijiex marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta" Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan ir-Regolament, jekk hux ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(21)  Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea mar-Repubblika ta' l-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim(6).

(22)  Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet dwar l-acquis ta" Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta" Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit ta" l-Ingilterra u l-Irlanda ta" Fuq biex jieħdu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta" l-acquis ta" Schengen(7). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex se jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbuta bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(23)  Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta" l-acquis ta" Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta" Frar 2002 dwar it-talba ta" l-Irland biex tieħu sehem f'uħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen)(8). Għalhekk l-Irlanda mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(24)  Fir-rigward ta' l-Iżvizzera, dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta" l-acquis ta" Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta' din ta' l-aħħar ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim(9).

(25)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta" Schengen jew inkella huwa relatat miegħu skond it-tifisra ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta" l-2003,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għal missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari huma emendati kif ġej:

(1)  Fil-Punt II, il-punt 1.2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  Fil-punt (b), għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

Stat Membru jista" wkoll jirrappreżenta Stat Membru ieħor jew aktar biss għar-riċeviment ta" l-applikazzjonijiet u r-rilevar ta" l-identifikaturi biometriċi. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tal-punti 1.2 (c) u (e). Meta jirċievi applikazzjoni l-Istat Membru rappreżentant għandu joħloq il-fajl ta" l-applikazzjoni fil-VIS u jdaħħal id-data msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament VIS*. Dan għandu imbagħad jinforma lill-uffiċċju konsulari ta" l-Istat Membru rrappreżentat dwar l-applikazzjoni u l-entrata fil-VIS permezz ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-VIS kif jipprovdi l-Artikolu 16 tar-Regolament VIS. Ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-fajls u d-data għall-uffiċċju konsulari rappreżentat għandhom isiru skond ir-regoli relevanti tat-tħaris tad-data u s-sigurtà.

_______________________

* Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

"

(b)  Il-punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Meta jinħarġu viżi uniformi skond il-punti (a) u (b), ir-rappreżentanza għandha tkun riflessa fit-tabella tar-rappreżentanza għall-ħruġ tal-viżi uniformi kif stabbilit fl-Anness 18.

"

(2)  Fil-Punt III, għandu jiġi miżjud il-punt -1:"

Imġieba ta" l-istaff involut fl-applikazzjonijiet tal-viża

20080710-P6_TA(2008)0358_MT-p0000001.fig L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu bil-kortesija mill-istaff kollu involut fl-applikazzjonijiet tal-viża.

L-istaff kollu, fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, għandu jirrispetta f'kollox id-dinjità umana u l-integrità ta" l-applikant. Kull miżura li tittieħed għandha tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti.

Waqt it-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-istaff m'għandux jiddiskrimina kontra persuni għal raġunijiet ta" sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentament sesswali.

"

(3)  Fil-Punt III, il-punt 1 għandu jinbidel b"dan li ġej:"

1.1  "1.1 Formoli ta" applikazzjoni għall-viża – numru ta" applikazzjonijiet

L-applikanti ukoll huma mitluba jimlew il-formola għall-viża uniformi. L-applikazzjonijiet għall-viża uniformi jridu jsiru billi tintuża l-formola armonizzata li mudell tagħha jidher fl-Anness 16.

Trid timtela almenu kopja waħda tal-formola ta" l-applikazzjoni sabiex tkun tista" tintuża waqt il-konsultazzjoni ma" l-awtoritajiet ċentrali. Fejn il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jirrikjedu, il-Partijiet Kontraenti jistgħu, jistaqsu għal diversi kopji ta" l-applikazzjoni.

1.2.  Identifikaturi biometriċi

a)  L-Istati Membri għandhom jiġbru mingħand l-applikant l-identifikaturi biometriċi li jkunu jikkonsistu fix-xbieha tal-wiċċ u għaxar marki tas-swaba" fil-waqt li jkunu rispettati d-drittijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għat-Tħaris tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Fil-mument ta" meta tintefa" l-ewwel applikazzjoni għall-viża, kull applikant/a li t/jibbenefika minn xi waħda mill-eżenzjonijiet imsemmija fil-punt (b) għandu/ha jkun/tkun mitlub(a) jidher/tidher in persuna. F'dak il-mument għandhom jinġabru l-identifikaturi biometriċi li ġejjin:

   ritratt, skannjat jew meħud fil-ħin meta tintefa" l-applikazzjoni u
   għaxar marki tas-swaba" meħuda għaċ-ċatt u meħuda b'mod diġitali.

Għal kull applikazzjoni sussegwenti, , fi żmien 59 xahar mill-bidu tal-perjodu ta" żamma li jipprovdi għalih l-Artikolu 23 tar-Regolament VIS, l-identifikaturi biometriċi għandhom jiġu kkupjati mill-ewwel applikazzjoni, bil-kondizzjoni li ma jkunux għaddew aktar minn 48 xahar mill-aħħar rilevar. Wara dan il-perjodu, applikazzjoni suċċessiva għandha titqies bħala "l-ewwel applikazzjoni

"

Il-ħtiġiet tekniċi għar-ritratt u l-marki tas-swaba" għandhom ikunu skond l-istandards internazzjonali kif stabbiliti fid-Dokument 9303 ta" l-ICAO, il-Parti 1 (passaporti) is-Sitt Edizzjoni*.

L-identifikaturi biometriċi għandhom jittieħdu minn staff kwalifikat u awtorizzat kif xieraq li jaħdem għall-missjoni diplomatika jew fl-uffiċċju konsulari jew, taħt is-sorveljanza u r-responsabilità ta" dawn, staff tal-fornitur estern tas-servizzi kif imsemmi fil-punt 1.B.

Id-data għandha tiddaħħal ║fil-VIS esklussivament mill-istaff konsulari awtorizzat kif xieraq imsemmi fl-Artikolu 4(1), skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-VIS.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir użu sħiħ tal-kriterji kollha tar-riċerka skond l-Artikolu 13 tar-Regolament VIS sabiex jiġi evitat li jsiru ċaħdiet u identifikazzjonijiet foloz.

Il-ġbir ta" l-identifikaturi bijometriċi, inkluż it-trażmissjoni tagħhom mill-fornitur tas-servizzi lill-uffiċċju konsulari responsabbli, għandu jkun issorveljat skond l-Artikoli 41 u 43 tar-Regolament VIS u l-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill **.

b)  Eżenzjonijiet

L-applikanti li ġejjin għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-marki tas-swaba":

   Tfal taħt l-età ta" 12-il sena;
   Persuni li għalihom huwa fiżikament impossibbli li jitteħdulhom il-marki tas-swaba". Jekk, madankollu, ikun possibbli li jittieħdu inqas minn għaxar marki tas-swaba", in-numru rispettiv ta" marki tas-swaba" għandu jittieħed. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri xierqa li jiggarantixxu d-dinjità tal-persuna kkonċernata jekk jinqala" l-każ li jkun hemm diffikultajiet biex dak li jkun jirreġistra. Huma għandhom jiżguraw ukoll li d-deċiżjoni dwar jekk huwiex impossibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba" tkun meħuda dejjem minn staff tal-missjoni diplomatika jew ta" l-uffiċċju konsulari ta" l-Istat(i) Membru/i liema staff ikun awtorizzat kif jixraq. Barra minn hekk, jekk l-impossibilità tkun waħda temporanja, l-applikant għandu jkun meħtieġ li jagħti l-marki tas-swaba fl-applikazzjoni li jkun imiss. L-istaff konsulari għandu jkun intitolat li jitlob li jingħata aktar kjarifika tar-raġunijiet għall-impossibilità temporanja.

Il-fatt li t-teħid tal-marki tas-swaba" jkun fiżikament impossibbli m'għandux jinfluwenza l-għoti jew iċ-ċaħda ta" viża.

L-Istat Membru għandu d-dritt li jeżenta mill-obbligu tat-teħid ta" l-identifikaturi biometriċi lil dawk li jkollhom passaprt diplomatiku, uffiċjali jew tas-servizz jew passaport ieħor speċjali.

F'kull wieħed minn dawn il-każi għandha tiddaħħal fil-VIS l-entratura "mhux applikabbli".

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Parti III.4 tas-CCI, għal persuni taħt l-età ta" 12-il sena għandhom jintużaw ritratti skennjati li ma jkunux jeħtieġu li dawn jidhru personalment.

L-eżenzjoni mill-obbligu li jingħataw il-marki tas-swaba" fil-każ tat-tfal, u b'mod partikulari il-firxa ta" etajiet għat-teħid tal-marki tas-swaba", għandha tiġi rriveduta tliet snin wara l-bidu tat-tħaddim tal-VIS. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li b'mod partikulari għandu jkopri l-esperjenza tal-VIS fir-rigward tat-teħid u l-użu tal-marki tas-swaba" minn tfal ta" 12-il sena u aktar u valutazzjoni teknika ddettaljata ta" l-affidabilità tat-teħid u l-użu tal-marki tas-swaba" ta" tfal ta" taħt it-12-il sena għall-għanijiet ta" identifikazzjoni u verifika f'bażi ta" data ta" skala kbira bħal m'hi l-VIS. Ir-rapport għandu jinkorpora valutazzjoni estiża ta" l-impatt ta" limiti ta" età aktar baxxa u ta" dawk aktar għolja għar-rekwiżit tal-marki tas-swaba", inklużi l-aspetti soċjali, ergonomiċi u finanzjarji.

Ir-rapport għandu jagħmel valutazzjoni simili fir-rigward tat-teħid tal-marki tas-swaba" mix-xjuħ. Jekk jagħti l-każ li r-rapport juri problemi sinjifikanti fit-teħid tal-marki tas-swaba" ta" persuni ta" aktar minn ċerta età, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex jiġi impost limitu ta' età massima.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti xierqa biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

_______________________

* Il-ħtiġiet tekniċi huma l-istess bħal dawk għall-passaporti mibgħata mill-Istati Membri jew iċ-ċittadini tagħhom skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1).

** ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.".

(4)  Fil-Punt VII: il-punt 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:"

A Organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta" l-applikazzjonijiet għall-viża

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni u l-ipproċessar ta" l-applikazzjonijiet għall-viża.

Għal kull lokalità l-Istati Membri għandhom jew jattrezzaw l-uffiċċju konsulari tagħhom bit-tagħmir neċessarju biex jittieħdu/jinġabru l-identifikaturi biometriċi jew bla ħsara għall-għażliet ta" rappreżentanza msemmija aktar 'il fuq, jiddeċiedu li jikkooperaw ma" Stat Membru ieħor jew aktar. Kull kooperazzjoni għandha tkun forma ta" ko-lokazzjoni jew it-twaqqif ta" Ċentru Komuni għall-Applikazzjonijiet jew fejn dawn mhux adatti, kooperazzjoni ma" msieħba esterni.

a)  Meta tingħażel il-"ko-lokazzjoni", l-istaff mill-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari ta" wieħed mill-Istati Membri jew aktar jipproċessa l-applikazzjonijiet (inklużi l-identifikaturi biometriċi) indirizzati lilhom fil-missjoni diplomatika u l-uffiċċju konsulari ta" Stat membru ieħor u jaqsmu t-tagħmir ta" dak l-Istat Membru. L-Istati Membri konċernati għandhom jaqblu dwar it-tul ta" żmien u l-kondizzjonijiet fir-rigward tal-waqfien operattiv tal-ko-lokazzjoni kif ukoll dwar il-proporzjon tal-miżata amministrattiva li għandha titħallas lill-Istat Membru li jkun ipprovda l-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari. L-applikanti għandhom jiġu rriferuti għand l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar ta" l-applikazzjoni għal viża.

b)  Meta jkunu stabbiliti "Ċentri Komuni għall-Applikazzjonijiet", staff minn missjonijiet diplomatiċi u uffiċċji konsulari ta" żewġ Stati Membri jew aktar għandu jinġabar f'bini wieħed fil-bini ta" Stat Membru wieħed li jkun igawdi ħarsien diplomatiku jew konsulari taħt il-liġi internazzjonali jew f'bini tal-Kummissjoni Ewropea magħruf mill-Istat ospitanti bħala wieħed invjolabbli biex hemmhekk jirċievu l-applikazzjonijiet għall-viżi (inklużi l-identifikaturi biometriċi) indirizzati lilhom. L-applikazzjonijiet għandhom jiġi diretti lill-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar ta" l-applikazzjoni għall-viża. L-Istat Membri għandhom jiftiehmu dwar il-tul ta'żmien u l-kondizzjonijiet fir-rigward tal-waqfien ta' din il-kooperazzjoni kif ukoll dwar kif ikunu se jinqasmu l-ispejjeż bejn l-Istati Membri parteċipanti. Stat Membru wieħed għandu jidħol responsabbli għall-kuntratti fejn ikun jirrigwarda l-loġistika u r-relazzjonijiet diplomatiċi ma" pajjiżi ospitanti.

c)  Kooperazzjoni ma" fornituri esterni tas-servizzi skond 1.B.

1.  B Kooperazzjoni ma" fornituri esterni tas-servizzi

Jekk, minħabba ċirkostanzi partikolari jew għal raġunijiet marbuta mas-sitwazzjoni lokali tal-post konsulari, ma jkunx xieraq li l-uffiċċju konsulari jintrama għat-teħid/ il-ġbir ta" l-identifikaturi biometriċi jew li tiġi organizzata ko-lokazzjoni jew li jitwaqqaf Ċentru Komuni għall-Applikazzjonijiet, Stat Membru jew diversi Stati Membri jistgħu, b'mod konġunt, jikkooperaw ma" fornitur estern tas-servizzi għar-riċeviment ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi (inklużi l-identifikaturi biometriċi). F'każ bħal dan, l-Istat(i) Membru/i konċernat(i) għandu/għandhom jibqa'/jibqgħu responsabbli għall-ipproċessar tad-data u għalhekk responsabbli għal kull ksur ta" kuntratt u b'mod partikulari għall-konformità mar-regoli tal-ħarsien tad-data fl-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-viżi. Dak/Dawk l-Istat(i) Membru/i għandhom jiżguraw li fornitur estern tas-servizzi skond il-Punt VII, punt 1.B.1 punt b jimpenja ruħu li jwettaq l-attivitajiet tiegħu fl-uffiċċji ta' Stat Membru li jgawdu ħarsien diplomatiku jew konsulari skond il-liġi internazzjonali jew f'uffiċċji tal-Kummissjoni rikonoxxuti mill-Istat ospitanti bħala invjolabbli u li staff ikkwalifikat u awtorizzat kif jixraq tal-missjoni diplomatika jew tal-post konsulari ta" l-Istat(i) Membru/i huma preżenti biex jissorveljaw mill-qrib l-attivitajiet tal-fornituri esterni tas-servizzi.

1.B.1  - Tipi ta" kooperazzjoni ma" fornituri esterni tas-servizzi

Il-kooperazzjoni ma" fornituri esterni tas-servizzi għadha tkun f'dawn il-forom [jew f'waħda minnhom]:

   a) il-fornitur estern tas-servizzi għandu jservi ta" ċentru għas-sejħiet (call centre) biex jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-ħtiġiet li għandhom jiġu osservati meta ssir applikazzjoni għall-viża u jkun responsabbli wkoll għas-sistema ta' l-appuntamenti;
   b) il-fornitur estern tas-servizzi għandu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-ħtiġiet li għandhom jiġu osservati meta ssir applikazzjoni għall-viża, jiġbor l-applikazzjonijiet, id-dokumenti ġustifikattivi u d-data biometrika mingħand l-applikanti u jiġbor il-miżata amministrattiva (kif previst fil-Parti VII, il-punt 4 u l-Anness 12) u jibgħat il-fajls kompluti u id-data lill-missjoni diplomatika jew lill-uffiċċju konsulari ta" l-Istat Membru kompetenti għall-ipproċessar ta" l-applikazzjoni u jreġġa" lura l-passaport lill-applikant jew lir-rappreżentant legali ta' l-applikant fi tmiem il-proċedura.

1.B.2  - Obbligi ta" l-Istati Membri

B'konformità mad-Direttiva 95/46/KE, l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) għandu/hom jagħżel/jagħżlu fornitur estern tas-servizzi li jkun kapaċi jiżgura kwalità għolja ta" servizz u l-miżuri tekniċi u organizzattivi kollha ta' sigurtà u l-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa biex titħares id-data personali minn qirda aċċidentali jew illegali, minn telfien aċċidentali, minn tibdil, minn żvelar jew aċċess mhux awtorizzati, b'mod partikolari meta l-ipproċessar ikun jinvolvi t-trażmissjoni tad-data fuq xi netwerk jew ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta' fajls u data lill-post konsulari, u minn kull forma oħra illegali ta" pproċessar.

Fil-proċess ta" l-għażla tal-fornituri esterni tas-servizzi, il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari ta" l-Istati Membri għandhom jagħrblu lill-kumanija biex jaraw jekk hix solventi u affidabbli (u jaraw għandhiex il-liċenzji meħtieġa, għandhiex reġistrazzjoni kummerċjali, u jiflu l-istatuti tagħha u l-kuntratti bankarji) u jiżguraw li ma jkunux jeżisti konflitt ta" interessi.

Il-missjonijiet diplomatiċi ta" l-Istati Membri jew l-uffiċċji konsulari tagħhom għandhom jiżguraw li l-kumpanija magħżula tkun toffri ħila professjonali relevanti fl-assikurazzjoni ta" l-informazzjoni u s-sigurtà tad-data. L-Istati Membri għandhom isegwu l-aħjar prattiki ta" akkwist meta jikkuntrattaw servizzi esterni ta" appoġġ għall-viżi.

Il-fornituri esterni tas-servizzi għall-ebda raġuni m'għandu jkollhom aċċess għas-Sisitema ta" Informazzjoni dwar il-Viżi (VIS). L-aċċess għall-VIS għandu jkun riżervat esklussivament għal staff awtorizzat tal–missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari unikament għall-għanijiet stipulati fir-Regolament VIS.

L-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernati għandhom jagħlqu kuntratt mal-fornitur estern tas-servizzi f'konformità ma' l-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46/KE. Qabel ma jagħlqu kuntratt ta" dan it-tip, il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju ta" l-Istat Membru konċernat għandu jiġġustifika, b'raġunijiet f'konformità mal-Punt VII, punt 1.B, il-ħtieġa tal-kuntratt mall-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari ta' Stati Membri oħra u lid-delegazzjoni tal-Kummissjoni ▌ fi ħdan il-koperazzjoni konsulari lokali.

Apparti l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46/KE, il-kuntratt għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet li:

   a) jiddefinixxu r-responsabbiltajiet ezatti tal-fornitur tas-servizzi;
   b) jesiġu li l-fornitur tas-servizzi jaġixxi skond l-istruzzjonijiet ta" l-Istati Membri responsabbli u jipproċessa d-data esklussivament għall-fini ta' l-ipproċessar tad-data personali ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi f'isem l-Istati Membri responsabbli f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE;
   c) jesiġu li l-fornitur tas-servizzi jipprovdi lill-applikanti bl-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 37 tar-Regolament VIS ;
   d) jesiġu li l-fornitur tas-servizzi jiżgura li l-istaff tiegħu jkun imħarreġ kif jixraq u li jirrispetta r-regoli stabbiliti fil-Punt III, punt -1;
   e) jesiġu li l-fornitur tas-servizzi jadotta miżuri xierqa ta" kontra l-korruzzjoni;
   f) jesiġu li l-fornitur tas-servizzi jirrapporta għand l-Istat Membru responsabbli mingħajr dewmien kull ksur tas-sikurezza jew kwalunkwe problema oħra;
   g) jesiġu li l-fornitur tas-servizzi jirreġistra kull ilment jew notifikazzjoni mill-applikanti dwar l-użu ħażin ta" data jew aċċess mhux awtorizzat. Il-fornitur estern tas-servizzi għandu jgħarraf lill-missjoni diplomatika jew lill-uffiċċju konsulari ta" l-Istat Membru responsabbli mingħajr dewmien u jikkoordina magħhom sabiex isib soluzzjoni. L-ilmenti għandhom jiġu ttrattati b'tali mod li jiġi żgurat li r-risposti spjegattivi jingħataw lill-applikanti tal-viżi fil-pront;
   h) h) jipprovdu għal aċċess mill-istaff konsulari għall-uffiċċji tal-fornitur tas-servizzi, ikun x'ħin u meta jkun;
   i) i) jesiġu li l-fornitur tas-servizzi u l-istaff tiegħu josserva r-regoli tal-kunfidenzjalità li għandhom japplikaw ukoll ladarba l-istaff ikun telaq l-impjieg tal-fornitur tas-servizzi estern jew wara s-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt;
   j) jiżguraw li jkun hemm konformità mal-ħarsien tad-data, inklużi l-obbligi ta" rappurtaġġ, verifiki esterni, spezzjonijiet għal għarrieda jew b'teħid ta" kampjun minn, inter alia, awtoritajiet nazzjonali tal-ħarsien tad-data u li jkun hemm mekkaniżmi fis-seħħ għat-tqassim tar-responsabilità ta" kuntrattur fil-każ li jsir xi ksur tar-regolamenti dwar il-privatezza, inkluż l-obbligu li jingħataw kumpens l-individwi fejn dawn ikunu sofrew ħsara li tirriżulta minn att jew ommissjoni mill-fornitur tas-servizzi;
   k) jirrikjedu li l-fornitur tas-servizzi ma jikkupjax, jaħżen, jew b'xi mod ieħor iżomm xi data li tkun inġabret wara t-trasmissjoni tal-fajl komplut lill-missjoni diplomatika jew lill-uffiċċju konsulari ta" l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar ta" l-appliazzjoni;
   l) jirrikjedu li l-fornitur tas-servizzi ma jħallix li jsir xi qari, ikkuppjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzati tad-data ta' viża waqt it-trasmissjoni mill-fornitur tas-servizzi għall-missjoni diplomatika jew għall-uffiċċju konsulari ta' l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar ta' l-applikazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' tekniki xierqa ta' kkodifikar;
   m) m) jkun fihom klawżola ta" sospensjoni jew terminazzjoni;
   n) ikun fihom klawsola ta' reviżjoni bit-tama li jiġi żgurat li l-kuntratti jkunu jirriflettu l-aħjar prattiki kurrenti;
   o) jistipulaw regoli dwar l-imġieba ta" l-istaff responsabbli għat-trattament ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi u għall-ġbir tad-data bijometrika bl-akbar rispett possibbli għad-dinjità tal-bniedem. Kwalunkwe miżura li tittieħed waqt il-qadi ta" dawk id-dmirijiet għandha tkun proporzjonali ma" l-għanijiet ta" dik il-miżura. Waqt it-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-istaff m'għandux jiddiskrimina kontra persuni għal raġunijiet ta" sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentament sesswali.

Għandu jitfassal mudell ta" kuntratt fi ħdan il-koperazzjoni konsulari lokali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm l-inqas tħarbit possibbli tas-servizz għall-applikanti tal-viża jekk jiġri li l-fornitur estern tas-servizzi jieqaf ħesrem milli jipprovdi s-servizzi mitluba skond il-kuntratt.

L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw mill-qrib mal-fornitur estern tas-servizzi u għandom jimmoniterjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tal-kuntratt, inklużi:

   a) l-informazzjoni ġenerali pprovduta mill-fornitur tas-servizzi lill-applikanti tal-viżi;
   b) il-miżuri tekniċi u organizzattivi ta" sigurtà u l-miżuri tekniċi u organizzattivi għat-tħaris tad-data personali minn qirda aċċidentali jew illegali, minn telfien aċċidentali, minn tibdil, minn żvelar jew aċċess mhux awtorizzati, b'mod partikolari meta l-ipproċessar ikun jinvolvi t-trażmissjoni tad-data fuq xi netwerk, u minn kull forma oħra illegali ta" pproċessar kif ukoll ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta' fajls u data lill-post konsulari;
   c) it-teħid u t-trasmissjoni ta" l-identifikaturi biometriċi;
   d) il-miżuri mittieħda biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tad-data u dwar is-sigurtà tad-data kif ukoll kontra l-korruzzjoni.

Il-miżata mħallsa mill-applikant m'għandhiex taqbeż il-miżata stipulata fl-Anness 12 irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jikkoperaw ma" fornituri esterni tas-servizzi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwaqqaf proċedura li tippermetti l-identifikazzjoni tal-fornitur estern tas-servizzi li jkun qed jittratta xi applikazzjoni għal viża.

L-istaff konsulari ta" l-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernat/i għandu jipprovdi t-taħriġ lill-fornitur tas-servizz, li jkun jikkorrespondi ma" l-għarfien meħtieġ biex ikunu jistgħu jingħataw lill-applikanti għall-viżi servizz xieraq u informazzjoni suffiċjenti.

1.B.3  - Informazzjoni

L-Istati Membri u l-missjonijiet diplomatiċi tagħhom jew l-uffiċċji konsulari tagħhom għandhom jipprovdu lill-pubbliku ġenerali l-informazzjoni relevanti kollha rigward applikazzjoni għal viża, inklużi:

   a) il-kriterji, kundizzjonijiet u proċeduri għall-applikazzjoni għal viża;
   b) il-mezz kif jinkiseb appuntament, jekk dan ikun applikabbli;
   c) il-post fejn għandha ssir l-applikazzjoni (missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari kompetenti, ċentru komuni għall-applikazzjonijiet jew fornitur estern tas-servizzi).

Dan it-tagħrif lill-pubbliku ġenerali għandu jkun disponibbli wkoll permezz ta' sit ta" l-internet komuni tal-viża ta" Schengen.

Dak is-sit għandu jkun stabbilit sabiex ikomplu jiġu appoġġjati l-applikazzjoni tal-politika tal-viża komuni u t-trattament tal-proċedura tal-viża.

1.B.  4 - Kampanja ta" Informazzjoni

Ftit qabel ma l-VIS tkun bdiet titħaddem f'pajjiż terz il-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari ta" l-Istati Membri flimkien mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni, għandhom iniedu kampanja fejn jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali dwar l-objettivi segwiti, id-data li tintrefa" fil-VIS u l-awtoritajiet li jkollhom aċċess għall-VIS, u dwar id-drittijiet ta" dawk li japplikaw għal viża. Kampanji bħal dawn għandhom jitmexxew fuq bażi regolari.

1.  C Manutenzjoni ta" l-aċċess dirett ta" l-applikanti għal-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari ta" l-Istati Membri

Indipendentement mit-tip ta' kooperazzjoni magħżul, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-possibbiltà li jippermettu aċċess dirett lill-applikanti għat-tfigħ ta" applikazzjoni għall-viża direttament fl-uffiċċji tal-missjoni diplomatika jew l-uffiċċji konsulari tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwità ta" l-ipproċessar ta" l-applikazzjoni għall-viża f'każ ta" waqfien ħesrem ta" kooperazzjoni ma" Stati Membri oħra jew ma" kwalunkwe tip ta" fornitur estern tas-servizzi.

1.  D Deċiżjoni u pubblikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kif bi ħsiebhom jorganizzaw ir-riċeviment u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viżi f'kull post konsulari. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir pubblikazzjoni xierqa fuq is-sit komuni ta" l-internet tal-viża ta" Schengen.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'kopja tal-kuntratti li jkunu għalqu.

1.  E Responsabilitajiet Ġenerali

1.E.1  Dokumenti

Kull dokument, data jew identifikatur bijometriku li jintlaqa" minn, jew f'isem, Stat Membru waqt li tkun għaddejja applikazzjoni għal viża għandu jitqies bħala "dokument konsulari" taħt il-Konvenzjoni ta" Vjenna dwar il-koperazzjoni konsulari u għandu jiġi ttrattat b'mod li jixraq.

1.E.2  Taħriġ

Qabel ma jiġu awtorizzati biex jieħdu l-identifikaturi bijometriċi, l-istaff tal-missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari għandu jirċievi taħriġ xieraq sabiex tkun żgurata reġistrazzjoni effikaċi u waħda professjonali.

1.E.3  Responsabilità

Kull persuna jew Stat Membru li jkun sofra danni bħala riżultat ta' operazzjoni ta" pproċessar illegali jew kull att li mhux kompatibbli ma" dan ir-Regolament għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mill-Istat Membru li huwa responsabbli għad-danni sofferti. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabilità tiegħu, jew kollha kemm hi jew parti minnha, jekk iġib il-provi li m'huwiex responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għad-dannu.

Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-danni msemmija fil-subparagrafu preċedenti għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali ta" l-Istat Membru konvenut.

1.E.4  Pieni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li kull ksur ta" dan ir-Regolament, b'mod partikolari kull użu ħażin tad-data mressqa għal applikazzjoni għal viża, ikun jista" jiġi kkastigat b'pieni, inklużi pieni amministrattivi u/jew pieni kriminali skond il-liġi nazzjonali, li jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

"

(5)  Fil-Punt VIII, il-punt 5.2 għandu jiġi emendat kif ġej:

   a) it-titlu għandu jkun sostitwit b' dan li ġej:"
5.2.  Kooperazzjoni bejn il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari ta" l-Istati Membri ma" l-intermedjarji kummerċjali' "
   b) is-sentenza li ġejja għandha tidħol bejn it-titlu u l-punt 5.2 (a):"
"Għal applikazzjonijiet ripetuti skond it-tifsira tal-punt III 1.2., l-Istati Membri jistgħu jħallu lill-missjonijiet diplomatiċi jew l-uffiċċji konsulari tagħhom jikkooperaw ma" l-intermedjarji kummerċjali (jiġifieri aġenziji amministrattivi privati, aġenziji tat-trasport jew ta' l-ivvjaġġar, operaturi turistiċi jew il-bejjiegħa tagħhom))."

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tliet snin wara li l-VIS ikun beda jitħaddem u kull erba" snin wara dan, u fih tkopri l-implimentazzjoni tar-reġistrazzjoni ta" l-identifikaturi bijometriċi, kemm ikun jixraq l-istandard ta" l-ICAO magħżul, il-konformità mar-regoli tal-ħarsien tad-data, l-esperjenza ma" fornituri esterni tas-servizzi b'referenza speċifika għall-ġbir ta' data bijometrika, il-prinċipju ta" "l-ewwel applikazzjoni" u l-organizzazzjoni tar-riċeviment u l-ipproċessar ta" l-applikazzjonijiet għall-viżi. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll, fuq il-bażi ta" l-Artikolu 17(12), (13) u (14) u l-Artikolu 50(4) tar-Regolament VIS, il-każijiet fejn il-marki tas-swaba" ma jistgħux jiġu pprovduti b'mod fattwali jew fejn ma kinux meħtieġa li jiġu pprovduti għal raġunijiet legali meta mqabbla ma" każijiet li fihom il-marki tas-swaba" huma meħuda. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni fuq każijiet li fihom persuna li ma setgħetx tipprovdi marki tas-swaba" b'mod fattwali ġiet miċħuda viża.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti xierqa biex jigi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 213, ║15.6.2004, p. 5.
(3) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(4) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(5) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(6) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(7) ĠU L 131, 1.6.2000, p.43.
(8) ĠU L 64, 7.3.2002, p.20.
(9) ĠU L 370, 17.12.2004, p.78.


Opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta' sħubija KE/Mawritanja fil-qasam tas-sajd *
PDF 389kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta" sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta" Awissu 2008 sal-31 ta" Lulju 2012 (COM(2008)0243 – C6-0199/2008 – 2008/0093(CNS))
P6_TA(2008)0359A6-0278/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2008)0243),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subinċiż, tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0199/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0278/2008),

1.  Japprova l-proposta għal Regolament tal-Kunsill hekk kif ġiet emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlament ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Liżbona, jekk jiġi ratifikat, se jimponi koperazzjoni interistituzzjonali aktar mill-qrib li għandha, b'mod partikolari, tiffaċilità l-aċċess tal-Parlament Ewropew għat-tagħrif kollu relatat mal-ftehimiet dwar is-sajd, inkluż matul in-negozjati tal-protokolli.
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
Fil-laqgħat u l-ħidma tal-kumitat imħallat stipulat fl-Artikolu 10 tal-Ftehima, għandu jkun preżenti, fil-kapaċità ta" osservatur, membru tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament Ewropew. Għal-laqgħat imsemmija jistgħu jkunu preżenti wkoll rappreżentanti tas-settur tas-sajd.
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-kumitat imħallat stipulat fl-Artikolu 10 tal-Ftehima. Waqt l-aħħar sena ta" applikazzjoni tal-Protokoll, u qabel ma ssir Ftehima oħra biex jiġġedded, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll.
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Artikolu 4b (ġdid)
Artikolu 4b
Bi qbil ma' l-Artikolu 30(3) tar-Regolament finanzjarju1 u fl-ispirtu tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-trasparenza fil-qasam finanzjarju2, il-Kummissjoni għandha tippubblika ta' kull sena fuq il-websajt tagħha l-lista tad-diversi benefiċjarji aħħarija tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Unjoni.
________
1 Regolament (KE,Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
2 Testi adottati ta' din id-data, P6_TA(2008)0051.

Flotot tas-sajd ta' l-UE affettwati mill-kriżi ekonomika *
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi azzjoni temporanja speċifika maħsuba biex jiġi mħeġġeġ ir-ristrutturar tal-flotot tas-sajd ta" l-Unjoni Ewropea li huma milquta mill-kriżi ekonomika (COM(2008)0454 - C6-0270/2008 - 2008/0144(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0454),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0270/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 134 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk għandu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Ċensiment tar-Roma fuq bażi ta' l-etniċità fl-Italja
PDF 232kWORD 74k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar iċ-ċensiment tar-Roma fuq bażi ta' l-etniċità fl-Italja
P6_TA(2008)0361B6-0348/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Drittijiet tal-Bniedem u l-libertajiet fundamentali, il-prinċipji ta' l-ugwaljanza u tan-non-diskriminazzjoni, id-dritt għad-dinjità, għall-privatezza u għall-ħarsien tad-data personali, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, hekk kif rikonoxxuti mill-konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej għall-ħarsien tad-drittijiet tal-Bniedem u tal-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR) u l-każistika relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(1),

–   wara li kkunsidra t-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 13 (miżuri kontra d-diskriminazzjoni bbażata, inter alia, fuq ir-razza jew l-oriġini etnika), 12 (projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità), 17 (ċittadinanza ta' l-Unjoni), 18 (moviment liberu) u 39 u oħrajn (moviment liberu tal-ħaddiema) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità(2) u partikolarment id-definizzjonijiet tad-diskriminazzjoni diretta u indiretta, id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet tal-libertà tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom fit-territorju ta' l-Istati Membri(3) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(4),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni dwar l-Istrumenti u l-Politiki tal-Komunità għall-Integrazzjoni tar-Roma (SEC(2008)2172) u r-Rapport annwali għall-2008 ta' l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar, inter alia, ir-Roma, ir-razziżmu u l-ksenofobija, il-miżuri kontra d-diskriminazzjoni, u l-moviment liberu, jiġifieri dawk tat-28 ta' April 2005 dwar is-sitwazzjoni tar-Roma fl-Unjoni Ewropea(5), ta' l-1 ta' Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa Roma fl-Unjoni Ewropea(6), tal-15 ta' Novembru 2007 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet tal-libertà tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom fit-territorju ta' l-Istati Membri(7), tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar il-ġlieda kontra ż-żieda ta' l-estremiżmu fl-Ewropa(8) u tal-31 ta' Jannar 2008 dwar Strateġija Ewropea dwar ir-Roma(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-UE hija komunità ta' valuri bbażata fuq id-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-Drittijiet tal-Bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni, inkluż il-ħarsien ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u billi l-UE ħadet l-impenn li tiġġieled kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, kif ukoll id-diskriminazzjoni bbażata fuq waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 tat-Trattat KE,

B.   billi dawn il-valuri huma implimentati fl-UE permezz tad-direttivi fuq imsemmija kontra d-diskriminazzjoni u favur il-moviment liberu, kif ukoll permezz tal-politiki li huma bbażati fuqhom, u l-Istati Membri huma marbuta li jimplimentawhom bis-sħiħ u li ma jwettqux atti li jistgħu jiksruhom,

C.   billi r-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-31 ta' Jannar 2008 ħeġġet lill-Istati Membri biex isolvu l-fenomenu tal-griebeġ (shanty town) u tal-kampijiet abbużivi, fejn hemm nuqqas totali ta' kull tip ta' iġene u sikurezza u fejn għadd kbir ta' tfal Roma jmutu kawża ta' inċidenti domestiċi, b'mod partikulari nirien, kawża tan-nuqqas ta' regoli ta' sikurezza xierqa,

D.   billi r-Roma huma waħda mill-miri prinċipali tar-razziżmu u d-diskriminazzjoni, hekk kif jidher ċar mill-inċidenti reċenti li kienu jinvolvu attakki u aggressjoni kontra r-Roma fl-Italja u fl-Ungerija, u hekk kif ġie enfasizzat ulterjorment fl-inkjesti reċenti ta' l-Eurobarometru,

E.   billi fid-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tagħha, fuq imsemmi, il-Kummissjoni tenfasizza li diġà hemm numru ta' strumenti u politiki leġiżlattivi u finanzjarji ta' l-UE li huma disponibbli għall-Istati Membri, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġġieldu d-diskriminazzjoni kontra r-Roma u jippromwovu l-inklużjoni u l-integrazzjoni tar-Roma, partikolarment permezz ta' l-iskambju u l-promozzjoni ta' l-aħjar prattika f'dan il-qasam,

F.   billi l-popolazzjoni tar-Roma hija komunità pan-Ewropea etnokulturali bla stat nazzjon, u għalhekk l-UE għandha r-responsabilità partikolari li tfassal strateġija u politika Ewropea favur ir-Roma flimkien ma' l-Istati Membri,

G.   billi fil-21 ta' Mejju 2008, il-Gvern Taljan ħareġ dikriet fejn iddikjara stat ta' emerġenza fir-rigward tal-kampijiet nomadi fir-reġjuni tal-Campania, tal-Lazio u tal-Lombardia(10), ibbażat fuq il-Liġi Nru 225 ta' l-24 ta' Frar 1992 dwar it-twaqqif ta' servizz ta' protezzjoni ċivili nazzjonali, li tagħti lill-gvern is-setgħa li jiddikjara stat ta' emerġenza f'każ ta' ''diżastri naturali, katastrofi u avvenimenti oħra li, minħabba l-intensità u l-iskop tagħhom, għandom jiġu ttrattati bl-użu ta' setgħat u mezzi straordinarji'',

H.   billi wara dan id-dikriet ġew ordnijiet ulterjuri fit-30 ta' Mejju 2008 ('ordinanze') maħruġa mill-Prim Ministru(11) li:

   - jaħtru l-Prefetti ta' Ruma, Milan u Napli bħala Kummissarji ("Commissari delegati") dwar l-emerġenza tar-Roma,
   - jagħtuhom setgħat straordinarji biex jidentifikaw persuni, inklużi minorenni, u anke permezz tat-teħid ta' marki tas-swaba',
   - jagħtuhom is-setgħa li jieħdu l-miżuri neċessarji kontra l-persuni li huma mkeċċija jew li jistgħu jiġu mkeċċija b'miżura amministrattiva jew ġudizzjarja,
   - jippermettulhom li jidderogaw (għalkemm mingħajr preġudizzju għall-istat tad-dritt u l-liġi ta' l-UE) minn numru ta' liġijiet li jikkonċernaw spettru wiesa' ta' kwistjonijiet li jaffettwaw il-prerogattivi kostituzzjonali (per eżempju d-dritt li wieħed ikun infurmat meta jkun soġġett għal proċedura amministrattiva bħat-teħid tal-marki tas-swaba' u r-rekwiżit li l-persuni li jkunu perikolużi jew suspettati jew li jirrifjutaw li jidentifikaw ruħhom qabel ma jwettqu testjar ta' l-identità permezz tal-fotografija, it-teħid tal-marki tas-swaba' jew il-ġbir ta' data antropometrika),
   I. billi d-dikriet iddikjara stat ta' emerġenza għal perjodu ta' sena, sal-31 ta' Mejju 2009,

J.   billi l-Ministru Taljan għall-Affarijiet Interni ddikjara ripetutament li l-iskop li jittieħdu l-marki tas-swaba' huwa li jitwettaq ċensiment tal-popolazzjoni Roma fl-Italja u li għandu l-intenzjoni li jippermetti li ssir din il-proċedura għar-Roma li jgħixu fil-kampijiet, inklużi l-minorenni, permezz ta' deroga mil-liġijiet ordinarji, filwaqt li afferma li l-Italja se twettaq dawn l-operazzjonijiet ta' identifikazzjoni li se jintemmu qabel il-15 ta' Ottubru 2008, f'Milan, f'Ruma u f'Napli,

K.   billi l-operazzjonijiet tat-teħid tal-marki tas-swaba' diġà qed isiru fl-Italja, partikolarment f'Milan u f'Napli, u billi skond l-informazzjoni pprovduta mill-NGOs, din id-dejta tinżamm mill-Prefetti f'bażi tad-dejta,

L.   billi l-Kummissarji Barrot u Špidla enfasizzaw f'dan ir-rigward l-importanza tal-prinċipji ta' l-ugwaljanza u tan-non-diskriminazzjoni fl-UE, u ppreżentaw direttiva orizzontali ġdida kontra d-diskriminazzjoni, filwaqt li affermaw li l-liġi ta' l-UE tipprojbixxi b'mod ċar id-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza u l-etniċità,

M.   billi l-UNICEF, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa esprimew it-tħassib tagħhom, filwaqt li l-Kummissarju bagħat memorandum lill-Gvern Taljan rigward, inter alia, ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-protezzjonijiet tad-Drittijiet tal-Bniedem għar-Roma,

N.   billi l-Awtorità Taljana għall-Protezzjoni tad-Data talbet informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti, partikolarment lill-Prefetti ta' Ruma, Milan u Napli, rigward il-possibilità li jittieħdu l-marki tas-swaba' tar-Roma, inklużi l-minorenni, u esprimiet tħassib li dan seta' jikkawża diskriminazzjoni li tkun tista' taffettwa wkoll id-dinjità personali, partikolarment dik tal-minorenni,

1.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Taljani biex ma jieħdux il-marki tas-swaba' tar-Roma, inkluż tal-minorenni, u lanqas jużaw il-marki tas-swaba' li diġà nġabru, sakemm tasal l-evalwazzjoni mħabbra mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-miżuri previsti, peress li dan żgur jikkostitwixxi att ta' diskriminazzjoni diretta bbażata fuq ir-razza u l-oriġini etnika pprojbit mill-Artikolu 14 tal-ECHR, kif ukoll att ta' diskriminazzjoni bejn ċittadini ta' l-UE ta' oriġini Roma u ċittadini oħra, li ma jintalbux li jgħaddu mill-istess proċedura;

2.  Huwa ta' l-istess parir ta' l-UNICEF u jqis li huwa inammissibbli, bil-għan li jiġu protetti t-tfal, illi jinkisru d-drittijiet fundamentali tagħhom u li huma jiġu kriminalizzati, kif ukoll dawk espressi mill-Kunsill ta' l-Ewropa u minn bosta NGOs u komunitajiet reliġjużi, u jqis li l-aħjar mod biex jiġu mħarsa d-drittijiet tat-tfal Roma huwa li tingħatalhom garanzija ta' aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta' kwalità, għall-housing u għall-kura tas-saħħa, fil-kuntest tal-politiki ta' l-inklużjoni u ta' l-integrazzjoni, u li huma jiġu mħarsa kontra l-isfruttament;

3.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu passi sodi biex iħarsu minuri mhux akkumpanjati li jkunu suġġetti għall-isfruttament, ikunu xi jkunu l-oriġini etnika u n-nazzjonalità, u, fejn l-identifikazzjoni ta' tali minuri tkun utli għal dan l-iskop, biex jużaw fuq bażi ta' każ b'każ proċeduri ordinarji u mhux diskriminatorji, li jiżguraw ir-rispett sħiħ ta' kull forma ta' garanzija u ħarsien legali;

4.  Huwa ta' l-istess fehma tal-Kummissjoni li atti bħal dawn jikkostitwixxu ksur tal-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni diretta u indiretta, b'mod partikolari hekk kif imniżżel fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE u li jinsabu fl-Artikoli 12, 13 u 17 sa 22 tat-Trattat KE;

5.  Jafferma mill-ġdid li l-politiki li jżidu l-esklużjoni qatt m'huma se jkunu effettivi fil-ġlieda kontra l-kriminalità u ma jikkontribwixxux fil-prevenzjoni tal-kriminalità u fiż-żieda tas-sigurtà;

6.  Jikkundanna għal kollox u mingħajr ekwivoki l-forom kollha ta' razziżmu u diskriminazzjoni li jiffaċċjaw ir-Roma u oħrajn meqjusa bħala "Żingari";

7.  Jitlob lill-Istati Membri sabiex jirrevedu u jirrevokaw liġijiet u politiki li jkunu ta' diskriminazzjoni kontra r-Roma fuq il-bażi tar-razza u ta' l-etniċità, b'mod dirett jew indirett, u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jissorveljaw l-applikazzjoni min-naħa ta' l-Istati Membri tat-Trattati u tad-direttivi dwar miżuri kontra d-diskriminazzjoni u dwar il-moviment liberu sabiex jiżguraw illi dawn ikunu konsistenti u implimentati bis-sħiħ u biex jieħdu l-miżuri neċessarji jekk dan dan ma jkunx il-każ;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa fil-fond il-miżuri leġiżlattivi u eżekuttivi adottati mill-gvern Taljan sabiex tara li huma kompatibbli mat-Trattati u mal-liġi ta' l-UE;

9.  Jesprimi tħassib dwar l-affermazzjoni, li tinsab fid-dikrieti amminsitrattivi u fl-ordnijiet maħruġa mill-Gvern Taljan, li l-preżenza nnifisha tal-kampijiet tar-Roma madwar ibliet kbar tikkostitwixxi emerġenza soċjali serja b'impatt fuq l-ordni u s-sigurtà pubbliċi, u li dan jiġġustifika d-dikjarar ta' stat ta' emerġenza għal sena;

10.  Huwa inkwetat illi, minħabba dikjarazzjoni ta' stat ta' emerġenza, ikunu jistgħu jittieħdu miżuri straordinarji b'deroga mil-liġijiet mill-Prefetti, li ngħatatilhom l-awtorità li jimplimentaw il-miżuri kollha, inkluż il-ġbir ta' marki tas-swaba', fuq bażi ta' liġi dwar il-protezzjoni ċivili f'każ ta' ''diżastri naturali, katastrofi jew avvenimenti oħra'', li mhuwiex adegwat jew proporzjonat f'dan il-każ speċifiku;

11.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex isaħħu ulterjorment il-politiki ta' l-UE dwar ir-Roma permezz tat-tnedija ta' Strateġija ta' l-UE dwar ir-Roma, għall-appoġġ u l-promozzjoni ta' azzjonijiet u proġetti mill-Istati Membri u l-NGOs marbuta ma' l-integrazzjoni u l-inklużjoni tar-Roma, partikolarment tat-tfal Roma;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-kuntest ta' Strateġija ta' l-UE dwar ir-Roma u fil-kuntest tad-Deċennju ta' l-Inklużjoni tar-Roma 2005-2015, joħorġu liġijiet u politiki għall-appoġġ tal-komunitajiet tar-Roma filwaqt li jippromwovu l-integrazzjoni tagħhom fl-oqsma kollha u jniedu programmi kontra r-razziżmu u kontra d-diskriminazzjoni fl-iskejjel, fl-impjieg u fil-midja u jżidu l-iskambju tal-kompetenzi u ta' l-aħjar prattiki;

13.  Itenni f'dan il-kuntest l-importanza li jiġu żviluppati strateġiji fil-livell ta' l-UE u f'dak nazzjonali, billi jsir użu sħiħ mill-opportunitajiet provduti mill-fondi ta' l-UE, sabiex tiġi abolita s-segregazzjoni tar-Roma fl-edukazzjoni, jiġi żgurat aċċess ugwali għal edukazzjoni ta' kwalità għat-tfal Roma (parteċipazzjoni fl-edukazzjoni prinċipali, introduzzjoni ta' boroż speċjali u programmi ta' taħriġ), jiġi żgurat u mtejjeb l-aċċess tar-Roma għas-swieq tax-xogħol, jiġi provdut aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa u għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, jiġu miġġielda l-prattiki diskriminatorji fil-provvista ta' djar, u tiżdied il-parteċipazzjoni tar-Roma fil-ħajja soċjali, ekonomika, kulturali u politika;

14.  Jilqa' l-ħolqien mill-Kummissjoni ta' grupp ta' ħidma kontra d-diskriminazzjoni b'rappreżentanti fl-Istati Membri kollha u jitlob li jkun hemm kumitat kompetenti tal-Parlament li jiġi assoċjat u jkollu aċċess sħiħ għall-ħidma ta' dan il-grupp ta' ħidma; jitlob lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex iwaqqaf djalogu mal-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri kollha fir-rigward ta' din il-kwistjoni;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa, lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa, lill-UNICEF u lill-Awtorità Taljana għall-Protezzjoni tad-Data.

(1) Partikolarment is-sentenza dwar il-każ D.H. u Oħrajn vs ir-Repubblika Ċeka [GC], Nru 57325/00, ECHR 2007 - (13.11.07).
(2) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(3) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(4) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(5) ĠU C 45 E, 23.2.2006, p. 129.
(6) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 283.
(7) Testi Adottati, P6_TA(2007)0534.
(8) Testi Adottati, P6_TA(2007)0623.
(9) Testi Adottati, P6_TA(2008)0035.
(10) Gazzetta Ufficiale (Ġurnal Uffiċjali Taljan) Nru 122 tas-26 ta' Mejju 2008, p. 9.
(11) Nru 3676 dwar il-Lazio, Nru 3677 dwar il-Lombardia u Nru 3678 dwar il-Campania, Gazzetta Ufficiale Nru 127 tal-31 ta' Mejju 2008, paġni 7, 9 u 11, rispettivament.


Is-sitwazzjoni fiċ-Ċina wara t-terrromot u qabel il-Logħob Olimpiku
PDF 211kWORD 43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina wara t-terrromot u qabel il-Logħob Olimpiku
P6_TA(2008)0362RC-B6-0340/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta" Mejju 2008 dwar id-diżastru naturali fiċ-Ċina(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-10 ta" April 2008 dwar is-sitwazzjoni fit-Tibet(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Diċembru 2007 dwar is-Samit bejn l-UE u ċ-Ċina u d-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-Drittijiet tal-Bniedem(3),

–   wara li kkunsidra r-riżultati tal-25 rawnd tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina li sar fi Brdo, fis-Slovenja, fil-15 ta' Mejju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi kemm iċ-Ċina kif ukoll l-UE ħadu l-impenn li jikkontribwixxu għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli fid-dinja,

B.   billi tiġi kkunsidrata l-iskala tal-qirda kkawżata mit-terremot vjolenti fil-Lbiċ taċ-Ċina fit-12 ta' Mejju 2008; billi dak it-terremot qatel għexieren ta' eluf ta' nies, b'mod partikolari fil-provinċja ta' Sichuan; billi skond l-aħħar stimi, 10 miljun ruħ ġew affettwati it-terremot u nqatlu kważi 70,000 persuna, inklużi eluf ta' tfal ta' l-iskola li mietu meta kkollassaw il-klassijiet tagħhom,

C.   billi l-gvern Ċiniż ipprovda mezzi ta" salvataġġ eċċezzjonali, u ta" persunal - inkluża parti mill-armata - kif ukoll timijiet mediċi biex jgħinu lill-abitanti tar-reġjun milqut,

D.   billi kien hemm mobilizzazzjoni u solidarjetà straordinarja tal-poplu Ċiniż kollu kemm hu, kif ukoll tal-komunità internazzjonali, bil-għan li jiġu megħjuna l-persuni affettwati,

E.   billi l-ftuħ tat-Tibet għat-turiżmu u għall-midja m'għandux jiġi trattat bħala ''avveniment ta' relazzjonijiet pubbliċi'' iżda bħala ftuħ reali, li ser jippermetti lill-ġurnalisti, lill-midja u lit-turisti li jżuru r-reġjun tat-Tibet,

F.   billi jitqiesu d-dikjarazzjonijiet konklussivi tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC), li enfasizza li l-fatt li l-organizzazzjoni tal-Logħob Olimpiku għall-2008 ngħatat f'idejn iċ-Ċina kien se jgħin sabiex il-pajjiż isir iktar miftuħ u sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem,

1.  Jesprimi sodisfazzjoni dwar l-iżviluppi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, id-djalogi settorjali u l-kooperazzjoni iktar mill-qrib dwar bosta kwistjonijiet ta' portata dinjija;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jiftakru li t-twissija ta' terremot hi waħda mill-kriterji ta' referenza ta' l-iżvilupp ta' pajjiż; jenfasizza, għalhekk, l-importanza vitali li tirrispondi b'mod attiv u pront għal kull twissija li l-komunità xjentifika tista' tagħti lill-awtoritajiet fis-sitwazzjoni mhux probabbli imma possibbli ta' diżastru naturali ieħor fiċ-Ċina;

3.  Jilqa" bil-ferħ il-ftuħ mill-ġdid tal-kuntatti, wara l-ġrajjiet tax-xahar ta" Marzu f'Lhasa, bejn ir-rappreżentanti tad-Dalai-Lama u l-awtoritajiet Ċiniżi; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet biex jintensifikaw dawn il-kuntatti sabiex joħolqu bażi ta" fiduċja reċiproka, l-unika kundizzjoni li permezz tagħha tista' tinstab soluzzjoni politika li tkun aċċettabbli miż-żewġ naħat;

4.  Jiddispjaċih li, filwaqt li r-relazzjonijiet maċ-Ċina għamlu progress importanti ferm fl-oqsma ekonomiċi u tal-kummerċ, dan il-progress ma kienx akkumpanjat minn kisbiet sostanzjali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u fi kwistjonijiet ta' demokrazija;

5.  Jikkundanna l-fatt li r-rekord taċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem għadu sors ta' tħassib minħabba l-ksur sistematiku u frekwenti tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar fl-impenji dwar id-drittijiet tal-bniedem li ċ-Ċina kkommettiet ruħha għalihom meta ġie assenjat lilha l-Logħob Olimpiku;

6.  Jikkundanna l-użu frekwenti tal-piena tal-mewt miċ-Ċina u jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex jistabbilixxu moratorju fuq l-għoti tal-piena tal-mewt;

7.  Jiddeplora l-fatt li l-ebda sejħa internazzjonali ma rnexxielha twaqqaf lill-awtoritajiet Ċiniżi milli jissoktaw bit-tkomplija tagħhom għall-ġlied ta' l-14 ta' Marzu 2008 fit-Tibet, peress li l-parteċipanti fil-protesti f'Lhasa għadhom qed jiġu traċċati, miżmuma u arrestati b'mod arbitrarju, u l-familji tagħhom mhumiex jingħataw informazzjoni dwar fejn jinsabu, għalkemm dan huwa rikjest mil-liġi Ċiniża; jitlob lill-awtoritajiet Ċiniżi sabiex, matul il-Logħob Olimpiku, itemmu l-kampanja tagħhom ta' ''rijedukazzjoni patrijottika'', li ġiet intensifikata sa mill-bidu ta' April, f'ġieħ ''Tregwa Olimpika'' li ilha li ġiet stabbilita;

8.  Jinnota b'sodisfazzjoni li ċ-Ċina ma damitx biex aċċettat l-għajnuna tal-komunità internazzjonali għall-persuni milquta mit-terremot fir-reġjun ta" Sichuan u biex tiffaċilita l-intervent ta" l-organizzazzjonijiet ta" għajnuna umanitarja u ta" salvataġġ għat-tqassim ta" l-għajnuna;

9.  Jenfasizza l-importanza ta' l-appoġġ ta" l-Unjoni Ewropea, ta" l-Istati Membri tagħha u tal-komunità internazzjonali fil-fażi tar-rikostruzzjoni tar-reġjun milqut;

10.  Jitlob liċ-Ċina biex tirrispetta l-impenji pubbliċi tagħha lejn id-Drittijiet tal-Bniedem u d-drittijiet tal-minoranzi, id-demokrazija u l-istat tad-dritt li tħabbru fid-deċiżjoni tal-IOC, meta ħalliet liċ-Ċina torganizza l-Logħob Olimpiku;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jieħdu din l-opportunità storika ħalli juru lid-dinja li l-għoti tal-Logħob Olimpiku lil Pekin ipprovda opportunità unika biex jitjiebu r-rekords tad-Drittijiet tal-Bniedem f'dan il-pajjiż, billi juru klemenza lill-priġunieri politiċi kollha u lill-attivisti għad-Drittijiet tal-Bniedem li jinsabu arrestati, inkluż fil-ħabsijiet fit-Tibet wara l-ġlied li nqala' f'Marzu 2008 (ovvjament minbarra l-persuni li jkunu wettqu reati vjolenti); jitlob minbarra dan lill-awtoritajiet Ċiniżi biex iwaqqfu d-diskriminazzjoni kontra l-migranti rurali u l-minoranzi etniċi u biex jieqfu jittormentaw l-attivisti tat-trejdunjins, l-avukati u l-ġurnalisti meta dawn jiddenunċjaw ksur tal-libertajiet fundamentali; itenni l-konvinzjoni tiegħu li l-arrest ta' nies bħal dawn huwa kontra l-ispirtu universali u aċċettat tal-ius gentium (liġi tan-nazzjonijiet);

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lil Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u lill-Kumitat Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0232.
(2) Testi adottati, P6_TA(2008)0119.
(3) Testi adottati, P6_TA(2007)0622.


Dokument ta' strateġija dwar it-tkabbir tal-Kummissjoni
PDF 292kWORD 72k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2008 dwar id-dokument tal-Kummissjoni ta" l-2007 dwar l-istrateġija għat-tkabbir (2007/2271(INI))
P6_TA(2008)0363A6-0266/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2007-2008 (COM(2007) 0663),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2006 dwar id-dokument tal-Kummissjoni ta" 2005 dwar l-istrateġija għat-tkabbir(1) u tat-13 ta' Diċembru 2006 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006-2007(2),

   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, it-Turkija u l-imsieħba Ewropej tal-Politika Ewropea tal-Viċinanzi (ENP),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0266/2008),

A.   billi l-Istrateġija għat-Tkabbir ta' l-UE għandha dimensjoni kemm esterna u kif ukoll interna,

B.   billi d-dimensjoni esterna ta' din l-istrateġija tinvolvi l-promozzjoni ta' riformi, f'konformità ma' l-istandards Ewropej, ta' demokrazija, ta" rispett għad-drittijiet tal-bniedem, ta' paċi, u ta' stabilità u prosperità,

C.   billi d-dimensjoni interna ta' l-Istrateġija għat-Tkabbir taffettwa direttament il-kapaċità ta' l-UE li ssegwi l-objettivi tal-politika tagħha u li tinkiseb Unjoni dejjem eqreb, kif stipulat fit-Trattati,

D.   billi tinħtieġ UE intergrata politikament li tkun kapaċi tiżviluppa politiki ambizzjużi ta" solidarjetà u ta" stabilità,

E.   billi, skond it-Trattat ta" Ruma, "kull stat Ewropew jista' japplika biex isir membru tal-Komunità",

F.   billi, kull tkabbir li sar s'issa kien bla dubju suċċess kemm għall-UE u kif ukoll għall-Istati Membri li ngħaqdu magħha u kkontribwixxa għall-istabilità, l-iżvilupp u l-prosperità fl-Ewropa kollha kemm hi, huwa essenzjali li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li kull tkabbir fil-futur ikun suċċess ukoll,

G.   billi l-Ftehimiet ta" Stabilizzazzjoni u ta" Assoċjazzjoni qed jagħtu kontribut importanti u ta" suċċess lir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent bil-għan ta" l-integrazzjoni tagħhom fl-Ewropa u qed jippromwovu l-koperazzjoni reġjonali,

H.   billi l-Kunsill Ewropew ta" l-2003 li sar f'Tessaloniki u l-Kunsill Ewropew ta" l-2006 li sar fi Brussell affermaw mill-ġdid l-intenzjoni ta' l-UE li tirrispetta l-impenji tagħha mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ewropa u tal-Balkani tal-Punent,

I.   billi, f'dan il-kuntest, il-konsensus imġedded adottat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2006 huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-konsolidazzjoni ta" l-impenji, tal-kundizzjonalità ġusta u stretta u ta" komunikazzjoni aħjar mal-pubbliku,

J.   billi l-Istrateġija tat-Tkabbir hija ħafna aktar minn metodoloġija sempliċi ta' negozjar, li tirrifletti t-twemmin ewlieni li l-UE hija komunità ta" valuri komuni u li hija marbuta b'mod kumpless mad-dibattitu dwar l-objettivi ta' l-UE, il-futur tagħha u kif ukoll l-irwol tagħha fost il-pajjiżi ġirien u fid-dinja,

K.   billi l-metodoloġija u l-kriterji deskritti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq għat-twettiq ta' negozjati ta' adeżjoni jistħoqqilhom appoġġ sħiħ u għandhom jiġu implimentati b'mod rigoruż, u billi l-kunsiderazzjonijiet politiċi m'għandhomx ikunu iktar importanti mill-konformità stretta ma" dawn il-kriterji,

L.   billi l-Istrateġija għat-Tkabbir ta" l-UE għandha tkun parti minn firxa wiesgħa ta" strumenti ta" politika mfassla biex jikkonsolidaw id-demokrazija u biex jinbnew l-istabilità u l-iżvilupp soċjali fil-viċinanzi ta' l-UE, u kif ukoll biex jissaħħaħ l-irwol ta' l-UE fid-dinja,

M.   billi dawn il-politiki għandhom jinkludu l-varjetà ta' sitwazzjonijiet prevalenti fil-viċinanzi tagħna, b'mod partikulari f'dawk il-pajjiżi li għandhom status ta' kandidat u li bdew in-negozjati, dawk il-pajjiżi li għandhom status ta' kandidat iżda li għadhom ma bdewx in-negozjati, dawk li għandhom prospetti ta' sħubija, dawk li għandhom għan ta' integrazzjoni Ewropea u dawk li sempliċement jixtiequ li jkollhom relazzjonijiet ta" pajjiżi ġirien mill-qrib ma' l-Unjoni,

N.   billi dawn il-politiki għandhom ikunu indipendenti u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jippermettu li pajjiż wieħed ikun jista' javvanza minn tip ta' relazzjoni ma' l-UE għal oħra, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa interni u esterni ta" dak il-pajjiż,

O.   billi l-imsieħba tal-Lvant ta' l-ENP huma identifikabbli b'mod ċar bħala pajjiżi Ewropej u li wħud minnhom iddikjaraw l-objettiv li jsiru membri ta" l-Unjoni,

P.   billi, kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tat-13 ta' Diċembru 2006, il-pajjiżi bi prospetti Ewropej għandhom jibbenefikaw minn relazzjoni bilaterali jew multilaterali mill-qrib ma' l-UE, li tkun taqbel mal-bżonnijiet u l-interessi speċifiċi tagħhom; billi din l-għażla, li tinvolvi firxa wiesgħa ta' possibilitajiet operazzjonali, tagħti lill-pajjiżi msieħba perspettiva stabbli u fit-tul tar-relazzjonijiet istituzzjonali ma' l-UE u tipprovdi l-inċentiv neċessarju għat-trawwim ta' stabilità, paċi u riforma demokratika u ekonomika fil-pajjiżi kkonċernati;

Q.   billi, skond l-istess riżoluzzjoni, ikun f'idejn il-pajjiżi kollha bi prospetti ta' adeżjoni rikonoxxuti li jiddeċiedu jekk iridux jibbenefikaw minn arranġamenti multilaterali simili bħala pass intermedjarju lejn sħubija sħiħa,

R.   billi l-Istrateġija tat-Tkabbir ta" l-UE tenħtieġ li tiġu kkomunikata u spjegata b'mod effettiv liċ-ċittadini attwali ta" l-UE kif ukoll liċ-ċittadini futuri kollha sabiex jiġi żgurat li jkunu mgħarrfa sew dwar il-politiki konċernati u li jingħata appoġġ pubbliku akbar għall-impenji ta' l-UE lejn il-ġirien tagħha, u b'hekk jiġu garantiti l-kredibilità u s-solidarjetà ta' l-UE bħala msieħba filwaqt li wieħed ifittex li jagħti tweġiba għall-preokkupazzjonijiet leġittimi,

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li t-tkabbir fil-passat kien suċċess, u li minnu gawdew kemm l-Istati Membri ta" l-UE l-antiki u kif ukoll il-ġodda permezz tat-tkabbir ekonomiku, l-promozzjoni tal-progress soċjali u l-ħolqien tal-paċi, l-istabilità, il-ħelsien u l-prosperità fil-kontinent Ewropew; jemmen li jistgħu jinstiltu lezzjonijiet mit-tkabbir ta' qabel u li modi oħra biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta" tkabbir iridu jkunu bbażati fuq l-esperjenzi pożittivi li ttieħdu sal-lum;

2.  Jafferma mill-ġdid l-impenn sod tiegħu lejn il-pajjiżi kandidati kollha u lejn dawk li ngħataw prospetti ċari ta' sħubija, bil-kundizzjoni ta" konformità sħiħa mal-kriterji ta' Kopenħagen fl-1993 u li l-UE trid tagħmel sforzi sabiex issaħħaħ il-kapaċità ta' integrazzjoni tagħha u li din il-kapaċità għandha titqies b'mod sħiħ;

3.  Ifakkar, li f'dan il-kuntest, għall-pajjiżi ta" dik li qabel kienet il-Jugoslavja, kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja hija wkoll sine qua non;

4.  Huwa tal-fehma li l-Istrateġija għat-Tkabbir ta' l-UE għandha tissodisfa d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' l-UE u tirrifletti l-impenji li diġà daħlet għalihom l-Unjoni, kif ukoll tilħaq bilanċ bejn l-interessi ġeostrateġiċi ta' l-UE, l-impatt ta' l-iżviluppi politiċi barra mill-fruntieri tagħha u l-kapaċità ta' integrazzjoni ta' l-UE, inkluża l-kapaċità tagħha li tlaħħaq ma' l-isfidi futuri interni u esterni u biex tirrealizza l-proġett ta' integrazzjoni politika tagħha;

5.  Ifakkar, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jitwettqu r-riformi interni meħtieġa, mmirati lejn, inter alia, żieda fl-effiċjenza, il-koeżjoni soċjali u t-tisħiħ tar-responsabilità demokratika;

6.  Ifakkar li l-kapaċità ta' integrazzjoni hija marbuta mal-kapaċità ta' l-UE li tiddeċiedi u għalhekk li tikseb l-objettivi politiki tagħha, b'mod partikulari l-għanijiet ta' promozzjoni tal-progress politiku u soċjali u ta' livell għoli ta' impjiegi fl-Istati Membri tagħha, li tafferma l-abilità tagħha u l-kapaċità tagħha li taġixxi fuq ix-xena internazzjonali, li tippromwovi d-drittijiet u l-interessi ta' l-Istati Membri ta' l-UE u taċ-ċittadini Ewropej, li tiżviluppa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li żżomm u tibni fuq l-acquis communautaire tagħha u li tħares id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, kif stipulat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea;

7.  Iqis li l-kunċett ta" kapaċità ta" integrazzjoni huwa magħmul minn erba" elementi:

   i) l-istati fil-proċess ta" l-adeżjoni għandhom jikkontribwixxu u mhux ixekklu l-kapaċità ta" l-UE biex jinżamm il-momentum lejn il-kisba ta" l-għanijiet politiċi tagħha;
   ii) il-qafas istituzzjonali ta" l-UE għandu jkun kapaċi jwassal għal governanza effiċjenti u effettiva;
   iii) ir-riżorsi finanzjarji ta" l-UE għandhom ikunu adegwati biex jintlaħqu l-isfidi tal-koeżjoni soċjali u ekonomika u tal-politiki komuni ta" l-UE;
   iv) strateġija ta" komunikazzjoni komprensiva għandha tkun fis-seħħ biex tinforma l-opinjoni pubblika dwar l-implikazzjonijiet tat-tkabbir;

8.  Jenfasizza li, sabiex jissaħħu l-kredibilità u l-effettività ta" l-istrateġija tat-tkabbir, il-kriterji ta" Kopenħagen iridu jiġu rrispettati bis-sħiħ u l-Istati Membri jridu jikkonformaw magħhom ukoll, sabiex jiġi evitat li l-pajjiżi applikanti jintalbu standards ogħla minn dawk applikati f'xi partijiet ta" l-UE;

9.  Barra minn hekk, ifakkar li l-istruttura ekonomika u l-interessi ta' kull Stat Membru ġdid jista' jkollhom impatt fuq id-direzzjoni li jieħdu l-politiki u l-baġit ta' l-UE u li l-adattazzjonijiet politiċi mitluba jistgħu jaffettwaw in-natura ta' l-UE nnfisha; ifakkar li Komunità magħquda ta" nazzjonijiet u ċittadini għandha tkun ibbażata fuq politiki koerenti u fuq is-solidarjetà ta" l-interessi;

10.  Iqis li l-implikazzjonijiet baġitarji, kif ukoll l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali usa', ta" tkabbir ieħor li jista" jkun hemm għandhom jitqiesu kif jixraq waqt l-evalwazzjoni ta" nofs iż-żmien tal-qafas finanzjarju plurijennali 2007-2013 u l-abbozzar ta" oqfsa finanzjarji sussegwenti;

11.  Jinsab ukoll konvint li kwalunkwe Stat Membru ġdid għandu jipprova jsolvi l-problemi interni prinċipali tiegħu, b'mod partikulari dawk li jikkonċernaw il-konfigurazzjoni territorjali u kostituzzjonali, qabel ma jkun jista' jingħaqad ma' l-UE; huwa ta" l-opinjoni li, qabel u waqt in-negozjati ma" kwalunkwe Stat simili, l-UE għandha tgħin biex tinstab soluzzjoni ta" dawn il-kwistjonijiet;

12.  Jendorsja l-enfasi fuq il-konsolidazzjoni, il-kundizzjonalià u l-komunikazzjoni bħala prinċipji gwida ta" l-Istrateġija għat-Tkabbir ta" L-UE;

13.  Huwa tal-fehma li kull tkabbir għandu jiġi segwit b'konsolidazzjoni adegwata u b'konċentrazzjoni politika, jiġifieri, b'evalwazzjoni mill-ġdid u serja tal-politiki u l-mezzi ta' l-UE sabiex ikun hemm reazzjoni għall-aspettattivi taċ-ċittadini Ewropej u sabiex tkun garantita l-vijabilità ta' l-UE bħala proġett politiku;

14.  Jinsab imħasseb li tkabbir mingħajr konsolidazzjoni u preparazzjoni xierqa jista" jinfluwenza b'mod negattiv lill-għaqda interna ta" l-UE u jista" jkollu implikazzjonijiet serji fuq il-kapaċità ta" l-UE li taġixxi – billi l-istituzzjonijiet tagħha jiddgħajfu, l-Istati Membri jkunu aktar vulnerabbli għall-pressjoni minn barra u l-kredibilità ta" l-UE bħala parteċipant globali tiddgħajjef;

15.  Barra minn dan, jemmen ukoll li s-suċċess tal-proċess tat-tkabbir (u, għalhekk, is-suċċess ta" l-integrazzjoni politika ta" l-UE) jista" jinkiseb biss jekk ikun hemm appoġġ pubbliku ċar u fit-tul għas-sħubija fl-UE ta' kull pajjiż kandidat; għalhekk huwa tal-fehma li tkabbir ulterjuri għandu jkun akkumpanjat b'politika ta' komunikazzjoni miftiehma li tkun tinvolvi l-Istituzzjonijiet ta' l-UE kollha u l-Gvernijiet ta' l-Istati Membri kif ukoll ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u li din il-politika ta" komunikazzjoni tkun imfassla biex tispjega liċ-ċittadini ta' l-UE l-benefiċċji politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali tat-tkabbir; għalhekk ifakkar lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta" l-Istati Membri li hija fir-responsabilità tagħhom li jinfurmaw l-opinjoni pubblika b'mod xieraq dwar il-kisbiet pożittivi tat-tkabbir ta" qabel, l-istatus quo tan-negozjati li għaddejjin u l-kwistjonijiet marbuta ma" l-adeżjoni ta" l-Istati Membri l-ġodda;

16.  Huwa tal-fehma li l-pajjiżi bi prospetti Ewropej għandhom jagħmlu kull sforz biex jispjegaw, jinvolvu u jħejju l-opinjoni pubblika għall-integrazzjoni fl-Unjoni, u jinvolvu lis-soċjetà ċivili sa mill-bidu f'dan il-proċess;

17.  Jinsab konvint ukoll li l-Istrateġija għat-Tkabbir għandha tkun appoġġjata b'firxa iktar diversifikata ta' oqfsa kuntrattwali esterni u li dawn l-oqfsa jistgħu jiġu strutturati bħal ċrieki konċentriċi reċiprokament permeabbli, fejn il-pajjiżi jiġu offruti l-opportunità, skond kundizzjonijiet interni u esterni stretti iżda ċari, li jimxu minn status wieħed għal ieħor jekk ikunu jixtiequ jagħmlu hekk u jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji li jappartjenu għal kull qafas speċifiku;

18.  Jafferma li l-parteċipazzjoni ta' l-ENP ma tfissirx sostituzzjoni għal sħubija jew livell li jwassal bilfors għal sħubija, la fil-prinċipju u lanqas fil-prattika; huwa tal-fehma li hemm bżonn li d-distakk konċettwali, politiku u legali li jeżisti bejn l-Istrateġija għat-Tkabbir ta' l-UE u l-Politika għall-Viċinanzi tagħha jimtela biex ikun hemm reazzjoni għall-aspettattivi tal-ġirien tal-Lvant tagħha; jinsab konvint li l-politika imsaħħa għall-viċinanzi tal-Kummissjoni m'hijiex biżżejjed f'dan ir-rigward, minkejja li tirrapreżenta pass diġà pożittiv fid-direzzjoni t-tajba, u jinsab konvint li hemm bżonn ta' bidla iktar sostanzjali u kwalitattiva;

19.  Għalhekk, jissuġġerixxi li, fir-rigward ta' dawk il-ġirien tal-Lvant li, minħabba l-qagħda politika, ekonomika u soċjali tagħhom u minħabba l-kapaċità attwali ta' integrazzjoni ta' l-UE, fil-preżent ma jgawdux minn prospetti ta' sħubija iżda fl-istess ħin jissodisfaw ċerti kundizzjonjiet demokratiċi u ekonomiċi, l-UE għandha tistabbilixxi żona bbażata fuq il-linji politiċi komuni li jkopru, b'mod partikulari, l-istat ta' dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, il-koperazzjoni fil-politika barranija u ta' sigurtà komuni, kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-kummerċ, l-enerġija, it-trasport, kwistjonijiet ambjentali, il-ġustizzja, is-sigurtà, il-migrazzjoni, il-moviment mingħajr viża u l-edukazzjoni; huwa tal-fehma li dawn il-linji politiċi komuni għandu jkollhom l-għan ġenerali li jgħinu lill-ġirien tal-Lvant biex, bil-mod, jiksbu l-istandards ta' l-UE u b'hekk iwittu triqithom għal integrazzjoni eqreb fi ħdan l-Ewropa; jinsab konvint li l-linji politiċi komuni msemmija hawn fuq għandhom jitfasslu b'mod konġunt mal-pajjiżi parteċipanti fuq il-bażi ta' mekkaniżmi ta' teħid ta' deċiżjonijiet speċifiċi, u għandhom jkollhom is-sostenn ta" għajnuna finanzjarja xierqa; għandu opinjoni pożittiva dwar il-proposta Pollako-Svediża għal Sħubija tal-Lvant ippreżentata waqt il-laqgħa tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tas-26 u s-27 ta" Mejju 2008, kemm-il darba l-inizzjattiva li dik il-proposta tinvolvi tiżvolġi fi ħdan il-qafas ta" l-UE;

20.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tnedija mill-ġdid tal-"Proċess ta' Barċellona fil-qafas ta' l-UE: Unjoni għall-Mediterran" bħala pass ieħor fir-relazzjonijiet ta' l-UE mal-ġirien tan-Nofsinhar; jemmen li dan l-iżvilupp ġdid isaħħaħ l-argument favur relazzjonijiet multilaterali kuntrattwali speċifiċi mal-ġirien tal-Lvant ta' l-UE, li, meta mqabbla ma' l-imsieħba tan-nofsinhar, għandhom perspettivi u ambizzjonijiet Ewropej ċari; ifakkar li, bħala l-ewwel pass, dawn ir-relazzjonijiet għandhom isarrfu fit-twaqqif ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles, li għandha tiġi segwita b'relazzjonijiet eqreb fuq il-linji taż-Żona Ekonomika Ewropea Plus (EEA +), ta' Commonwealth Ewropea jew ta' oqfsa speċifiċit a' koperazzjoni reġjonali ;

21.  Itenni, fil-kuntest ta" l-oqfsa speċifiċi ta" koperazzjoni reġjonali, l-importanza li titfassal strateġija ta' l-UE aktar sofistikata u komprensiva għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed, li tmur lilhinn mill-inizjattiva attwali ta' sinerġija u li tipprevedi l-ħolqien ta" Ftehima ta" Koperazzjoni tal-Baħar l-Iswed, li għandha tinkludi l-UE, it-Turkija u l-istati kollha ta' madwar ix-xtut tal-Baħar l-Iswed bħala msieħba ugwali, filwaqt li jiġi mfittex l-involviment sħiħ tar-Russja, u li tkun tista", fi stadju ieħor aktar tard, tiżviluppa f'Unjoni tal-Baħar l-Iswed; jemmen li qafas multilaterali bħal dan mhux biss joffri lill-pajjiżi involuti l-possibilità li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom ma' l-UE f'għadd kbir ta' oqsma ta' politika, imma jippermetti wkoll li l-Unjoni Ewropea jkollha rwol aktar attiv fit-tiftix ta' soluzzjonijiet paċifiċi għall-kunflitti fir-reġjun, u b'hekk ikun hemm kontribut pożittiv favur is-sigurtà fir-reġjun;

22.  Fl-istess ħin jemmen li l-pajjiżi li jgawdu minn prospetti rikonoxxouti ta' sħubija iżda li għad fadlilhom ħafna xi jkopru qabel ma jiksbu l-kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali neċessarji biex jinkiseb status ta' kandidat, jistgħu jibbenefikaw b'mod utli, b'mod kompletament volontarju, f'arranġamenti simili għall-oqfsa bilaterali jew multilaterali msemmija hawn fuq; ifakkar li pass immedjat bħal dan jiffaċilita l-użu ta" l-istrumenti kollha disponibbli għall-UE sabiex tgħin lill-pajjiżi konċernati fi triqithom lejn sħubija sħiħa;

23.  F'dan il-kuntest jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Balkani tal-Punent: Tissaħħaħ il-perspettiva Ewropea, tal-5 ta' Marzu 2008 (COM(2008)0127), li tiddiskrivi firxa ta' miżuri ta" appoġġ għall-pajjiżi fir-reġjun fl-isforzi tagħhom lejn integrazzjoni ta' l-UE u biex napprofondixxu r-relazzjonijiet ta' l-UE magħhom, fl-oqsma kemm ta' kummerċ, ta' enerġija, ta' edukazzjoni u/jew kif ukoll ta' riċerka; jesprimi sodisfazzjon għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta" Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tas-7 ta' Novembru 2007 mar-Repubblika tas-Serbja u tas-16 ta' Ġunju 2008 mal-Bożnja-Herzegovina, li huwa jqis bħala pass ieħor lejn il-konsolidazzjoni tar-rabtiet bejn ir-reġjun ikkonċernat u l-UE; f'dan ir-rigward jitlob li n-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jitħaffu, sabiex il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Komunità tiġi ffaċilitatà;

24.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħroġ bi proposti konkreti għall-politika ta' relazzjonijiet esterni lejn il-ġirien ta' l-UE li tkun aktar diversifikata, fuq il-linji deskritti fir-riżoluzzjoni attwali, u, biex meta tikkunsidra l-konfigurazzjoni amministrattiva tagħha stess, ta" l-anqas tistabbilixxi rabta strutturali bejn l-attivitajiet imwettqa mid-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbiar u d-Direttorat Ġenerali RELEX;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 402.
(2) ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 480.


Is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe
PDF 236kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe
P6_TA(2008)0364B6-0347/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe, partikolarment dik ta' l-24 ta' April 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/135/PESK(2) tat-18 ta' Frar 2008, li ġġeddet il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe sa l-20 ta' Frar 2009, imposti skond il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK(3),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-Żimbabwe adottati fid-29 ta' April 2008 u fis-26-27 ta' Mejju 2008,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar l-elezzjoni li kienet għadha se ssir fiż-Żimbabwe, adottata mill-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (il-Kummissjoni Afrikana) li ltaqgħet waqt it-43 Sessjoni Ordinarja tagħha f'Ezulwini, ir-Renju tas-Sważiland bejn is-7 u t-22 ta' Mejju 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni Parlamentari ta' Osservazzjoni ta' l-Elezzjoni Pan-Afrikana tad-29 ta' Marzu 2008 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-elezzjonijiet fir-Repubblika taż-Żimbabwe,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta' Ġunju 2008, li emfasizzaw il-prontezza ta' l-UE biex tadotta miżuri addizzjonali kontra dawk responsabbli għall-vjolenza,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija interim tal-Missjoni ta' Osservazzjoni ta' l-Elezzjoni tal-Komunità għall-Iżvilupp ta' l-Afrika tan-Nofsinhar (SADC) dwar il-ballottaġġ presidenzjali fiż-Żimbabwe u ta' l-elezzjonijiet parzjali tal-Kamra ta' l-Assemblea tad-29 ta' Ġunju 2008,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija interim tal-Missjoni Parlamentari ta' Osservazzjoni ta' l-Elezzjoni Pan-Afrikana tat-30 ta' Ġunju 2008 dwar il-ballottaġġ presidenzjali u l-elezzjonijiet parzjali fiż-Żimbabwe,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija preliminari tal-Missjoni Parlamentari ta' Osservazzjoni ta' l-Elezzjoni ta' l-Unjoni Afrikana (UA) tad-29 ta' Ġunju 2008,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar iż-Żimbabwe adottata mill-Assembleja ta' l-UA fil-11-il Samit ta' l-UA, li sar f'Sharm el-Sheikh, l-Eġittu, fit-30 ta' Ġunju-1 ta' Lulju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-ballottaġġ presidenzjali taż-Żimbabwe, sar fis-27 ta' Ġunju 2008 minkejja l-irtirar tal-kandidat presidenzjali Morgan Tsvangirai minħabba li żdiedu l-vjolenza u r-restrizzjonijiet fuq il-partit ta' l-oppożizzjoni u l-partitarji,

B.   billi osservaturi mill-SADC, il-Parlament Pan-Afrikan u l-UA qalu li l-ballottaġġ kien imfixkel mill-vjolenza u ma laħaqx l-istandards ta' l-UA u l-SADC u ma rriflettiex ir-rieda tal-poplu,

C.   billi l-elezzjonijiet għall-Kamra ta' l-Assemblea taż-Żimbabwe, għas-Senat taż-Żimbabwe, għall-Presidenza, u għall-entitajiet tal-gvern lokali seħħew fid-29 ta' Marzu 2008,

D.   billi skond riżultati uffiċjali li ngħataw mill-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe, il-partit ta' l-oppożizzjoni Moviment għall-Bidla Demokratika (MDC) rebaħ maġġoranza ta' siġġijiet fl-Assemblea, waqt li Morgan Tsvangirai rebaħ 47,9% u Robert Mugabe rebaħ 43,2% tal-voti fl-elezzjoni presidenzjali,

E.   billi r-riżultati ta' l-elezzjoni presidenzjali damu ma ħarġu għal xi ġimgħat, dewmien li tellef il-kredibilità u t-trasparenza tal-proċess elettorali,

F.   billi Robert Mugabe ddikjara, qabel il-ballottaġġ elettorali, li l-MDC qatt mhu se jiggverna liż-Żimbabwe u li hu kien lest jiġġieled kontrihom biex ma jħallihomx jieħdu l-poter,

G.   billi fit-tħejjija għat-tieni fażi ta' l-elezzjoni presidenzjali attivisti u partitarji ta' l-oppożizzjoni sofrew vjolenza sponsorjata mill-istat, tortura, intimidazzjoni u arresti arbitrarji, u skond l-MDC għallinqas 86 partitarju tagħha ġew maqtula u 200,000 spustati minn darhom,

H.   billi, waqt il-kampanja elettorali, Morgan Tsvangirai kien arrestat diversi drabi, kien segwit minn suldati armati u mġiegħel jistkenn fl-Ambaxxata Olandiża f'Harare,

I.   billi s-Segretarju Ġenerali ta' l-MDC, Tendai Biti, kien arrestat fit-12 ta' Ġunju 2008 u akkużat b'sovversjoni u tradiment,

J.   billi l-midja ta' l-istat ipprojbixxiet reklami tal-kampanja ta' l-MDC, u għalhekk impediet li jkun hemm kampanja elettorali ħielsa u ġusta; billi r-rally ta' l-MDC ippjanat għat-22 ta' Ġunju 2008 f'Harare kien imfixkel minn partitarji vjolenti ta' l-Unjoni Nazzjonali Afrikana taż-Żimbabwe - Front Patrijottiku (ZANU-PF),

K.   billi fl-24 ta' Ġunju 2008 il-President tal-Kungress Nazzjonali Afrikan, Jacob Zuma ddeskriva s-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe bħala 'mingħajr kontroll', u sejjaħ għal intervent urġenti min-Nazzjonijiet Uniti u mill-SADC,

L.   billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) fl-aħħar ikkundanna unanimament il-kampanja ta' vjolenza li saret mill-Gvern taż-Żimbabwe, għalkemm ma wasalx li jiddikjara din l-elezzjoni bħala illeġittima, minħabba l-oġġezzjoni ta' l-Afrika t'Isfel,

M.   billi l-UA ma qablet dwar l-ebda linjigwidi jew skeda ta' żmien ċara biex jinbdew u jintemmu n-negozjati u billi, barra minn hekk, id-diviżjonijiet fi ħdan l-SADC jfissru li x'aktarx mhux se jkun hemm djalogu,

N.   billi ġurnalisti kienu ffastidjati u intimidati u l-ġurnalisti barranin ma tħallewx jidħlu fil-pajjiż,

O.   billi l-pulizija arbitrarjament arrestat attivisti tas-soċjetà ċivili, inklużi membri ta' gruppi ċiviċi ta' diversi Knejjes f'Harare, u numru ta' NGOs u aġenziji ta' l-għajnuna kellhom jissospendu l-operazzjonijiet tagħhom,

P.   billi d-'diplomazija tas-silenzju' tal-President ta' l-Afrika t'Isfel, Thabo Mbeki, matul is-snin sfortunatament ma ħalliet l-ebda riżultat tanġibbli fir-rigward tas-sitwazzjoni politika fiż-Żimbabwe waqt li s-simpatiji magħrufa tiegħu għal Mugabe eventwalment wasslu biex l-oppożizzjoni fiż-Żimbabwe tirrifjutah bħala medjatur,

Q.   billi l-kriżi fiż-Żimbabwe qed tħalli effetti sinifikanti fuq il-pajjiżi ġirien, l-aktar l-Afrika t'Isfel,

R.   billi skond rapport ta' l-Organizzazzjoni dwar l-Ikel u l-Agrikoltura u l-Programm Dinji ta' l-Ikel madwar żewġ miljun persuna se jkunu mingħajr ikel bejn Lulju 2008 u Settembru 2008 fiż-Żimbabwe, u din il-figura mistennija li tikber għal 5,1 miljun bejn Jannar u Marzu 2009,

S.   billi wieħed minn kull għaxart itfal fiż-Żimbabwe imutu qabel ma jagħlqu l-ħames snin u li l-medja ta' l-għomor tal-ħajja hi ta' 37 sena għall-irġiel u 34 sena għan-nisa,

1.  Jenfasizza li l-elezzjonijiet tas-27 ta' Ġunju 2008 ma jistgħux jitqiesu bħala leġittimi, u jilqa' b'sodisfazzjon l-istqarrija tat-28 ta' Ġunju 2008 tal-Presidenza tal-Kunsill li b'mod ċar tiddikjara din il-pożizzjoni;

2.  Jikkundanna bil-qawwa l-kampanja ta' vjolenza sponsorjata mill-gvern kontra l-oppożizzjoni politika qabel it-tieni fażi ta' l-elezzjonijiet Presidenzjali, li rriżultat fil-qtil, l-arrest arbitrarju u l-fastidju ta' attivisti u partitarji ta' l-oppożizzjoni kif ukoll ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

3.  Iqis li l-kampanja ta' vjolenza, theddid u intimidazzjoni kontra l-oppożizzjoni għamlitha impossibbli li jkun hemm ballottaġġ għall-elezzjoni presidenzjali ħieles u ġust, kif magħruf sew mill-komunità internazzjonali, inklużi l-osservaturi Afrikani ta' l-elezzjoni u mexxejja Afrikani;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-istqarrijia presidenzjali ta' l-UNSC li tikkundanna l-mod kif saret l-elezzjoni presidenzjali fiż-Żimbabwe;

5.  Jilqa' l-istqarrija tal-mexxejja tal-G8 dwar iż-Żimbabwe tat-8 ta' Lulju 2008, b'mod partikolari ir-rifjut tagħhom li jaċċettaw il-leġittimità ta' kull gvern li ma jirriflettix ir-rieda tal-poplu taż-Żimbabwe, jilqa' ir-rakkomandazzjoni tagħhom li jinħatar Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU sabiex jirraporta dwar is-sitwazzjoni politika, umanitarja, drittijiet tal-bniedem u sigurtà u sabiex jappoġġjaw l-isforzi reġjonali biex jitmexxew in-negozjati bejn il-partiti politiċi filwaqt li jkunu rispettati r-riżultati ta' l-elezzjoni tad-29 ta' Marzu 2008, u l-intenzjoni tagħhom li jieħdu passi ulterjuri, inter alia billi jintroduċi miżuri finanzjarji u oħrajn kontra dawk l-individwi responsabbli mill-vjolenza;

6.  Jistieden lill-pajjiżi Afrikani u lill-komunità internazzjonali kollha biex tirrifjuta li tirrikonoxxi r-reġim ta' Mugabe;

7.  Jistieden lill-Unjoni Afrikana, lill-SADC u lin-NU biex jiffaċilitaw proċess inklussiv ta' medjazzjoni bi skadenzi ċari għal negozjati, li jippermetti soluzzjoni rapida u pożittiva għall-kriżi taż-Żimbabwe, ibbażata fuq elezzjonijiet ħielsa u ġusti;

8.  Jenfasizza li biex l-isforz ta' medjazzjoni iwassal għal djalogu nazzjonali sodisfaċenti u produttiv, parteċipanti esterni oħra flimkien mal-President Mbeki għandhom ikunu involuti, u d-djalogu intern m'għandux ikun ristrett għaż-żewġ partiti politiċi, imma għandu jinkludi parteċipanti oħra tas-soċjetà ċivili bħal NGOs, knejjes,trade unions u l-parlament;

9.  Isejjaħ biex ikun hemm soluzzjoni negozjata għall-kriżi attwali, li twassal għall-ħolqien ta' amministrazzjoni tranżizzjonali, b'mandat biex tintemm il-vjolenza sponsorjata mill-gvern, ikunu demobilizzati l-militias, jitneħħew il-liġijiet ripressivi, tissolva l-kriżi umanitarja, ikun hemm stabilità ekonomika, jinbeda proċess inklussiv u kostituzzjonali ta' reviżjoni, u terġa titwaqqaf il-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe (ZEC) sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal elezzjonijiet presidenzjali ħielsa u ġusti fil-futur qarib taħt il-partroċinju ta' l-UA u n-NU; jitlob li dawn in-negozjati jkunu osservati minn mibgħut ta' l-UA/Nazzjonijiet Uniti;

10.  Jistieden lin-NU sabiex tniedi investigazzjoni sħiħa u indipendenti dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li saru u tinsisti li dawk responsabbli ma jitħallewx mingħajr ma jieħdu li ħaqqhom u għandhom jitressqu quddiem tribunal kompetenti u imparzjali;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' riabilitazzjoni tal-vittmi u jitlob għal miżuri tranżizzjonali ta' ġustizzja, inkluż it-twaqqif ta' kummissjoni tal-verità u r-rikonċiljazzjoni;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pożizzjoni ta' numru sew ta' pajjiżi Afrikani, kif ukoll ta' grupp kbir ta' personalitajiet Afrikani rispettati sew, inkluż Nelson Mandela, Desmond Tutu u Kofi Annan, li tikkundanna s-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe, u tinkoraġġihom biex b'mod konkret jimpenjaw ruħhom għal soluzzjoni politika u demokratika;

13.  Jappoġġja lil Botswana fis-sejħiet tagħha biex iż-Żimbabwe tkun sospiża mill-fora Afrikani sakemm jinżammu elezzjonijiet ħielsa u ġusti;

14.  Jitlob lill-Afrika t'Isfel biex tassumi rwol ewlieni fir-reġjun ta' l-SADC għall-futur taż-Żimbabwe u jiddispjaċih sew dwar ir-rifjut ta' l-Afrika t'Isfel fil-UNSC li tiddikjara din l-elezzjoni illeġittima;

15.  Jitlob lill-komunità internazzjonali biex iżżid il-pressjoni diplomatika fuq ir-reġim ta' Mugabe biex iwaqqaf kull vjolenza immedjatament, u jippermetti lill-Parlament li kien elett tliet xhur ilu li jiltaqa';

16.  Jistieden lill-Kunsill biex jintensifika s-sanzjonijiet immirati kontra membri tar-reġim ta' Mugabe u persuni oħra responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, jekk l-isforzi ta' medjazzjoni ma jkunux aċċettati u jekk il-vjolenza sponsorjata mill-istat ma tieqafx, u sabiex jinsisti dwar sanzjonijiet li għandhom ikunu adottati fuq livell tan-NU, inkluż embargo ta' l-armi kif ukoll iffriżar komprensiv ta' l-assi kollha tal-gvern u tal-partit fit-tmexxija; jenfasizza l-ħtieġa li jkunu implimentati b'mod strett is-sanzjonijiet u li jkun hemm koordinazzjoni mal-komunità internazzjonali kollha sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħhom u ma jkunx hemm evażjonijiet;

17.  Jinsisti li miżuri koersivi bħal dawn għandhom isemmu u jagħmlu diżunur lil dawk in-negozjanti responsabbli għall-finanzjament tar-reġim ripressiv ZANU-PF, kif ukoll li ma jħallulhomx id-dritt ta' residenza fl-Ewropa, u ma jagħtux aċċess għall-membri tal-familji tagħhom għal impjieg jew għal istituzzjonijiet edukattivi, kif ukoll jesponu isimhom lill-azzjonisti tal-banek internazzjonali li jservu biex jgħaddu l-qliegħ b'mod korrott, u jipprovdu self u investiment bħal Barclays Bank, Standard Chartered u oħrajn; jinkoraġġixxi kumpaniji Ewropej u internazzjonali oħra biex jirrevedu kull attività li tippermetti lir-reġim aċċess għal munita soda u, f'dan il-kuntest, jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni ta' Tesco u Giesecke & Devrient biex itemmu r-relazzjonijiet ta' kummerċ maż-Żimbabwe;

18.  Jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex ma jagħtu l-ebda viża lil Robert Mugabe, lill-kabinett tiegħu u lit-tmexxija ta' ZANU-PF għal skopijiet nazzjonali jew internazzjonali fuq territorju ta' l-UE, għaliex huma jirrapreżentaw reġime de facto illeġittimu, u ma jistgħux jitolbu l-ebda privileġġ skond il-konvenzjonijiet internazzjonali relevanti dwar libertajiet u privileġġi;

19.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex iżidu l-ħidma diplomatika mal-gvernijiet Afrikani, l-SADC u l-Unjoni Afrikana kif ukoll ma' parteċipanti oħra importanti, inkluż il-gvern Ċiniż, sabiex jidentifikaw pożizzjonijiet komuni dwar il-kriżi taż-Żimbabwe;

20.  Jistieden liċ-Ċina u lil-Libja biex ma jkomplux jagħtu appoġġ lir-reġim ta' Mugabe;

21.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jimpenjaw lilhom infushom speċifikament ma' l-Afrika t'Isfel, bħala l-pajjiż ewlieni tar-reġjun, ħalli jesprimu t-tħassib serju tagħna għan-nuqqas ta' kwalunkwe riżultat ta' medjazzjoni tanġibbli f'dawn l-aħħar snin fir-rigward tal-kriżi taż-Żimbabwe, biex juru li l-impatt tal-kriżi fuq pajjiżi ġirien, inkluż l-Afrika t'Isfel, m'għandux jitħalla mingħajr ma jingħata attenzjoni fir-reġjun u sabiex jiċċaraw li l-appoġġ politiku u ekonomiku kontinwu lir-reġim ta' Mugabe jista' jkollu effetti negattivi fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika t'Isfel;

22.  Jistieden lill-Kunsill biex jinsisti dwar miżuri effettivi u tanġibbli ta' prevenzjoni tal-konflitt internazzjonali u miżuri ta' mitigazzjoni, jekk meħtieġ permezz ta' l-iskjerament rapidu tal-forzi taż-żamma tal-paċi ta' l-UA/NU;

23.  Iħeġġeġ biex il-persuni arrestati għal raġunijiet politiċi jinħelsu immedjatament;

24.  Jinnota l-impatt devastanti li l-kriżi politika qed ikollha fuq il-poplu taż-Żimbabwe u jistieden lill-Gvern ta' Mugabe sabiex ineħħi r-restrizzjonijiet kollha kontra aġenziji ta' l-għajnuna umanitarja u sabiex jiżgura li l-għajnuna umanitarja tista' titwassal skond il-prinċipji ta' l-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza;

25.  Jistieden lill-gvern taż-Żimbabwe biex immedjatament ineħħi l-armi minn idejn il-milizja żagħżugħa u l-veterani tal-gwerra u jiddemobilizzahom kif ukoll jieħu passi kontra individwi li wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

26.  Jikkundanna l-fatt li uffiċjal tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU kien imkeċċi miż-Żimbabwe ġimgħa qabel l-elezzjonijiet ippjanati, u jistieden lill-gvern biex jagħti aċċess bla tfixkil lill-istaff tan-NU;

27.  Jistieden lill-awtoritajiet ta' l-Afrika t'Isfel u lill-Istati Membri ta' l-UE biex ma jiddeportawx refuġjati li ġejjin miż-Żimbabwe u jagħtuhom status temporanju sakemm ikun possibbli li jirritornaw lura b'mod sikur;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tieħu azzoni malajr meta jkun hemm ħtieġa umanitarja addizzjonali kkawżata mill-kriżi politika, partikolarment fir-rigward tal-bżonnijiet u tas-sikurezza tal-persuni li huma spustati f'pajjiżhom;

29.  Juri tħassib dwar it-tbassir ta' żieda ta' bejn l-10% u l-40% ta' persuni miż-Żimbabwe li jaqsmu l-fruntieri fil-ġimgħat li ġejjin; jinnota li fost il-migranti, it-tfal se jkunu partikolarment f'sitwazzjoni vulnerabbli, f'riskju ta' abbuż, u furzati li jagħmlu xogħol perikoluż bħal dak fil-minjieri, iħaddmu makkinarju tal-biedja jew xogħol relatat mas-sess biex jibqgħu jgħixu;

30.  Jistieden lill-UE sabiex twaqqaf kwalunkwe għajnuna li qed titqassam permezz ta' l-awtoritajiet taż-Żimbabwe u biex tindirizzaha minflok permezz ta' istituzzjonijiet indipendenti nazzjonali u internazzjonali;

31.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissarju Michel li jżid b'mod sinifikanti l-appoġġ għaż-Żimbabwe u l-poplu tiegħu billi jwiegħed EUR 250 miljun f'għajnuna għall-iżvilupp, ladarba terġa' lura d-demokrazija u jiġi elett gvern leġittmu u kredibbli;

32.  Jinsisti dwar il-ħtieġa li jkunu rispettati x-xewqat demokratiċi tal-poplu taż-Żimbabwe; iħeġġeġ lil dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem fil-ġejjieni taż-Żimbabwe sabiex jikkoperaw mal-forzi tal-bidla demokratika;

33.  Jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe biex jirrispetta l-impenji tiegħu stess favur prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt bħala firmatarju tat-Trattat SADC u tal-Protokolli relattivi, inkluż il-protokoll elettorali ta' l-SADC, ta' l-Att Kostituttiv ta' l-Unjoni Afrikana, tal-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u tas-Sħubija Ġdida għall-Iżvilupp ta' l-Afrika;

34.  Jistieden lil dawk ta' rieda tajba fl-istrutturi tar-reġim u fiż-ZANU-PF sabiex iwarrbu l-forzi anti-demokratiċi u jieħdu azzjoni ħalli jikkoperaw ma l-MDC biex iġibu bidla rapida qabel ikun tard wisq;

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-G8, lill-gvernijiet u lill-parlamenti taż-Żimbabwe u ta' l-Afrika t'Isfel, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, liċ-Chairpersons tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Eżekuttiv ta' l-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, u lis-Segretarju Ġenerali u l-gvernijiet ta' l-SADC u lill-Forum Parlamentari tiegħu.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0184.
(2) ĠU L 43, 19.2.2008, p.39.
(3) ĠU L 50, 20.2.2004, p.66.


Spazju u s-sigurtà
PDF 333kWORD 90k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar l-ispazju u s-sigurtà (2008/2030(INI))
P6_TA(2008)0365A6-0250/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea intitolata "Ewropa Sikura f'Dinja Aħjar", adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' l-UE kontra l-proliferazzjoni ta' l-Armi tal-Qerda tal-Massa, li kienet adottata ukoll mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2007 dwar il-Politika Spazjali Ewropea(1),

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar it-Tħaddim ta' l-Unjoni Ewropea (it-TFEU) u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (it-TEU), kif emendati bit-Trattat ta' Liżbona, u d-dispożizzjonijiet rilevanti tagħhom dwar il-politika spazjali Ewropea (l-Artikolu 189 tat-TFEU), il-koperazzjoni strutturata permanenti dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża (l-Artikoli 42(6) u 46 tat-TEU u l-Protokoll10) u l-koperazzjoni msaħħa fil-qasam ċivili (Parti Sitta, Titolu III), kif ukoll il-klawsola ta' solidarjetà (l-Artikolu 222 tat-TFEU) u d-dispożizzjonijiet għall-assistenza reċiproka fil-każ ta' aggressjoni armata kontra xi Stat Membru jew xi Stati Membri (l-Artikolu 42(7) tat-TEU),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Jannar 2004 dwar il-pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Politika Spazjali Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' April 2005 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea(3),

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta" l-1967 dwar il-Prinċipji li jirregolaw l-Attivitajiet ta" l-Istati fl-Esplorazzjoni u fl-Użu ta" l-Ispazju, fosthom tal-Qamar u Korpi ċelesti oħra ("it-Trattat dwar l-Ispazju"),

–   wara li kkunsidra l-koperazzjoni bejn l-UE u r-Russja dwar il-politika spazjali li fl-2006 ħolqot Djalogu Tripartitiku dwar l-Ispazju bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u r-Roscosmos (l-Aġenzija Spazjali Federali Russa),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija (A6-0250/2008),

A.   billi l-ħelsien minn theddid mill-ispazju u l-aċċess sostenibbli u sikur ta' l-ispazju, kif ukoll l-użu tiegħu, għandhom ikunu l-prinċipji li jmexxu l-Politika Spazjali Ewropea,

B.   billi Politika Spazjali Ewropea awtonoma hija ħtieġa strateġika biex l-Unjoni Ewropea tilqa' għall-isfidi politiċi u ta' sigurtà varji li kull ma tmur qiegħda tħabbat wiċċha magħhom,

C.   billi n-nuqqas ta' strateġija komuni dwar il-politika spazjali bejn l-Istati Membri ta' l-UE jfisser programmi li jiġu jqumu wisq,

D.   billi l-operazzjonijiet b'ġestjoni ta' kriżi fil-qafas tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea jbatu minn nuqqas ta' interoperabilità bejn l-assi spazjali mħaddma mill-Istati Membri ta' l-UE,

E.   billi l-Unjoni Ewropea m'għandhiex struttura sħiħa Ewropea għall-ispazju għal skopijiet ta' sigurtà u ta' difiża,

F.   billi l-iżvilupp ta' ġenerazzjoni ġdida ta' launchers jieħu madwar 15-il sena u l-ħajja ta' dawk attwali trid tiġi sostitwita sa 20 sena oħra,

G.   billi l-iżvilupp ta' l-assi spazjali mill-Istati Uniti, ir-Russja, il-Ġappun u minn stati oħra li għadhom kemm bdew jivvjaġġaw fl-ispazju, bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Korea t'Isfel, it-Tajwan, il-Brażil, l-Iżrael, l-Iran, il-Malasja, il-Pakistan, l-Afrika t'Isfel u t-Turkija, huwa miexi 'l quddiem b'pass mgħaġġel,

H.   billi l-Presidenza Franċiża ta' l-Unjoni Ewropea fit-tieni semestru ta' l-2008 se ġġib 'il quddiem il-Politika Spazjali Ewropea bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha,

I.   billi wieħed mill-elementi ewlenin ta" arkitettura spazjali, meta mqabbla man-nefqa, u għall-kisba ta" flotta sostenibbli ta" assi spazjali huwa s-servisjar fl-orbita, permezz ta" mezzi in situ,

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jinnota l-importanza tad-dimensjoni spazjali għas-sigurtà ta' l-Unjoni Ewropea u l-bżonn ta' strateġija komuni meħtieġa biex tiddefendi l-interessi Ewropej fl-ispazju;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' l-assi spazjali sabiex l-attivitajiet politiċi u diplomatiċi ta' l-Unjoni Ewropea jkunu bbażati fuq informazzjoni indipendenti, affidabbli u sħiħa b'appoġġ għall-politiki tagħha ta" prevenzjoni ta" kunflitti, għall-operazzjonijiet tagħha b'ġestjoni ta' kriżi u għas-siġurtà dinjija, l-aktar il-monitoraġġ tal-proliferazzjoni ta' l-armi tal-qerda tal-massa u l-mezzi ta" trasportazzjoni tagħhom u l-verifika ta' trattati internazzjonali, il-kuntrabandu tranżnazzjonali ta" l-armamenti ħfief u ta" l-armi żgħar, il-ħarsien ta' l-infrastruttura kruċjali u tal-fruntieri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-protezzjoni ċivili fil-każ ta' diżastri u kriżijiet naturali u kkawżati mill-bniedem;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-endorsjar tal-Politika Spazjali Ewropea mill-"Kunsill Spazjali" kif proposta minn komunikazzjoni konġunta ppreżentata mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea (COM(2007)0212), l-aktar il-kapitlu dwar is-sigurtà u d-difiża, filwaqt li jiddeplora n-nuqqas ta' kwalunkwe referenza għat-theddida li l-ispazju jista' jimtela bl-armamenti fi ħdan il-"kwistjonijiet ewlenin li għandhom jitqiesu fl-iżvilupp ta' strateġija għar-relazzjonijiet internazzjonali" (kif imsemmi fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' mejju 2007); jirrakkomanda, għalhekk, li l-Istrateġija riveduta Ewropea tas-Sigurtà għandha tqis din il-politika kif xieraq, u huwa tal-fehma li l-kwistjonijiet dwar l-ispazju għandhom jiġu riflessi fil-White Paper li possibilment se ssir dwar il-Politika tas-Sigurtà u tad-Difiża;

4.  Japprova l-inklużjoni ta' bażi legali għall-Politika Spazjali Ewropea fit-Trattat ta' Liżbona; jilqa' b'sodisfazzjon l-opportunità li ngħatat lilu u lill-Kunsill biex jistabbilixxu, skond il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-miżuri biex jiġi msawwar Programm Spazjali Ewropew; Jistieden lill-Kummissjoni biex tissottometti lilu u lill-Kunsill proposta xierqa għal miżuri bħal dawn, flimkien ma' Komunikazzjoni dwar l-istabbiliment ta' relazzjonijiet xierqa ma' l-Aġenzija Spazjali Ewropea; jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-possibilitajiet ta' koperazzjoni strutturata permanenti fi kwistjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża u ta' koperazzjoni msaħħa fil-qasam ċivili;

5.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Aġenzija Spazjali Ewropea u lil kull min għandu interess biex jużaw aktar u aħjar is-sistemi spazjali nazzjonali u multinazzjonali u biex iħeġġu l-komplementarjetà reċiproka tagħhom; jinnota f'dan ir-rigward li l-kapaċitajiet komuni huma meħtieġa għall-ESDP mill-inqas fl-oqsma li ġejjin: it-telekomunikazzjonijiet, l-immaniġġjar ta" l-informazzjoni, l-osservazzjoni u n-navigazzjoni; jirrakkomanda l-qsim u l-iskambju ta' din l-informazzjoni skond il-linja tal-kunċett ta' l-UE dwar l-Istruttura Ċentrika tan-Networks ta' l-Operat;

6.  Japprova l-isforzi ta' l-Akkademja Internazzjonali ta" l-Astronawtiċi u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Avvanz tas-Sigurtà ta" l-Ispazju biex jippromwovu r-remedjazzjoni, il-ftehim u l-miżuri rigward l-iskart fl-ispazju;

Evalwazzjoni awtonoma tat-theddid

7.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiġbru flimkien u jiskambjaw it-tagħrif ġeospazjali meħtieġ għall-evalwazzjoni awtonoma tat-theddid għall-UE;

Osservazzjoni u tkixxif dwar id-Dinja

8.  Iħeġġeġ biex iċ-Ċentru tas-Satelliti ta' l-Unjoni Ewropea (l-EUSC) ikompli jiġi żviluppat biex isir użu sħiħ mill-potenzjal tiegħu; barra minn hekk, jirrakkomanda li jkunu konklużi b'urġenza l-ftehim bejn iċ-Ċentru tas-Satelliti ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri ta' l-UE biex kull immaġni disponibbli tgħaddi għand l-operat ta' l-ESDP u l-kmandanti tal-forza, filwaqt li tkun żgurata l-komplementarjetà mal-kapaċitajiet ta' osservazzjoni tal-Monitoraġġ Globali ta' l-Ambjent u s-Sigurtà (il-GMES) u ma' l-informazzjoni marbuta mas-siġurtà; f'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon il-proġett ta' l-Istazzjon ta' l-Esplojtazzjoni ta' l-Immaġni Tattika, li jitmexxa b'mod konġunt mill-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (l-EDA) u ċ-Ċentru tas-Satelliti ta' l-Unjoni Ewropea;

9.  Jirrakkomanda li l-UE tiżviluppa kunċett komuni għall-intelligenza ġeospazjali, b'hekk toħloq kundizzjonijiet għall-involviment ta' l-EUSC fl-ippjanar ta' kull operazzjoni ta" l-ESDP li teħtieġ osservazzjoni bbażata fl-ispazju u intelliġenza bbażata fl-ispazju; jirrakkomanda li l-EUSC tistabbilixxi link ta" komunikazzjoni sikura sabiex tappoġġja l-operazzjonijiet ta" l-ESDP mhux biss mal-Kwartieri ta" l-Operazzjonijiet (OHQ) ibbażati fl-UE imma wkoll mal-Kwartieri tal-Forza (FHQ) fir-reġjun ta" l-iskjerament; aktar minn hekk, jissuġġerixxi li l-UE tesplora l-possibilità ta" kontribuzzjoni finanzjarja għall-EUSC mill-baġit ta" l-UE sabiex tipprovdi biżżejjed fondi biex tissodisfa l-bżonnijiet li qed jiżdiedu ta" l-operazzjonijiet ta" l-ESDP;

10.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE li għandhom aċċess għal tipi varji ta' radar, satelliti għall-osservazzjoni ottika u tat-temp u sistemi ta' tkixxif (Helios, SAR-Lupe, TerraSAR-X, Rapid Eye, Cosmo-Skymed, Pleiades) biex jagħmluhom kompatibbli; jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim bilaterali u multilaterali bejn il-pajjiżi l-kbar ta' l-UE (bħal SPOT, ORFEO, il-qafas ta' koperazzjoni Helios, il-ftehim ta' Schwerin u, fil-ġejjieni, il-MUSIS); jirrakkomanda li s-sistema MUSIS tiddaħħal f'qafas Ewropew u tiġi ffinanzjata mill-baġit ta' l-UE;

11.  Jisħaq dwar l-importanza tal-GMES għall-politika barranija kif ukoll għall-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' l-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ biex tinħoloq linja baġitarja operattiva li tiżgura li s-servizzi tal-GMES ikunu sostenibbli skond il-ħtiġijiet ta' min jużahom;

Navigazzjoni – Pożizzjoni – Kejl ta' żmien

12.  Jenfasizza l-ħtieġa tal-Galileo għall-operazzjonijiet awtonomi ta' l-ESDP, għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni u għas-sigurtà ta' l-Ewropa nnifisha u għall-awtonomija strateġika ta" l-Unjoni; jinnota li, b'mod partikulari, is-servizz tal-Galileo, regolat b'mod pubbliku, huwa vitali fil-qasam tan-navigazzjoni, tal-pożizzjoni u tal-kejl taż-żmien, mhux l-anqas sabiex ikunu evitati riskji bla bżonn;

13.  Jinnota l-ftehim waqt l-ewwel qari bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-proposta għal regolament dwar l-implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo) li jistabbilixxi li Komunità hija s-sid tas-sistema u li l-fażi ta' preparazzjoni tagħha hija ffinanzjata kollha kemm hi mill-baġit tal-Komunità;

14.  Jiġbed l-attenzjoni għall-pożizzjoni tiegħu adottata fit-23 t'April 2008 dwar il-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)(4), b'mod partikulari għall-fatt li l-programmi EGNOS u Galileo għandhom jitqiesu bħala waħda mill-pilastri ewlenin tal-Programm Spazjali Ewropew futur, u għal-governanza tal-programmi, flimkien mal-Panel Interistituzzjonali Galileo, li jista' jservi ta' mudell fl-iżvilupp ta' Politika Spazjali Ewropea;

Telekomunikazzjoni

15.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' komunikazzjoni sikura bbażata fuq is-satelliti għall-operat ta' l-ESDP (Staff Militari ta' l-UE, Kwartieri Ġenerali ta' l-UE, kwartieri ġenerali skjerabbli) u għall-iskjerament ta' l-Istati Membri ta' l-UE man-NU, man-NATO u ma' organizzazzjonijiet bħal dawn;

16.  Jitlob biex is-sistemi attwali u futuri ta' telekomunikazzjoni bis-satellita li huma disponibbli fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (bħal Skynet, Syracuse, SICRAL, SATCOMBw, Spainsat) ikunu interoperabbli b'mod reċiproku sabiex tonqos l-ispiża;

17.  Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-iżvilupp koperattiv ta' Radju Definit b'Softwer (SDR) mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija tad-Difiża Ewropea; jinnota li l-SDR se jagħti sehmu biex ikun hemm interoperabilità aħjar min-naħa tas-segment ta' l-art tas-sistemi ta' telekomunikazzjoni;

18.  Jirrakkomanda li jiġu ffrankati riżorsi permezz ta' l-użu ta' infrastruttura fuq l-art li tkun il-bażi ta' sistemi ta' telekomunikazzjoni nazzjonali differenti;

19.  Jappoġġja l-possibilità ta" finanzjament fil-futur mill-baġit ta" l-UE, ta" sistemi satellitari Ewropej tat-telekomunikazzjonijiet li jappoġġjaw operazzjoni ta" l-ESDP;

Sorveljanza spazjali

20.  Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta' sistema ta' sorveljanza spazjali Ewropea li twassal għall-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju (li tinkludi, pereżempju, il-GRAVES u t-TIRA) biex ikun hemm monitoraġġ ta' l-infrastruttura spazjali, tal-fdal spazjali u, forsi, ta' xi periklu ieħor;

21.  Jappoġġja l-possibilità ta" finanzjament fil-futur mill-baġit ta" l-UE, ta" sistema Ewropea għall-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju;

Sistemi ta' satelliti ta' twissija bikrija kontra missili ballistiċi

22.  Jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri ta' l-UE m'għandhomx aċċess għal informazzjoni immedjata dwar it-tfigħ ta' missili ballistiċi madwar id-dinja; jesprimi l-appoġġ tiegħu, għalhekk, għal proġetti li jwasslu għal twissija bikrija bis-satelliti kontra t-tfigħ ta' missili ballistiċi (bħall-iSpirale ta' Franza); barra minn hekk, jitlob li l-informazzjoni akkwistata permezz ta' dawn is-sistemi futuri tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea sabiex il-popolazzjoni tagħhom tkun protetta u biex jiġu appoġġjati kontromiżuri, kif ukoll biex isservi għall-verifika ta' konformita' mat-Trattat tan-Non-proliferazzjoni Nukleari, u għall-iskopijiet ta' l-operazzjonijiet ESDP u s-salvagwardja ta' l-interessi tas-sigurtà ta' l-Ewropa;

Informazzjoni elettronika (Signal intelligence)

23.  Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-iskambju ta' informazzjoni elettronika (bħas-sistema Franċiża "Essaim" u informazzjoni rigward il-komunikazzjonijiet) fil-livell Ewropew;

Aċċess awtonomu għall-ispazju u għall-ambjent internazzjonali

24.  Jagħti l-appoġġ tiegħu għal aċċess għall-ispazju li jkun sikur, indipendenti u sostenibbli għall-Unjoni Ewropea bħala waħda mill-kundizzjonijiet ewlenin għall-azzjoni awtonoma tagħha;

25.  Jirrakkomanda li s-satelliti Ewropej mhux kummerċjali jintefgħu fl-orbita permezz ta' launchers Ewropej preferibbilment mit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jitqiesu l-aspetti tas-sigurtà tal-provvista u tal-ħarsien tal-Bażi Teknoloġika u Industrijali tad-Difiża Ewropea;

26.  Jinnota li huwa neċessarju li jiżdied l-isforz għall-iżvilupp sabiex Ariane 5 msaħħa tkun disponibbli qabel l-2015;

27.  Jirrakkomanda li mill-aktar fis għandu jingħata bidu għal investiment strateġiku għat-tul f'launchers Ewropej ġodda, bi wieħed iħaħħaq mal-kompetizzjoni dinjija li qiegħda dejjem tikber; jitlob għal aktar dixxiplina f'dan il-proġett f'termini ta' baġit u ta' perjodu ta' skadenza;

28.  Jirrakkomanda li l-vetturi spazjali jiġu sservisjati waqt li qegħdin fl-orbita, bħala mezz ta" appoġġ biex jissaħħu r-reżistenza, il-persistenza, id-disponibilità u l-effiċjenza operattiva ta" l-assi spazjali operattivi u, fl-istess waqt, biex jitnaqqsu l-iskjerament ta" l-assi u l-ispejjeż tal-manutenzjoni;

Governanza

29.  Jinkuraġġixxi koperazzjoni b'saħħitha bejn il-pilastri għall-ispazju u għas-sigurtà, li tinvolvi l-partijiet kollha rilevanti (i.e. il-Kummissjoni, il-Kunsill, l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea u ċ-Ċentru tas-Satelliti ta' l-Unjoni Ewropea) sabiex ikunu ggarantiti l-politika ta' sigurtà u s-sigurtà ta' l-informazzjoni marbuta ma' l-ESDP;

30.  Jirrakkomanda bil-qawwa l-promozzjoni ta" aċċess indaqs għall-Istati Membri kollha ta" l-UE għall-informazzjoni dwar l-operat miġbura bl-użu ta" l-assi spazjali permezz ta' qafas imsaħħaħ ta' l-ESDP;

31.  Jirrakkomanda li jiġu żviluppati kapaċitajiet amministrattivi u finanzjarji għall-immaniġġjar ta' attivitajiet relatati ma' l-ispazju mill- Aġenzija tad-Difiża Ewropea;

Il-Finanzjament

32.  Jinnota li l-baġit ta' l-UE jiddedika nefqa li tammonta għal madwar EUR 5.25 miljun fis-snin 2007-2013 għal attivitajiet komuni Ewropej ta' l-ispazju, li jirriżulta f'nefqa medja ta' EUR 750 miljun fis-sena f'dan il-perjodu;

33.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi baġit operattiv għall-assi spazjali, li jservu għall-appoġġ ta' l-ESDP u l-interessi tas-sigurtà Ewropea;

34.  Hu allarmat mill-fatt li n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri jwassal għal skarsezza ta' riżorsi minħabba duplikazzjoni bla bżonn ta' l-attivitajiet; jagħti, għalhekk, l-appoġġ tiegħu għall-idea tat-tnedija ta' programmi konġunti bejn l-Istati Membri, li twassal biex jiġu ffrankati l-ispejjeż maż-żmien;

35.  Barra minn hekk, jinnota li l-ispiża għan-nuqqas ta' strateġija Ewropea komuni għall-kisba, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta' l-assi spazjali hija stmata li tammonta għal mijiet ta' miljuni ta' euro;

36.  Jinnota li, kif uriet l-esperjenza, proġetti komuni fuq skala kbira ma jistgħux jiġu mmaniġġjati kif xieraq meta jkunu involuti 27 awtorità nazzjonali tal-baġit differenti li japplikaw il-prinċipju ta' "qligħ ġust"; jirrakkomanda, għalhekk, li dawn il-proġetti u programmi jiġu ffinanzjati mill-baġit ta' l-UE;

37.  Jinnota li l-istimi minn kompetenzi disponibbli jissuġġerixxu li l-livell ta' investiment meħtieġ għall-ħtiġijiet tas-sigurtà u d-difiża Ewropea rigward it-telekomunikazzjonijiet bis-satellita, u l-ispiża proprja ta' l-Unjoni Ewropea għall-osservazzjoni u l-ġbir ta' informazzjoni dwar id-Dinja, fosthom l-informazzjoni elettronika, għandhom jiżdiedu sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-ambizzjonijiet ta" politika spazjali komprensiva;

38.  Hu tal-fehma li l-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea u l-Istati Membri tagħhom għandhom jagħmlu tajjeb għall-finanzjament affidabbli u xieraq ta' l-attivitajiet spazjali maħsuba u għar-riċerka marbuta magħhom; jagħti importanza kbira lill-finanzjament mill-baġit ta' l-UE, bħal fil-każ tal-proġett Galileo;

Ħarsien ta' l-infrastruttura spazjali

39.  Jenfasizza l-vulnerabilità ta' l-assi spazjali strateġiċi kif ukoll ta' l-infrastruttura li tippermetti l-aċċess għall-ispazju, bħal launchers u portijiet spazjali; għalhekk jisħaq fuq il-ħtieġa li dawn ikunu mħarsa b'mod xieraq b'difiża b'missili ta' medda medja mill-art, b'ajruplani u b'sistemi ta' sorveljanza mill-ispazju; barra minn hekk, jagħti l-appoġġ tiegħu biex is-sħab internazzjonali jaqsmu l-informazzjoni bejniethom fil-każ li s-satelliti jsiru inoperabbli minħabba l-azzjoni ta' l-għadu;

40.  Jitlob biex għall-ġejjieni tonqos il-vulnerabilità tas-sistemi tas-satelliti Ewropej permezz ta' sistemi kontra l-iġġammjar, sistemi ta' ħarsien, isservisjar fl-orbita, u strutturi b'kostellazzjonijiet ta" orbita għolja u multiorbitali;

41.  Jenfasizza li l-miżuri ta' ħarsien għandhom jikkonformaw għal kollox ma' l-istandards internazzjonali dwar l-użu paċifiku ta' l-ispazju u mal-miżuri għat-trasparenza u għat-tisħiħ tal-fiduċja miftiehma b'mod reċiproku (TCBMs); jitlob lill-Istati Membri ta" l-UE biex jesploraw il-possibilità li jiżviluppaw regoli li jorbtu legalment jew politikament għall-operaturi ta" l-ispazju, flimkien ma" sistema ta" mmaniġġjar tat-traffiku spazjali;

42.  Jenfasizza li, minħabba din il-vulnerabilità, il-komunikazzjoni avvanzata m'għandha qatt issir totalment dipendenti fuq it-teknoloġiji bbażati fuq l-ispazju;

Reġim legali internazzjonali għall-użu ta' l-ispazju

43.  Itenni l-importanza tal-prinċipju ta' l-użu ta' l-ispazju għal skopijiet paċifiċi kif imfisser fit-Trattat dwar l-Ispazju ta' l-1967 msemmi hawn fuq; huwa għalhekk imħasseb li fil-ġejjieni l-ispazju jista' jimtela bl-armamenti;

44.  Jinsisti li taħt l-ebda ċirkostanzi l-politika Ewropea ta' l-ispazju m'għandha tikkontribwixxi sabiex l-ispazju jiġi mmilitarizzat u jimtela bl-armi;

45.  Jitlob biex ir-reġim legali internazzjonali jissaħħaħ sabiex jirregola u jħares l-użu ta' l-ispazju għal għanijiet mhux aggressivi u għat-tisħiħ tat-TCBMs, fil-qafas ta' l-abbozz tal-linji gwida dwar il-mitigazzjoni tal-fdal spazjali tal-Kumitat tan-NU dwar l-Użu Paċifiku ta' l-Ispazju (COPUOS), b'konsistenza ma' dawk tal-Kumitat ta' l-Aġenziji għall-Koordinazzjoni tal-Fdal Spazjali, kif ukoll l-iżvilupp min-naħa tal-Konferenza tan-NU dwar id-Diżarm (CD) ta' ftehim multilaterali dwar il-prevenzjoni tal-Ġirja għall-Armamenti fl-Ispazju (PAROS); barra minn hekk, jitlob lill-Presidenza ta' l-UE biex tirrappreżenta lill-UE b'mod proattiv fil-COPUOS; jitlob lill-istituzzjonijiet ta" l-UE sabiex jippromwovu konferenza biex jirrevedu t-Trattat ta" l-Ispazju, bil-għan li jsaħħuħ u jwessgħu l-ambitu tiegħu biex jipprojbixxu l-armamenti kollha fl-ispazju;

46.  Jistieden lill-protagonisti internazzjonali kollha biex ma jużawx tagħmir offensiv fl-ispazju; jesprimi t-tħassib partikulari tiegħu dwar l-użu ta" forza qerrieda kontra s-satelliti, bħas-sistema kontra s-satelliti ttestjata miċ-Ċiniżi f'Jannar 2007 u l-konsegwenzi taż-żieda qawwija fl-iskart għas-sigurtà spazjali; jirrakkomanda, għalhekk, li jkunu adottati strumenti internazzjonali li jorbtu b'mod legali u li jiffukaw fuq il-projbizzjoni ta' l-użu ta' l-armamenti kontra l-assi spazjali u tat-tqegħid ta' armamenti fl-ispazju;

47.  Jistieden lill-utenti kollha ta' l-ispazju biex jirreġistraw is-satelliti tagħhom, fosthom dawk militari, permezz ta' miżura għas-sigurtà spazjali li ssaħħaħ il-fiduċja u tħeġġeġ it-trasparenza; jagħti l-appoġġ tiegħu biex il-Kunsill ikompli jinsisti għal Kodiċi ta' Kondotta komprensiv ta' l-UE dwar l-Oġġetti Spazjali; jitlob li dan il-Kodiċi jsir strument li jorbot legalment;

48.  Iħeġġeġ lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-Unjoni Ewropea biex jagħtu sehem attiv fit-tnaqqis tal-fdal spazjali li jista' jkun ta' ħsara għas-satelliti, kif ukoll għall-ħarsien minnu;

Koperazzjoni transatlantika għall-politika spazjali u d-difiża kontra l-missili

49.  Jitlob l-UE u l-Organiżżazzjoni tat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana bil-ħeġġa biex iniedu djalogu strateġiku dwar il-politika spazjali u d-difiża kontra l-missili, filwaqt li jżommu quddiem għajnejhom l-imperattiv legali li tiġi evitata kwalunkwe azzjoni li tista' tkun inkompatibbli mal-prinċipju ta' l-użu paċifiku ta' l-ispazju, l-aktar dwar il-komplementarjetà u l-interoperabilità tas-sistemi ta' komunikazzjoni bis-satellita, is-sorveljanza spazjali u t-twissija bikrija kontra l-missili ballistiċi, kif ukoll il-ħarsien tal-forzi Ewropej b'sistema ta' difiża b'missili ta' medda medja ('theatre missile defence system");

50.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Uniti ta' l-Amerika biex jieħdu sehem fi djalogu strateġiku dwar l-użu ta' l-assi spazjali u biex ikunu minn ta" quddiem, fuq livell globali, fi ħdan in-NU u barra minnhom, li jiżguraw li l-ispazju jiġi ppreservat għal politiki paċifiċi biss;

Koperazzjoni internazzjonali oħra

51.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa fil-qafas tad-Djalogu Tripartitiku dwar l-Ispazju stabbilit fl-2006, msemmi hawn fuq, bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u r-Roscosmos li tinkludi l-applikazzjonijiet spazjali (in-navigazzjoni tas-satelliti, l-osservazzjoni tad-Dinja u l-komunikazzjoni bis-satelliti) kif ukoll l-aċċess għall-ispazju (launchers u sistemi oħra ta' trasport spazjali);

o
o   o

52.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Spazjali Ewropea, lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, ta' l-Organizzazzjoni tat-Trattat ta' l-Atlantiku tat-Tramuntana u ta' l-Organizzazzjoni għas-Siġurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

(1) ĠU C 136, 20.6.2007, p. 1.
(2) ĠU C 96 E, 21.4.2004, p. 136.
(3) ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 580.
(4) Testi Adottati, P6_TA(2008)0167.


Il-Kashmir
PDF 210kWORD 44k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2008 dwar allegazzjonijiet ta' oqbra tal-massa fil-parti tal-Kashmir li amministrata mill-Indja
P6_TA(2008)0366RC-B6-0349/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapporti tad-delegazzjoni ad hoc tiegħu, wara ż-żjarat tagħha fil-Kashmir mit-8 sal-11 ta' Diċembru 2003 u mill-20 sa l-24 ta' Ġunju 2004,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2006 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja għall-2005 u l-politika ta' l-UE dwar din il-kwistjoni(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Mejju 2007 dwar is-sitwazzjoni attwali u prospetti għall-futur tal-Kashmir(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi huwa rrappurtat li nstabu mijiet ta' oqbra mhux identifikati sa mill-2006 f'Jammu u fil-Kashmir u billi allegatament instabu mill-inqas 940 kadavru fi 18-il raħal fid-distrett ta' Uri biss,

B.   billi l-Assoċjazzjoni bbażata fi Srinagar tal-Ġenituri tal-Persuni li Għebu (APDP) ħarġet rapport fid-29 ta' Marzu 2008 fejn indikat l-eżistenza ta' bosta oqbra f'postijiet fejn, minħabba l-viċinanza tagħhom għal-linja ta' kontroll mal-Pakistan, mhumiex aċċessibbli mingħajr permess speċifiku tal-forzi ta' sigurtà,

C.   billi, skond l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, ma jistax jiġi eskluż li l-oqbra fihom il-fdalijiet ta' vittmi ta' qtil illegali, għajbien infurzat, tortura u abbużi oħra li seħħew fil-kuntest tal-kunflitt armat li għadu għaddej f'Jammu u fil-Kashmir sa mill-1989,

D.   billi stimi dwar in-numru ta' persuni li għebu mill-1989 ivarjaw ħafna bejn l-assoċjazzjonijiet tal-familji tal-vittmi li jsemmu 'l fuq minn 8,000 u l-awtoritajiet tal-gvern li jsemmu inqas minn 4,000,

E.   billi rapport tal-pulizija ta' l-istat ta' l-2006 ikkonferma l-imwiet ta' 331 persuni taħt arrest u l-għajbien infurzat wara detenzjoni ta' 111 persuna sa mill-1989,

F.   billi għad hemm allegazzjonijiet dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem minkejja l-fatt li l-Gvern Indjan ħa impenn f'Settembru 2005 biex ma jibqax jittollera ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'Jammu u fil-Kashmir,

G.   billi Parvez Imroz, avukat tad-Drittijiet tal-Bniedem ippremjat, president tal-Koalizzjoni tas-Soċjetà Ċivili ta' Jammu u tal-Kashmir u fundatur ta' l- APDP, baqa' ħaj wara attakk fit-30 ta' Ġunju 2008 fi Srinagar, allegatament minn membri tal-forzi ta' sigurtà, u billi huwa allegat li ġew ittormentati membri oħra tal-Qorti Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem u għall-Ġustizzja fil-Kashmir, li qed tiġi faċilitata mill-APDP,

1.  Jitlob lill-Gvern Indjan sabiex b'mod urġenti jiżgura li jsir stħarriġ indipendenti u imparzjali tas-siti kollha ssuspettati ta' oqbra tal-massa f'Jammu u fil-Kashmir, u bħala l-ewwel pass immedjat, li jiżgura li s-siti ta' l-oqbra jkunu siguri sabiex ikunu jistgħu jiġu ppreservati l-provi;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex toffri għajnuna finanzjarja u teknika lill-Gvern Indjan fil-kuntest ta' l-Istrument ta' l-Istabilità, sabiex issir investigazzjoni fil-fond u għal miżuri ulterjuri possibbli għas-soluzzjoni tal-kunflitti fil-Kashmir;

3.  Jitlob lill-Istati Membri ta' l-UE biex jindirizzaw il-kwistjoni fid-djalogu li jmiss dwar id-drittijiet tal-bniedem, li għandu jseħħ sa tmiem is-sena;

4.  Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward is-sigurtà ta' Parvez Imroz u ta' attivisti oħra favur id-drittijiet tal-bniedem, li qed jinvestigaw l-oqbra mhux immarkati u allegazzjonijiet oħra ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'Jammu u fil-Kashmir, u jitlob lill-awtoritajiet Indjani sabiex jiżguraw il-protezzjoni tagħhom u jippermettulhom li jagħmlu xogħolhom mingħajr biża' ta' turment u ta' vjolenza; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex iwettqu investigazzjoni imparzjali mingħajr dewmien fir-rigward ta' l-attakk fuq Parvez Imroz, biex jippubblikaw ir-riżultati u biex issir ġustizzja fuq il-persuni responsabbli;

5.  Itenni t-talba tiegħu lill-Gvern Indjan u lill-awtoritajiet ta' l-istat sabiex jinvestigaw l-allegazzjonijiet kollha ta' għajbien infurzat; iħeġġeġ sabiex il-każijiet kollha fejn aġenti militari, tas-sigurtà jew ta' l-infurzar tal-liġi jkunu suspettati li jkunu involuti jingħataw kollha kemm huma f'idejn uffiċċju tal-prosekutur ċivili, u sabiex tinħoloq bażi tad-dejta unika tal-persuni kollha li għebu u tal-kadavri kollha li jkunu nstabu; jitlob lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jiffaċilitaw u jappoġġjaw kwalunkwe koperazzjoni li tkun possibbli bejn il-Gvernijiet ta' l-Indja u tal-Pakistan, fir-rigward ta' din il-kwistjoni;

6.  Jitlob lill-awtoritajiet kollha ta' l-istat sabiex jiżguraw li l-proċeduri kollha ta' detenzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi ta' l-istandards legali internazzjonali, it-trattament dinjituż, ir-reġistrazzjoni u l-prosekuzzjoni, l-aċċess malajr għall-membri tal-familja, l-avukati u l-qrati indipendenti, kif ukoll ir-responsabilità għal kwalunkwe ksur ta' dawn il-proċeduri;

7.  Jikkundanna bis-saħħa l-qtil illegali, l-għajbien infurzat, it-tortura, l-istupru u l-abbużi l-oħra tad-drittijiet tal-bniedem li seħħew f'Jammu u fil-Kashmir sa mill-bidu tal-kunflitt armat fl-1989; jinsisti li l-familji tal-vittmi jingħataw kumpens sħiħ;

8.  Jitlob lill-gvenrijiet sabiex jirratifikaw l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali ta' Ruma, sabiex jirratifikaw u jimplimentaw mingħajr riżerva il-Konvenzjoni tan-NU għall-Protezzjoni tal-Bnedmin Kollha kontra l-Għajbien Infurzat, u sabiex, skond l- Artikoli 31 u 32 ta' dik il-Konvenzjoni, jiddikjaraw li jirrikonoxxu l-kompetenza tal-Kumitat għall-Għajbien Infurzat;

9.  Jitlob li jkun hemm aċċess sħiħ liż-żewġ partijiet tal-Linja ta' Kontroll għar-Relaturi Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti skond it-termini ta' referenza tal-Proċeduri Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment ir-Relaturi Speċjali għat-Tortura u għall-Eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u għall-Grupp ta' Ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Għajbien Involontarju;

10.  Jerġa' jsejjaħ lil-Lok Sabha biex jemenda l-Att dwar id-Drittijiet tal-Bniedem sabiex il-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem tkun tista' tistħarreġ b'mod indipendenti l-allegazzjonijiet ta' abbuż mill-membri tal-forzi armati;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u lill-Parlament ta' l-Indja, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, lill-Gvern u lill-Parlament ta' l-Istat ta' Jammu u tal-Kashmir u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p.341.
(2) ĠU C 102, E, 24.4.2008, p.468.


Il-Bangladexx
PDF 211kWORD 49k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta Lulju 2008 dwar il-Bangladexx
P6_TA(2008)0367RC-B6-0356/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Novembru 2006(1) u tas-6 ta' Settembru 2007(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u -Repubblika Popolari tal-Bangladexx dwar Sħubija u Żvilupp(3),

–   wara li kkunsidra l-istat ta' emerġenza li ġie ddikjarat mill-gvern proviżorju tal-Bangladexx fil-11 ta' Jannar 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi l-UE għandha relazzjonijiet tajbin u fit-tul mal-Bangladexx, anke permezz tal-Ftehima ta' Koperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp,

B.   billi fil-11 ta' Jannar 2007, fost il-vjolenza fit-tħejjija għall-elezzjoni, il-gvern provviżorju tal-Bangladexx, impona stat ta' emerġenza u ftit wara adotta Regoli ta' Poter ta' Emerġenza, li taw lill-armata u lill-forzi paramilitari l-istess setgħat ta' arrest bħal dawk tal-pulizija; billi l-Missjoni ta' Osservazzjoni ta' l-Elezzjoni ssospendiet l-operazzjonijiet tagħha fit-22 ta' Jannar 2007,

C.   billi l-impożizzjoni ta' Regoli ta' Poter ta' Emerġenza kienu akkumpanjati mis-sospensjoni ta' għadd ta' drittijiet ċivili ggarantiti mill-Kostituzzjoni tal-Bangladexx,

D.   billi s-sospensjoni ta' dawn id-drittijiet wasslet għal numru allarmanti ta' sentenzi mogħtija reċentement mid-Diviżjoni ta' l-Appell tal-Qorti Suprema b'implikazzjonijiet serji għad-drittijiet individwali u għall-prinċipju tal-legalità,

E.   billi fil-11 ta' Ġunju 2008 ġiet adottata Ordinanza ġdida għal Kontra t-Terroriżmu mingħajr parteċipazzjoni tal-pubbliku, li kisret il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet bażiċi għal proċess ġust u introduċiet definizzjoni ta' 'atti terroristiċi' wiesgħa biex tinkludi r-reati tal-proprjetà kif ukoll attakki kontra individwi; billi din id-definizzjoni hi kontra r-rakkommandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti; billi organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u assoċjazzjonijiet ta' l-avukati esprimew tħassib li din l-ordinanza se tintuża għal skopijiet ta' persekuzzjoni politika,

F.   billi skond organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem bħal ma huma l-Human Rights Watch u l-Amnesty International in-numru ta' persuni rrappurtati li ġew arrestati, minn meta beda l-istat ta' emergenza 18-il xahar ilu, kiber għal aktar minn 300,000, ħafna minnhom wara ġew meħlusa; billi, minħabba li d-dritt li tapplika għall-ħelsien fuq pleġġ hu ristrett mir-Regoli ta' Poter ta' Emerġenza, l-arresti tal-massa li għaddejjin jistgħu joħolqu pressjoni serja fuq is-sistema tal-ħabs,

G.   billi numru kbir ta' dawk arrestati allegatament kienu ttorturati b'mod sever, u billi ġie rrapurtat minn Odhikar, l-organizzazzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tal-Bangladexx, li żdiedu l-inċidenti ta' qtil extra-ġudizzjarju,

H.   billi, b'mod konsistenti, hu sejjaħ għal moratorium dwar il-piena tal-mewt fil-pajjiżi kollha u taħt iċ-ċirkustanzi kollha,

I.   jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li reċentement kienet rilassata l-projbizzjoni fuq l-attivitajiet politiċi, il-ftehima biex il-Gvern u l-Lega Awami jidħlu f'negozjati dwar l-elezzjonijiet nazzjonali ppjanati għal Diċembru 2008 u l-fatt li partijiet oħra se jkunu involuti f'dan il-proċess,

J.   billi waqt il-mewġa ġdida ta' arresti tal-massa, mit-28 ta' Mejju 2008, aktar minn 12,000 persuna kienu arrestati inklużi attivisti tal-partit lokali; billi l-gvern irrifjuta suġġerimenti li l-arresti kienu motivati politikament, waqt li minflok sostna li din kienet tindifa ppjanata kontra l-kriminali,

K.   billi, waqt li jirreferi għall-ħtieġa ta' lista komprensiva ta' votanti, il-gvern provviżorju s'issa injora l-appelli tal-partiti politiċi, ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex iħejji t-triq ħalli jsiru elezzjonijiet nazzjonali bikrija u qed jinsisti fuq it-tielet ġimgħa ta' Diċembru 2008,

L.   billi t-tbatija li qed jiffaċċja l-poplu tal-Bangladexx kienet aggravata mill-fatt li l-prezzijiet ta' oġġetti bażiċi ta' l-ikel bħal ma hu r-ross żdiedu b'terz jew aktar fix-xhur reċenti, u billi għal biċċa l-kbira tal-popolazzjoni l-ispejjeż ta' l-ikel diġà kienu jieħdu 60% tal-baġit tagħhom qabel ma splodew il-prezzijiet,

M.   billi gvern elett jagħmilha aktar faċli li jkunu ffaċċjati l-effetti tal-bidla fil-klima; billi daqs kwart mit-territorju tal-Bangladexx qed jiffaċċja theddida li jispiċċa b'mod permanenti taħt l-ilma minħabba li qed jogħla l-livell tal-baħar fil-bajja ta' Bengal; billi xjentisti tal-klima widdbu li l-Bangladexx jista' jkollu bejn 20 u 25 miljun refuġjat minħabba l-klima sa l-2050,

1.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx biex ineħħi l-istat ta' emerġenza bħala l-ewwel pass importanti biex jipprepara ħalli fil-pajjiż isiru l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss u sabiex l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali jkunu jistgħu jsiru f'Awissu 2008;

2.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx biex jiżgura li l-ordinanza ta' kontra t-terroriżmu l-ġdida ikollha standards legali rikonoxxuti b'mod internazzjonali dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, bħal dawk rakkomandati mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jkun miġġieled it-terroriżmu;

3.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx biex jneħħi l-piena tal-mewt;

4.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx biex immedjatament ma jkomplix bil-mewġa reċenti ta' arresti tal-massa u tal-fastidju ta' l-avversarji politiċi jew ta' ġurnalisti taħt l-istat ta' l-emerġenza u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta' tortura mill-awtoritajiet; jistieden lill-gvern biex jiggarantixxi lill-persuni arrestati id-dritt bażiku tagħhom ta' proċess u lil dawk akkużati għal proċess ġust; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jew jakkużaw lill-eluf ta' persuni arrestati fuq il-bażi ta' evidenza kredibbli jew jeħilsuhom;

5.  Ifaħħar lill-Gvern tal-Bangladexx talli pprojbixxa persuni li qabel kienu kriminali tal-gwerra milli joħorġu għall-elezzjonijiet u jistiednu biex isegwi dan il-pass pożittiv billi jwaqqaf kumitat ta' inkjesta indipendenti ħalli jibda l-proċess kontra l-kriminali tal-gwerra;

6.  Jifraħ lill-gvern provviżorju dwar il-progress li sar fil-preparazzjoni għall-elezzjonijiet parlamentari u li għall-progress essenzjali li għamel bir-riformi tal-proċess elettorali u bit-twaqqif ta' reġistru elettorali preċiż mill-awtoritjiet; jistieden lill-gvern biex jiżgura li l-membri tal-minoritajiet etniċi u reliġjużi tal-Bangladexx ikunu f'pożizzjoni ħielsa li jitfgħu il-vot tagħhom; jsejjaħ għal-libertà ta' l-istampa fil-perjodu ta' qabel l-elezzjoni fil-Bangladexx;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien tal-Prim Ministru ta' qabel Sheikh Hasina għal raġunijiet umanitarji;

8.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jieħdu rwol aktar proattiv u biex jikkonvinċu lill-Gvern tal-Bangladexx dwar il-ħtieġa li jitneħħa malajr u b'mod komplet l-istat ta' emerġenza u r-regoli kollha adottati taħtu;

9.  Isejjaħ għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti li jsiru skond standards internazzjonali, bil-parteċipazzjoni tal-partiti kollha; jistieden lill-missjoni ta' l-UE għall-Osservazzjoni ta' l-Elezzjoni sabiex terġa' tibda l-attivitajiet tagħha malajr kemm jista' jkun għaliex dan hu fattibbli u xieraq; jistieden lill-missjonijiet ta' l-Istati Membri ta' l-UE u lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bangladexx biex jissorveljaw sew id-drittijiet tal-bniedem u s-sitwazzjoni politika fil-Bangladexx;

10.  Jitlob biex il-forzi armati jirtiraw mill-involviment tagħhom fil-proċess politiku;

11.  Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx biex jipprovdi kamp ta' applikazzjoni massimu għall-mobilitazzjoni fuq skala kbira tas-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà, ta' l-organizzazzjonijiet ambjentali u mhux governattivi, tal-ġurnalisti u x-xjentisti sabiex jipprepara l-pajjiż għad-disastri li se jseħħu minħabba l-bidla fil-klima u jqis il-liġi ta' l-emerġenza bħala ostaklu allarmanti biex jintlaħaq dan il-għan;

12.  Jemmen li s-Samit tal-G8 għandu responsabilità enormi biex jevita aktar aċċellerazzjoni tal-bidla fil-klima u ż-żieda fin-numru ta' katastrofi li qed jheddu l-ħajjiet ta' miljuni ta' nies fil-Bangladexx u f'postijiet oħra billi jadotta miżuri effettivi u estensivi biex inaqqas l-emissjonijiet tas-CO2;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri ta' l-Assoċjazzjoni tal-Koperazzjoni Reġjonali tja' l-Ażja t'Isfel u lill-Gvern tal-Bangladexx.

(1) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 377.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0385.
(3) ĠU L 118, 27.4.2001, p. 48.


Il-piena tal-mewt
PDF 212kWORD 39k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar il-piena tal-mewt, b'mod partikulari l-każ ta" Troy Davis
P6_TA(2008)0368RC-B6-0350/2008

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u l-ħtieġa ta' moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijet f'dawk il-pajjiżi fejn il-piena tal-mewt hi imposta,

-   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni ta" l-Assemblea Ġenerali tan-NU 62/149 tat-18 ta" Diċembru 2007 dwar il-moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt fid-dinja,

-   wara li kkunsidra l-verżjoni aġġornata u riveduta tal-Linji Gwida ta' l-UE dwar il-Piena tal-Mewt, adottata mill-Kunsill fis-16 ta" Ġunju 2008,

A.   wara li kkunsidra l-każ ta" Troy Davis, li kien ikkundannat għall-mewt mill-Qorti ta" l-Istat ta" Georgia fl-1991 għall-qtil ta" pulizija u ppjanat ikun iġġustizzjat fl-aħħar ta" Lulju 2008,

B.   billi, skond l-avukati tas-Sur Davis, hemm provi abbondanti ta" l-innoċenza tiegħu, qatt ma nstabet evidenza materjali kontra tiegħu u seba" xhieda għall-prosekuzzjoni irritrattaw id-dikjarazzjoni tagħhom,

C.   billi fl-4 ta" Awissu 2007 il-Qorti Suprema ta' Georgia kienet qablet li tikkunsidra mill-ġdid l-elementi l-ġodda li jitfgħu dell fuq il-ħtija tas-Sur Davis,

D.   billi fis-17 ta" Marzu 2008 il-Qorti Suprema ta" Georgia ċaħdet lis-Sur Troy Davis proċess ġdid, filwaqt li l-Prim Imħallef ta' opinjoni kontrarja għal din id-deċiżjoni,

E.   billi mill-1975 aktar minn 120 ruħ inħelsu mill-piena tal-mewt fl-Istati Uniti peress li kienu innoċenti,

F.   billi l-poter tal-maħfra fil-każijiet ta" sentenza kapitali fl-Istati Uniti jeżisti bħala sikurezza minn żbalji irriversibbli li l-qrati ma setgħux jew ma riedux jirranġaw,

G.   billi New Jersey huwa l-ewwel stat ta" l-Istati Uniti li neħħa l-piena kapitali fil-leġiżlazzjoni minn meta l-piena tal-mewt reġgħet iddaħħlet fl-Istati Uniti fl-1972, fejn isemmi r-riskju inevitabbli li jkunu ġġustizzjati dawk ikkundannati inġustament,

1.  Jistieden lil dawk il-pajjiżi fejn tiġi imposta l-piena tal-mewt sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex din tiġi abolita;

2.  Jitlob biex għalhekk il-kundanna tal-mewt titneħħa u biex, fid-dawl ta" evidenza abbondanti li tista" tirrevoka s-sentenza tiegħu, il-qrati rilevanti jippermettu proċess ġdid lil Troy Davis;

3.  Jappella b'mod urġenti lill-Bord ta" l-Istat ta" Georgia dwar il-maħfriet u l-ħelsien biex jibdel il-piena tal-mewt kontra Troy Davis f'waħda inqas ħarxa;

4.  Jistieden lill-Presidenza tal-Kunsill u lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-Istati Uniti biex tqajjem b'mod urġenti l-kwistjoni ma" l-awtoritajiet ta" l-Istati Uniti;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-Gvern ta" l-Istati Uniti, lill-Bord ta" l-Istat ta" Georgia dwar il-maħfriet u l-ħelsien u lill-Avukat Ġenerali ta" Georgia.

Avviż legali - Politika tal-privatezza