Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta" Kondotta għal sistemi ta" prenotazzjoni kompjuterizzata (COM(2007)0709 – C6-0418/2007 – 2007/0243(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0709)
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 71 u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0418/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0248/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru.../2008 dwar Kodiċi ta" Kondotta għal sistemi ta" prenotazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 80/2009.)
L-eliġibilità tal-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità *
324k
70k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (COM(2008)0172 – C6-0182/2008 – 2008/0067(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2008)0172),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 181a tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0182/2008),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-20 ta" Frar 2008 dwar Strategija ta" l-UE għall-Ażja Ċentrali(1).
– wara li kkunsidra l-Istrateġija ta" l-UE għal Sħubija ġdida ma" l-Ażja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew bejn il-21 u t-22 ta' Ġunju 2007,
– wara li kkunsidra l-każ C-155/07, il-Parlament Ewropew v. l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għadu pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0317/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha, f'każ li d-Deċiżjoni 2006/1016/KE li bħalissa qiegħda pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tiġi mħassra;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 a (ġdida)
(3a)Hemm ħtieġa magħrufa li s-self mill-BEI fl-Ażja Ċentrali jagħti attenzjoni partikulari lil proġetti tal-provvista u t-trasport ta' l-enerġija li jaqdu l-interessi ta' l-UE f'dan il-qasam.
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 b (ġdida)
(3b)Fir-rigward tal-proġetti tal-provvista u t-trasport ta' l-enerġija, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-politika ta' l-UE ta' diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija u r-rekwiżiti ta' Kyoto, u ta' titjib tal-ħarsien ta' l-ambjent, u għandhom jappoġġjawhom.
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 c (ġdida)
(3c)L-operazzjonijiet kollha ta" finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandhom ikunu konsistenti mal-politiki esterni ta" l-UE u għandhom jappoġġjawhom , inklużi l-għanijiet reġjonali speċifiċi u għandhom jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt, l-objettiv tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-osservanza tal-ftehimiet internazzjonali dwar l-ambjent li tagħhom huma partijiet il-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha.
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 d (ġdida)
(3d)Il-BEI għandu jiżgura li l-proġetti individwali jkunu suġġetti għal Evalwazzjoni tal-Impatt fuq is- Sostenibilità mwettaq b'mod indipendenti mill-isponsors tal-proġett u mill-BEI.
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4
Fl-aħħar snin il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali, u b'mod partikolari l-qagħda tal-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u politiki makro-ekonomiċi għaqlija, u għalhekk għandhom jingħataw aċċess għal finanzjament mill-EIB;
Fl-aħħar snin il-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi ta' l-Ażja Ċentrali, u b'mod partikolari l-qagħda tal-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu b'riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u politiki makro-ekonomiċi għaqlija, u għalhekk għandhom jingħataw aċċess għal finanzjament mill-EIB. Madankollu għandu jkun hemm kundizzjonijiet minn qabel għall-eliġibilità tagħhom għas-self mill-BEI: dawn il-pajjiżi għandhom juru progress ċar fl-istabbiliment ta' l-istat tad-dritt, il-libertà tal-kelma u tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-libertà ta' l-NGOs u li jintlaħqu l-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp kif stipulat fil-Ftehimiet ta' Sħubija u Koperazzjoni ta' l-UE. Huma m'għandhomx ikunu suġġetti għal sanzjonijiet ta' l-UE marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jridu jkunu wrew progress fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif speċifikat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Frar 2008 dwar strateġija ta' l-UE għall-Ażja Ċentrali¹. ___________________ ¹Testi Adottati, P6_TA(2008)0059.
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 a (ġdida)
(5a)L-attivitajiet ta' self għandhom jappoġġjaw l-għan tal-politika ta' l-UE li tippromwovi l-istabbilità fir-reġjun.
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1
Il-Każakstan, il-Kirgiżstan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan huma eliġibbli għal finanzjament mill-EIB b'garanzija Komunitarja skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE.
Il-Każakstan, il-Kirigistan, it-Taġikistan, u t-Turkmenistan huma eliġibbli għal finanzjament mill-EIB b'garanzija Komunitarja skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE. L-Użbekistan għandu jkun eliġibbli hekk kif l-UE tneħħi s-sanzjonijiet kontra l-pajjiż.
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 a (ġdid)
Artikolu 1a
Il-ftehima ta' garanzija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, kif prevista fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE, għandha tistipula d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jkollhom x'jaqsmu mal-garanzija Komunitarja u għandu jkollha kundizzjonijiet b'livelli ċari dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 b (ġdid)
Artikolu 1b
Fuq il-bażi tat-tgħarif mibgħut mill-BEI, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni u rapport, kull sena, li għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI imwettqa skond din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni tal-kontribut ta' l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE, u b'mod speċjali l-kontribut għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, l-għan tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-osservanza tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li tagħhom huma firmatarji l-Komunità Ewropea jew l-Istati Membri tagħha.
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 c (ġdid)
Artikolu 1c
Il-BEI għandu jiżgura li l-ftehimiet ta' qafas bejn il-Bank u l-pajjiżi kkonċernati jkunu disponibbli għall-pubbliku u li tagħrif oġġettiv xieraq u f'waqtu jkun disponibbli biex il-pubbliku jkun jista' jieħu sehem sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret lill-Parlament mill-Kummissarju Ferrero-Waldner fid-9 ta" Lulju 2008 dwar il-qagħda tal-priġunieri Palestinjani f'ħabsijiet Iżraeljani,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta" Assoċjazzjoni UE-Iżrael u r-riżultati tat-tmien laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael tas-16 ta' Ġunju 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport imħejji mid-Delegazzjoni Ad Hoc tiegħu għall-Iżrael u t-Territorji Palestinjani (30 ta' Mejju sa 2 ta' Ġunju 2008) u l-konklużjonijiet tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra, b'mod partikulari l-Konvenzjoni IV dwar il-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra tat-12 ta' Awissu 1949, u b'mod partikulari l-Artikoli 1 sa 12, 27, 29 sa 34, 47, 49, 51, 52, 53, 59, 61 sa 77 u 143 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2007 tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, b'mod partikulari t-taqsima li tittratta dwar it-Territorji Palestinjani Okkupati,
– wara li kkunsidra r-rapporti tal-2006, l-2007 u l-2008 mill-Kumitat Pubbliku Kontra t-Tortura fl-Iżrael ippubblikati bl-għajnuna tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni Ewropea u minn diversi Stati Membri,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU dwar il-kunflitt fil-Lvant Nofsani,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi f'dawn l-aħħar snin l-Iżrael affaċja bosta attakki terroristiċi serji kontra l-popolazzjoni ċivili tiegħu u billi l-awtoritajiet Iżraeljani ħadu numru ta" miżuri biex jimpedixxu dawk l-azzjonijiet terroristiċi, inkluż l-arrest ta" militanti Palestinjani suspettati, iżda billi l-ġlieda kontra t-terroriżmu mhix ġustifikazzjoni għall-vjolazzjoni tal-liġi umanitarja,
B. billi llum il-ġurnata iktar minn 11 000 Palestinjan, inklużi mijiet ta' nisa u tfal, qegħdin jinżammu f'ħabsijiet u f'ċentri ta' detenzjoni Iżraeljani u billi l-biċċa l-kbira ta" dawk id-detenuti kienu arrestati fit-Territorji Palestinjani Okkupati,
C. billi skont il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, li l-Iżrael iffirma, tifel jew tifla huwa definit bħala persuna taħt l-età ta' 18-il sena; billi madankollu, it-tfal Palestinjani mill-età ta' 16-il sena huma meqjusa bħala adulti skont ir-regolamenti militari tal-Iżrael li jirregolaw it-Territorji Palestinjani Okkupati, u spiss jinżammu f'kundizzjonijiet xejn xierqa,
D. billi 198 Palestinjan inħelsu mill-Gvern Iżraeljan fil-25 ta" Awwissu 2008 bħala sinjal ta" rieda tajba u ta" bini tal-fiduċja reċiproka u billi għaddejjin iktar negozjati bejn iż-żewġ naħat bl-għan li jintlaħaq ftehim iżjed komprensiv dwar il-ħelsien ta' priġunieri oħra,
E. billi riċentement ittieħdu passi pożittivi mill-Gvernijiet ta" Iżrael u tal-Libanu biex jibdlu priġunieri mal-fdalijiet ta" suldati Iżraeljani,
F. billi l-Iżrael qed iżomm madwar 1000 priġunier abbażi ta" "ordnijiet ta" detenzjoni amministrattiva", bid-dritt tal-appell iżda bla ebda akkuża, proċess tal-qorti u drittijiet ta" difiża; billi tali "ordnijiet ta" detenzjoni amministrattiva" jistgħu jkunu, u f'xi każi tabilħaqq ikunu, mtawla għal ħafna snin,
G. billi rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem jiddikjaraw li l-priġunieri Palestinjani huma suġġetti għal abbuż u l-użu tat-tortura,
H. billi sikwit ikun impossibbli jew diffiċli ħafna għall-maġġoranza l-kbira tal-priġunieri Palestinjani miżmuma fil-ħabsijiet li jinsabu fit-territorju Iżraeljan biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal żjarat mill-familji tagħhom, minkejja t-talbiet tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar lill-Iżrael,
I. billi l-kwistjoni tal-priġunieri politiċi għandha implikazzjonijiet politiċi, soċjali u umanitarji importanti, u l-arrest ta' 48 membru elett tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan u kunsilliera lokali oħra ġab konsegwenzi serji għall-iżviluppi politiċi fit-territorju Palestinjani Okkupati, billi d-'Dokument tal-Priġunieri', adottat f'Mejju 2006 minn mexxejja politiċi Palestinjani ta' fazzjonijiet differenti li qegħdin il-ħabs, serva bħala bażi għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali u witta t-triq għat-twaqqif ta' gvern ta' unità nazzjonali,
J. billi r-relazzjonijiet bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Iżrael, skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael, huma bbażati fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u fuq il-prinċipji demokratiċi li jikkostitwixxu element essenzjali ta' dik il-ftehim; billi l-Pjan ta' Azzjoni UE-Iżrael jenfasizza r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-liġi umanitarja internazzjonali bħala valuri fost il-valuri komuni għall-partijiet,
1. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni reċenti tal-Gvern Iżraeljan li jeħles numru ta' priġunieri Palestinjani, billi dan huwa ġest pożittiv għat-tisħiħ tal-awtorità tal-Awtorità Palestinjana u biex tinħoloq klima ta' fiduċja reċiproka;
2. Jitlob biex jittieħdu passi minn Ħamas u l-Iżrael bl-għan li jinħeles immedjatament il-kapural Iżraeljan Gilad Shalit;
3. Jenfasizza li l-kwistjoni tal-priġunieri Palestinjani hija waħda li tħalli impatt kbir ħafna kemm fuq is-soċjetà Palestinjana u kemm fuq il-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani u jikkunsidra li, f'dan il-kuntest, il-ħelsien ta' numru sostanzjali ta' priġunieri Palestinjani, kif ukoll il-ħelsien immedjat tad-detenuti li huma membri tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, inkluż Marwan Barghouti, jista' jservi bħala pass pożittiv biex tkun stabbilita l-klima ta' fiduċja reċiproka meħtieġa biex isir progress sostanzjali fin-negozjati għall-paċi;
4. Jappoġġa t-tħassib leġġittimu tal-Iżrael rigward is-sigurtà; jemmen li l-istat tad-dritt irid ikun irrispettat bis-sħiħ fit-trattament tal-priġunieri kollha, peress li dan huwa pass kruċjali għall-pajjiż demokratiku;
5. Jistieden lill-Iżrael biex jiggarantixxi li l-istandards minimi tad-detenzjoni jkunu rrispettati, li d-detenuti kollha jitressqu quddiem qorti għall-proċess ġudizzjarju, li jitwaqqaf l-użu tal -ordni ta' etenzjoni amministrattiva', u li jkunu implimentati miżuri adegwati għall-minorenni u d-drittijiet għaż-żjarat lill-priġunieri, f'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali inkluża l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti;
6. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri Palestinjani nisa u priġunieri vulnerabbli, li kif qed jingħad huma suġġetti għal trattament ħażin u nuqqas ta' aċċess għall-kura tas-saħħa;
7. Jistieden lill-Awtorità Palestinjana biex tagħmel kull sforz biex timpedixxi kwalunkwe azzjoni vjolenti jew terroristika, b'mod partikulari minn ex-priġunieri, b'mod partikulari t-tfal;
8. Jesprimi t-twemmin tiegħu li t-titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżrael għandu jkun konsistenti ma' u marbut mal-konformità min-naħa tal-Iżrael mal-obbligi kollha skont il-liġi internazzjonali;
9. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni meħuda fit-tmien laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael li jiġi stabbilit Sottokumitat b'setgħat sħaħ dwar id-Drittijiet tal-Bniedem biex jieħu post il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem attwali; jitlob sabiex jiġu kkonsultati b'mod estensiv u involuti bis-sħiħ l-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u l-organiżazzjonijiet mhux governattivi fl-Iżrael u t-Territorji Palestinjani Okkupati fil-monitoraġġ tal-progress tal-Iżrael biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-liġi internazzjonali;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern Iżraeljan, lill-Knesset, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u s-Sigurtà Komuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lir-Rappreżentant tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-President tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.
L-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet ta' l-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki ta' l-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem
482k
176k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet ta' l-UE bħala parti mill-azzjonijiet u l-politiki ta' l-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem (2008/2031(INI))
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-konvenzjoniiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi taghom,
–wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u ż-żewġ protokolli fakoltattivi tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u speċifikament l-Artikoli 1 u 25 u, fil-Kapitolu VII, l-Artikoli 39 u 41 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem) u l-protokolli tagħha,
– wara li kkunsidra l-Karta ta" Pariġi għal Ewropa ġdida (il-Karta ta' Pariġi),
– wara li kkunsidra l-Att Aħħari ta' l-1975 tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (L-Att Aħħari ta" Ħelsinki),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6, 11, 13, 19, 21, 29 u 39 tat-Trattat ta" l-Unjoni Ewropea (TEU) u l-Artikoli 60, 133, 296, 297, 301 u 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TEC),
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta" qabel dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,
– wara li kkunsidra d-dibattiti preċedenti tiegħu u riżoluzzjonijiet urġenti tiegħu dwar każijiet ta" ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta" l-istat tad-dritt,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-20 ta" Settembru 1996 dwar il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni tar-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiżi terzi(1)
– wara li kkunsidra l-obbligi internazzjonali tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, inklużi dwak miġbura fil-Ftehimiet tad-WTO,
– wara li kkunsidra l-Ftehima ta" Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta" Stati mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa oħra, ffrimata f'Cotonou fit-23 ta" Ġunju 2000 (il-Ftehima Cotonou(2)), speċifikament, l-Artikoli 8, 9, 33, 96 u 98 tagħha u r-reviżjoni ta" dik il-ftehima(3),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill bl-isem "Il-Ħolqien ta" formazzjoni ta" "Sanzjonijiet" tal-Grupp ta" ħidma tal-Konsulenti tar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX/Sanctions) tat-22 ta" Jannar 2004 (5603/2004),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill bit-titolu "Prinċipji Bażiċi dwar l-Użu ta" Miżuri Restrittivi (Sanzjonijiet)" tas-7 ta" Ġunju 2004 (10198/1/2004),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill bit-titolu "Linjigwida dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta" miżuri risterttivi (sanzjonijiet) fil-qafas tal-Politika Komuni ta" l-UE dwar il-Politika Barranija u s-Sigurtà", ta" l-Unjoni Ewropea, li ġiet riveduta l-aħħar fit-2 ta" Diċembru 2005 (15114/2005),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill li jismu "l-Aħjar prattiċi ta" l-UE għall-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri ristrettivi" tad-9 ta" Lulju 2007 (11679/2007),
– wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 96/697/CFSP dwar Kuba(4), adottata fit-2 ta' Diċembru 1996 mill-Kunsill,
– wara li kkunsidra l-Pożizzjonijiet Komuni tal-Kunsill 2001/930/CFSP dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu(5) u 2001/931/CFSP dwar l-applikazzjoni ta" miżuri speċifiċi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu(6), it-tnejn tas-27 ta' Diċembru 2001, u r-Regolamemt tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta" Diċembru 2001 dwar miżuri ristrettivi speċifiċi diretti lejn ċerti persuni u entitajiet bil-għan li tkompli l-ġlieda kontra t-terroriżmu(7),
– wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/CFSP dwar miżuri ristrettivi kontra Usama bin Laden, membri ta" l-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Taliban u individwi, gruppi, intrapriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom(8), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti możuri ristrettivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u enititajiet marbuta ma" Usama bin Laden, in-netwerk ta" l-Al-Qaida u t-Taliban(9), it-tnejn tas-27 ta" Mejju 2002,
– wara li kkunsidra l-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-25 ta" April 2002 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-irwol ta" l-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-proċess ta" demokratizzazzjoni f'pajjiżi terzi(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-14 ta" Frar 2006 dwar il-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fil-ftehimiet ta" l-Unjoni Ewropea(12),
– wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'dawn il-ftehimiet,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta" Ottubru 1982 dwar is-sinifikat ta" sanzjonijiet ekonomiċi, partikolarment embargi u bojkott fuq kummerċ, u l-konsegwenza tagħhom fuq ir-relazzjonijiet tal-KEE ma" pajjiżi terzi(13),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar l-impatt ta" sanzjonijiet u. b'mod partikolari, ta" embargi fuq iċ-ċittadini ta 'pajjiżi li fuqhom ġew imposti(14) miżuri ristrettivi, adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE fl-1 ta' Novembru 2001 fi Brussell (il-Belġju),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2007 dwar l-iffunzjonar ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi(15),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1597 (2008) u r-Rakkomandazzjoni 1824 (2008) dwar il-listi s-suwed tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u ta" l-Unjoni Ewropea, adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa fit-23 ta' Jannar 2008,
– wara li kkunsidra t-Trattat ta" Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ffirmat f'Liżbona, fit-13 ta" Diċembru 2007, li mistenni jidħol fis-seħħ fl-1 ta" Jannar 2009,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0309/2008),
A. billi l-Artikolu 11(1) tat-TEU jirrikonoxxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem bħala wieħed mill-objettivi tal-Politika Komuni għall-Affarijiet Barranini u s-Sigurtà, u billi l-Artikolu 21 il-ġdid tat-TEU, kif introdott mill-Artikolu 1(24) tat-Trattat ta" Liżbona, jirrikonoxxi li "l-azzjonijiet ta" l-Unjoni fix-xena internazzjonali għandhom ikunu ggwidti mill-prinċpji li wasslu għall-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha stess, u li hi tipprova tippromwovi madwar id-dinja: id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji ta" l-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett lejn il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-liġi internazzjonali",
B. billi s-sanzjonijiet huma applikati sabiex jintlaħqu objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 11 tat-TEU, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-tmexxija tajba,
C. billi l-Prinċipji Bażiċi dwar l-Użu ta' Miżuri Restrittivi (Sanzjonijiet) fuq imsemmija huma l-ewwel dokument pragmatiku li jiddefinixxi l-qafas li fi ħdanu l-UE timponi s-sanzjonijiet; billi, madankollu, l-UE ilha tagħmel hekk mill-bidu tas-snin tmenin u b'mod partikulari, wara d-dħul fis-seħħ tat-TEU fl-1993; billi dan id-dokument formalment jistabbilixxi sanzjonijiet bħala strument tas-CFSP u, bħala riżultat, jirrappreżenta punt ta' tluq għal politika ta' l-UE dwar is-sanzjonijiet,
D. billi din il-politika ta" sanzjonijet hija bbażata fuq il-ħames objettivi li ġejjin fi ħdan is-CFSP: biex ikunu ssalvagwardjati l-valuri komuni, l-interessi fundamentali, l-indipendenza u l-integrità ta' l-Unjoni f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; biex tissaħħaħ is-sigurtà ta' l-Unjoni b'kull mod; biex tinżamm il-paċi u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Att Finali ta' Ħelsinki, kif ukoll l-objettivi tal-Karta ta' Pariġi, inklużi dawk tal-fruntieri esterni; biex tiġi promossa l-koperazzjoni internazzjonali; biex tiġi żviluppata u kkonsolidata d-demokrazija u l-istat ta' dritt kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali,
E. billi l-kunsens internazzjonali qed jikber li ħsara serja u volontarja kkawżata lill-ambjent thedded il-paċi u s-sigurtà tad-dinja u tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem,
F. billi l-UE hija mpenjata għall-implimentazzjoni sistematika ta" sanzjonijiet deċiżi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti skond il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU u fl-istess waqt timponi sanzjonijiet awtonomi fl-assenza ta" mandate tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, f'każi fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma jkollux is-setgħa li jieħu azzjoni jew ikun imċaħħad milli jagħmel dan minħabba nuqqas ta" ftehim fost il-membri tiegħu; jisħaq, f'dan ir-rigward, l-obbligu li kemm in-NU u kif ukoll l-UE għandhom li jimponu sanzjonijiet bi qbil mal-liġi internazzjonali,
G. billi l-politika tas-sanzjonijiet ta' l-UE għalhekk tinkorpora jew timxi fuq is-sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, iżda l-ambitu u l-objettivi tagħha huma usa' minn dawk tal-politika tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (il-paċi u s-sigurtà internazzjonali),
H. billi s-sanzjonijiet huma wieħed mill-istrumenti li l-UE jista' tuża biex timplimenta l-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-użu tas-sanzjonijiet għandu jkun l-aħħar tentattiv, fil-lista ta' prijoritajiet, biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi tas-CFSP u għandu jkun konsistenti ma' l-istrateġija ġenerali ta' l-Unjoni fil-qasam ikkonċernat, billi l-effikaċja tas-sanzjonijiet tiddependi mill-applikazzjoni simultanja tagħhom mill-Istati Membri kollha,
I. billi ma hemm ebda definizzjoni ta' awtorità ta' x'inhi sanzjoni, skont il-liġi internazzjonali jew il-liġi tal-UE/KE; billi madankollu, fi ħdan il-qafas tas-CFSP, sanzjonijiet jew miżuri restrittivi huma meqjusa bħala miżuri li jinterrompu jew inaqqsu r-relazzjonijiet diplomatiċi jew ekonomiċi kollha, jew xi parti minnhom, ma' xi pajjiż terz, wieħed jew aktar minn wieħed, u jippruvaw jiksbu bidla f'ċerti attivitajiet jew politiki, bħal vjolazzjonijiet tal-liġi internazzjonali jew tad-drittijiet tal-bniedem, jew politiki li ma jirrispettawx l-istat tad-dritt jew il-prinċipji demokratici minn gvernijiet ta' pajjiżi terzi, entitajiet mhux statali jew persuni ġuridiċi u legali;
J. billi t-tipi ta' miżuri ristrettivi jinkludu varjetà ta' miżuri bħal embargi ta' l-armi, restrizzjonijiet kummerċjali, sanzjonijiet finanzjari/ekonomiċi, iffriżar ta' assi, projbizzjoni ta' titjir, restrizzjonijiet għad-dħul f'pajjiż, sanzjonijiet diplomatiċi, bojkotts ta' avvenimenti sportivi jew kulturali, l-iġġammjar ta' stazzjonijiet tar-radju jew tat-televiżjoni u sospensjoni ta' koperazzjoni ma' pajjiż terz,
K. billi, b'konformità mal-prattika ġenerali l-UE, din ir-riżoluzzjoni ma tagħmel ebda distinzjoni bejn it-termini "sanzjonijiet u "miżuri ristrettivi"; billi din ir-riżoluzzjoni tiddefinixxi mill-ġdid il-miżuri xierqa li jinsabu fl-Artikolu 96 tal-Ftehima Cotonou(16),
L. billi s-sanzjonijiet infushom ta' l-UE huma bbażati fuq għadd ta' bażijiet legali li jiddependu min-natura speċifika tal-miżuri restrittivi u n-natura legali tar-relazzjonijiet mal-pajjiż terz konċernat, kif ukoll mis-setturi u l-objettivi kkonċernati; billi dawn il-fatturi jiddeterminaw kemm il-proċedura għall-adozzjoni tas-sanzjonijiet - li bosta drabi, għalkemm mhux dejjem, tkun teħtieġ Pożizzjoni Komuni tas-CFSP u għalhekk l-unanimità fil-Kunsill - kif ukoll il-proċedura leġiżlattiva li trid tiġi segwita sabiex tagħmel is-sanzjonijiet legalment vinkolanti u infurzabbli, billi l-proċedura komuni hija dik stipulata fl-Artikolu 301 tat-Trattat KE,
M. billi l-projbizzjoni tal-viża u l-embargi fuq l-armi saru l-aktar sanzjonijiet komuni imposti fi ħdan is-CFSP u huma wieħed mill-ewwel passi fis-sekwenza ta' sanzjonijiet ta" l-UE; billi dawn iż-żewġ tipi ta" miżuri huma l-uniċi miżuri implimentati direttament mill-Istati Membri minħabba l-fatt li ma jirrikjedux leġiżlazzjoni dwar sanzjonijiet speċifiċi fi ħdan it-Trattat KE; billi, min-naħa l-oħra, is-sanzjonijiet finanzjarji (l-iffriżar ta' l-assi) u s-sanzjonijiet kummerċjali jirrikjedu l-adozzjoni ta" leġiżlazzjoni dwar sanzjonijiet speċifiċi,
N. billi, skont il-prinċipji bażiċi dwar l-użu ta' miżuri restrittivi (sanzjonijiet) fuq imsemmija u skont il-linji gwida dwar is-suġġett, sanzjonijiet immirati jistgħu ikunu aktar effettivi minn sanzjonijiet aktar ġenerali, u huma għaldaqstant preferibbli, l-ewwel nett għaliex jevitaw konsegwenzi negattivi għal porzjon akbar tal-popolazzjoni u, t-tieni nett, għaliex jaffettwaw direttament lin-nies responsabbli u għaldaqstant ikollhom aktar ċans li jwasslu għall-bdil fil-politika segwita minn dawk in-nies,
O. ir-rikonoxximent ta" l-eżistenza ta" miżuri li, filwaqt li huma adottati mill-Kunsill fil-Konklużjoni tal-Presidenza, mhumiex imsejħa "sanzjonijiet" u huma differenti, fl-istess waqt, mill-miżuri risterttivi l-oħrajn elenkati bħala għodda tas-CFSP,
P. billi r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn l-UE u l-pajjiżi terzi spiss huma rregolati minn ftehimiet settorjali bilaterali u multi laterali li l-UE hija mitluba tirrispetta waqt lit kun qed tapplika s-sanzjonijiet; billi, fejn ikun jenħtieġ, l-UE għandha għalhekk tissospendi u tiċħad il-ftehima rilevanti qabel ma tapplika sanzjonijiet eknomiċi li mhumiex kompatibbli mad-drittijiet mogħtija lill-pajjiż terz inkwistjoni permezz ta" ftehima eżistenti,
Q. billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi huma bosta drabi regolati minn ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jippermettu lil waħda mill-partijiet biex tieħu l-miżuri xierqa f'każijiet ta' vjolazzjoni mill-parti l-oħra ta' element essenzjali tal-ftehima, bħar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-liġi internazzjonali, il-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt (klawsola tad-drittijiet tal-bniedem), bil-Ftehima ta' Cotonou tkun eżempju prominenti ta' dan,
R. billi l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri ristrettivi għandhom jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem u mal-liġi umanitarja internazzjonali, inkluż proċess adattat u d-dritt għal rimedju effettiv, kif ukoll proporzjonalità, u għandha tipprovdi għall-eżenzjonijiet xierqa sabiex tqis il-ħtiġijiet umani bażiċi tal-persuni fil-mira, bħal aċess għall-edukazzjoni primarja, aċċess għal ilma tax-xorb u aċċess għal kura medika bażika inkluża mediċina bażika; billi politika ta' sanzjonijiet trid tikkunsidra b'mod sħiħ l-istandards stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Ġinevra, fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Politiċi, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tan-NU li jikkonċernaw il-ħarsien taċ-ċivili u tat-tfal fil-kunflitti bl-armi,
S. billi il-kredibilità ta' l-UE u ta' l-Istati Membri individwali tagħha tkun kompromessa meta is-sanzjonijiet ta' l-UE jidhru li jkunu qed jinkisru, u billi Robert Mugabe ġie mistieden għal-Lqagħa Għolja bejn l-UE u l-Afrika bejn it-8 u d-9 ta" Diċmebru 2007 minkejja li kien formalment ipprojbit li jidħol fi kwalunkwe territorju ta" l-Istati membri ta" l-UE skond il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/CFSP tad-19 ta" Frar 2004 li ġġedded miżuri ristrettivi kontra ż-Żimbabwe kif estiża(17) l-aktar riċenti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/135/CFSP tat-18 ta" Frar 2008(18),
Kunsiderazzjonijiet Ġenerali bil-għan li l-UE jkollha politika effettiva dwar sanzjonijiet
1. Jiddeplora l-fatt li s'issa għadhom ma saru ebda evalwazzjoni jew studju ta' l-impatt tal-politika ta' l-UE dwar is-sanzjonijiet u għalhekk huwa diffiċli ħafna li jitkejlu l-effetti u l-effikaċja tagħhom b'mod prattiku u li wieħed jasal għall-konklużjonijiet meħtieġa; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu dan ix-xogħol ta' evalwazzjoni; jikkunsidra, madankollu, li l-politika tas-sanzjonijiet użata kontra l-Afrika ta' Isfel kienet effettiva sabiex tgħin ittemm l-apartheid;
2. Iqis li d-differenzi fil-bażijiet legali għall-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sanzjonijiet ta" l-UE, li jinvolvu proċeduri differenti ta" teħid ta" deċiżjonijiet, implimentazzjoni differenti u livelli ta" superviżjoni differenti, qed idgħajfu t-trasparenza u l-koerenza tal-politika ta" l-UE dwar is-sanzjonijiet u, b'riżultat ta" dan, il-kredibilità tagħha;
3. Iqis li sabiex is-sanzjonijiet ikunu effettivi l-introduzzjoni tagħhom għandha tidher li hija leġittima fl-opinjoni pubblika, kemm dik Ewropea kif ukoll dik internazzjonali, u wkoll fil-pajjiżi fejn huma mistennija li jsiru l-bidliet; jisħaq li konsultazzjoni mal-Parlament waqt il-proċess ta' teħid ta" deċiżjonijiet tagħtihom aktar leġittimità;
4. Jinnota wkoll li s-sanzjonijiet jista' jkollhom valur simboliku bħala espressjoni ta' kundanna morali mill-UE u b'hekk jikkontribwixxu biex isaħħu l-viżibilità u l-kredibilità tal-politika barranija ta" l-UE; iwissi, madankollu, sabiex ma ssirx wisq enfażi fuq l-idea tas-sanzjonijiet bħala miżuri simboliċi, minħabba li dan jista' jwassal sabiex jitnaqqas totalment il-valur tagħhom;
5. Iqis li r-rikors għas-sanzjonijiet għandu jiġi kkunsidrat fil-każ ta' azzjonijiet minn awtoritajiet jew entitajiet mhux statali jew persuni fiżiċi u legali li jagħmlu ħsara serja għas-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem jew fejn possibiltajiet oħra kuntrattwali u/jew diplomatiċi ġew imfittxija jew ma jkunux jistgħu jitkomplew, minħabba azzjonijiet ta' partijiet terzi;
6. Huwa tal-fehma li kull degradazzjoni volontarja u irriversibbli ta' l-ambjent tikkostitwixxi theddida għas-sigurtà, kif ukoll vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem; għalhekk, jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkludu kwalunkwe ħsara volontarja u irriversibbli għall-ambjent bħala mottiv li jista' jwassal għall-adozzjoni ta' sanzjonijiet;
7. Jirrikonoxxi li l-istrumenti ġenerali ta" sanzjonijiet ta" l-UE huma ġeneralment użati b'mod flessibbli skond il-ħtieġa fuq bażi ta' kull każ għalih; madankollu jiddeplora l-fatt li bosta drabi l-UE applikat il-politika għas-sanzjonijiet tagħha b'mod inkonsistenti billi ttrattat b'mod differenti pajjiżi terzi minkejja li r-rekord tagħhom rigward id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huwa l-istess, u b'hekk qed tagħti lok għal kritika li hija qiegħda tapplika standards differenti;
8. Jemmen li, f'dan ir-rigward, l-applikazzjoni u l-evalwazzjoni ta' sanzjonijiet min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' ksur ta' drittijiet ta' bniedem, għandhom bħala prinċipju jkunu aktar dominanti fuq il-ħsara li tirriżulta mill-applikazzjoni tagħhom fl-interessi ta' l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha;
9. Jiddispjaċih li n-nuqqas ta' qbil fl-Unjoni Ewropea dwar il-politika li għandha tiġi applikata fir-rigward ta' ċerti pajjiżi, bħal Kuba, jew ir-riluttanza tal-Istati Membri biex ifixklu lill-imsieħba kummerċjali kbar bħar-Russja, wasslu sabiex l-Unjoni tadotta biss "sanzjonijiet informali" fil-konklużjonijiet tal-Presidenza, li jwasslu għall-applikazzjoni żbilanċjata jew inkoerenti tas-sanzjonijiet tal-Unjoni; jirrikonoxxi madankollu li l-miżuri li jidhru fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, bħar-rapport tal-iffirmar tal-ftehimiet ma' ċerti pajjiżi, bħas-Serbja, jistgħu jagħmlu pressjoni effettiva fuq il-pajjiżi terzi sabiex dawn jikkolaboraw bi sħiħ mal-mekkaniżmi internazzjonali;
10. ifakkar li, f'dak li jikkonċerna lil Kuba, il-pożizzjoni komuni li ġiet adottata fl-1996, li ġiet mġedda kull tant żmien, tirrifletti l-pjan għal transizzjoni paċifika lejn id-demokrazija, għadha fis-seħħ bis-sħiħ u ma hi suġġett ta' ebda kontroversja fl-istituzzjonijiet Ewropej; jisgħobbih li, sal-lum, ma kien hemm ebda titjib sinifikattiv f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2008 biex jitneħħew is-sanzjonijiet informali li jirrigwardjaw lil Kuba, filwaqt li sejjħet għall-ħelsien minnufih u bla kondizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha, li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ħabsijiet u li jiġi rratifikat u implimentat il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jinnota li l-Kunsill se jiddeċiedi fi żmieni sena jekk huwiex se jkompli bid-djalogu politiku ma' Kuba, skond jekk ikunx hemm jew le titjib sinifikanti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li l-pożizzjoni tal-Kunsill hija waħda li torbot fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-djalogu kemm mal-awtoritajiet Kubani kif ukoll mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; itenni l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tar-rebbieħa tal-premju Sakharov Oswaldo Payá Sardiñas u l-grupp magħruf bħala "Damas de Blanco" ("Nisa bl-Abjad");
11. Iqis li l-argument ta" l-"ineffettività" tas-sanzjonijiet ma tistax tintuża bħala argument favur li dawn jitwaqqfu u li minflok għandha tintuża għar-rijorjentament u l-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sanzjoni nnfisiha; barra minn hekk, huwa tal-fehma li t-tkomplija jew le tas-sanzjonijiet għandha tiddependi biss minn jekk l-objettivi ġewx milħuqa jew le u jqis li t-tip ta' dawn is-sanzjonijiet jista' jisaħħaħ jew jinbidel fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tagħhom; iqis li għal dan il-għan, is-sanzjonijiet għandhom dejjem ikunu akkumpanjati minn parametri ċari;
12. Iqis li l-effettività tas-sanzjonijiet għandha tiġi analizzata f'bosta livelli, kemm fil-livell ta' l-effettività intrinsika tal-miżuri, jiġifieri l-kapaċità tagħhom li jħallu impatt fuq l-attivitajiet privati jew professjonali tal-persuni li għandhom l-iskop li jolqtu, kif ukoll fuq membri tar-reġim li jrid jintlaqat, jew fuq l-operat tiegħu, u wkoll fil-livell ta' l-effettività politika tagħhom, jiġifieri kemm huma kapaċi jwaqqfu jew jibdlu l-attivitajiet jew il-politiki li kienu l-kawża li ġew adottati;
13. Jemmen li l-effettività ta' sanzjoni tiddependi fuq il-kapaċità ta' l-Unjoni li żżommha għall-perjodu sħiħ u, f'dan ir-rigward, jiddeplora l-użu ta' dispożizzjonijiet bħall-klawżoli 'sunset' li jinvolvu t-tmiem awtomatiku tas-sanzjonijiet;
14. Jopponi l-applikazzjoni f'kull ċirkostanza, ta" sanzjonijiet ġeneralizzati u indiskriminatorji fil-konfront ta" kwalunkwe pajjiż, billi dan l-approċċ de facto jwassal għall-iżolament total ital-popolazzjoni; iqis li, sakmm ma jiġux ikkoordinati ma' strumenti politiċi oħra, is-sanzjonijiet ekonomiċi jista' jkollhom suċċess biss b'diffikultà kbira fl-iffaċilitar ta' riforma politika fi ħdan ir-reġim ikkonċernat; għalhekk jinsisti li kwalunkwe sanzjoni imposta fuq awtoritajiet governattivi għandha tkun akkumpanjata sistematikament minn appoġġ għas-soċjetà ċivili tal-pajjiż ikkonċernat;
Is-sanzjonijiet bħala parti mill-istrateġija ġenerali
15. Jiġbed l-attenzjoni li l-biċċa l-kbira tas-sanzjonijiet ta" l-UE qed jiġu imposti minħabba tħassib dwar is-sigurtà; jenfasizza madanakollu li ksur tad-drittijiet tal-bniedem għandu jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għall-applikazzjoni ta" sanzjonijiet minħabba li jirrapreżenta wkoll theddida għas-sigurtà u l-istabilità;
16. Jiġbed l-attenzjoni li l-iskop ewlieni tas-sanzjonijiet huwa li jwassal għal bidla tal-politika jew ta" l-attivitajiet skond l-objettivi tal-Pożizzjoni Komuni tas-CFSP jew skond il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill jew id-deċiżjoni internazzjonali li fuqha huma bbażati s-sanzjonijiet;
17. Jinsisti fuq il-fatt li l-Kunsill, billi jadotta l-Prinċipji Bażiċi msemmija hawn fuq dwar l-Użu ta" Misuri Ristrettivi (Sanzjonijiet), impenja ruħu li juża sanzjonijiet bħala parti minn approċċ politiku komprensiva u integrata; jenfasizza li f'dan ir-rigward, li dan l-approċċ fl-istess ħin jinkludi djalogu politiku, inċentivi u kundizzjonalità u jista" jinvolvi wkoll, jekk ma jkunx hemm għażla oħra, l-użu ta" miżuri koersivi, kif stabbiliti fil-Prinċipji Basiċi; iqis li d-drittijiet tal-bniedem u l-klawsoli tad-demokrazija, is-sistemi ta" preferenzi ġeneralizzati u l-għajnuna għall-iżvilupp għandhom jintużaw bħala għodod ta" dan l-approċċ politiku komprensiv u integrat;
18. Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem ma tistax titqies bħala awtonoma jew bħala sanzjoni unilaterali ta" l-UE minħabba li toħroġ direttament mill-ftehima bilaterali jew multilaterali li tistabblixxi impenn reċiproku għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-miżuri xierqa li ttieħdu b'konformità ma" din il-klawsola jikkonċernaw biss l-implimentazzjoni tal-ftehima kkonċernata billi kull parti ngħatat il-bażi legali għas-sospensjoni jew l-annullament tal-ftehima; iqis għalhekk, li l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u s-sanzjonijiet awtonomi jew unilaterali neċessarjament jikkomplementaw lil xulxin;
19. Għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni sistematika tal-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u jinsisti dwar l-inkorporazzjoni ta' mekkaniżmu ta" implimentazzjoni speċifiku fil-ftehimiet bilaterali ġodda kollha ffirmati ma" pajjiżi terzi, inklużi ftehimiet dwar setturi speċifiċi; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa bil-għan li jwasslu għal implimentazzjoni iktar effettiva u sistematika tal-klawsola, jiġifieri l-ifformolar ta"-objettivi u ta" kriterji ta" riferenza u ta" evalwazzjoni regolari, u jtenni t-talba tiegħu sabiex il-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu implimentati permezz ta" proċedura aktartrasparenti ta" konsultazzjoni bejn il-partijiet, inklużi il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili, li ssemmi il-mekkaniżmi politikċi u legali li għandhom jintuża fil-każ ta" talba għas-sospensjoni ta" kooperazzjoni bilaterali fuq il-bażi ta" ksur ripetut u/jew sistematiku tal-liġi internazzjonali; jagħti l-appoġġ tiegħu għall-mudell ta' proċedura stabbilit bil-Ftehima ta' Cotonou bħala reazzjoni għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi, u ta' l-istat tad-dritt; jemmen li s-sistema ta' djalogu politiku intensiv (l-Artikolu 8 tal-Ftehima ta' Cotonou) u ta' konsultazzjonijiet (l-Artikolu 96 tal-Ftehima ta' Cotonou), qabel u wara l-adozzjoni tal-miżuri adattati, f'bosta każijiet serviet ta' strument li rnexxa biex titjieb is-sitwazzjoni attwali;
20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jipproponux ftehimiet ta" kummerċ ħieles u/jew ta' assoċjazzjoni - anki bi klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem - lil gvernijiet ta' pajjiżi fejn hemm għadd kbir ħafna ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, skond ir-rapporti ta' l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti;
21. Iqis li n-nuqqas ta' miżuri xierqa u restrittivi fil-każ ta' sitwazzjoni kkaratterizzata minn ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem idgħajjef b'mod serju l-istrateġija dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-politika ta' sanzjonijiet u l-kredibilità ta' l-Unjoni;
22. Iqis li politika tas-sanzjonijiet tkun iktar effettiva meta tkun tifforma parti minn strateġija soda tad-drittijiet tal-bniedem; jerġa" jtenni t-talba tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġija speċifika dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar is-sitwazzjoni fil-qasam tad-demokrazijaf'kull dokument strateġiku ta" kull pajjiż u f'kull dokument ieħor ta" l-istess natura;
23. Iqis li fil-każ ta" l-impożizzjoni ta" sanzjonijiet, id-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom neċessarjament u sistematikament jinkludu diskussjonijiet dwar il-progress li jkun sar għall-kisba ta" l-objettivi u l-kriterji ta" riferenza (benchmarks) stabbiliti fiż-żmien ta" l-adozzjoni tal-miżuri ristrettivi; iqis, fl-istess waqt, li l-objettivi miksuba fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem m'għandhom f'ebda ċirkustanza jieħdu post il-kisba ta" l-objettivi li fuqhom jibbażaw is-sanzjonijiet;
Azzjoni kkoordinata mill-komunità internazzjonali
24. Huwa tal-opinjoni li azzjoni koordinata mill-komunità internazzjonali għandha impatt iktar qawwi milli azzjonijiet individwali u mhux ugwali bejn l-Istati jew bejn entitajiet reġjonali; għalhekk, jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-politika ta" sanzjonijiet ta" l-Unjoni Ewropea għandha tkompli tiddependi fuq il-preferenza għas-sistema tan-NU;
25. Jistieden lill-Kunsill, fin-nuqqas ta" sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, biex jikkopera ma" l-Istati mhux fl-UE li qed japplikaw sanzjonijiet, biex jaqsmu l-informazzjoni, u biex jikkoordinaw is-sanzjonijiet tagħhom fuq livell internazzjonali biex jevitaw l-evażjoni ta' sanzjonijiet u biex jimmassimizzaw l-effettività u l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet ta' l-UE u ta' oħrajn;
26. Iqis li l-UE għandha tfittex koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet reġjonali oħra, bħall-Unjoni Afrikana u l-Assoċjazzjoni ta' Nazzjonijiet tax-Xlokk ta' l-Asja (ASEAN), għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u biex tiżgura kordinazzjoni ta' l-azzjonijiet dwar is-sanzjonijiet;
27. Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tiżviluppa b'mod sistematiku djalogu ma" l-Istati li ma japplikawx is-sanzjonijiet, bi l-għan li tintlaħaq pożizzjoni komuni dwar il-miżuri ristrettivi, b'mod partikolari fuq livell reġjonali; jiġbed l-attenzjoni li bħal ma wriet is-sitwazzjoni fil-Burma/Myanmar, is-sanzjonijiet ta' sikwiet ma jwasslux għat-tibdil politiku jew għat- tibdil fl-attivitajiet li tant huma meħtieġa meta l-Komunità internazzjonali tkun maqsuma u meta l-parteċipanti ewlenin tal-Komunità ma jipparteċipawx fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet;
28. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex sitematikament jinkludu fl-aġenda għal djalogi politiki ma" stati li jipparteċipaw fis-sanzjonijiet il-kwistjoni ta" l-irwol tagħhom fil-konfront tar-reġim jew tal-parteċipanti li mhumiex parti mill-istat, sew jekk individwi, organizzazzjonijiet jew inkella kumpaniji;
29. Iqis li l-prospett ta" l-iffirmar ta" ftehima ta" kummerċ ħieles mar-reġjuni li fihom jinsab pajjiż li huwa l-mira għandu jintuża bħala "karrotta" u mezz ta' pressjoni u li ftehima bħal din għandha, fi kwalunkwe każ, teskludi l-pajjiż li fil-konfront tiegħu qed jiġau applikati sanzjonijiet;
30. Jenfasizza l-bżonn ta' analiżi profonda ta" kull sitwazzjoni speċifika qabel l-adozzjoni ta" sanzjonijiet, sabiex ikun evalwat l-impatt potenzjali ta' sanzjonijiet differenti u biex ikun determinat liema huma s-sanzjonijiet l-iktar effettivi fl-isfond tal-fatturi l-oħra kollha u ta' l-esperjenzi komparabbli; iqis li analiżi bħal din tkun iktar iġġustifikata minħabba li huwa diffiċli li wieħed imur lura la darba l-proċess ta" sanzjonijiet inkun inbeda mingħajr ma ssir ħsara la għall-kredibilità ta" l-UE u lanqas għat-turija ta" appoġġ li l-UE għandha tagħti lill-popolazzjoni tal-pajjiż terz ikkonernat, b'kunsiderazzjoni għall-possibilità għall-awtoritajiet ta" dak il-pajjiż biex jimplimentaw id-deċiżjoni ta" l-UE; f'dan ir-rigward jinnota l-prattika attwali li fi ħdanhom l-adegwatezza, in-natura u l-effettività tas-sanzjonijiet proposti jiġu diskussi fil-Kunsill fuq il-bażi ta' evalwazzjoni mill-Kapijiet tal-Missjoni fil-pajjiż ikkonċernat, u jitlob l-inklużjoni ta' rapport ta' espert indipendenti f'din l-evalwazzjoni;
31. Madankollu, jenfasizza li din l-analiżi m'għandhiex tintuża biex iddawwen l-adozzjoni tas-sanzjonijiet; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-proċedura maqsuma f'żewġ partijiet għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet taħt is-CFSP tipprovdi ambitu għal reazzjoni politika urġenti, inizjalment permezz ta' l-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni li għandha tiġi stabbilita wara analiżi iktar dettaljata tar-Regolament, fejn jiġu stabbiliti n-natura u l-ambitu eżatti tas-sanzjonijiet;
32. Jitlob li jkun hemm l-inklużjoni sistematika fl-istrumenti legali tal-kriterji ta" referenza ċari u preċiżi għat-tneħħija ta" sanzjonijiet; jinsisti, b'mod partikolari, li l-kriterji ta" referenza jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta" evalwazzjoni indipendenti u li dawk il-kriterji m'għandhomx jinbdilu aktar tard minħabba bidliet politiki fil-Kunsill;
33. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwettqu proċess eżemplari ta" evalwazzjoni tas-sanzjonijiet, proċess li speċjalment jistabbilixxi l-inklużjoni sistematika ta" klawsola ta" evalwazzjoni li timplika li l-iskema ta" sanzjonijiet tkun riveduta skond il-kriterji ta" referenza u wara li jivverifikaw jekk l-objettivi tas-sanzjonijiet ikunux intlaħqu; jinsisti fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta" intenzjoni jew ir-rieda li jkunu stabbiliti proċeduri li jwasslu għal riżultati pożittivi – bħad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem – għandhom jintlaqgħu b'sodisfazzjon iżda jisħaq li fl-ebda ċirkustanza, matul l-evalwazzjoni tas-sanzjonijiet, dawn ma jistgħu jkunu sostitwiti mill-progress tanġibbli u ġenwin bi l-għan li jkunu ssodisfati l-kriterji ta" riferenza;
34. Iqis li l-embargo fuq l-armi impost fuq iċ-Ċina juri l-koerenza u l-konsistenza ta" l-Unjoni, billi dan l-embargo oriġinarjament kien ġie deċiż wara l-massakru ta" Tienanmen fl-1989, u li sa llum l-UE għadha ma rċevitx spjegazzjoni dwar dan il-massakru, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni biex jitneħħa dan l-embargo;
35. Jistieden lill-formazzjoni " Sanctions " tal-Grupp ta" Kunsilliera għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX/Sanction) sabiex josserva b'mod sħiħ il-mandat tiegħu; jinsisti b'mod partikolari dwar il-ħtieġa li titwettaq riċerka qabel u wara l-adozzjoni ta" sanzjonijiet, sabiex tiġi pprovudta b'mod regolari informazzjoni aġġornata dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni u li jintużaw l-aħjar prattiki rigward l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ristrettivi;
36. Jirrikonoxxi li l-istati u kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali għandhom jinżammu responsabbli għal azzjonijiet internazzjonali inkorretti fl-implimentazzjoni ta" sanzjonijiet u jisħaq f'dan ir-rigward dwar il-ħtieġa ta" mekkaniżmu ġudizzjarju bil-għan li jiggarantixxi konformità mal-liġi internazzjonali u mal-liġi umanitarja;
37. Jitlob li l-Parlament Ewropew ikun involut fl-istadji kollha tal-proċessi ta" sanzjonijiet: fil-proċessi ta" teħid ta" deċiżjonijiet dwar l-impożizzjoni ta" sanzjonijiet, fl-għażla ta" l-iktar sanzjonijiet xierqa għas-sitwazzjoni, kif ukoll fid-definizzjoni ta" kriterji ta" referenza u fl-evalwazzjoni ta" l-implimentazzjoni tagħhom fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmu ta' reviżjoni u t-tneħħija tas-sanzjonijiet;
Sanzjonijiet immirati huma iktar effettivi ?
38. Jiddeplora l-fatt li, minħabba n-nuqqas ta" evalwazzjoni , huwa impossibbli li wieħed jevalwa l-effikaċja tal-miżuri fil-mira; jirrikonoxxi, madanakollu, it-tħassib umanitarju qawwi ta" l-Unjoni Ewropea li wassalha biex tabbanduna sanzjonijiet ekonomiċi ġenerali bħal dawk li fil-passat kienet applikat fuq l-Iraq, u minflok timponi sanzjonijiet "intelliġenti' , iktar immirati, maħsuba biex ikollhom impatt massimu fuq dawk li hija tixtieq tinfluwenza l-imġiba tagħhom, filwaqt li tillimita kemm jista" jkun possibbli l-effetti fuq il-livell umanitarju jew il-konsegwenzi negattivi fuq il-persuni mhux immirati jew fuq il-pajjiżi ġirien;
39. Iqis li s-sanzjonijiet ekonomiċi applikati indipendentement minn strumenti politiċi oħra ftit li xejn huma suxxettibbli li jwasslu lir-reġim immirat biex jagħmel tibdiliet politiċi importanti; jenfasizza barra minn hekk li restrizzjonijiet ekonomiċi estiżi jistgħu jfissru danni ekonomċi u umanitarji kbar eċċessivi u għalhekk jerġa" jtenni l-appoġġ tiegħu favur sanzjonijiet ekonomiċi mmirati aħjar u maħsuba b'aktar attenzjoni, b'mod li essenzjalment ikollhom impatt fuq il-mexxejja prinċipali tar-reġimi kkonċernati u fuq l-awturi ta" ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
40. Jenfasizza li s-sanzjonijiet ekonomiċi għandhom qabel kollox ikunu mmirati lejn dawk is-setturi li ma jħaddmux ħafna nies u li jkunu ta' rilevanza limitata għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, billi dawn ta' l-aħħar huma importanti kemm għall-iżvilupp ekonomiku kif ukoll għat-tqassim mill-ġdid tad-dħul;
41. Jappoġġja r-rikors għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati kontra l-mexxejja ewlenin tar-reġimi fil-mira u l-membri tal-familja immedjata tagħhom, sanzjonijiet li jolqtu direttament id-dħul tal-persuni sanzjonati; jenfasizza l-ħtieġa li dawn is-sanzjonijiet ikunu akkumpanjati minn miżuri xierqa kontra operaturi ekonomiċi ta' l-UE li jikkooperaw ma' persuni bħal dawn; jenfasizza li s-sanzjonijiet immirati fuq prodotti bażiċi u maħsuba għal sors preċiż jew prinċipali tad-dħul tar-reġim qed jirriskjaw li jkollhom effetti aktar profondi u mingħajr diskriminazzjoni fuq il-popolazzjoni u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta" "ekonomija sewda";
42. Iqis li sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, anke meta dawn ikunu immirati, għandhom ikunu applikati mill-persuni fiżiċi u l-persuni legali kollha li jiżvolġu attivitajiet kummerċjali fl-UE, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi u ċittadini ta' l-UE jew persuni legali reġistrati jew stabbiliti skond il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ta' l-UE li jiżvolġu attivitajiet kummerċjali barra mill-UE;
43. Jitlob li jkun hemm l-applikazzjoni limitata ta" l-"eżenzjonijiet straordinarji" għall-iffriżar ta" l-assi; jixtieq li tinħoloq proċedura speċifika għall-oġġezzjonijiet fil-każ meta Stat Membru jkun jixtieq jagħti eżenzjoni għall-iffriżar ta" l-assi, minħabba li l-effiċjenza tal-miżura ristrettiva hija mxekkla min-nuqqas ta" proċedura bħal din minħabba li l-Istati Membri huma meħtieġa biss li jinfurmaw minn qabel lill-Kummissjoni dwar din it-tip ta" eżenzjoni,
44. Jitlob li jkun hemm azzjoni biex titjieb l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati ta" l-Unjoni Ewropea sabiex ikun garantit li, fil-prattika, dawn is-sanzjonijiet iċaħħdu kompletament lill-persuni u lill-entitajiet immirati milli jkollhom aċċess għas-servizzi finanzjarji kollha relevanti għall-ġurisdizzjoni tal-Komunità, inklużi dawk li jgħaddu mill-banek ta" kumpens ta" l-Unjoni jew milli jagħmlu użu mod ieħor mis-servizzi finanzjarji interni ta" l-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm aktar flessibilità fit-tqassim ta' listi ta' sanzjonijiet ġewwa l-UE u fl-Istati Membri lill-persuni kollha milquta mill-obbligi stipulati mit-Tielet Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus(19); jipproponi li kull Stat Membru jinnomina istituzzjoni li tkun responsabbli biex ixxerred din l-informazzjoni;
45. Jitlob li jkun hemm koperazzjoni msaħħa mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mal-maniġment tas-SWIFT u ma' l-azzjonisti Ewropej sabiex jinkisbu riżultati aħjar fl-iffriżar ta' kontijiet fuq il-lista s-sewda u l-eliminazzjoni ta' trasferimenti ta' flus minn/għal kontijiet bħal dawn;
46. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinvestigaw il-possibilitajiet u l-metodi biex jintuża b'mod kostruttiv id-dħul friżat ta" awtoritajiet immirati, pereżempju billi d-dħul ikun allokat għall-vittmi ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jew għal skopijiet ta" żvilupp fi ħdan l-qafas tal-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU;
47. Jiġbed l-attenzjoni li l-embargoes huma forma ta" sanzjoni maħsuba biex twaqqaf il-fluss ta" armi u ta" tgħamir militari f'żoni fejn hemm kunflitt jew għal reġimi li probbabilment jużawhom għar-ripressjoni interna jew għal aggressjoni kontra pajjiż barrani kif stipulat fil-Kodiċi ta" Kondotta dwar l-esportazzjonijiet ta" l-armi;
48. Jitlob li jkun hemm koperazzjoni kkoordinata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta" l-embargoes ta" l-armi ta" l-UE li huma applikati minn kull Stat Membru;
49. Jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw pożizzjoni komuni dwar l-esportazzjonijiet ta" l-armi li tagħmel il-Kodiċi ta" Kondotta dwar l-esportazzjonijiet ta' l-armi attwali wieħed li jorbot legalment;
50. Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jaħdmu għat-titjib tal-kapaċitajiet ta" monitoraġġ u infurzar tan-NU u jappoġġja l-opinjoni li għandu jkun stabbilit tim permanenti tan-NU biex jevalwa l-kummerċ ta" prodotti bażiċi kunflinġenti u l-valur tas-sanzjonijiet relatati magħhom;
51. Ifakkar li restrizzjonijiet ta' ammissjoni (projbizzjonijiet ta' vjaġġar, projbizzjonijiet ta' visas) jikkostitwixxu wieħed mill-passi inizjali fis-sekwenza ta' sanzjonijiet ta' l-UE, inkluż il-projbizzjoni ta' persuni fuq il-lista s-sewda jew ta" entitajiet mhux ta" l-Istat milli jattendu laqgħat uffiċjali ta" l-UE u anke milli jivjaġġaw lejn l-UE għal raġunijiet privati;
52. Jinnota bi tħassib li l-Istati Membri ma osservawx b'mod sħiħ il-projbizzjonijiet ta" visas fl-UE; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw approċċ miftiehem fl-applikazzjoni ta" restrizzjonijiet ta" l-ivjaġġar u l-klawsoli ta" eżenzjoni relevanti;
Rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-applikazzjoni ta" sanzjonijiet immirati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
53. Iqis il-fatt li s-sanzjonijiet awtonomi kontra t-terroriżmu ta" l-UE u l-implimentazzjoni ta" l-UE tas-sanzjonijiet kontra t-terroriżmu tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijet Uniti huma s-suġġett ta" diversi każijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim' Istanza;
54. Ifakkar fl-obbligazzjoni ta" l-Istati Membri biex ifasslu sanzjonijiet skond l-Artikolu 6(2) tat-TEU, li jirrikjedi li l-Unjoni tirrispetta d-drittijiet fondamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni fl-Istati Membri; jenfasizza li l-proċeduri attwali għall-elenkar ta" listi suwed (blacklisting) kemm fil-livell ta" l-UE u kemm fil-livell tan-NU huma neqsin mill-perspettiva ta" sigurtà legali u minn rimedji legali;iħeġġeġ lill-Kunsill biex jagħmel il-konklużjonijiet kollha meħtieġa u biex japplika b'mod sħiħ id-deċiżjonijiet finali mogħtija mill-Qorti tal-Prim Istanza f'dak li jirrigwarda s-sanzjonijiet awtonomi tal-UE f'dan il-qasam;
55. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirrevedu il-proċedura eżistenti għall-kumplikazzjoni tal-listi s-suwed u għat-tneħħija minn fuq il-listi, sabiex ikunu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u primarjament standards internazzjonali fir-rigward tal-kisba ta' rimedju effettiv quddiem entità indipendenti u imparzjali inkluż id-dritt għal proċeduri legali ġusti, li jimplika d-dritt ta' notifika u tagħrif adegwat dwar l-akkużi mressqa kontra l-individwu jew l-entità kkonċernata u tad-deċiżjonijiet meħuda kif ukoll tad-dritt ta' kumpens għal kull vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jippromwovu din ir-reviżjoni fil-mekkaniżmi tan-NU sabiex ikun żgurat rispett tad-drittijiet fundamentali meta jkunu applikati sanzjonijiet immirati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;
56. Iqis li l-Artikolu 75 tat-Trattat tat-TFEU jkun opportunità li l-Parlament Ewropew għandu jaħtaf biex jirrimedja n-nuqqasijiet tal-prattika attwali rigward l-inklużjoni ta' ismijiet fil-listi s-suwed u jappoġġja l-ħidmiet parlamentari li għaddejjin bħalissa maħsuba biex ikunu inklużi fl-aġenda tal-programm leġiżlattiv għall-2009;
57. Jesprimi dispjaċir li l-ebda waħda mill-entitajiet ġudizzjarji ma hija f'pożizzjoni li tevalwa kemm il-listi s-suwed huma xierqa minħabba li l-evidenza li twassal għall-elenkar ta" listi suwed hija bbażata fuq tagħrif miżmum mis-servizzi sigrieti, li ipso facto joperaw b'mod sigriet; madankollu, iqis li din id-diskrezzjoni fundamentali m'għandhiex tiġi trasformata f'impunità f'każijiet fejn ikun hemm ksur tal-liġi internazzjonali; jistieden f'dan ir-rigward lill-Istati Membri biex jippermettu kontroll parlamentari effettiv fuq ix-xogħol tas-servizzi sigrieti; iqis li f'dan ir-rigward jinħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi assoċjat max-xogħol li twettaq il-Konferenza tal-Kumitati ta" Superviżjoni ta" l-Entitajiet ta" Intelliġenza ta" l-Istati Membri li diġà hija implimentata;
58. Itenni madankollu li s-sistema ta' listi antiterroristiċi, sakemm tirrispetta l-każistika reċenti stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja, hija strument effiċjenti tal-politika għal kontra t-terroriżmu ta' l-Unjoni Ewropea;
59. Jisħaq li t-terroriżmu huwa theddida għas-sikurezza u l-libertà u għalhekk iħeġġeġ lill-Kunsill jirrevedi u jaġġorna l-lista ta' organizzazzjonijiet terrositiċi, hekk li jqis l-attivitajiet tagħhom fil-kontinenti kollha;
Politika dwar is-sanzjonijiet varjata
60. Jinnota li l-UE dejjem ippromwoviet approċċ pożittiv lejn l-użu tas-sanzjonijiet bil-għan li tinkoraġġixxi l-bidla; jisħaq, għal dan il-għan, huwa importanti li tingħata prijorità lil azzjoni globali integrata permezz ta' strateġija progressiva ta' pressjonijiet u inċentivi;
61. Iqis li strateġija miftuħa u politika ta" sanzjonijiet ma jeskludux waħda lill-oħra; huwa tal-fehma għalhekk li l-politika ta' sanzjonijiet ta' l-UE tista' tgħin biex ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi milquta b'sanzjonijiet meta jiġu riveduti għall-iskop preciż li tiġi introdotta politika ta' azzjoni pożittiva; f'dan ir-rigward dan jinnota ċ-ċiklu ta' sanzjonijiet imposti fuq l-Użbekistan minn Novembru 2007 sa April 2008: filwaqt li s-sanzjonijiet imposti ssuktaw għal sena oħra minħabba li naqsu milli jissodisfaw il-kriterji inizjali rigward l-investigazzjonijiet dwar il-massakru Andijan u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill iddeċieda li jissospendi l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-visas, li ħalliet lill-gvern ta" l-Użbekistan sitt xhur biex jissodisfaw sett ta" kriterji tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li baqgħet preżenti t-theddida li awtomatikament terġa" tkun stabbilita l-projbizzjoni tal-visas; jinnota li t-taħlita ta" impenji u sanzjonijiet produċiet xi żviluppi pożittivi grazzi għall-possibilità awtomatika li terġa tkun stabbilita l-projbizzjoni tal-visas; jenfasizza li dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu kapaċi li jkunu ssodisfati f'perjodu ta" żmien limitat u relevanti għar-reġim ta" sanzjoni ġenerali; jiddispjaċih madankollu li ma kien għad hemm ebda żviluppi pożittivi sostanzjali u li n-nuqqas ta' koperazzjoni mal-Gvern ta' Użbek qed ikompli;
62. Jitlob immedjatament li s-sanzjonijiet ikunu sistematikament akkumpanjati, fil-qafas ta" strateġija multi-fold, minn miżuri pożittivi msaħħa li jappoġġjaw lis-soċjetà ċivili, li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u kull tip ta" proġett li jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jitlob li l-programi u l-istrumenti tematiċi (EIDHR(20), non-state actors, investing in people), jikkontribwixxu b'mod sħiħ għat-twettiq ta" dan l-objettiv;
63. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jaħtfu l-opportunità prevista mir-ratifika tat-Trattat ta" Liżbona u mill-ħolqien sussegwenti tas-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna sabiex jiggarantixxu minimu ta" konsistenza fil-varji strumenti ta" azzjoni esterna ta" l-UE bħala element ewlieni sabiex il-politika ta" sanzjonijiet ta' l-UE tkompli ssir effiċjenti;
Rakkomandazzjonijiet relatati ma" l-istituzzjonijiet ta" l-UE u ma" l-Istati Membri
64. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu evalwazzjoni komprensiva u ddettaljata tal-politika ta' sanzjonijiet ta' l-UE biex jiġi determinat x'influwenza din għandha u x'miżuri jistgħu jittieħdu biex tissaħħaħ; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jissottomettu program għal miżuri bħal dawn; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jevalwaw l-impatt ta' sanzjonijiet fuq il-politika ta' żvilupp tal-pajjiżi taħt eżami u fuq il-politika kummerċjali ta' l-UE;
65. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-istrateġiji ta' l-assistenza għall-iżvilupp skond l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp ikunu konsistenti mas-sistemi eżistenti tas-sanzjonijiet u mad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-baġit ġenerali, fosthom dawk skond il-'kuntratti ta' l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp għall-Millennju', ikunu marbuta b'mod espliċitu mad-drittijiet tal-bniedem u mal-kriterji tad-demokrazija;
66. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu vantaġġ mill-opportunità offruta mir-ratifikazzjoni tat-Trattat ta" Liżbona, il-ħatra ta" Rappreżentant Għoli ta" l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta" Sigurtà – li fl-istess ħin se jkun Viċi-President tal-Kummissjoni u jippresiedi l-Kunsill għall-Affarijiet Barranin – u l-ħolqien sussegwenti tas-Servizz Ewropew ta" Azzjoni Esterna sabiex l-azzjoni esterna ta" l-UE ssir aktar koerenti u konsistenti, biex titjieb il-ħila esperta tas-servizzi relevanti ta" l-UE li jaħdmu fl-oqsma tas-sanzjonijiet u biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn is-servizzi differenti;
67. Jitlob fl-istess ħin li jkun hemm koperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tkun żgurata implimentazzjoni iktar koerenti u effettiva tal-miżuri ristrettivi;
68. Jistieden ukoll lil dawk l-Istati Membri li huma membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU b'mod sistematiku sabiex ifittxu li jpoġġu s-sanzjonijiet maħruġa mill-Unjoni Ewropea f'livell internazzjonali skond l-Artikolu 19 tat-TEU;
69. Jistieden lill-Istati Membri, fl-azzjonijiet tagħhom fi ħdan il-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, sabiex ma jiksur obbligi ta" drittijiet tal-bniedem li jkunu daħlu għalihom, b'mod partikolari fi ħdan il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem;
70. Jimpenja lill-entitajiet parlamentari tiegħu, u b'mod speċjali lid-delegazzjonijiet permanenti u ad hoc, sabiex jutilizzaw il-kuntatti mal-parlamenti tal-pajjiżi li ma jaqblux mas-sanzjonijiet biex ifiehmu aħjar is-sistemi eżistenti ta' sanzjonijiet ta' l-UE li jkunu rilevanti għar-reġjun ikkonċernat u biex jeżaminaw il-possibilitajiet ta' azzjoni kkoordinata għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
71. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi netwerk ta" esperti indipendenti li jkun inkarigat li jipproponi skond il-bżonn lill-Kunsill, il-miżuri ristrettivi l-iktar pertinenti u li jagħmel rapport regolari dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni rigward il-kriterji ta" referenza u tal-objettivi stabbiliti u biex meta jkun hemm bżonn, jissuġġerixxi t-titjib li għandu jsir għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet; iqis li t-twaqqif ta" dan in-netwerk se jtejjeb it-trasparenza u d-diskussjonijiet dwar sanzjonijiet ġenerali u se jsaħħaħ ukoll l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ kontinwu ta" sanzjonijiet f'każijiet partikolari; iqis fl-istess ħin li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar proattiv fid-definizzjoni ta' politika ċara tal-UE dwar is-sanzjonijiet;
72. Iqis li l-leġittimità tal-politika ta" sanzjonijiet li tikkostitwixxi element ewlieni u sensibbli tas-CFSP, għandha tkun imsaħħa mill-involviment tal-Parlament fl-istadji kollha tal-proċedura skond l-Artikolu 21 tat-Trattat KE, b'mod partikolari fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta" sanzjonijiet fil-forma ta" konsultazzjoni sistematika ma" u rapporti regolari mill-Kummissjoni u l-Kunsill u min-netwerk ta' esperti indipendenti;; iqis ukoll li l-Parlament għandu jkun involut ukoll fis-superviżjoni ta' l-osservazzjoni tal-kriterji ta" riferenza minn dawk li huma suġġetti għal sanzjonijiet; jitlob lis-sotto-kumitat tad-drittijiet tal-bniedem biex jissistematizza u jissuperviżjona l-ħidmiet f'dan il-qasam għal kull sanzjoni li l-objettivi u l-kriterji ta" riferenza tagħha jikkonċerna d-drittijiet tal-bniedem;
o o o
73. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta" l-Istati Membri u lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
L-Artikolu 96 tal-Ftehima ta' Cotonou tat-23 ta' Ġunju 2000 jaqra kif ġej (test mhux disponibbli bil-Malti):"Essential elements: consultation procedure and appropriate measures as regards human rights, democratic principles and the rule of law1. Within the meaning of this Article, the term "Party" refers to the Community and the Member States of the European Union, of the one part, and each ACP State, of the other part.2.(a) If, despite the political dialogue conducted regularly between the Parties, a Party considers that the other Party has failed to fulfil an obligation stemming from respect for human rights, democratic principles and the rule of law referred to in paragraph 2 of Article 9, it shall, except in cases of special urgency, supply the other Party and the Council of Ministers with the relevant information required for a thorough examination of the situation with a view to seeking a solution acceptable to the Parties. To this end, it shall invite the other Party to hold consultations that focus on the measures taken or to be taken by the party concerned to remedy the situation.The consultations shall be conducted at the level and in the form considered most appropriate for finding a solution. The consultations shall begin no later than 15 days after the invitation and shall continue for a period established by mutual agreement, depending on the nature and gravity of the violation. In any case, the consultations shall last no longer than 60 days.If the consultations do not lead to a solution acceptable to both Parties, if consultation is refused, or in cases of special urgency, appropriate measures may be taken. These measures shall be revoked as soon as the reasons for taking them have disappeared.(b) The term "cases of special urgency" shall refer to exceptional cases of particularly serious and flagrant violation of one of the essential elements referred to in paragraph 2 of Article 9, that require an immediate reaction.The Party resorting to the special urgency procedure shall inform the other Party and the Council of Ministers separately of the fact unless it does not have time to do so.(c) The "appropriate measures" referred to in this Article are measures taken in accordance with international law, and proportional to the violation. In the selection of these measures, priority must be given to those which least disrupt the application of this agreement. It is understood that suspension would be a measure of last resort.If measures are taken in cases of special urgency, they shall be immediately notified to the other Party and the Council of Ministers. At the request of the Party concerned, consultations may then be called in order to examine the situation thoroughly and, if possible, find solutions. These consultations shall be conducted according to the arrangements set out in the second and third subparagraphs of paragraph (a)."
Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 October 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu Test b'rilevanza għaż-ŻEE(ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta" strument ta" finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1).
Is-saħħa ta' l-ommijiet
241k
79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar l-Imwiet marbuta mal-Maternità qabel il-Laqgħa ta" Livell Għoli tan-NU tal-25 ta" Settembru dwar ir-reviżjoni tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp
– wara li kkunsidra l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs), adottati fis-Samit tal-Millennju tan-NU f'Settembru 2000,
– wara li kkunsidra l-"Aġenda tal-UE għall-Azzjoni rigward l-MDGs" tal-Kunsill Ewropew ta" Ġunju 2008 u l-għanijiet tagħha għall-2010,
– wara li kkunsidra l-laqgħa ta' livell għoli dwar l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp li se sseħħ fil-Kwartieri Ġenerali tan-NU fi New York fil-25 ta' Settembru 2008,
– wara li kkunsidra "r-Rapport tal-UE dwar L-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp 2000 – 2004" tal-Kummissjoni (SEC(2005)456),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta" Brussell tas-16 u s-17 ta" Diċembru 2004, li kkonfermaw l-impenn sħiħ tal-Unjoni Ewropea għall-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp u għall-koerenza politika,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU tal-20 ta" Novembru 1959 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tgħid li "għandhom jingħataw kura u ħarsien speċjali kemm lit-tfal kif ukoll lill-ommijiet, inkluża kura adegwata għal qabel u għal wara t-twelid", u wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-20 ta" Novembru 1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li skontha l-Istati firmatarji għandhom "jiggarantixxu kura tas-saħħa xierqa għall-ommijiet qabel u wara t-twelid",
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar "L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (COM(2007)0100),
– wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE adottata fis-Samit EU-Afrika ta' Lisbona fl-2007,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Marzu 2008 dwar "L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp" (1),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' April 2005 dwar l-irwol tal-Unjoni Ewropea fl-ilħuq tal-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs)(2) u tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar "l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp - il-bilanċ intermedju"(3),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta" Novembru 2005 dwar strateġija ta" żvilupp għall-Afrika,(4) u r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika(5),
– wara li kkunsidra r-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa li saret f'Beijing f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni li ġiet adottata f'Beijing kif ukoll id-dokumenti sussegwenti li rriżultaw, adottati min-NU fis-Sessjonijiet Speċjali Beijing +5 u Beijing +10 ntitolati "aktar azzjoni u inizjattiva fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni" adottati rispettivament fl-10 ta' Ġunju 2000 u fil-11 ta' Marzu 2005,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp: 'Il-Konsensus Ewropew' (Il-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp)(6) u l-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja(7),
– wara li kkunsidra r-rapporti dwar l-Istat tal-Popolazzjoni Dinjija , imħejjija mill-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni, (UNFPA) bl-isem ta" "Il-Wegħda tal-Ugwaljanza: l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, is-Saħħa Riproduttiva u l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp" tal-2005 u "Bidla lejn it-Tama: In-Nisa u l-Migrazzjoni Internazzjonali", rispettivament tal-2006,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ("Strument ta" Koperazzjoni għall-Iżvilupp" (SKI))(8),
– wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-bniedem u tal-populazzjoni dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, magħruf ukoll bħala l-"Protokoll ta" Maputo" li daħal fis-seħħ fil-25 ta' Novembru 2005 u l-Pjan ta' Azzjoni ta" Maputo għat-tħaddim tal-Qafas tal-Politika Kontinentali għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi 2007 - 2010 adottati waqt is-sessjoni speċjali tal-Konferenza tal-Ministri tal-Unjoni Afrikana f'Settembru 2006,
– wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali tan-NU dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li saret fil-Kajr f'Settembru 1994, il-Programm Finali ta" Azzjoni adottat fil-Kajr u d-dokumenti sussegwenti li rriżultaw, adottati fl-1999 fis-seduta speċjali ta'l-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar aktar azzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Programm ta" Azzjoni tal-ICPD (ICPD +5)adottat fl-1999,
– wara li kkunsidra l-qafas ta" Brussell għal azzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa għall-iżvilupp sostenibbli, adottat fl-ewwel laqgħa tal-Ministri tas-Saħħa tal-Grupp ta" Stati tal-ACP fi Brussell f'Ottubru 2007,
– wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali tan-NU dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li daħal fis-seħħ fit-3 ta" Jannar 1976, b'mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 14 tal-Kumitat għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-NU, dwar l-Artikolu 12 tal-ICESCR'Id-Dritt għall-Ogħla Standard Possibbli tas-Saħħa",
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, li daħal fis-seħħ fit 3 ta" Settembru 1981,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
A. billi s-saħħa materna (MDG 5) hija l-qasam li fih sar l-inqas progress minn fost l-MDGs kollha u għalhekk, huwa fost l-għanijiet li x'aktarx li mhux se jintlaħqu sal-2015, b'mod partikulari fl-Afrika "l isfel mis-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Ażja,
B. billi aktar minn nofs miljun mara jmutu kull sena waqt it-tqala jew il-hlas, u 99% minn dawn l-imwiet iseħħu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi f"20 sena, ir-rata fl-Afrika "l isfel mis-Saħara bilkemm inbidlet u naqset biss b"0.1% fis-sena fir-reġjun u hemm ir-riskju li mara minn kull sittax tmut waqt it-tqala jew waqt il-ħlas; billi l-imwiet marbuta mal-maternità huma l-indikatur l-aktar ċar ta" inugwaljanzi dinjija fir-rigward tas-saħħa,
C. billi, minbarra l-inugwaljanza ġeografika, l-esperjenza u r-riċerka dwar l-imwiet marbuta mal-maternità juru disparitajiet sinifikanti fir-rati tal-imwiet marbuta mal-maternità skont l-għana, ir-razza u l-etniċità, il-lokazzjoni urbana jew rurali, il-livell ta' edukazzjoni, kif ukoll skont ir-reliġjonijiet differenti fi ħdan il-pajjiżi, inklużi l-pajjiżi industrijalizzati, disparità li hija l-akbar fl-istatistika kollha tas-saħħa pubblika,
D. billi l-G8 ftiehem dwar pakkett dwar is-saħħa li se jgħin fit-taħriġ u l-impjegar ta' miljun u nofs ħaddiem fis-settur tas-saħħa fl-Afrika u li għandu jiżgura li 80% tal-ommijiet ikollhom l-assitenza ta' ħaddiem tas-saħħa mħarreġ waqt il-ħlas; billi dan jinkludi impenn tad-daqs ta' 2.3 ħaddiema għal kull 1000 ruħ f'36 pajjiż Afrikan li qed ibatu minn nuqqas kritiku; billi, madankollu, ma tissemma l-ebda limitazzjoni tal-għaxar biljun dollaru li skont l-attivisti fis-soċjetà ċivili jkunu meħtieġa biex, kull sena, jiġu salvati l-ħajjiet ta' sitt miljun omm u tifel,
E. billi l-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità jikkostitwixxu emerġenza dinjija fir-rigward tas-saħħa: kull sena huwa stmat li madwar 536 000 nisa jmutu waqt il-ħlas, filwaqt li mara minn kull għoxrin ikollha kumplikazzjonijiet serji, li jvarjaw minn infezzjonijiet kroniċi għal kundizzjonijiet bħall-fistula ostetrika li jwasslu għal diżabilità, kif ukoll għal diżabilitajiet tul il-ħajja,
F. billi mhuwiex misteru għaliex in-nisa jmutu waqt it-tqala u l-ħlas – il-kawżi tal-imwiet marbuta mal-maternità huma ċari u magħrufa sew, kif inhuma magħrufa l-mezzi biex ikunu evitatati,
G. billi l-imwiet marbuta mal-maternità jistgħu jiġu evitati bil-għoti ta' kura sikura għall-ommijiet, aċċess effettiv għall-kontraċezzjoni u aborti legali u sikuri;
H. H billi l-imwiet marbuta mal-maternità jistgħu jkunu evitati billi jiżdied l-aċċess għal metodi ta" ppjanar tal-familja u l-użu tagħhom, permezz tal-aċċess għal kura materna sikura u ta" kwalità, partikolarment waqt it-twelid, waqt il-ħlas b'kura ostetrika ta' emerġenza, u fil-perjodu ta' wara l-ħlas, kif ukoll billi jittejbu s-saħħa u n-nutrizzjoni tan-nisa u l-pożizzjoni tagħhom fis-soċjetà,
I. billi dan l-approċċ ta" prevenzjoni jinkludi t-taħriġ tan-nisa u tal-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa biex jagħrfu l-kumplikazzjonijiet waqt it-tqala u l-ħlas u biex jitolbu l-kura xierqa, jirrikjedi netwerk ta" faċilitajiet tas-saħħa xierqa li jistgħu jintużaw f'perjodu raġonevoli ta" żmien bl-infrastruttura u t-trasport disponibbli, u jirrikjedi li tingħata kura xierqa f'dawn il-faċilitajiet tas-saħħa fil-qrib, minn staff imħarreġ, b'immaniġġjar effettiv u bil-provvista ta" elettriku, ilma u provvisti mediċi anke fiz-zoni rurali,
J. billi l-imwiet marbuta mal-maternità li jistgħu jkunu evitati jikkostitwixxu vjolazzjonijiet tad-dritt għall-ħajja tan-nisa u tat-tfajliet adolexxenti, kif stipulat f'għadd ta' impenji internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża d-Dikjarazzjoni Universali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u l-kawżi tal-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità jistgħu jinvolvu wkoll vjolazzjonijiet ta" drittijiet tal-bniedem oħra, inkluż id-dritt għall-ogħla standard possibbli ta" saħħa fiżika u mentali u d-dritt għan-non-diskriminazzjoni fl-aċċess għall-kura tas-saħħa bażika,
K. billi d-dritt għall-awtonomija sesswali u riproduttiva jinkludi d-dritt li mara tiżżewweġ, li jkollha familja u li jkollha relazzjonijiet sesswali b'mod volontarju, u d-dritt tal-ħelsien mill-vjolenza u l-isfurzar sesswali,
L. billi hija r-responsabilità tal-gvernijiet li jipprovdu huma stess jew permezz ta" oħrajn, servizzi ta" kura tas-saħħa bħala dritt, u billi anke dawk il-gvernijiet b'riżorsi limitati jistgħu jieħdu miżuri immedjati li jkollhom impatt fuq is-saħħa materna,
M. billi, fl-aħħar mill-aħħar, huwa anwqas probabbli li l-kawżi tal-imwiet marbuta mal-maternità u tal-kundizzjonijiet marbuta mal-ħlas ikunu prattiċi jew strutturali, iżda x'aktarx li jiddependu mill-valur baxx u mill-istejtus baxx mogħti lin-nisa, li ġeneralment huma żvantaġġjati fis-soċjetà, u billi huwa magħruf li, f'pajjiżi b'livelli simili ta" żvilupp ekonomiku, aktar ma l-istejtus tan-nisa jkun għoli, anqas ma tkun ir-rata tal-imwiet marbuta mal-maternità,
N. billi n-nisa huma partikolarment vulnerabbli waqt it-tqala jew il-ħlas minħabba diversi forom ta" diskriminazzjoni, inklużi disparitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fid-dar, prattiki tradizzjonali li jkunu ta" ħsara għan-nisa, il-vjolenza fuq in-nisa, in-nuqqas ta" kontroll rigward is-saħħa riproduttiva u d-drittijiet riproduttivi tagħhom, it-tiċħid tat-trabi tfajliet u l-isterjotipi ta" nisa prinċipalment bħala ommijiet u persuni li jieħdu ħsieb lil oħrajn; billi s-CEDAWġiet irratifikata mill-Istati Membri kollha tal-UE,
O. billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU inkludiet "l-aċċess universali għas-saħħa riproduttiva mill-2015" bħala waħda mill-għanijiet tal-millenju tal-komunita' internazzjonali taħt l-MDG 5 – it-tnaqqis tal-imwiet marbuta mal-Maternità,
P. billi, (komunità internazzjonali wedgħet riżorsi ġodda waqt ICPD, u identifikat "is-saħħa riproduttiva" (inklużi l-ippjanar tal-familja u s-servizzi tas-saħħa għall-ommijiet) bħala prijorità ċentrali fl-isforzi internazzjonali għall-iżvilupp,
Q. billi, minflok żdied l-appoġġ, l-iffinanzjar totali mid-donaturi għall-ippjanar tal-familja bħalissa huwa ferm aktar baxx milli kien fl-1994, billi niżel minn USD 723 miljun fl-1995 għal USD 442 miljun fl-2004, f'termini assoluti tad-Dollaru,
R. billi l-UE ħadet impenji regolari u konsistenti sabiex jintlaħaq l-MDG 5, l-aktar riċentement fl-"Aġenda tal-UE għall-Azzjoni dwar l-MDGs" msemmija hawn fuq,
S. billi minkejja s-serjetà ta' din il-problema u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, is-servizzi tas-saħħa għall-ommijiet baqgħu fil-qiegħ tal-aġenda internazzjonali, tilfu l-importanza minħabba l-interventi dwar mard speċifiku, u dan wassal għall-marġinalizzazzjoni tal-imwiet marbuta mal-maternità, filwaqt li r-rati għolja ta' HIV kkontribwixxew sabiex il-progress lejn it-tnaqqis tal-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità jistaġna jew jiddeterjora,
1. Jesprimi preokkupazzjoni kbira għall-fatt li l-Imwiet marbuta mal-Maternità (MDG 5) huma l-uniku MDG li dwaru mhux biss ma sarx progress mill-2000, partikolarment fl-Afrika "l isfel mis-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Ażja, iżda li 20 sena ilu ċ-ċifri kienu bħalma huma illum;
2. Jinnota li mal-edukazzjoni, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tas-saħħa materna (MDG 5 );
3. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, qabel il-Laqgħa Għolja tan-NU dwar l-MDGs, biex jagħtu prijorità lill-azzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-MDG 5;
4. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex inaqqsu d-differenza bejn ir-rati tal-imwiet marbuta mal-maternità f'pajjiżi industrijalizzati u li qed jiżviluppaw, permezz ta' żieda fl-investiment u fl-azzjoni sabiex jittejbu r-riżorsi umani għas-saħħa, u jkun hemm aktar riżorsi u impenn fit-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u tal-infrastruttura bażika tas-saħħa kif ukoll allokazzjonijiet għall-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-funzjonijiet bażiċi tas-saħħa pubblika, tal-azzjoni komunitarja u ta' funzjonijiet oħra meħtieġa ta' appoġġ;
5. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jintensifikaw l-isforzi biex jeliminaw l-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità li jistgħu jiġu evitati permezz ta' żvilupp, implimentazzjoni u evalwazzjoni regolari tal-"pjanijiet direzzjonali" u tal-pjanijiet ta" azzjoni għat-tnaqqis tal-piż globali tal-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità, li jadottaw approċċ sistematiku, sostenut, u bbażat fuq l-ekwità u fuq id-drittijiet tal-bniedem, appoġġjat u faċilitat b'mod adegwat minn finanzjament u mekkaniżmi istituzzjonali b'saħħithom;
6. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jespandu l-provvista tas-servizzi tas-saħħa materna fil-kuntest tal-kura primarja tas-saħħa, fuq il-bażi tal-kunċett ta" għażla infurmata, edukazzjoni dwar il-maternità bla periklu, kura ffukata u effettiva għal qabel it-twelid, programmi dwar in-nutriment tal-ommijiet, għajnuna adegwata għall-ħlas li tevita r-rikors eċċessiv għal operazzjonijiet ċesarji u tipprovdi għal emerġenzi ostetriċi, servizzi ta" riferiment għall-kumplikazzjoniiet marbuta mat-tqala, mal-ħlas u mal-abort, u kura u ppjanar tal-familja għal wara t-twelid;
7. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippromwovu l-aċċess għan-nisa kollha għal informazzjoni u servizzi komprensivi marbuta mas-saħħa sesswali u riproduttiva;
8. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw u jiżviluppaw l-indikaturi u l-punti ta" riferiment li juma diġà stabbiliti sew għat-tnaqqis tal-imwiet marbuta mal-maternità (inklużi l-allokazzjonijiet ta'l-assisstenza uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA)) u biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta" monitoraġġ u ta" responsabilità li jistgħu jwasslu għal titjib kostanti tal-politiki u l-programmi eżistenti;
9. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiggarantixxu li s-servizzi tal-kura tas-saħħa riproduttiva jkunu għall-but ta" kulħadd, disponibbli, aċċessibbli, u ta" kwalità tajba, u biex jiddedikaw ir-riżorsi massimi disponibbli għall-politiki u l-programmi dwar l-imwiet marbuta mal-maternità;
10. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li tinġabar dejta ta" min joqgħod fuqha u fiż-żmien opportun li tmexxi l-implimentazzjoni tal-miżuri rigward l-imwiet u l-morbożità marbuta mal-maternità;
11. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipprovdu taħriġ, bini ta' kapaċità u infrastruttura għal għadd xieraq ta' persuni mħarrġa għal waqt it-twelid, u biex jiżguraw li kull mara tqila u kull tfajla jkollha aċċess għal persuni bħal dawn u li "pjanijiet direzzjonali" u pjanijiet ta" azzjoni nazzjonali jirriflettu din il-mira, dan l-eżitu jew dan il-għan;
12. Jitlob li jissaħħu l-programmi nazzjonali tas-saħħa għat-testijiet għall-HIV qabel u waqt it-tqala, għat-trattament antiretrovirali għal nisa tqal li huma pożittivi għall-HIV u għal miżuri ta' prevenzjoni kontra l-HIV, bħal programmi ta' informazzjoni u edukazzjoni;
13. Iħeġġeġ lill-UE biex tibqa" tkun minn ta" quddiem fl-isforzi li jappoġġjaw id-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva billi żżomm livelli ta" finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal- ICPD, u jiddispjaċih li filwaqt li l-Afrika "l isfel mis-Saħara għandha l-ogħla rati ta" mwiet marbuta mal-maternità, għandha wkoll ir-rata l-aktar baxxa ta" użu ta" kontraċettivi fid-dinja (19%), u 30% tal-imwiet kollha marbuta mal-maternità fir-reġjun huma kkawżati minn aborti mhux sikuri;
14. Jemmen li sabiex jintlaħqu l-miri tal-MDGs dwar l-aċċess universali għas-saħħa riproduttiva sal-2015, jeħtieġ li l-livell ta" finanzjament mill-UE jiżdied, inkella se jibqgħu jmutu nisa minħabba t-tqala u kawżi marbuta mat-tqala;
15. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw programmi u politiki biex jindirizzaw il-fatturi determinanti fundamentali tas-saħħa li huma essenzjali għall-prevenzjoni tal-imwiet marbuta mal-maternità, bħall-parteċipazzjoni fi proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet marbuta mas-saħħa, tagħrif fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva, il-litteriżmu, in-nutrizzjoni, in-non-diskriminazzjoni u r-regoli soċjali li huma l-bażi tal-ugwaljanza bejn is-sessi;
16. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, bħala segwitu għall-progress li sar fit-tnaqqis tal-imwiet marbuta mal-maternità, biex jieħdu sehem b'mod attiv f'fora globali bħal "Countdown to 2015", biex jaqsmu l-aqwa prattiki dwar il-programmi u l-politiki f'dan il-qasam, u biex jippromwovu momentum kontinwu għat-titjib;
17. Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex ma jkomplux iwaqqfu l-impenji ta" ffinanzjar biex jintlaħqu l-MDGs, inkluż l-MDG 5, u jistieden lill-Presidenza tal-Kunsill biex tagħti eżempju billi tiżgura li jkun disponibbli finanzjament xieraq u fiss u li l-isforzi jiżdiedu sabiex ma jibqgħux imutu n-nies;
18. Ifakkar fl-impenn tal-Istati Membri tal-UE li jilħqu livelli ta' ODA ta'; 0.7% ta' dħul nazzjonali gross (GNI) sal-2015, u jistieden lill-Istati Membri li bħalissa għadhom lura sabiex iżidu l-isforzi tagħhom;
19. Jistieden lil dawk il-pajjiżi li għadhom ma daħħlux projbizzjoni fuq prattiki u tradizzjonijiet ta" ħsara bħall-mutilazzjoni tal-ġenitali tan-nisa (FGM) biex jieħdu azzjoni u biex jappoġġjaw kampanji ta" informazzjoni għal dan il-għan;
20. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kuntratti tal-MDGs jiffukaw primarjament fuq l-oqsma tas-saħħa u tal-edukazzjoni;
21. Jiddeplora l-projbizzjoni tal-użu ta' kontraċettivi appoġġjata mill-knejjes għaliex l-użu ta' kondoms huwa kruċjali għall-prevenzjoni tal-mard u ta' tqala mhux mixtieqa,
22. Jikkundanna l-"global gag rule" ta" l-Istati Uniti li tipprojbixxi lil dawk l-NGOs barranin li jirċievu finanzjament għall-ippjanar tal-familja mill-USAID (L-Aġenzija ta' l-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali) milli jużaw il-fondi tagħhom stess li ma jiġux mill-Istati Uniti biex jipprovdu servizzi ta" abort legali, ta" konsulenza medika u ta" referenzi għall- abort;
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Unjoni Interparlamentari, u lill-Kumitat għall-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organiżazzjoni għall-Koperazzjonni Ekonimika u għall-Iżvilupp (OECD).
– wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) li daħlet fis-seħħ f'Jannar ta" l-1995,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bl-isem "Ewropa Globali: Il-Kompetizzjoni Dinjija: Kontribut għall-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi" (COM(2006)0567),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem "L-Ewropa Globali: Partenarjat aktar b'saħħtu biex itejjeb l-aċċess għas-swieq għall-esportaturi Ewropej" (COM(2007)0183),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal- Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa, u l-Istati CARIFORUM, min-naħa l-oħra (COM(2008)0155),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi l-Ftehim ta" Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa waħda u l-Istati CARIFORUM min-naħa l-oħra (COM(2008)0156),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-Ewropa Globali - Aspetti Esterni tal-kompetittività(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta" Frar 2008 dwar l-Istrateġija ta" l-UE sabiex toffri aċċess għas-suq lill-kumpaniji Ewropej(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Diċembru 2007 dwar il-kummerċ u r-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Korea(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta" Mejju 2008 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet ta' l-Asja tax-Xlokk (ASEAN)(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-4 ta" April 2006 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta" Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Ħong Kong(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Ottubru 2005 dwar il-prospetti għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta" Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ta" l-UE mal-Indja(9),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0283/2008),
A. billi l-UE hija l-aktar parteċipant kompetittiv fil-qasam tal-kummerċ fis-servizzi; billi l-UE hija l-akbar esportatur u fornitur ta" servizzi fid-dinja, b'aktar minn 28% ta" l-esportazzjonijiet totali dinjija u għaldaqstant għandha interess qawwi li tiżgura li jinfetħu swieq ġodda għall-prodotti, s-servizzi u l-investimenti;
B. billi l-persentaġġ totali tas-sehem mill-PGD fl-UE25 fl-2007 kien magħmul minn aktar minn 75% mis-settur tas-servizzi; billi s-sehem mill-PGD tas-servizzi fl-2007 kien madwar 78% fl-Amerika ta" Fuq, 52% fl-Afrika u 60% fl-Asja;
C. billi l-kummerċ fis-servizzi, madankollu, diġà jlaħħaq għal 25% tal-kummerċ dinji; billi s-settur madankollu għandu potenzjal kbir ħafna u qed jinħolqu iktar impjiegi f'dan is-settur milli f'kwalunkwe settur ieħor tal-ekonomija;
D. billi l-iżvilupp tal-kwalità fl-impjiegi ġie akkumpanjat minn żieda kwantitativa fl-impjiegi; jinnota li huwa proprju fis-settur tas-servizzi li l-ogħla livell ta' impjiegi part-time qiegħed jinħoloq u li sabiex ikun hemm żvilupp f'dan is-settur jeħtieġ li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet ta l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO);
E. billi s-sistema ta' kummerċ multilaterali, inkorporata fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għadha l-iżjed qafas effettiv biex jinħoloq kummerċ ta' prodotti u servizzi ġust u bilanċjat fuq bażi globali permezz ta" l-iżvilupp ta" regoli xierqa u billi tiġi żgurata l-konformità ma" dawn ir-regoli; billi l-irwol tad-WTO rigward il-GATS irid jikkunsidra n-natura differenti tas-settur tas-servizzi li mhux adattat għal kejl kwantittativ tal-livell ta' liberalizzazzjoni jew tal-ostakoli li għad baqa' għall-kummerċ;
F. billi l-GATS huwa u għandu jkun qafas multilaterali għar-regolazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi;billi dan ma jċaħħadx stati, u b'mod partikolari lill-UE, milli jinnegozjaw Ftehim li jkun fih skedi aktar ambizzjużi għal impenji speċifiċi, filwaqt li madankollu jitqies li Ftehim bilaterali jista' jkollu impatt negattiv fuq l-iżvilupp u l-importanza ta' qafas multilaterali,
G. billi infrastruttura effiċjenti tas-servizzi hija prekundizzjoni għas-suċċess ekonomiku; billi aċċess għal servizzi ta" l-aqwa livell dinji jgħin lill-esportaturi u lill-produtturi ta" oġġetti u servizzi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jikkapitalizzaw fuq is-saħħa kompetittiva tagħhom; billi numru ta" pajjiżi li qed jiżviluppaw kienu wkoll kapaċi jagħmlu progress fis-swieq internazzjonali tas-servizzi billi jibnu fuq investiment u kompetenzi barranin; billi l-liberalizzazzjoni tas-servizzi b'hekk saret element ewlieni ta' ħafna mill-istrateġiji għall-iżvilupp,
H. billi l-ostakoli għall-kummerċ u l-ostakoli 'l ġewwa mill-fruntieri ma jillimitawx biss lill-kummerċ tal-prodotti, iżda wkoll jeffettwaw b'mod sinjifikanti lill-kummerċ fis-servizz u lill-appalt pubbliku,
I. billi fil-ftuħ tas-suq tas-servizzi għandha ssir distinzjoni ċara bejn il-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u bejn pajjiżi individwali li qegħdin jiżviluppaw sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati l-livelli differenti ta' żvilupp,
J. billi xi pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u b'mod partikulari dawk l-anqas żviluppati, għandhom isaħħu l-governanza tagħhom u joħolqu strutturi effiċjenti u infrastrutturi biex iseddqu l-kummerċ u s-swieq tas-servizzi li qed jespandu,
K. billi huwa importanti li l-Parlament ikollu aċċess, fi żmien xieraq, għat-testi tal-varji mandati għan-negozjati li ngħataw lill-Kummissjoni,
Rimarki ġenerali
1. Jirrimarka li sistema ta' kummerċ internazzjonali li taqdi l-ħtiġijiet tal-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar tikkontribwixxi wkoll għall-progress soċjali u għal impjiegi ta' kwalità; li r-regoli tal-kummerċ iridu jkunu konformi mal-istandards soċjali tal-ILO; li l-ġlieda kontra kull forma ta' sfruttament fix-xogħol (b'mod partikulari l-projbizzjoni ta' xogħol sfurzat u t-tħaddim tat-tfal), flimkien mar-rispett għal-libertajiet tat-trejdjunjins, huma essenzjali għal kummerċ bilanċjat li jaqdi l-interessi ta' kulħadd; itenni l-ħtieġa li jsir studju tal-interazzjoni bejn il-kummerċ u kwistjonijiet soċjali;
2. Jiġbed l-attenzjoni għal-livel għoli ta" kompetittività esterna tal-fornituri tas-servizzital-UE; jistieden lill-Kummissjoni sabiex fin-negozjati dwar il-kummerċ taħdem kemm għal-liberalizzazzjoni progressiva u reċiproka għall-aċċess għas-servizzi, kif ukoll għal politika ta' aktar trasparenza u prevedibilità fir-regoli u r-regolamenti, li jkunu akkumpanjati minn regoli stretti u sanzjonijiet sabiex jiġġieldu l-korruzzjoni u l-monopolji hekk li ċ-ċittadini u l-intraprendituri tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal firxa usa" ta" servizzi;
3. Jagħraf tajjeb id-distinzjoni li tezisti bejn in-natura differenti tas-servizzi, b'mod speċjali l-bżonn li wieħed jiddistingwi bejn servizzi kummerċjali u mhux kummerċjali; jisħaq fuq il-bżonn għal approċċ differenzjat fil-ftuħ tas-swieq fis-servizzi ta" interess ġenerali;
4. Ifakkar li l-Kummissjoni għandha tqis l-interessi tad-diversi Stati Membri u dawk tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, flimkien ma' inugwaljanzi ekonomiċi bejn kategoriji ta" individwi, meta tinnegozja l-iskedi ta" impenji;
5. Huwa ta" l-opinjoni li suq intern tas-servizzi li jiffunzjona b'mod effettiv huwa importanti għall-kompetittività ta" l-intrapriżi ta" l-UE; jenfasizza li l-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni fil-ħin u b'mod korrett tal-liġi Komunitarja, inkluża d-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern(10), huma importanti għal dan l-għan;
6. Jenfasizza li s-settur tas-servizzi jista" jġib ħafna soluzzjonijiet għall-problemi ambjentali u jemmen li s-servizzi huma wieħed mill-elementi ewlenin ta" valur miżjud fl-esportazzjoni ta" l-UE tan-"know-how"; jenfasizza li l-importanza tas-settur tas-servizzi għandha bżonn titqies meta titfassal politika għall-iżvilupp sostenibbli;
7. Jilqa" l-enfasi magħmula mill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-effetti pożittivi tal-globalizzazzjoni jiġu mgħoddija lill-konsumatur; jenfasizza li, flimkien ma" livell għoli ta" ħarsien tal-konsumatur, il-kompetizzjoni ġusta fis-servizzi hija kruċjali sabiex ikun żgurat li l-Konsumatur jibbenefika mis-suqliberaliżżat ta'l-UE;
8. Huwa konvint li s-servizzi għandhom irwol importanti u jikkunsidra li aċċess aktar wiesa' għas-suq tas-servizzi li jikkunsidra r-realtajiet ekonomiċi differenti huwa għalhekk importanti mhux biss għall-pajjiżi żviluppati imma wkoll għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
9. jenfasizza l-bżonn li l-UE tikkunsidra l-livelli differenti ta' żvilupp meta teżiġi d-deregolazzjoni u l-liberalizzazzjoni tas-servizzi u għalhekk jenfasizza li l-UE ma tistax u m'għandhiex timponi mudell li jrid għodd għal kulħadd fuq pajjiżi oħrajn;
10. hu ta" l-opinjoni li, sabiex ikunu żgurati riżultati favorevoli, il-liberalizzazzjoni ta" setturi ġodda ta" servizzi, b'mod partikulari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, f'kull każ għandha: tkun akkumpanjata minn regolamenti u mekkaniżmi ta' superviżjoni u implimentazzjoni ġodda, sabiex ikun ikkontrollat l-impatt fuq il-popolazzjoni u l-ambjent u sabiex ikun illimitat kwalunkwe abbuż ta' pożizzjoni jew konċentrazzjoni dominanti; tkun imdaħħla bil-mod u akkumpanjata mill-miżuri anċillari neċessarji;
11. hu konxju mill-fatt li d-dixxiplini proposti riċentement dwar ir-regolament domestiku se jiżdiedu fil-forma ta" anness mal-GATS, ħaġa li tirrikjedi emenda għall-ftehima; jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat dwar il-proċedimenti tal-Grupp ta" Ħidma dwar ir-Regolazzjoni Domestika tal-GATS u biex tippreżenta kwalunkwe deċiżjoni dwar emenda għall-Ftehima tal-GATS lill-Parlament skont il-proċedura ta" kodeċiżjoni;
12. Jirrikonoxxi s-sovranità ta" l-Istati u b'hekk id-dritt tagħhom li jirregolaw l-oqsma kollha tas-servizzi b'mod partikulari fil-qasam tas-servizzi pubbliċi, irrispettivament minn jekk l-impenji sarux fi ħdan il-qafas tal-GATS jew le, sakemm kwalunkwe regolazzjoni ta" dan it-tip issir bi qbil ma" l-Artikolu VI tal-GATS dwar ir-Regolazzjoni Domestika; jemmen li s-swieq tas-servizzi jeħtieġu regolamenti ċari u legali mingħajr ekwivoċi sabiex jaħdmu b'mod effiċjenti;
13. Jissuġġerixxi li l-gwadann fl-effiċjenza li jkun inkiseb grazzi għall-ftuħ tas-swieq għall-kompetizzjoni fis-servizzi, meta jkun akkumpanjat minn miżuri regolatorji domestiċi, ikun jista' jippermetti li pajjiżi żviluppati joffru firxa akbar ta' servizzi liċ-ċittadini tagħhom; jenfasizza l-importanza ta' servizzi sostenibbli u universalment aċċessibbli bi prezzijiet li wieħed jista' jaffordjahom u bi standards ta' kwalità għolja;
14. Jenfasizza l-ħtieġa ta' regoli u standards sabiex jirregolaw il-liberalizzazzjoni; iħeġġeġ li jkun hemm konformità ma" standards ambjentali u ta" kwalità b'mod raġjonevoli u oġġettiv mingħajr ma jinħolqu ostakoli żejda għall-kummerċ;
15. Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ppubbliċizzat il-pakket ta' offerti tal-Komunità fin-negozjati attwali tal-GATS; jikkunsidra madankollu, li l-Kummissjoni għandha tiddiskuti l-iżviluppi attwali f'aktar dettal mal-Parlament u l-kumitati rilevanti tiegħu;
16. Jinnota li l-kummerċ tas-servizzi huwa magħmul fil-biċċa kbira tiegħu minn trasferiment ta' esperjenza bejn il-pajjiżi u li għalhekk il-kummerċ ħieles tas-servizzi huwa parti importanti minn kwalunkwe strateġija ta' żvilupp billi dan jippermetti t-trasferiment ta' know-how dettaljat b'mod rapidu u effettiv;
17. Huwa konxju li bosta drabi xi wħud mill-problemi rigward ġustizzja u trasparenza fil-forniment ta' servizzi f'xi pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw iseħħu bil-kompliċità ta' kumpaniji minn ekonomji żviluppati;
18. Jitlob mingħand il-Kummissjoni rendikont dettaljat dwar setturi speċifiċi bħalma huma dawk tas-softwer u tal-films, kif ukoll tas-servizzi logistiċi u finanzjarji li għandhom irwol kruċjali f'ċerti pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u li huma pprovduti u distribwiti madwar id-dinja kollha; jitlob ukoll mingħand il-Kummissjoni analiżi dettaljata kif dan jaffettwa s-suq tas-servizzi Ewropew;
19. Jitlob mingħand il-Kummissjoni rendikont dettaljat dwar servizzi sostanzjali ta' data mining li joperaw fuq skala globali; jitlob ukoll mingħand il-Kummissjoni informazzjoni dettaljata dwar il-post, l-operaturi, id-daqs u l-kwalità tas-servizz f'dan is-settur;
Ir-Rawnd ta" Doha dwar l-Iżvilupp u l-GATS
20. Ifakkar fl-Artikolu XIX tal-GATS li jgħid li l-Membri għandhom jidħlu f'rawnds suċċessivi ta" negozjati li jibdew mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tad-WTO u wara perjodikament minn hemm "il quddiem, bil-għan li progressivament jintlaħaq livell ogħla ta" liberalizzazzjoni; ifakkar li negozjati bħal dawn isiru fil-qafas tal-principju ta' intrapriża unika u għalhekk iridu jkunu bilanċjati mal-interessi li tressqu f'oqsma oħra tan-neguzjati;
21. Ifakkar li l-prinċipji tal-GATS ma jwaqqfu la l-privatizzazzjoni u lanqas id-deregolazzjoni; għalhekk jenfasizza li kull pajjiż huwa liberu li jilliberalizza kwalunkwe settur tas-servizzi; jisħaq li l-iskeda tal-GATS titratta l-impenji vinkolanti ta" kull membru tad-WTO f'termini ta" kummerċ fis-servizzi u li kull membru huwa ħieles li jiftaħ is-suq tiegħu lilhinn mill-impenji tal-GATS sakemm il-prinċipju ta" L-aktar Nazzjoni Favorit stabbilit fl-Artikolu II jew l-Artikolu V tal-GATS dwar l-Integrazzjoni Ekonomika jiġu rispettati;
22. Ifakkar li r-Rawnd ta" Żvilupp ta" Doha għandu jiffoka fuq l-iżvilupp u għalhekk in-negozjati dwar il-kummerċ fis-servizzi għandu jaqdi kemm l-interessi ta" l-UE kif ukoll it-tkabbir ekonomiku tal-aktar pajjiżi fqar;
23. Jenfasizza l-ħtieġa li pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jitħallew spazju politiku rigward il-livell ta' reċiproċità fil-ftuħ tal-kummerċ billi jitħallew jiddeċiedu huma d-dettall u l-ħeffa li bihom tista' tinkiseb il-liberalizzazzjoni;
24. Jieħu nota tat-talba min-naħa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, lill-UE u l-Istati Uniti b'mod partikolari, sabiex itejbu l-offerti fit-Tip 4 (Mode 4); jikkunsidra li jenħtieġ li jinstab il-bilanċ ġust sabiex iż-żewġ naħat ikunu sodisfatti; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinfurmah dwar kwalunkwe tibdiliet għat-talbiet oriġinali;
Ftehim Bilaterali u Reġjonali
25. Iħeġġeġ li fil-Ftehim kummerċjali u reġjonali li qed jiġi nnegozjat attwalment u dak li għadhu ġej ikun hemm livell ta" impenji li jkun ċar u ambizzjuż; jisħaq fuq l-importanza li fihom jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali;
26. Jinnota r-riżultati li nkisbu fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika mal-Forum tal-Karajbi tal-pajjiżi tal-ACP (CARIFORUM); jemmen li n-negozju fis-servizzi huwa strument ta' żvilupp li hu suġġett għall-kundizzjoni li tkun teżisti regolamentazzjoni domestika soda u trasparenti li tirregola s-servizzi; jitlob li jkunu żgurati għal kulħadd servizzi pubbliċi univerasli, aċċessibbli, sostenibbli u li wieħed jaffordjahom bi standards ta" kwalità għolja;
27. Jinnota li l-kapitolu dwar l-investiment tal-CARIFORUM EPA jiggarantixxi lill-investituri barranin il-benefiċċji li huma jistennew, bħala riżultat tal-impenji li saru skont il-Ftehima ;
28. Jappoġġja speċifikament il-Ftehim dwar it-Tip 4 (Mode 4) fil-Ftehim EU-CARIFORUM; jikkunsidra li dan huwa mezz kif tiġi evitata brain drain;
29. Jemmen li fir-rigward tan-negozjati tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles EU-ASEAN (FTA), l-aspetti tal-Ftehim li jitratta l-appalt pubbliku, l-investimenti u s-servizzi għandhu jagħraf l-livell varjat ta" żvilupp tal-membri ta" l-ASEAN u jirrispetta d-dritt tal-parteċipanti kollha li jirregolaw is-servizzi pubbliċi, partikolarment dawk li huma marbuta mal-ħtiġijiet bażiċi – dan, madanakollu, m'għandux ixekkel kumpaniji privati milli jimlew il-vojt fejn l-istat ma jirnexxilux jipprovdi s-servizzi mitluba miċ-ċittadin;
30. Huwa konxju fil-konfront tan-negozjati ta" l-UE-Korea FTA mid-diffikultajiet li jaffaċjaw kumpaniji barranin meta jippruvaw jiksbu aċċess għas-suq Korean tas-servizzi, inklużi s-settur bankarju, l-assigurazzjoni, it-telekominikazzjoni, l-aġenziji ta" l-aħbarijiet u l-parir legali; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni meta tindirizza din il-kwistjoni fin-negozjati ta" l-FTA, sabiex tikkunsidra t-tħassib dejjem jikber fl-UE dwar l-effetti suxxettibbli li jqajmu kriżi ta" settur tal-banek u tal-assikurazzjoni li l-pass ta' liberalizzazzjoni tiegħu mhux akkumpanjat minn regolazzjoni domestika fis-sod u trasparenti;
31. Jisħaq, fir-rigward tan-negozjati ta" l- EU-Indja FTA, dwar l-importanza tas-sħubija tagħna mal-Indja u l-ħtieġa li tinkiseb Ftehim ambizzjużb'impenji sostanzjali u wiesgħa, bl-anqas restrizzjonijiet għal aċċess għas-suq Indjan tul il-firxa kollha tal-mezzi ta' forniment; jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tas-servizzi għandha tkun ta' 90% kemm bil-firxa settorjali u bil-volum tal-kummerċ kif f'konformita' mar-rekwiżit ta' kopertura sostanzjali tal-Artikolu V tal-GATS; jenfasizza li r-restrizzjonijiet huwa partikolarment akuti fis-servizzi finanzjarji, servizzi ta' titoli, kontabilità, telekomunikazzjonijiet, distribuzzjoni, kemm postali u kemm bil-courier, u servizzi legali;
32. Jinsab imħasseb dwar in-negozjati ta' FTA tal-EU-Kunsill ta' Koperazzjoni tal-Golf minħabba l-livell ta' trasparenza u responsabbilizzazzjoni fis-servizzi finanzjarji u, b'mod partikulari, fil-qasam tal-investimenti magħmula minn fondi sovrani;
Kwistjonijiet settorjali speċifiċi
33. Jinnota li ebda membru tad-WTO għadu ma ħa impenn fil-qasam tad-distribuzzjoni tal-ilma; jisħaq li f'każ li jsir impenn simili dan m'għandux ixekkel lill-istat milli jiffissa livelli ta' kwalità, sikurezza, prezz jew objettivi politiċi oħrajn skond kif iħoss, u li l-istess regolamenti japplikaw kemm għall-fornituri barranin, kif ukoll dawk lokali;
34. Jenfasizza l-importanza tas-servizzi kulturali, bħal fis-setturi awdjoviżwali u mużikali kif ukoll dawk tal-pubblikazzjoni, kemm għall-industriji tal-UE kif ukoll għal dawk tal-imsieħba kummerċjali tagħna; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-kummerċ fis-servizzi kulturali jkun għalhekk ibbilanċjat kif suppost, filwaqt li jitħarsu d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali;
35. Jisħaq li speċifikament is-settur tat-turiżmu jikkontribwixxi ħafna għall-ekonomija ta" numru ta" pajjiżi li qed jiżviluppaw; jikkunsidra għalhekk li huwa vitali li l-UE tgħin permezz tal-koperazzjoni u l-għajnuna teknika;
36. Jemmen li, fuq il-bażi ta' regolamentazzjoni domestika soda u trasparenti stabbilita minn qabel, ftuħ prudenti u gradwali tas-suq tas-sevizzi finanzjarji fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jista' joffri liċ-ċittadini u lill-intraprendituri aċċess għall-fondi sabiex jinħolqu impjiegi lokali u jitnaqqas il-faqar billi ma jkunux aktar mġiegħla jiddependu minn monopolji jew istituzzjonijiet statali;
37. Jikkunsidra, li, sabiex iżżid il-kompetittività esterna, l-UE għandha tieħu miżuri fi ħdan il-politika kummerċjali tagħha sabiex issaħħaħ is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet u l-kummerċ elettroniċi u sabiex ittejjeb il-protezzjoni tad-data;
38. Jinnota li s-servizzi, b'mod partikolari s-servizzi finanzjarji, jeffettwaw ħafna oqsma ta' kompetenza u jenfasizza li din ir-Riżoluzzjoni tiffoka fuq in-negozju tas-servizzi, jiġifieri, li jinkiseb l-aċċess għas-suq bil-ftuħ volontarju tas-swieq permezz tal-metodu ta' negozjati ta' talba u offerta; jissuġġerixxi li setturi bħall-kontroll finanzjarju, ir-regolazzjoni u kwistjonijiet oħra li jittrattaw aspetti differenti tas-servizzi finanzjarji għandhom jiġu ttrattati f'forum xieraq għalihom;
39. Jappoġġja bil-qawwa l-fehma tal-Kummissjoni li l-aċċess għas-suq u l-kummerċ ħieles fis-servizzi huma element essenzjali tal-aġenda ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza li s-swieq miftuħa, flimkien ma' kummerċ ħieles fis-servizzi li jkun ibbilanċjat u rregolat tajjeb, jibbenefika lill-pajjiżi u lir-reġjuni parteċipanti kollha;
40. Jinnota li l-kumpaniji tal-UE qed isiru dejjem aktar attivi fuq skala internazzjonali u li t-tkabbir ekonomiku globali huwa, fil-biċċa l-kbira, immexxi minn pajjiżi terzi, u li aċċess aħjar għas-suq allura jkun jista' jagħti kontribut lill-kompetittività tal-UE;
41. Jikkunsidra li l-kummerċ fis-servizzi huwa tkomplija neċessarja għall-kummerċ fil-merkanzija imma dawn għandhom jitqiesu bħala distinti minn xulxin;
42. Jikkunsidra li l-ekonomija tas-servizzi saret is-settur ekonomiku l-aktar importanti tal-ekonomiji tal-OECD f'dik li hija kwantità u li żieda fil-kummerċ u d-disponibilità tas-servizzi se żżid it-tkabbir ekonomiku u tiffaċilita t-tkabbir u l-iżvilupp tan-negozju u ttejjeb ir-riżultati ta' industriji oħra, peress li s-servizzi jagħtu kontributi ewlenin, speċjalment f'dinja globalizzata dejjem aktar interkonnessa;
43. Jirrikonoxxi li l-kisba ta' aċċess għas-suq għas-servizzi huwa proċess diffiċli fi ħdan in-negozjati li għaddejjin fid-WTO dwar l-Aġenda tal-Iżvilupp ta' Doha; jistieden lill-Kummissjoni biex tfittex pakkett bilanċjat b'offerta ambizzjuża fis-servizzi, speċjalment fis-servizzi finanzjarji, fejn l-industrija tal-UE għandha għarfien speċjalizzat kompetittiv u potenzjal qawwi għat-tkabbir; jinnota li l-konformità mar-regoli u l-istandards hija meħtieġa sabiex ikun evitat il-ħolqien ta' ostakoli mhux tariffarji, kwistjoni li tista' tkun sensittiva fil-qasam tas-servizzi;
44. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fin-negozjati kummerċjali tqis bis-sħiħ l-eżistenza ta' servizzi ġenerali ta' interess u l-impatt potenzjali tal-ftuħ tas-swieq fuq l-organizzazzjoni tagħhom;
45. Jinnota li, fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, l-UE għandha wieħed mis-swieq l-aktar miftuħa fid-dinja, iżda jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha twettaq negozjati iktar aggressivi u bbilanċjati fin-negozjati dwar il-kummerċ fis-servizzi u għandha tapprova l-prinċipji ta' ftuħ, żvilupp u reċiproċità;
46. Jenfasizza l-importanza li l-awtoritajiet tas-servizzi finanzjarji jżommu l-pass mal-iżviluppi kollha fis-swieq tas-servizzi finanzjarji Ewropej u globali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-oqfsa regolatorji Ewropej u jintensifikaw ukoll id-djalogu regolatorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba tagħha fil-kummerċ bil-għan li jitnaqqsu l-ostakoli għall-kummerċ;
47. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-prattiki "offshore" ta' pajjiżi terzi li jheddu l-ftuħ tas-swieq, liema ftuħ huwa ta' benefiċċju reċiproku;
48. Jistieden lill-Istati Membri biex jaħdmu lejn politika ta' kummerċ aktar integrata u koerenti mal-Kummissjoni, b'mod partikulari fil-qasam tal-investimenti; jinnota li l-Istati Membri m'għandhomx jesaġeraw ir-riskji ta' investiment barrani, iżda għandhom jimmiraw għal ftuħ effettiv tal-ekonomiji tagħhom u għal approċċ komuni fil-kuntest ta' fondi ta' investimenti sovrani; jieħu nota tal-ħtieġa li jiġu evalwati kwistjonijiet bħas-sigurtà tal-provvista, l-aktar fir-rigward tal-investimenti barranin minn entitajiet statali fis-settur tal-enerġija, ifakkar li din l-evalwazzjoni ma tistax tintuża bħala miżura protezzjonista;
49. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għar-riskji potenzjali fir-rigward tar-rispett tar-regoli tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas ta' reċiproċità fil-Ftehim tad-WTO dwar l-akkwist pubbliku;
50. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-iffalsifikar, l-aktar permezz tal-Internet billi, fost affarijiet oħra, tinkuraġġixxi koperazzjoni aħjar bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, u sssaħħaħ il-mezzi ta" osservazzjoni u evalwazzjoni ta" l-iffalsifikar; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill proposta bl-għan li tipprovdi lill-Komunità u lill-Istati Membri b'dejta kwalitattiva u statistika fil-livell Ewropew dwar l-iffalsifikar, b'mod partikulari permezz tal-Internet;
51. Jieħu sehem fl-appoġġ b'saħħtu tal-Kummissjoni għal negozjati ta' kummerċ multilaterali, iżda jinnota li għall-kummerċ fis-servizzi, speċjalment fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, il-Ftehim ta' kummerċ ħieles jista' jkun aktar xieraq biex jinkiseb l-aċċess għas-suq; iqis li, meta jkunu se jiġu finalizzati Ftehim sħiħ ta' Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi tal-ACP, dawn jistgħu jkopru mhux biss il-prodotti iżda wkoll is-servizzi u l-investiment, imma fil-każ biss li din tkun ix-xewqa ta" dawk il-pajjiżi;
52. Jenfasizza li aċċess effettiv għas-suq għas-servizzi finanzjarji joħloq opportunitajiet aħjar għall-kompetizzjoni, it-trasparenza u d-diversifikazzjoni; jinnota li, partikolarment fl-ekonomiji emerġenti, l-aċċess effettiv għas-suq jista' jwassal għal żvilupp aktar qawwi tas-suq finanzjarju lokali għall-benefiċċju tal-kumpaniji li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom kif ukoll jipprovdi aktar għażla u prodotti aħjar għall-konsumatur;
53. Billi jagħraf il-kapaċità finanzjarja, amministrattiva u istituzzjonali dgħajfa tal-pajjiżi tal-ACP, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura r-rispett għall-istandards li sar qbil dwarhom fuq skala internazzjonali għar-regolazzjoni u l-kontroll fis-servizzi finanzjarji meta jiġi nnegozjat u implimenta Ftehim kummerċjali ma' pajjiżi li huma meqjusa bħala refuġji fiskali (tax havens);
54. Jikkunsidra li l-aċċess għas-servizzi finanzjarji (mikrokrediti, aċċess għal kontijiet bankarji u servizzi bankarji bażiċi, ipoteki, kiri u fatturar, assigurazzjoni, pensjonijiet u trasferimenti lokali u internazzjonali), huwa neċessarju b'mod partikulari għal individwi f'pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ekonomiċi bażiċi, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi aċċess aħjar għas-suq tas-servizzi finanzjarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u tinkuraġġixxi regolazzjoni prudenzjali soda, l-iżvilupp ta' swieq kompetittivi u l-edukazzjoni fis-servizzi finanzjarji .
o o o
55. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ u lill-pajjiżi membri tagħha.
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar politika Ewropea għall-portijiet (COM(2007)0616),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn politika marittima futura għall-Unjoni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra" (COM(2006)0275),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-politika marittima futura għall-Unjoni Ewropea: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-politika Ewropea għat-traspost sostenibbli, billi jittieħed kont tal-politiki Ewropej ta' l-enerġija u ta' l-ambjent(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi(3),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-ambjent naturali u tal-fawna u tal-flora selvaġġi(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfill ta' l-iskart(5),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew 2000/60/KE u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma(6),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE,
–wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0308/2008),
A. billi s-suġġett ta' l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-portijiet kien is-suġġett ta' dibattitu li sar fil-Parlament u li, b'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati;
B. billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar politika Ewropea tal-portijiet ma tipproponi ebda miżura ġdida dwar l-aċċess tas-suq għas-servizzi tal-portijiet,
C. billi d-dimensjoni internazzjonali ta' dan is-settur tagħti lok għal politika Ewropea għall-portijiet fil-livell Komunitarju, li tisfrutta l-vantaġġi komparattivi ġeopolitiċi tagħhom,
D. billi l-importanza tal-portijiet ma hijiex biss għat-trasport bil-baħar, fuq ix-xmajjar u intermodali fl-Ewropa, iżda wkoll bħala assi ekonomiċi, sorsi ta' impjieg u mezz ta' integrazzjoni għall-popolazzjoni,
E. billi, mill-perspettiva ta' l-objettivi tagħha li tagħti spinta lill-kompetittività tas-settur tat-trasport marittimu u tipprovdi servizzi moderni ta' kwalità għolja, il-politika Ewropea għall-portijiet għandha tippromwovi l-erba' prinċipji li ġejjin: sikurezza, servizz fil-pront, prezzijiet baxxi, rispett għall-ambjent,
F. billi hemm numru ta' sfidi li l-portijiet Ewropej iridu jaffaċċjaw fil-ġejjieni, b'mod partikolari fl-oqsma ta' l-ambjent, tal-globalizzazzjoni, ta' l-iżvilupp sostenibbli, ta' l-impjieg u l-kundizzjonijiet soċjali, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà u t-tagħlim tul il-ħajja, tal-finanzjament, ta' l-aċċess għas-suq u ta' l-amministrazzjoni, kif ukoll miżuri kontra l-kompetizzjoni u diskriminatorji meħuda minn li mhumiex fl-UE fi swieq ġeografiċi rilevanti,
G. billi n-nuqqas ta' territorji b'potenzjal għall-iżvilupp tal-portijiet fl-Ewropa, flimkien mar-rarità u l-fraġilità ta' l-ambjent naturali, jenfasizza kemm hu importanti għal-leġiżlatur li jiżgura bilanċ u ċarezza legali fir-rigward ta' l-obbligi ambjentali, ekonomiċi u soċjali,
H. billi teżisti diversità kbira fis-settur tal-portijiet Ewropej u billi huwa previst tkabbir sostanzjali fis-snin li ġejjin,
I. billi t-twessigħ tal-kanal ta' Panama se jkollu impatt, li x'aktarx se jwassal għal żieda fit-tendenza attwali għal tkabbir fid-daqs tal-bastimenti,
J. billi l-infrastruttura moderna u l-kollegamenti effikaċi ma l-intern tal-pajjiżi u bejn il-gżejjer huma importanti għall-portijiet,
1. Jilqa' l-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq tal-Kummissjoni dwar politika Ewropea tal-portijiet;
2. Ifaħħar l-istrateġija li ħadet il-Kummissjoni matul it-tassil tal-Komunikazzjoni, b'mod partikolari l-proċess estensiv ta' konsultazzjoni;
3. Jilqa' l-punt fokali tal-Kummissjoni fuq miżuri ta' liġi flessibbli (soft law) bħall-pubblikazzjoni ta' linji gwida u t-tneħħija ta' ostakli amministrattivi;
4. Jisħaq dwar l-importanza fundamentali tas-settur tal-portijiet għall-UE, mil-lati ekonomiċi, kummerċjali, soċjali, ambjentali u strateġiċi;
5. Jemmen li l-irwol tal-Kummissjoni huwa importanti biex jassigura li l-portijiet Ewropej kollha jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal massimu tagħhom;
6. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippubblika linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja ta' l-ambjent għall-iżvilupp u l-infrastruttura tal-portijiet tagħhom, bl-għan ewlieni jkun il-ħarsien ta' l-ambjent marittimu u taz-zoni madwar il-portijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippubblika dawn il-linji gwida qabel it-tmiem ta' l-2008;
7. Iqis li l-portijiet u n-natura jistgħu jgħixu flimkien b'mod sostenibbli, minħabba li l-qerda tan-natura sikwit tikkawża ħsara ekonomika f'oqsma oħra, bħat-turiżmu, l-agrikoltura u s-sajd, u għalhekk jistieden lill-Kummissarju għat-Trasport biex jaħdem mill-qrib mal-Kummissarju għall-Ambjent fit-tfassil u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni u linji gwida ta' l-EU dwar il-portijiet u dwar kwistjonijiet ambjentali;
8. Jemmen li l-għan ta' dawn il-linji gwida għandu jkun li tiġi trattata l-inċertezza legali li hija dovuta għal ċerti direttivi fil-qasam ta' l-ambjent u b'hekk tiġi indirizzata ġenwinament il-politika ambjentali, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-portijiet fl-Unjoni;
9. Jenfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet tal-portijiet u dawk lokali jieħdu sehem fit-tfassil ta' pjanijiet għall-immaniġġjar tal-kwalità ta' l-ilma tal-baċini tax-xmajjar u tal-portijiet marittimi skond id-Direttiva 2000/60/KE;
10. Jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn għall-awtoritajiet reġjonali biex jappoġġjaw l-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-bastimenti kif ukoll mit-trasport ta' l-art u ta' l-ajru billi jistabbilixxu pjanijiet ta' ġestjoni tal-kwalità ta' l-arja u skond il-Konvenzjoni ta' Marpol u d-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità ta' l-arja ambjentali(7);
11. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika Ewropea integrali li tagħti spinta lill-kompetittività reġjonali u l-koeżjoni territorjali, waqt li tqis l-aspetti soċjali, ambjentali, ekonomiċi u tas-sigurtà fil-livelli kollha territorjali, permezz ta' organizzazzjoni ta' sħubijiet interistituzzjonali, intersettorjali u multiterritorjali;
12. Jinnota li l-Kummissjoni tinsab imħassba dwar id-distribuzzjoni tal-flussi tat-traffiku fl-Ewropa, u tirreferi għad-diversità tas-settur tal-portijiet u għaż-żieda ta' portijiet ta' daqs żgħir u medju fl-Ewropa; iqis ukoll li l-Kummissjoni għandha tqis it-tibdil importanti mistenni fit-traffiku marittimu internazzjonali bħala riżultat tal-progress teknoloġiku u ekonomiku, it-twessigħ tal-kanal ta' Panama u ż-żieda fid-daqs u fil-kapaċità tal-bastimenti, li bla ebda dubju se jkollhom impatt sostanzjali fuq is-settur;
13. Jenfasizza d-dimensjoni territorjali ta' l-iżvilupp ta' portijiet Ewropej, b'mod partikulari l-ħtieġa ta' koperazzjoni u koordinazzjoni transkonfinali bejn ir-reġjuni ta' portijiet ġirien; jenfasizza l-importanza tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u ta' l-istrateġija reġjonali għall-Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jitfassal inventarju tal-konġestjonijiet bejn portijiet ta' l-UE u tal-portijiet ta' Stati ġirien ta' l-UE;
14. Jistieden lill-Kummissjoni b'mod sistematiku biex tissorvelja l-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-metodi tal-gestjoni ġodda użati internazzjonalment għas-portijiet u għall-servizzi ta' bastimenti, għall-merkanzija, għall-passiġġieri u għat-trasport fuq l-art bl-għan li tippromwovi politiki u inizjattivi biex tiżviluppa portijiet tal-Komunità u tgħolli l-livell ta' l-effiċjenza u l-produttività tagħhom għall-benefiċċju tagħhom infushom u ta' l-utenti;
15. Iqis li t-tibdiliet teknoloġiċi meħtieġa biex jippermettu lill-portijiet intermedjarji jilqgħu l-isfidi ta' żieda fil-volum tat-traffiku se jkollhom implikazzjonijiet finanzjarji kbar għar-reġjuni kkonċernati; iqis li dawn ir-reġjuni għandhom ikunu intitolati jużaw il-fondi strutturali għal dan il-għan, b'mod partikolari biex jiffinanzjaw l-akkwist ta' installazzjonijiet teknoloġiċi avvanzati, biex jinħolqu impjiegi f'oqsma innovattivi u biex jiġu riabilitati zoni urbani li jinkisbu meta l-attivitajiet tal-portijiet jitmexxew 'il barra mill-ibliet;
16. Iqis li ċ-ċertezza legali tal-qafas legali Komunitarju fil-qasam marittimu, li ġejja mill-qafas legali internazzjonali, tiddependi mill-approvazzjoni rapida tal-pakkett marittimu Erika III,
17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-koperazzjoni bejn il-portijiet Ewropej; jenfasizza f'dan ir-rigward l-irwol li għandhom il-portijiet fil-livell ekonomiku reġjonali ta' l-intern tal-pajjiż; f'dan ir-rigward, jenfasizza li l-iżvilupp armonjuż tal-portijiet huwa element ewlieni tal-politika marittima integrata ta' l-Unjoni;
18. Jenfasizza l-irwol soċjali u kulturali tal-portijiet għall-popolazzjoni ta' l-intern tal-pajjiż u jqis li huwa essenzjali li tiġi mtejba l-kuxjenza pubblika dwar l-importanza tal-portijiet bħala mezz ta' żvilupp;
19. Iqis li t-trasport bil-baħar u fuq ix-xmajjar ma jistax jitqies b'mod separat mit-trasport fuq l-art u bl-ajru u li l-konnessjonijiet tal-port ma' l-intern tal-pajjiż huma ta' importanza kbira għas-suċċess kummerċjali tiegħu, u li għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti interkonnessjonijiet bejn il-portijiet u pjattaformi loġistiċi fl-intern u 'portijiet niexfa'; u dan iġiegħlu jemmen ukoll li l-parteċipazzjoni komodali tal-portijiet hija meħtieġa kemm fir-rigward tal-portijiet man-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-Ts) kif ukoll fil-kurituri ekoloġiċi Komunitarji tal-ġejjieni biex ikun żgurat sfruttament aħjar tal-kapaċità ta' trasport fl-oqsma tal-kabotaġġ u tat-trasport bix-xmajjar, kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' konnessjonijiet ta' trasport fuq l-art u bl-ajru, biex niżguraw politika tat-trasport koerenti u ġenwina;
20. Jappoġġa għalhekk l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tevalwa l-istatus u l-bżonnijiet tal-konnessjonijiet tal-portijiet ma" l-intern tal-pajjiż u l-impatt tagħhom fuq netwerk ibbilanċjat ta' flussi tat-traffiku fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta' nofs il-perjodu tat-TEN-T fl-2010(8);
21. Iqis li wieħed mill-objettivi ta' l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tat-TEN-T fl-2010 għandu jkun l-integrazzjoni tat-trasport bil-baħar u fuq ix-xmajjar mat-trasport fuq l-art permezz ta' portijiet Ewropej;
22. Jistieden lill-awtoritajiet reġjonali kkonċernati biex jimplimentaw politika għat-trasport aktar multimodali li tassigura li, minbarra l-awtostradi, aktar traffiku juża l-ferroviji u l-kanali interni navigabbli, biex jikkonnettja z-zoni tal-portijiet b'mod effiċjenti mat-TEN-Ts u biex jagħti konnessjonijiet interni aktar effettivi lill-portijiet, b'mod partikolari bl-għajnuna ta' l-użu tal-ferroviji u tal-kanali interni navigabbli;
23. Jinnota li l-portijiet Ewropej qegħdin f'kompetizzjoni mal-portijiet tal-pajjiżi terzi li sikwit ma jkunux suġġetti għall-istess regoli, u jiffaċċjaw ukoll politiki ekonomiċi diskriminatorji implimentati minn pajjiżi ġirien ta' l-UE, pereżempju permezz ta' politiki diskriminatorji dwar it-tariffi;
24. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja mill-ġdid kwistjonijiet ta' sigurtà fil-portijiet u biex tqis iż-żieda fl-ispejjeż fir-rigward tal-kompetittività tal-portijiet Ewropej;
25. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel stħarriġ tal-problemi li jiltaqgħu magħhom il-portijiet Ewropej f'dan il-qasam u jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-elaborazzjoni ta' reġistru ta' dawn il-problemi, speċifikament biex jiġu ffaċċjati l-problemi kkawżati mill-kompetizzjoni mal-portijiet li ma humiex ta' l-UE u miżuri kontra l-kompetizzjoni u diskriminatorji meħuda minn pajjiżi ġirien ta' l-UE;
26. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata koperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex ikunu ppreparati u mressqa programmi għall-iżvilupp, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' tagħrif bejn portijiet ġirien;
27. Iqis li l-Kummissjoni għandha tistudja l-possibilità li tintroduċi programm Komunitarju dwar it-tiġdid tal-bastimenti tal-merkanzija, u b'mod partikolari dawk maħsuba għall-kabotaġġ u għat-trasport fuq ix-xmajjar;
28. Iqis li t-teknoloġiji l-ġodda, b'mod partikolari l-informatika, huma elementi ewlenin li jippermettu lill-portijiet Ewropej, li diġà qed jaffaċċjaw pressjonijiet dovuti għall-kompetizzjoni mal-portijiet ta' pajjiżi terzi, iżda wkoll, f'ċerti każijiet qed ibatu minn nuqqas ta' spazju għall-iżvilupp, u miż-żieda ta' l-effiċjenza u l-profitabilità tagħhom;
29. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iħaffu, permezz tal-korpi kompetenti, l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' pilotaġġ remoti biex tiżdied l-effiċjenza u s-sigurtà fil-ġestjoni tat-traffiku fil-portijiet kif ukoll fiz-zona ta' l-ankraġġ;
30. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli r-riċerka u l-innovazzjoni f'dan is-settur taħt il-pogrammi ta' qafas ta' l-Unjoni, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw ir-riċerka fl-oqsma tas-sigurtà, biex in-numru ta' inċidenti jibqa' minimu, fil-loġistika, biex itejbu l-użu ta' l-ispazju fil-portijiet, u f'mistoqsijiet ambjentali, biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis ikkawżat mill-iskart;
31. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jappoġġaw il-proposti quddiem l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali biex tissostitwixxi l-fjuwil attwali bid-diżil sa l-2020, u l-possibilità ta' l-inklużjoni tal-qasam marittimu fl-iskema ta' skambju ta' l-emissjonijiet;
32. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw b'mod attiv it-titjib kontinwu tal-flotta ta' "Tfittxija u Salvataġġ" (SAR) u funzjonalitajiet oħra tas-SAR fil-portijiet, skond il-konvenzjonijiet SOLAS (is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar) u SAR u biex itejbu iktar il-koperazzjoni bejn iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni ta' Salvataġġ Marittimu;
33. Iqis li hemm ħtieġa għal iktar żvilupp tal-programmi "Clean ship" u "Clean port";
34. Jistieden lill-Kummissjoni u s-settur biex jinkoraġġixxu kumpaniji tat-trasport bil-baħar biex inaqqsu n-numru ta' kontejners vojta trasportati u biex jagħmlu użu sħiħ minn din il-kapaċità u biex jinkoraġġixxu inizjattivi b'dan il-għan (e.ż. permezz ta' programmi ta' riċerka) waqt li jqisu l-bżonnijiet reali u speċifiċi tal-klijenti kif ukoll inaqqsu l-impatt ambjentali;
35. Jilqa' bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġiżlattiva dwar il-ħolqien ta' spazju Ewropew tat-trasport bil-baħar mingħajr fruntieri u jqis li l-għan ta' din il-proposta għandu jkun li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn it-trasport bil-baħar u t-trasport fuq l-art fl-Unjoni;
36. Jirrakkomanda li l-prodotti kklirjati mill-Komunità għandhom ikunu eżentati minn kontrolli doganali fit-trasport bil-baħar għal distanza qasira fi ħdan il-Komunità u wkoll jitkellem favur, sa fejn hu possibbli, il-ħolqien ta' zoni tal-portijiet separati għat-traffiku intrakomunitarju u għat-traffiku internazzjonali, flimkien mas-simplifikazzjoni tat-trasport intern, l-istandardizzazzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontejners speċjali;
37. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi u ttejjeb il-politiki għall-iżvilupp u l-appoġġ għal trasport għal distanza qasira bil-baħar;
38. Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibbiltà ta' l-introduzzjoni ta' dokument ta' trasport uniku għall-kontejners fil-Komunità biex il-proċeduri amministrattivi jsiru aktar effiċjenti;
39. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studju tal-fondi pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi lill-portijiet kummerċjali Ewropej biex jiġi identifikat it-tagħwiġ possibbli tal-kompetizzjoni u biex jiġi ċċarat fil-linji gwida tal-għajnuna ta' l-Istat liema tipi ta' għajnuna mogħtija lill-awtoritajiet tal-portijiet għandhom jitqiesu bħala għajnuna ta' l-Istat; jemmen li investimenti possibbli mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġu żviluppati portijiet ma għandhomx jiġu meqjusa bħala għajnuna ta' l-Istat meta jkunu intenzjonati biex imorru direttament għat-titjib ambjentali jew għat-tnaqqis tal-konġestjoni u għalinqas użu tat-toroq għat-trasport ta' merkanzija, b'mod partikolari meta huwa kkonsidrat li huwa essenzjali li tiġi żgurata koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (eż. fir-rigward ta' gżejjer) sakemm din ma tibbenefikax lill-utent jew operatur wieħed;
40. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippubblika linji gwida għall-għajnuna ta' l-Istat għall-portijiet fl-2008, u temmen li dawn il-linji gwida għandhom ikopru z-zona tal-port bħala tali, b'distinzjoni bejn l-infrastruttura ta' l-aċċess u tad-difiża, l-infrastuttura marbuta mal-proġett u s-sovrastruttura u mingħajr ebda distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta' portijiet;
41. Japprova l-estensjoni tal-bżonnijiet ta' trasparenza stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll it-trasparenza finanzjarja f'ċerti impriżi(9), iżda jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsidra tnaqqis fil-limitu minimu tad-dħul annwali, minflok obbligu assolut;
42. Jinnota, b'mod partikolari, l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni f'dak li jikkonċerna l-konċessjonijiet portwarji u jistedinha biex iżżomm f'moħħha l-importanza tal-flessibilità għall-awtoritajiet portwarji f'dan il-qasam, b'mod partikolari fir-rigward tat-tiġdid tal-konċessjonijiet marbuta ma' investimenti kbar, iżda jemmen li din il-flessibilità ma għandhiex tintuża biex timpedixxi l-kompetizzjoni fi ħdan il-portijiet;
43. Jemmen li ż-żamma tal-bilanċ bejn il-libertà li jingħataw is-servizzi u t-talbiet speċifiċi tal-portijiet hija ta' importanza kbira, waqt li jenfasizza l-ħtieġa għall-koperazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat biex il-portijiet ikunu mmodernizzati;
44. Iħeġġeġ l-użu ta' programmi ta' koperazzjoni territorjali Ewropej skond il-politika ta' koeżjoni u programmi ta' koperazzjoni skond il-politika tal-viċinat u tat-tkabbir ta' l-UE, iżda wkoll tħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali kkonċernati biex iħaddnu kemm jista' ikun strateġija transkonfinali għall-użu tal-kapaċità eżistenti meta tiġi kofinanzjata l-infrastruttura tal-portijiet;
45. Jappoġġa bis-sħiħ l-irwol ta' portijiet trust li jkunu proprjetà lokali, mingħajr l-għan tal-profitt u jħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej biex jieħdu passi biex iħarsuhom min-nuqqas ta' manutenzjoni, ladarba l-benefiċċju soċjali, rikreazzjonali u turistiku tagħhom għall-komunitajiet ta' madwarhom imur lil hinn mill-funzjoni ekonomika oriġinali tagħhom;
46. Jinsisti li kwalunkwe dibattitu dwar l-Ewropa u l-politika marittima tagħha, jekk irid ikollu suċċess, irid jinkludi l-irwol ewlieni tas-settur Ewropew tas-sengħa rikreattiva f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku lokali, ladarba l-portijiet għar-rikreazzjoni ma humiex biss vetrina għall-intern tal-pajjiż, u għodda turistika qawwija għall-promozzjoni ta' l-utilizzazzjoni tal-port u ta' l-inħawi tiegħu, imma huma wkoll servizz ta' għoti ta' provvisti essenzjali għall-kummerċ lokali;
47. Jilqa' l-enfasi li tqiegħdet fuq id-djalogu fis-settur portwarju; isejjaħ għall-ħolqien ta' kumitat ta' djalogu soċjali Ewropew u jqis li dan għandu jittratta suġġetti marbuta mal-portijiet, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema, il-konċessjonijiet u l-konvenzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol ta' l-1979 Nru. 152 dwar is-sigurtà u s-saħħa (manutenzjonijiet portwarji);
48. Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni u ta' l-ogħla livell ta' taħriġ għall-ħaddiema tal-portijiet; jappoġġa x-xewqa tal-Kummissjoni li tipprovdi lill-ħaddiema tal-portijiet bi kwalifika bażika rikonoxxuta reċiprokament biex tiġi appoġġata l-flessibilità f'dan is-settur; għal dan il-għan u bħala l-ewwel pass, iqis li għandhom jitqabblu s-sistemi differenti ta' kwalifiki professjoni eżistenti għall-ħaddiema tal-portijiet; iqis, madankollu, li din il-kwalifika bażika ma jridx ikollha l-effett li tbaxxi l-livell medju ta' kwalifiki tal-ħaddiema tal-portijiet fi Stat Membru;
49. Jipproponi li s-suġġet ta' kwalifiki professjonali u t-taħriġ tul il-ħajja jkun indirizzat flimkien mas-sieħba soċjali fil-kumitat Ewropew għad-djalogu soċjali tal-ġejjieni;
50. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'mod ġenerali tippromwovi l-iskambju ta' prattika tajba fis-settur tal-portijiet, u f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-innovazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema b'mod partikolari, sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi, il-kompetittività u l-livell ta' investiment miġbud;
51. Jilqa' l-introduzzjoni tal-Jum Marittimu Ewropew, fl-20 ta' Mejju, u b'mod partikolari jappoġġa l-introduzzjoni ta' ''jum miftuħ għal kulħadd'' li jista' jinkoraġġixxi lill-pubbliku biex jifhem aħjar ix-xogħol u l-importanza tas-settur tal-portijiet;
52. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, skond ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku(10), tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li r-regolamenti ta' l-Istati Uniti, li jiflu bir-reqqa 100% tal-merkanzija lejn l-Istati Uniti, jinbidel biex tkun żgurata l-koperazzjoni bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku ta' 'operaturi ekonomiċi awtorizzati' u ta' l-istandards ta' sigurtà miftiehma fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (C-TPAT, SAFE); jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-ispejjeż potenzjali għan-negozji u għall-ekonomija ta' l-UE tal-eżami ta' 100% tal-kontenituri tal-merkanzija destinata għall-Istati Uniti, kif ukoll l-impatt potenzjali tagħha fuq l-operazzjonijiet tad-dwana;
53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.
Cf. Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru. 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-permess ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks tat-trasport u ta' l-enerġija trans-Ewropea (ĠU L 162, 22.6.2007, p.1).
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Aġenda ta' l-UE fil-qasam tat-Trasport: Intejbu l-effiċjenza, l-integrazzjoni u s-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa" (COM(2007)0606), "Pjan ta" azzjoni għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija" (COM(2007)0607), "Lejn netwerk ferrovjarju bi prijorità għall-merkanzija (COM(2007)0608), u "Kuntratti multi-annwali għall-kwalità ta' l-infrastruttura ferrovjarja" (COM(2008)0054),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-'Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa – is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli' (COM(2006)0336),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni ta' sistema ta' kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja ERTMS/ETCS (COM(2005)0298),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 u t-30 ta' Novembru u tat-3 ta' Diċembru 2007 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-'Pjan ta' azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija' kif ukoll tas-7 ta' April 2008 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bini ta' 'Netwerk ferrovjarju bi prijorità għall-merkanzija',
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni 'Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana' (COM(2007)0551),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa – is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008 'Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana'(2)
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0326/2008),
A. billi s-settur tat-trasport huwa responsabbli għal kważi 30% ta' l-emissjonijiet CO2 fl-UE – daqs 40% fl-ibliet - u minkejja l-ftit sforzi li saru fl-iżvilupp teknoloġiku u fl-innovazzjoni, l-emissjonijiet CO2 żdiedu b'26% bejn l-1990 u l-2005, filwaqt li f'oqsma oħra dawn tnaqqsu b'10% bis-saħħa ta' investimenti sostanzjali (li jlaħħqu l-biljuni ta' Euro),
B. billi t-trasport tal-merkanzija sostenibbli u effiċjenti fl-Ewropa għandu rwol vitali biex ikun hemm ekonomija ta" suċċess u kompetittiva, biex jintlaħqu t-talbiet tal-konsumaturi u fil-ħolqien ta" numru konsiderevoli ta" impjiegi u tal-ġid għaċ-ċittadini Ewropej,
C. billi hija prevista żieda ta' madwar 50% (f'tonne-kilometres (tkm)) bejn l-2000 u l-2020, kif tbassar il-White Paper tal-Kummissjoni bit-titolu 'Politika Ewropea tat-trasport għall-2010: "Il-waqt li niddeċiedu" (COM(2001)0370), u billi t-trasport tal-merkanzija bejn l-1995 u l-2005 żdied bi 30% aktar mill-GDP; billi, barra minn hekk, it-tkabbir tat-trasport tal-merkanzija b'mod ġenerali kien ir-riżultat ta" żieda sproporzjonata tat-trasport bl-ajru u fuq it-toroq meta mqabbel ma' mezzi oħra tat-trasport,
D. billi soluzzjonijiet immirati lejn loġistiki aktar sostenibbli u effiċjenti u s-sistemi ta' trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u fl-integrazzjoni intermodali tal-mezzi kollha tat-trasport mhux biss iwasslu għal titjib fl-ekonomija u fis-sigurtà, iżda jilħqu wkoll l-objettivi ta' l-UE fl-oqsma tal-bidla fil-klima u l-iffrankar ta' enerġija li trid tintlaħaq sa l-2020,
E. billi, sabiex jilħqu dawn l-obbjettivi, l-UE u l-Istati Membri għandhom, fil-kuntest attwali ta" riżorsi baġitarji inadegwati, jistabilixxu numru ta' prijoritajiet koordinati għalihom stess, li jikkonċentraw ir-riżorsi tagħhom fuq numru limitat ta' miżuri mmirati lejn is-sostenibilità u l-intermodalità fit-trasport tal-merkanzija u li jqisu ir-reġjuni sensittivi,
F. billi n-netwerk Ewropew tal-kurituri għandu jiġi żviluppat b'mod aktar effettiv, ibbażat fuq in-netwerk u strutturi u teknoloġiji eżistenti u li jinkorpora wkoll il-"kurituri li jirrispettaw l-ambjent" għall-mezzi kollha tat-trasport tal-merkanzija, bi kriterji ambjentali sostenibbli u ambizzjużi,
G. billi l-għan tal-Pjan ta' Azzjoni għal-Loġistika tal-Merkanzija msemmi hawn fuq irid ikun li jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' trasport fl-Ewropa u lil hinn minnha għall-benefiċċju tal-kumpaniji Ewropej kollha u għall-kompetittività Ewropea kollha,
1. Jenfasizza li s-sistemi Ewropej tat-trasport tal-merkanizija għandhom jiffaċċjaw sfidi kbar biex iżidu l-integrazzjoni u s-sostenibilità effettiva tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa, billi jagħtu kontribuzzjoni akbar lejn it-titjib tal-mobilità, l-effiċċjenza fl-enerġija, u t-tnaqqis tal-konsum taż-żejt, ta' l-emmissjonijiet li jniġġsu u ta' l-ispejjeż esterni, u għalhekk jilqa' l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmija aktar 'l fuq; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija biex fil-futur jappoġġjaw politika tat-trasport tal-merkanzija li tkun aktar sostenibbli f'termini ta" mobilità, ta' ambjent, ta' klima, ta' ekonomija, ta' sikurezza u ta' interessi soċjali, billi jintużaw sistemi loġistiċi aktar effiċjenti, fil-kuntest ta' Unjoni Ewropea akbar, bħala parti mill-integrazzjoni gradwali ta' kurituri transkonfinali tal-merkanzija bil-ferrovija li jkollhom prijorità, ċentri ta' interkonnessjoni u netwerks konvenzjonali permezz tal-promozzjoni tal-prinċipji ta' l-utent u min iniġġes iħallas għall-modi kollha tat-trasport;
2. Jappoġġja l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-komodalità u l-intermodalità għandhom jibqgħu fatturi ewlenin fil-ħolqien ta" trasport tal-merkanzija sostenibbli u effiċjenti fl-Ewropa;
3. Madankollu jinnota li l-kompetenzi u r-riżorsi ta' l-UE għat-titjib fis-swieq tat-trasport tal-merkanzija huma limitati, jinnota li partijiet ewlenin tan-netwerk diġà qed ikunu użati fil-kapaċità sħiħa tagħhom; għalhekk iħeġġeġ lill-ministri tat-trasport responsabbli għar-rotot Ewropej ewlenin biex iqajmu l-kwistjoni ta" l-investimenti fl-infrastruttura u għallinqas jiftehmu biex jikkoordinaw il-Pjanijiet Nazzjonali ta' Investiment tagħhom fir-rigward tal-kurituri rispettivi tagħhom;
4. Jinsab konvint li l-loġistika tat-trasport urban tal-merkanzija teħtieġ strateġija speċifika; jispera li d-dibattitu dwar il-Green Paper imsemmija hawn fuq dwar il-Mobilità Urbana, flimkien mal-Pjan ta' azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija, jista" jirriżulta fi skambju ta" prattiki tajba bejn il-bliet sabiex jinstabu modi sostenibbli biex il-provvisti jiġu ttrasportati fl-ibliet;
5. Għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tipproponi, mhux aktar tard minn tmiem l-2008 programm għat-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri responsabbli għall-proġetti f'din iż-żona, u li tiffaċilita u tevalwa soluzzjonijiet għall-intoppi kurrenti, b'attenzjoni partikulari għat-trasport ta" l-oġġetti, filwaqt li tqis il-valur miżjud ta" l-element tal-loġistika;
6. Jappoġġja l-idea ta' netwerks iddedikati għall-ġarr tal-merkanzija, li għandhom jisfruttaw in-netwerks tat-traffiku konvenzjonali eżistenti li qed jiġu lliberati bħala riżultat tal-progress li qed isir mill-ferroviji ta" veloċità kbira;
7. Jenfasizza li n-netwerks tal-ferrovija għat-trasport tal-merkanzija għandhom ikunu bbażati fuq il-kurituri tal-merkanzija l-aktar "relevanti għas-suq" filwaqt li jqisu l-kurituri ERTMS (Sistema Ewropea ta' Mmaniġġjar tat-Traffiku tal-Ferroviji) eżistenti u n-netwerk TEN-T (Trasport Trans-Ewropew), (jiġifieri estiżi kif meħtieġ sabiex ikunu inklużi oqsma speċifiċi li jiġġeneraw volumi kbar ta" traffiku, pereżempju l-portijiet); iqis li għandhom jinħatru "koordinaturi ta' livell għoli tal-kurituri", kull fejn dan ikun għadu ma sarx; jistieden lill-AgenzijaFerrovjarja Ewropea, bħala l-awtorità tal- ERTMS, sabiex tassigura li dawn ir-rotot isiru interoperabbli;
8. Jistenna li l-Kummissjoni tiddefinixxi r-"kurituri ħodor" bħala proġetti eżemplari ta' mobilità u intermodalità biex it-trasport jiġi ttrasferit għal mezzi li jħarsu l-ambjent sabiex jitnaqqsu l-inċidenti b'mod globali, il-ħsejjes, it-tniġġis ta' l-arja tossiku u mhux tossiku lokali, l-emissjonijiet tas-CO2, l-użu ta' art agrikola u l-konsum ta' l-enerġija kif ukoll iż-żieda fl-użu ta' għejun ta' enerġija li tiġġedded (b'mod partikolari ta' enerġija mir-riħ u mix-xemx) skond il-leġiżlazzjoni ta' l-UE, l-għanijiet tagħha u s-sistemi intelliġenti tat-trasport;
9. Iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex joffru inċentivi aktar qawwija għall-promozzjoni tal-kompatibilità ambjentali fil-mezzi kollha tat-trasport u għall-appoġġ tal-kombinazzjonijiet l-aktar effiċjenti tagħhom, li għandu jwassal għall-inqas impatt possibbli fuq l-ambjent fuq kollox fil-kurituri 'ħodor';
10. Jipproponi li tiġi appoġġjata l-integrazzjoni ta' l-ippjanar reġjonali, il-proċessi ta' produzzjoni u l-istruttura tas-suq – u saħansitra l-fatt li jiġi evitat l-użu tat-trasport bla ħtieġa – u biex jingħata kontribut favur distanzi qosra u/jew aġġustament fil-veloċità fit-trasport tal-merkanzija; huwa tal-fehma li għandu jiġi evitat "stop-go" fit-trasport tal-merkanzija li jirrekjedi l-ħin u l-enerġija bis-saħħa ta' aġġustament kompjuterizzat tal-veloċità;
11. Iqis li t-titjib ta" implimentazzjoni u tisħiħ xieraq tal-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża u kontaminanti sorveljata u kkontrollata aħjar hija prijorità;
12. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimxu 'l quddiem bl-iskambju tal-aħjar prattiki f'żoni transkonfinali sensittivi (żoni muntanjużi u urbani), kif ukoll fi bliet, billi jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-riżolużżjoni msemmija aktar 'l fuq dwar il-mobilità urbana u l-esperjezza miksuba mill-programm CIVITAS dwar trasport aktar nadif u aħjar fl-ibliet, billi jittejjeb l-aspett loġistiku;
13. Jistieden lill-Kummissjoni tikkonċentra il-kofinanzjament ta' l-UE dwar l-effiċjenza, l-interoperabilità u t-tijib ta' l-infrastruttura ferrovjarja, iċ-ċentri ta' interkonnessjoni ta' mezzi ta' trasport differenti ta' merkanzija;
14. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fl-istennija ta" l-eżami bir-reqqa tal-baġit ta" l-Unjoni Ewropea mistenni għall-2009, biex jikkunsidraw minn issa l-pożizzjoni tat-trasport f'dak il-baġit, sabiex ikun evitat kwalunkwe repetizzjoni ta" żbalji tal-passat u biex jiżguraw investimenti ġejjienin biżżejjed f'infrastrutturi strateġiċi sabiex jinkisbu l-objettivi li l-Unjoni poġġiet lilha nnifisha fir-rigward ta" l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis ta" l-emissjonijiet;
15. Jisħaq li sistemi interoperabbli ta' tariffi għat-trasport huma tal-akbar importanza għat-trasport tal-merkanzija effiċjenti fl-Ewropa;
16. Iqis li konnessjoni aħjar bejn il-portijiet kostali u interni man-netwerk ferrovjarju u tat-toroq ta' ġewwa l-pajjiż hija komponent importanti għall-infrastruttura tat-trasport; jenfasizza l-importanza ta" l-irwol tal-pjattaformi interni u tat-tarzni;
17. Huwa konvint mill-potenzjal tal-ibħra interni fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tassigura implimentazzjoni xierqa tal-programm ta" azzjoni NAIADES dwar il-promozzjoni ta' trasport fl-ilmijiet navigabbli interni tal-Ewropa;
18. Jenfasizza li investimenti fit-terminals tal-parti interna tal-pajjiż jistgħu jiġu realizzati b'mod flessibbli u fi żmien qasir u b'kekk jiġu megħluba l-postijiet ta' konġestjoni fil-katina sħiħa tal-mezzi differenti ta' trasport;
19. Jitlob għar-rispett u/jew l-introduzzjoni ta' normi intermodali stabbli għal dak li għandu x'jaqsam mad-dimensjonijiet u t-toqol tal-vetturi, tal-containers u istallazzjonijiet ta' trasbord biex ikunu kkunsidrati li huma ta" importanza strateġika biex it-trasport tal-merkanzija jiġi trasferit fuq il-binarji u r-rotot fuq l-ilma li jkunu sostenibbli, sabiex b'dan il-mod jonqsu l-ispejjeż ta' l-infrastruttura;
20. Jinnota li sistemi tekniċi orizzontali differenti, li jissimplifikaw il-possibilitajiet ta' trasferiment ta' tagħbija minn trakkijiet għal fuq vetturi ferrovjarji kif ukoll biex it-tagħbija tgħaddi minn binarji ta' wisa' differenti, spiss ma jkunux standardizzati; għalhekk iħeġġeġ lill-entitajiet leġiżlattivi internazzjonali u Ewropej biex jistandardizzaw dawn is-sistemi tekniċi b'mod partikolari sabiex tiżdied l-effiċjenza u jonqsu l-ispejjeż; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza li jkun adottat malajr standard dinji għall-unitajiet ta" tagħbija intermodali;
21. Jitlob lill-Kummissjoni biex tifformula linji gwida għall-għoti ta' sussidji għall ambjent u għas-settur ferrovjarju b'mod li jiġi ffaċilitat l-investiment fit-trasport ferrovjarju sostenibbli tal-merkanzija; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza strateġika li għandu l-kofinanzjament fit-tnaqqis tal-ħsejjes, anki fis-sors (il-modernizzar tal-vaguni), kif diġà huwa l-każ għall-makkinarju ERTMS tal-materjal fuq ir-roti;
22. Huwa konvint li l-ġestjoni ta' l-infrastruttura u l-forniment tas-servizzi għandha tkun transkonfinali, mhux diskriminatorja u trasparenti, sabiex tippermetti loġistika tal-merkanzija effikaċi, interoperabbli u mingħajr diffikultajiet; jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tat-twettiq ulterjuri tas-suq tat-trasport intern għall-mezzi kollha tat-trasport; jilqa f'dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni għat-twaqqif ta" 'spazju ta" trasport Ewropw marittimu mingħajr ostakli' u jappoġġja l-idea ta" dokument uniku tat-trasport u ta" 'punt ta" kuntatt uniku' għall-mezzi tat-trasport kollha;
23. Jenfasizza li suq intern fit-trasport tal-merkanzija bit-triq li jaħdem b'mod effettiv jista" jgħin biex it-trasport ikun aktar effiċjenti u jnaqqas in-numru ta" vjaġġi bla tagħbija; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforza b'mod strett il-liġi tal-UE dwar is-suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq u tal-kabotaġġ; jagħraf li l-Istati Membri huma permessi li jillimitaw il-kabotaġġ taħt ċerti kundizzjonijiet, imma jitlob lill-Kummissjoni, bħala gwardjan tat-Trattat, biex tieħu azzjoni stretta kontra restrizzjonijiet u penalitajiet mhux proporzjonati li numru ta" Stati Membri qed jinponu fuq trasportaturi barranin f'dan ir-rigward;
24. Jqappella lill-Kummissjoni biex fil-kuntratti multi-annwali għall-kwalità ta' l-infrastruttura ferrovjarja, tfassal kundizzjonijiet ta' qafas għal standards minimi Ewropej tal-kwalità; jipproponi lill-Istati Membri biex jorbtu l-għoti ta' fondi għall-bini, l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura ferrovjarja ma' dawn l-istandards ta' kwalità u biex iqishom bħala pakkett inseparabbli, biex b'hekk jingħata kontribut għaż-żieda fl-effiċjenza u għat-tnaqqis ta' l-ispejjeż;
25. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timmoniterja u tippromwovi l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-aħjar prattika dwar kuntratti multiannwali għall-kwalità tal-infrastruttura; jistieden lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-Kommunikazzjoni COM(2008)0054 tagħha msemmija hawn fuq, sabiex tiżviluppa format għall-ħolqien ta" punti ta' riferiment għas-servizzi tal-infrastruttura b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-maniġers tal-infrastruttura, inkluża l-pubblikazzjoni ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni;
26. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rakkomandazzjonijiet aktar b'saħħithom għall-kuntratti multiannwali għall-kwalità u għall-kapaċità tal-infrastruttura (ibbażati fuq il-monitoraġġ trasparenti tal-implimentazzjoni attwali tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/14/KE(3) ); f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw dawn l-oqsfa ta' finanzjament multiannwali sabiex tiġi garantita stabilità finanzjarja lill-maniġers tal-infrastruttura ferrovjarja fir-rigward tal-manutenzjoni u tal-bżonnijiet ta" tiġdid tagħhom (li tinvolvi finanzjament pubbliku adegwat);
27. Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja proġetti dwar l-użu differenzjat ta' linji ta' veloċità kbira, pereżempju għal trasporti ta' tagħbija ħafifa;
28. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex twettaq studju dwar il-vetturi tat-trasport attrezzati b'sistema ta' navigazzjoni bis-satellita fl-Unjoni Ewropea, sabiex tevalwa fuq din il-bażi l-interoperabilità jew il-kompatibilità transkonfinali ta' dawn is-sistemi ma' sistemi tekniċi eżistenti, biex tinstalla navigazzjoni bis-satellita interoperabbli għall-vaguni l-ġodda u tippromwovi l-attrezzament tal-vaguni tat-trasport li diġa qed joperaw; jappoġġa l-fatt li jiġu adottati l-aħjar prattiki fit-teknika ta' tagħbija, b'hekk li jiffurmaw il-katina intermodali mill-bidu sa l-aħħar tal-proċess ta' trasbord u tagħbija, b'mod li tiżdied l-effikaċja tas-settur kollu kemm hu;
29. Jenfasizza l-ħtieġa li l-proċeduri amministrattivi tal-awtoritajiet involuti fis-suq tat-trasport tal-merkanzija jiġu standardizzati u simplifikati, flimkien ma' regoli u proċeduri simplifikati tad-dwara fil-fruntieri; jilqa' b'mod partikulari d-deċiżjoni li jitwaqqaf spazju marittimu Ewropew mingħajr ostakli, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappella lill-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjoni internazzjonali xierqa biex jiżviluppaw dokument wieħed intermodali;
30. Jenfasizza li hemm nuqqas ta" edukazzjoni tajba dwar il-loġistika min-naħa tal-universitajiet u għalhekk jitlob lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità assoluta lill-edukazzjoni ogħlja fis-settur tal-loġistika u tat-trasport tal-merkanzija;
31. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja proġetti u riċerka u taħdem lejn flussi ta" informazzjoni standard sabiex tiżgura l-integrazzjoni u l-interoperabilità tal-modi fuq livell ta" dejta;
32. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità ferrovjarja, it-tariffi fuq l-infrastruttura ferrovjarja u ċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tas-sigrutà.
L-evalwazzjoni ta" nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010
323k
85k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni ta" nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (2007/2252(INI))
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rigward "Ir-reviżjoni ta' nofs il-perjodu ta' l-Ambjent Ewropew u tal-Pjan ta' Ħidma dwar is-Saħħa 2004-2010" (COM(2007)0314),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew favur l-ambjent u s-saħħa 2004-2010(1),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tas-27 ta' Lulju 2007 bl-isem ta' "Principles for evaluating health risks in children associated with exposure to chemicals" (Il-prinċipji għall-evalwazzjoni tar-riskji tas-saħħa fit-tfal assoċjata ma' espożizzjoni għall-prodotti kimiċi"),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 152 u 174 tat-Trattat KE mmirati lejn livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta" azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0260/2008),
A. billi jinnota b'interess li mill-2003 'l hawn, l-Unjoni Ewropea bbażat l-politika tagħha dwar il-ħarsien tas-saħħa fuq koperazzjoni aktar stretta bejn is-setturi tas-saħħa, ta' l-ambjent u tar-riċerka, ħaġa li twassal biex wieħed jispera li eventwalment tiġi introdotta strateġija Ewropea koerenti u integrata fil-qasam tas-saħħa ambjentali,
B. billi l-assi maħluqa attwalment mill-Unjoni fil-kuntest ta' l-ewwel pjan ta' azzjoni tagħha favur l-ambjent u s-saħħa (2004-2010) (COM(2004)0416), jiġifieri l-preparazzjoni ta' l-indikaturi, l-iżvilupp tas-sorveljanza integrata, il-ġbir u l-evalwazzjoni ta' dejta relevanti, kif ukoll il-multiplikazzjoni tar-riċerki, x'aktarx se jippermettu fehim aħjar ta' l-interazzjonijiet bejn is-sorsi ta' tniġġis u l-effett sanitarji, għalkemm dan mhux biżżejjed biex jitnaqqas in-numru li dejjem qed jikber tal-mard marbut ma' fatturi ambjentali,
C. billi huwa kważi impossibbli li jiġi stabbilit il-bilanċ f'nofs il-perjodu ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni peress li dan ma jsegwi l-ebda objettiv preċiż kwantifikat, u huwa diffiċli li jiġi determinat il-baġit totali allokat għalih li żgur mhux biżżejjed għall-promozzjoni effiċjenti tiegħu;
D. billi, filwaqt li l-programm dwar is-saħħa (2008-2013) għandu bħala objettiv partikulari li jkun hemm azzjoni fuq il-fatturi determinanti tradizzjonali tas-saħħa li huma l-alimentazzjoni li huma l-alimentazzjoni, it-tipjip, il-konsum ta' l-alkoħol u d-drogi; billi dan il-Pjan ta' Azzjoni attwali (2004-2010) għandu jikkonċentra fuq ċerti sfidi sanitarji ġodda u wkoll jindirizza l-fatturi ambjentali determinanti li jaffettwaw s-saħħa tal-bniedem, bħalma huma l-kwalita ta' l-arja esterna u interna, il-mewġ elettromanjetiku, in-nanopartiċelli u s-sustanzi kimiċi li hemm tħassib kbir dwarhom (sustanzi klassifikati bħala kanċeroġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), u perturbaturi endokrini), kif ukoll ir-riskji għas-saħħa dovuti għat-tibdil fil-klima,
E. billi l-mard respiratorju qiegħed fit-tieni post fost il-mard li jwassal għal mewt, inċidenza, prevalenza u spejjeż fl-Unjoni, u billi dan huwa l-kawża prinċipali tal-mewt fost it-tfal ta' inqas minn 5 snin, u li dan jibqa' jiżviluppa, b'mod partikulari, minħabba t-tniġġis ta' l-arja esterna u interna;
F. billi t-tniġġis atmosferiku, li huwa kkawżat b'mod partikulari minn partiċelli żgħar u ozonu fil-livell ta' l-art, huwa theddida sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u qiegħed jeffettwa l-iżvilupp kif xieraq tat-tfal u qiegħed inaqqas it-tul mistenni ta' ħajja fl-UE(3);
G. billi rigward il-kwistjoni tas-saħħa ambjentali urbana, b'mod partikulari rigward il-kwalità ta' l-arja interna, il-Komunità, skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, trid tagħmel aktar sabiex tiġġieled kontra t-tniġġis domestiku peress li kull ċittadin Ewropew iqatta' medja ta' 90% tal-ħin tiegħu ġewwa,
H. billi l-Konferenzi tal-Ministri tad-WHO ta' l-2004 u l-2007 dwar l-ambjent u s-saħħa enfasizzaw ir-rabtiet bejn l-influwenza mħallta u kumplessa ta' tniġġis kimiku u ċertu numru ta' problemi u mard kroniku, b'mod partikulari fost it-tfal, u billi dan it-tħassib jinsab ukoll fid-dokumenti uffiċjali tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (PUNE) u tal-Forum Intergovernattiv dwar is-sigurtà kimika (IFCS),
I. billi hemm dejjem aktar provi xjentifiċi li ċerti kankri, bħal ma huma l-kankru tal-bużżieqa tal-marrara, il-kankru ta' l-għadam, il-kankru tal-pulmun, il-kankru tal-ġilda, il-kankru tas-sider u kankri oħrajn huma kkawżati mhux biss mill-effetti tas-sustanzi kimiċi, tar-radjazzjoni u ta' partiċelli fl-arja iżda wkoll minn fatturi ambjentali oħrajn,
J. billi flimkien ma' dawn l-iżvilupp problemtaċi fil-qasam tas-saħħa ambjentali, dan l-aħħar snin kien hawn manifestazzjoni ta' mard gdid jew sindromi ta' mard, bħalma huma l-ipersensibilita? kimika multipla, is-sindromu ta' l-amalgama dentali, l-ipersensibilita? għar-raġġi elettromanjetiċi, is-sindromu tal-bini li jagħmel ħsara lis-saħħa jew is-sindromu ta' defiċit ta' l-attenzjoni u l-iperattività (ADHD) fost it-tfal,
K. billi l-prinċipju ta' prekawzjoni huwa speċifikament stipulat fit-Trattat mill-1992, billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ippreċiżat bosta drabi il-kontenut u l-iskop ta' dan il-prinċipju fil-liġi Komunitarja bħala wieħed mill-pedamenti tal-politika ta' protezzjoni fil-mira tal-Komunita? fil-qasam ta' l-ambjent u tas-saħħa(4),
L. billi n-natura tal-kriterji adottati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Frar 2000 dwar ir-rikors għall-prinċipju ta' prekawzjoni (COM(2000)0001) hija waħda li torbot ħafna, u x'aktarx lanqas m'hi prattikabbli,
M. billi kkunsidra l-importanza tas-sorveljanza bijoloġika umana bħala strument ta' evalwazzjoni tal-livell ta' espożizzjoni tal-popolazzjoni Ewropea għall-effetti ta' tniġġis u l-volonta?, li ġiet repetuta ħafna drabi mill-Parlament Ewropew, għall-punt 3 ta' din ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Frar 2005, u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill "Ambjent" ta' l-20 ta' Diċembru 2007 biex jiġi mgħaġġel it-twaqqif ta' programm ta' sorveljanza bijoloġika fil-livell ta' l-Unjoni,
N. billi huwa ġeneralment rikonoxxut li t-tibdil fil-klima jista' jkollu sehem importanti fiż-żieda ta' inċidenza u severità ta' ċertu mard, u b'mod partikulari, li l-frekwenza ta' sħana kbira, għargħar u n-nirien fl-art mhux ikkultivata - bħala l-aktar diżastri naturali frekwenti fl-Unjoni - tista' twassal għal aktar mard, kundizzjonijiet ħżiena ta' l-iġjene u mwiet, filwaqt li fl-istess waqt huma rikonoxxuti l-effetti tajbin għas-saħħa ta' miżuri li jnaqqsu t-tibdil fil-klima;
O. billi t-tibdil fil-klima se jħalli effetti sinifikkanti fuq is-saħħa tal-bniedem li fosthom insibu li twassal għall-iżvilupp ta' ċerti infezzjonijiet u mard parassitiku, l-aktar minħabba bidliet fit-temperaturi u fl-umdità u l-impatt ta' dawn fuq l-ekosistemi, l-annimali,il-pjanti, l-insetti, il-parassiti, il-protozoa, il-mikrobi u l-virus,
P. billi d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma(5) u d-direttivi sussidjarji tagħha għandhom dispożizzjonijiet ċari dwar il-preservazzjoni u r-restawr ta' ilma tajjeb għas-saħħa,
Q. billi l-mediċina tas-saħħa ta' l-ambjent hija dixxiplina medika ġdida bbażata fuq tagħlim universitarju li għadu wisq ifframmentat u mhux l-istess madwar l-Istati Membri kollha, u li jistħoqqlu għalhekk li jingħata appoġġ u li jiġi promoss fi ħdan l-Unjoni,
R. billi n-numru ta' persuni li qegħdin ibatu minħabba fatturi ambjentali qiegħed jiżdied u billi għandhom jiġu żviluppati epimedjoloġiji sabiex tinkiseb stampa ċara ta' dak il-mard li huwa kkawżat, sa ċertu punt jew totalment, minn fatturi ambjentali,
1. Jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mill-Kummissjoni mit-tnedija tal-pjan ta' azzjoni fl-2004, prinċipalment fil-qasam tat-titjib tal-katina ta' informazzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa, ta' l-integrazzjoni u tat-tisħiħ tar-riċerka Ewropea f'dan il-qasam u ta' koperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati bħad-WHO,
2. Huwa madankollu tal-fehma li dan it-tip ta' pjan ta' azzjoni jinkludi fih il-bidu ta' nofs falliment minħabba li jimmira biss li jakkumpanja l-politiki Komunitarji li diġa? jeżistu, ma jibbażax fuq politika ta' prevenzjoni mmirata lejn tnaqqis ta' mard marbut mal-fatturi ambjentali u ma jsegwi l-ebda objettiv preċiż u ma jindika l-ebda valur,
3. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li diġà twettaq programm taħt l-awspiċju tad-WHO li bħala parti minnu l-Istati Membri tad-WHO stabbilixxew il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u lokali tagħhom għas-saħħa ta' l-ambjent li fihom objettivi u pjanijiet ta' implimentazzjoni speċifiċi; jirrakkomanda għalhekk lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-possibilità li tieħu dan il-programm tad-WHO bħala mudell, li jkun jista' jservi wkoll bħala eżempju utli għall-Unjoni fil-futur;
4. Jiddispjaċih ħafna li l-Kummissjoni, u b'mod aktar speċifiku d-direzzjoni ġenerali tar-Riċerka tagħha, ma żguratx finanzjament xieraq fil-qasam tas-sorveljanza bijoloġika umana għas-sena 2008, sabiex, b'konformita? ma' l-impenn li ħadet hi stess ma' l-Istati Membri u l-Parlament, twaqqaf approċċ koerenti tas-sorveljanza bijoloġika fl-Unjoni;
5. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex twieġeb sa l-2010 għal żewġ objettivi essenzjali li stabbilit hi stess fl-2004 u sabiex tistabbilixxi u timplimenta strateġija ta' komunikazzjoni prattika għal dawn l-objettivi, jiġifieri, fuq naħa, is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar it-tniġġis ambjentali u l-impatt ta' dan fuq saħħithom, u fuq oħra, l-analiżi mill-ġdid u l-adattament tal-politika Ewropea għat-tnaqqis ta' riskji;
6. Jirrakkomanda bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja;
7. Jenfasizza l-fatt li fl-evalwazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa ta' fatturi ambjentali trid tingħata kunsiderazzjoni l-ewwel u qabel kollox lill-gruppi vulnerabbli bħalma huma nisa tqal, trabi li għadhom jitwieldu, tfal u anzjani;
8. Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali biex tingħata lil gruppi vulnerabbli, li huma l-aktar suxxettibbli għal elementi li jniġġsu, bl-introduzzjoni ta" miżuri li jnaqqsu l-espożizzjoni għal elementi li jniġġsu ambjentali f'ambjent magħluq f'faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u fi skejjel permezz ta" l-adozzjoni ta" prattiki xierqa ta" mmaniġġjar tal-kwalità ta" l-arja ta" ambjent magħluq;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex meta tfassal proposti għar-reviżjoni ta' liġijiet eżistenti ma ddgħajjifx dawn il-liġijiet minħabba pressjoni minn lobbies jew organizzazzjonijiet reġjunali jew internazzjonali;
10. Ifakkar fin-neċessità li l-Unjoni tadotta approċċ kontinwu, dinamiku u flessibbli rigward il-Pjan ta' Azzjoni; iqis li huwa għalhekk essenzjali li l-Unjoni jkollha kompetenza speċifika fil-qasam tas-saħħa ambjentali li sserraħ fuq in-natura trasparenti, multidixxiplinari u kontradittorja tagħha u tippermetti wkoll li tingħata tweġiba għan-nuqqas ta' fiduċja tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' l-aġenziji u l-kumitati ta' esperti uffiċjali; jenfasizza l-importanza li jitjieb it-taħriġ ta' esperti tas-saħħa, partikolarment permezz ta' skambji ta' l-aħjar prattiki fil-livell Komunitarju;
11. Jenfasizza li dawn l-aħħar snin kienu mmarkati minn progress reali fil-qasam tal-politika ambjentali, b'mod partikolari fil-livell tat-tnaqqis tat-tniġġis ta' l-ajru, tat-titjib tal-kwalità ta' l-ilma, tal-politika tal-ġbir u r-riċiklaġġ ta' l-iskart, tal-kontroll tal-prodotti kimiċi u tal-projbizzjoni tal-petrol biċ-ċomb, imma jirrimarka, fl-istess ħin, li l-politika Ewropea għadha mmarkata bin-nuqqas ta' strateġija globali u preventiva u n-nuqqas ta' użu tal-prinċipju ta' prekawzjoni;
12. Jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-kriterji mħaddna fil-komunikazzjoni tagħha li diġà ssemmiet dwar l-użu tal-prinċipju ta' prekawzjoni fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u sabiex il-prinċipju ta' azzjoni u ta' sigurtà, imsejjes fuq l-adozzjoni ta' miżuri proviżorji u proporzjonati, ikun fil-qalba tal-politiki Komunitarji fil-qasam tas-saħħa u l-ambjent;
13. Iqis li jekk il-piż tal-prova li prodott ma jagħmilx ħsara titqiegħed fuq il-produttur jew l-importatur, tkun tista' tiġi promossa politika msejsa fuq il-prevenzjoni, kif, barra minn hekk, jipprevedi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi(6), u, f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi dan l-obbligu għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-prodotti kollha; iqis li kull żieda fl-ittestjar ta" l-annimali skond il-Pjan ta" Azzjoni għandha tkun evitata u għandu jitqies b'mod sħiħ l-iżvilupp u l-użu ta" metodi alternattivi;
14. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq mill-aktar fis miżuri konkreti dwar il-kwalità ta' l-arja fuq ġewwa, li jiżguraw livell għoli ta" ħarsien ta' siġurtà u ta' saħħa tal-postijiet fuq ġewwa, b'mod partikulari matul ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini(7), u li jipproponi miżuri li jżidu l-effikaċja ta' l-enerġija tal-bini, kif ukoll is-sigurtà ta' l-elementi kimiċi inklużi fil-kompożizzjoni ta' tgħamir u għamara u jekk jagħmlux ħsara jew le;
15. Jirrakkomanda li, biex jitnaqqsu effetti li jagħmlu ħsara lill-ambjent fuq is-saħħa, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri, permezz ta' konċessjonijiet tat-taxxa u/jew inċentivi ekonomiċi oħra, biex ikunu interessati operaturi tas-suq biex itejbu l-kwalità ta" l-arja f'ambjent magħluq u jnaqqsu espożizzjoni għal radjazzjoni elettromanjetika fil-binjiet, stabbilimenti u uffiċċji tal-fergħat tagħhom;
16. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq abbozz ta" rekwiżiti minimi xierqa li jiggarantixxu l-kwalità ta" l-arja ta' ġewwa bini li għadu se jinbena;
17. Jirrakkomanda li, fl-għoti ta" appoġġ individwali ta" l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni taħseb fl-impatt tiegħu fuq il-kwalità ta" l-arja f'ambjent magħluq, espożizzjoni għal radjazzjoni elettromanjetika u s-saħħa ta" sezzjonijiet tal-popolazzjoni partikolarment fil-periklu fil-proġetti kkonċernati b'mod simili għal dak li l-attenzjoni hija dedikata għal kriterji ta" protezzjoni ta" l-ambjent;
18. Jistieden li jkun hemm standards ta" kwalità ambjentali għal sustanzi ta" prijorità fl-ilma biex ikunu stabbiliti bi qbil ma" l-aħħar tagħrif xjentifiku u mressqa b'mod regolari bi qbil ma" l-aħħar ħsieb xjentifiku;
19. Jenfasizza li ċerti Stati Membri implimentaw b'suċċess laboratorji ta' analiżi mobbli jew "ambulanzi ħodor" sabiex tkun tista' ssir djanjożi ta' malajr u affidabbli ta' l-ambjent fil-postijiet pubbliċi u privati; iqis li l-Kummissjoni tkun tista' tippromwovi din il-prattika ma' l-Istati Membri li għad m'għandhomx dan il-mudell ta' intervenzjoni diretta fis-sit imniġġes;
20. Huwa kkonċernat bin-nuqqas ta" dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jiżguraw is-sikurezza ta" prodotti tal-konsumatur li fihom nanopartiċelli u bl-attitudni rilassata tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jkun rivedut il-qafas regolatorju għall-użu ta" nanopartiċelli fi prodotti tal-konsumatur fir-rigward tan-numru jiżdied ta" prodotti tal-konsumatur li fihom nanopartiċelli li jitpoġġew fis-suq;
21. Huwa mħasseb ħafna bir-rapport internazzjonali Bio-Initiative(8)dwar il-kampijiet elettromanjetiċi, li jissintesizza aktar minn 1,500 studju dedikat għall-kwistjoni, u li, fil-konklużjonijiet tiegħu, jenfasizza l-perikli għas-saħħa minn emissjoni tat-tip ta' telefonija mobbli bħat-telefown mobajl, l-emissjonijiet UMTS-Wifi-Wimax-Bluetooth u t-telefown fuq bażi fissa "DECT";
22. Jirrimarka li l-limiti ta' espożizzjoni għall-kampijiet elettromanjetiċi stabbiliti għall-pubbliku għadda żmienhom peress li ma ġewx adattati minn meta ħarġet ir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni ta' l-espożizzjoni tal-pubbliku għall-kampijiet elettromanjetiċi (0Hz sa 300 GHz)(9), evidentement ma jqisux l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni u, barra minn hekk, la ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u lanqas ir-regoli dwar emissjonijiet l-aktar eżiġenti li saru, pereżempju, mill-Belġju, l-Italja jew l-Awstrija u ma tkunx indirizzata l-kwistjoni ta" gruppi vulnerabbli, bħal nisa tqal, trabi li għadhom jitwieldu u tfal;
23. Jistaqsi għaldaqstant lill-Kunsill biex jimmodifika r-rakkomandazzjoni tiegħu 1999/519/KE sabiex jikkunsidra l-aħjar prattiki nazzjonali u biex b'dan il-mod jistabbilixxi valuri limiti ta' espożizzjoni aktar stretti għall-apparat kollu li jarmi raġġi elettromanjetiċi bi frekwenzi bejn 0.1 MHz u 300 GHz;
24. Qed jieħu bis-serjetà ħafna d-diversi theddid ikkawżat mit-tisħin tal-klima fit-territorju ta' l-Unjoni u jitlob li jkun hemm koperazzjoni msaħħa bejn id-WHO, l-awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard sabiex tissaħħaħ is-sistema ta' allert minn qabel u sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi negattivi tat-tibdil tal-klima fuq is-saħħa;
25. Jimmarka li dan il-Pjan ta" Azzjoni għandu jibbenefika minn estensjoni ta" azzjonijiet dwar impatti negattivi mill-bidla fil-klima sas-saħħa tal-bniedem bl-elaborazzjoni ta" miżuri ta" adattament effettivi meħtieġa fil-livell tal-Komunità, bħal:
-
programmi ta" edukazzjoni pubbliċi u ta" żieda fit-tagħrif sistematiċi;
-
integrazzjoni ta" miżuri ta" adattament tal-bidla fil-klima fi strateġiji u programmi tas-saħħa pubblika, bħal mard li jista" jkun u li ma jistax ikun komunikat, is-saħħa tal-ħaddiema u mard ta" l-annimali perikoluż għas-saħħa;
-
sorveljanza xierqa li timmira lejn l-identifikazzjoni minn kmieni ta" mard li jitfaċċa f'daqqa;
-
sistemi u reazzjoni ta" avviż minn kmieni relatati mas-saħħa;
26. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jirrispondu b'mod adegwat għat-theddidiet il-ġodda tal-bidla fil-klima bħaż-żieda fil-preżenza ta" vajrusis ġodda u ta" patoġeni mhux magħrufa u għal din ir-raġuni jimplimentaw teknoloġiji ġodda eżistenti għat-tnaqqis ta' patoġeni li jnaqqsu vajrusis magħrufa u mhux magħrufa u patoġeni oħra li jittieħdu permezz tad-demm;
27. Jiddispjaċih li l-evalwazzjoni attwali tar-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċji ta' l-''20 għal darbtejn sa l-2020 - L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa'' (COM(2008)0030) tqis biss il-benefiċċji tas-saħħa tat-tniġġis imnaqqas ta" l-arja bi tnaqqis ta" emissjonijiet minn gass bl-effett serra sa l-2020; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kobenefiċċji (anċillari) għas-saħħa ta" diversi livelli ta" ambizzjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' esperti intergovernattiv dwar il-bidla fil-klima ta" tnaqqis domestiku ta" 25% sa 40% jew possibilment 50% jew aktar sa l-2020, huma investigati b'mod urġenti u mfassla f'analiżi ta' impatt mill-Kummissjoni;
28. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni lill-problema serja tas-saħħa mentali, meta jitqies in-numru ta" suwiċidji fl-Unjoni, u biex talloka aktar riżorsi għall-iżvilupp ta" strateġiji u terapiji ta" prevenzjoni xierqa;
29. Itenni li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-pjan ta" azzjoni ta" l-Ambjent u s-Saħħa tat-Tfal tal-WHO fl-Ewropa, biex jinkoraġġixxu l-Pjan kemm permezz ta" politiki ta" l-Unjoni kif ukoll permezz tal-politika ta' l-iżvilupp bilaterali, u biex jinkoraġġixxu proċessi simili barra r-Reġjun ta" l-Ewropa tad-WHO;
30. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora mill-ġdid fit-tieni pjan ta" azzjoni tagħha l-inizjattiva SCALE (Xjenza, Tfal, Kuxjenza, Strument Legali, Evalwazzjoni), rigward it-tnaqqis ta' espożizzjoni għal tniġġis, kif stipulat fl-Istrateġija Ewropea għall-Ambjent u s-Saħħa (COM(2003)0338);
31. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem u tipprovdi strumenti li għandhom irawmu l-iżvilupp u l-promozzjoni ta" soluzzjonijiet innovattivi, kif enfasizzat fi ħdan il-qafas ta" l-Aġenda ta" Liżbona, biex ikunu minimizzati riskji maġġuri għas-saħħa minn fatturi ambjentali li joħolqu pressjoni;
32. Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jieħu deċiżjoni mingħajr dewmien dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi Fond ta" solidarjetà ta" l-Unjoni, peress li l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu mit-18 ta" Mejju 2006(10); iqis li r-regolament il-ġdid, li, flimkien ma" miżuri oħra, se jbaxxi l-limiti massimi għad-dħul fis-seħħ tal-Fond ta" Solidarjetà ta" l-Unjoni, se jippermetti li jtaffi ħsara b'mod effettiv, flessibbli u malajr ikkawżata b'diżastri naturali jew mill-bniedem stess; jenfasizza li strument finanzjarju bħal dan huwa importanti ħafna, b'mod partikulari minħabba li huwa maħsub li diżastri naturali se jseħħu b'mod aktar regolari fil-futur, parzjalment minħabba l-bidla fil-klima;
33. Jirrakkomanda li, peress li l-SMEs huma ta" importanza ekonomika deċiżiva fl-Ewropa, il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku għal SMEs biex tippermettilhom, u tgħinhom, li jikkonformaw ma" regolamenti tas-saħħa ambjentali li jorbtu u tinkoraġġihom biex iwettqu tibdil ieħor li huwa pożittiv fir-rigward tas-saħħa ambjentali u jaffettwa l-operazzjoni ta" l-intrapriżi;
34. Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex, għall-2010 u t-"tieni ċiklu" tal-pjan ta' azzjoni għall-ambjent u s-saħħa, tipprevedi l-allinjament mill-ġdid ta' l-inizjattivi tagħha dwar il-popolazzjonijiet vulnerabbli u biex tfassal metodi ġodda għall-evalwazzjoni tar-riskji filwaqt li jitqies il-punt fundamentali li jikkostitwixxi l-vulnerabilità partikulari tat-tfal, in-nisa tqal u l-persuni anzjani;
35. Iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħrfu l-vantaġġi tal-prevenzjoni u l-prinċipji ta' prekawzjoni u biex jiżviluppaw u jimplimentaw għodod li jippermettu li thedid potenzjali ambjentali u tas-saħħa jkun antiċipat u affrontat; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tevalwa t-"tieni ċiklu' ta" dan il-pjan ta" azzjoni u tfassal dispożizzjoni għal iffinanzjar xieraq li jkopri numru akbar ta" miżuri prattiċi li jnaqqsu l-impatt ambjentali fuq is-saħħa u biex timplimenta miżuri ta" prevenzjoni u ta" prekawzjoni;
36. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lid-WHO.
Sentenza tat-23 ta' Settembru 2003 fil-każ C-192/01, Kummissjoni vs Danimarka, ECR 2003, p. I- 9693; sentenza tas-7 ta' Settembru 2004 fil-każ C-127/02, Landelijke Vereniging tot Behoud van de Waddenzee u Nederlandse Vereniging tot Bescherming van Vogels, ECR 2004, p. I-7405.
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet li saru wara l-kolp ta" stat, mill-President tiegħu, mill-Presidenza tal-Kunsill f'isem l-Unjoni Ewropea, mir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurta' komuni, mill-Kummissjoni, mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-Unjoni Afrikana (UA), mill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika (ECOWAS) u mill-Organisation Internationale de Francophonie (OIF),
– wara li kkunsidra t-tieni żjara, mindu seħħ il-kolp ta" stat, tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Afrika tal-Punent, is-Sur Saïd Djinnit, fil-Mawritanja,
– wara li kkunsidra l-att kostituttiv tal-UA, li jikkundanna kwalunkwe tentattiv tat-teħid tas-setgħa bil-forza;
—
A. billi fis-6 ta" Awwissu 2008 seħħ kolp ta" stat fil-Mawritanja meta l-President tal-Mawritanja Sidi Mohamed Ould Cheikh Abdallahi tneħħa mill-poter minn grupp ta" ġenerali b'kariga għolja li kien keċċa mill-kariga dakinhar stess,
B. billi l-elezzjonijiet leġiżlattivi ta" Novembru u Diċembru 2006, l-elezzjonijiet senatorjali ta" Jannar 2007 u l-elezzjoni tal-President Sidi Mohamed Ould Cheikh Abdallahi ta" Marzu 2007 ġew meqjusa bħala ekwi u trasparenti mill-osservaturi internazzjonali, inklużi l-osservaturi tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-missjonijiet ta" osservazzjoni mibgħuta mill-Parlament Ewropew, li b'hekk poġġa lilu nninfsu bħala garanti tal-legalità ta" dawn l-elezzjonijiet ;
C. billi aktar minn żewġ terzi mill-Parlament tal-Mawritanja ffirmaw dikjarazzjoni ta" appoġġ għall-kap tal-kolp ta" stat Mohamed Ould Abdel Aziz u għall-ġenerali tiegħu; billi f'Ġunju 2008, il-leġiżlatura għaddiet vot ta' nuqqas ta' sfiduċja, li wassal lill-President Abdallahi biex ibiddel il-Kabinett tiegħu; billi 49 membru rriżenjaw mill-Parlament wara li l-President Abdallahi ħatar 12-il Ministru tal-Kabinett minn fost dawk li kienu parti mir-reġim preċedenti li ma kien maħbub xejn,
D. billi d-deċiżjonijiet rigward il-ġejjieni politiku, ekonomiku u soċjali tal-Mawritanja jappartjenu esklussivament għar-rappreżentanti eletti mill-poplu, u billi d-demokrazija timplika bilanċ tal-poter bejn l-eżekuttiv u l-leġiżlattiv, u b'hekk it-tnejn li huma jgawdu l-leġittimità elettorali,
E. billi l-kolp ta" stat seħħ f'kuntest ekonomiku u soċjali degradat, u billi l-iżvilupp huwa l-aħjar garanzija biex tirnexxi d-demokrazija,
F. billi jirrikonoxxi l-progress magħmul fir-ritorn tar-rifuġjati u l-adozzjoni tal-liġi li tikkriminalizza l-iskjavitù fil-pajjiż,
G. billi jikkunsidra l-appoġġ tal-Unjoni għat-tranżizzjoni lejn id-demokrazija u l-"programm ta" appoġġ" ta" 156 000 000 EUR għall-perjodu 2008-2013, fil-qafas tal-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp, li jikkumplimenta l-għajnuna li diġà qed tingħata u l-għajnuna ta" 335 000 000 EUR mogħtija mill-1985,
H. billi l-Bank Dinji ssospenda l-għajnuna ta" 175 000 000 USD għall-Mawritanja u billi s-sospensjoni ta" dawn il-fondi se taffettwa xi 17-il proġett nazzjonali fil-Mawritanja, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-pajjiż fi proġetti reġjonali tal-Bank Dinji, b'mod partikulari rigward l-iżvilupp rurali, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-infrastruttura u l-bini tat-toroq,
I. billi l-Mawritanja demokratika tirrappreżenta punt ta" stabilità f'subreġjun partikularment fraġli li, min-naħa, għandu l-fruntiera tal-Grigal mal-Alġerija u mal-Mali fis-Saħara, il-Grupp Salafista għall-predikazzjoni u t-taqbida li sar l-Al Qaida fil-Magreb Iżlamiku l-kbir u, min-naħa l-oħra, ir-rebelljoni tat-Tuareg,
J. billi l-"ordinanza kostituzzjonali" li fiha l-ġunta tiddefinixxi s-setgħat tagħha u li tagħtiha l-possibilità li tiggverna m'għandha l-ebda bażi legali,
1. Jikkundanna l-kolp ta" stat militari li sar mill-Ġenerali tal-Mawritanja, it-tieni kolp ta" stat f'dan il-pajjiż fi tliet snin, li kiser il-legalità kostituzzjonali u r-riżultati tal-elezzjoni demokratika li kienu aċċettati internazzjonalment; jiddispjaċih għal dan il-pass lura meta jitqies il-progress konsiderevoli fl-iżvilupp tad-demokrazija u tal-istat ta" dritt matul is-snin li għaddew fil-Mawritanja; jitlob li t-tensjoni politika attwali fil-Mawritanja tissolva fi ħdan il-qafas istituzzjonali li jirriżulta mit-tranżizzjoni għad-demokrazija, u li jerġgħu jiddaħħlu l-ordni kostituzzjonali u l-liġi ċivili mill-aktar fis possibbli,
2. Jitlob li jinħelsu minnufih il-President Sidi Mohamed Ould Cheikh Abdallahi, il-Prim Ministru Yahya Ould Ahmed el-Waghef u membri oħra tal-gvern, li għadhom qed jinżammu taħt arrest f'darhom f'postijiet differenti,
3. Jitlob ir-rispett sħiħ tal-legalità kostituzzjonali tas-setgħat tal-President u tal-Parlament tal-Mawtiranja, li jimplika li l-mekkaniżmi ta" koeżistenza bejn il-President u l-Parlament u l-mekkaniżmi ekwilibriju bejn il-poter eżekuttiv u leġiżlattiv huma rregolati fir-rigward u fil-qafas tal-Kostituzzjoni, li fiha l-modifikazzjonijiet biex tiġi żgurata stabilità akbar jistgħu jsiru biss b'konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha, wara dibattitu twil li jinkludi l-forzi politiċi kollha,
4. Iqis li dibattitu miftuħ u sinċier bejn il-forzi politiċi ewlenin għandu jiddetermina r-rotot u l-mezzi kostituzzjonali meħtieġa biex itemmu din il-kriżi,
5. Jilqa" r-ritorn tar-refuġjati, l-adozzjoni ta' liġi li tikkriminalizza l-iskjavitù u l-abbozz ta" liġi għal-liberalizzazzjoni tal-midja, jiddeplora n-nuqqas ta" mezzi demokratiċi sabiex jindirizzaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi mwettqa fl-1990 kontra l-komunità tas-suwed fil-Mawritanja, minkejja l-wegħdiet tal-President li jwaqqaf kumitat ta" inkjesta,
6. Jitlob li r-refuġjati li reġgħu lura fil-Mawritanja jieħdu lura d-drittijiet tagħhom, u jingħataw lura l-proprjetà tagħhom li kienet ġiet ikkonfiskata,
7. Jitlob li l-poplu tal-Mawritanja, li diġà qed isofri minħabba l-kriżijiet ekonomiċi u tal-ikel, ma jibqax jittieħed bħala ostaġġ f'din il-kriżi, u jitlob lill-Kummissjoni biex timplimenta l-proġetti ta" appoġġ għas-soċjetà ċivili fil-qafas tal-istrument Ewropew għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem,
8. Jinnota t-tħabbira ta" elezzjonijiet presidenzjali ġodda mill-ġunta militari, iżda jiddeplora l-fatt li - mhux bħal fil-każ tal-ġunta li kienet fis-setgħa mill-2005 sal-2007 - ma ttieħed l-ebda impenn favur in-newtralità elettorali; jitlob lill-forzi militari li jinsabu fil-poter biex jimpenjaw irwieħhom bla dewmien għal skeda għar-restituzzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi, f'koperazzjoni mal-forzi politiċi,
9. Jappoġġja l-isforzi tal-UA favur soluzzjoni razzjonali tal-kriżi,
10. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibda djalogu politku, b'konformità mal-Artikolu 8 tal-ftehima ta' sħubija bejn il-membri tal-Gruppi ta' l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunita' Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(1), hekk kif emendata fil-Lussemburgu fit-24 ta' Ġunju 2005 (Ftehima ta" Cotonou), bil-għan li l-pajjiż jerġa" lura għal-legalità kostituzzjonali, u biex tinforma lill-Parlament dwar ir-riżultat ta' dan id-djalogu; jekk dan ma jirnexxix, jitlob li jiġi attivat mill-ġdid l-Artikolu 96 tal-Ftehima ta" Cotonou, li jista' jwassal għal l-iffriżar ta' l-għajnuna kollha ħlief dik tal-ikel u umanitarja ,
11. Iħeġġeġ lill-Presidenza tal-Kunsill biex ikompli jsegwi mill-qrib il-qagħda politika f'dan il-pajjiż, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-UA, u biex jiggarantixxi s-sikurezza taċ-ċittadini ta' l-Unjoni;
12. Jitlob li tintbagħat delegazzjoni parlamentari mill-aktar fis, sabiex isiru laqgħat bejn il-membri u suġġerimenti biex malajr tinstab soluzzjoni għall-kriżi,
13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Afrikana, lill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Frankofonija u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, partikolarment dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-eżekuzzjoni fl-Iran ta' minorenni li wettqu reati(1),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-13 ta' Ġunju 2008, dwar l-eżekuzzjoni ta' Mohammad Hassanzadeh,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li saret mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-18 ta' Lulju 2008, dwar l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt fl-Iran,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea, tad-29 ta' Lulju 2008, dwar l-eżekuzzjoni ta' 29 ruħ fil-ħabs ta' Evin fl-Iran,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-25 ta' Awissu 2008, dwar l-eżekuzzjoni bil-forka ta' Reza Hejazi,
– wara li kkunsidra l-Istqarrijiet mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-19 u t-28 ta' Awissu 2008 dwar l-eżekuzzjoni imminenti ta' Behnood Shojaee u ta' Bahman Soleimanian rispettivament,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikulari, ir-Riżoluzzjoni A/RES/62/168 tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran u r-Riżoluzzjoni A/RES/62/149 tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt,
– wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), it-Trattat Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), il-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija ta' kull forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran hija firmatarja tagħhom,
– wara li kkunsidra r-Regola 115(5) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
A. billi, skont Amnesty International, in-numru ta' eżekuzzjonijiet mwettqa fl-Iran din is-sena s'issa ilaħħqu mill-inqas għal 191, filwaqt li fl-2007, twettqu aktar eżekuzzjonijiet fl-Iran – 317 – milli fi kwalunkwe pajjiż ieħor fid-dinja minbarra ċ-Ċina, għalkemm il-popolazzjoni tiegħu hija 18-il darba iżgħar minn dik taċ-Ċina,
B. billi saru 29 eżekuzzjoni simultanja fil-ħabs ta' Evin f'Tehran fis-27 ta' Lulju 2008,
C. billi fl-10 ta' Ġunju 2008 Mohammad Hassanzadeh ta' 16-il sena, Kurd Iranjan, ġie ġġustizzjat għal reat li wettaq meta kellu 14-il sena; billi fit-22 ta' Lulju 2008 d-delinkwenti minorenni Hassan Mozafari u Rahman Shahidi ġew iġġustizzjati, u fid-19 ta' Awissu 2008 Reza Hezjazi ta' 19-il sena ngħata l-forka minħabba qtil li ntqal li wettaq meta kellu 15-il sena; billi fis-26 ta' Awissu 2008, Behnam Zare' ta' 19-il sena ġie ġġustizzjat minħabba reat li wettaq meta kellu 15-il sena, li minħabba f'hekk sar is-sitt delinkwent minorenni li ġie ġġustizzjat fl-Iran fl-2008 biss,
D. billi la l-familja ta' Zare' u lanqas ta' Hezjazi u lanqas l-avukat ma ġew mgħarrfa dwar il-ħin u l-post ta' l-eżekuzzjoni skedata, bi ksur tal-liġi Iranjana,
E. billi d-delinkwenti minorenni Amir Marollahi, Behnood Shojaee, Mohammed Fadaei u Bahman Soleimanian, jiffaċċjaw riskju imminenti ta" eżekuzzjoni,
F. billi l-eżekuzzjoni ta' delinkwenti minorenni huwa projbit skond il-liġi internazzjonali, kif iddikkjarat fl-Artikolu 6(5) tal-ICCPR u fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; billi bħalissa hemm mill-inqas 130 tifel u tfal delinkwent minorenni li qed jistennew il-piena tal-mewt minkejja l-obbligi legali tal-Iran,
G. billi l-attivisti tad-drittijiet tal-minoranzi qed ikunu dejjem aktar esposti għat-theddida tal-piena tal-mewt kif kien il-każ ta' Yaghoub Mehrnehad, Baluċi etniku u direttur eżekuttiv ta' l-Assoċjazzjoni taż-Żgħażagħ Il-Vuċi tal-Ġustizzja, li ġie ġġustizzjat fl-4 ta' Awissu 2008, wara li kkonfronta fil-pubbliku uffiċjali lokali jitlob responsabilità għar-rendiment fqir tagħhom,
H. billi attivista ieħor tad-drittijiet tal-minoranzi, l-għalliem Kurd Farzad Kamangar, ġie kkundannat għall-mewt minħabba akkużi, mingħajr evidenza, li qabad l-armi kontra l-istat,
I. billi stqarrijiet ta' ħtija sikwit jinkisbu wara tortura, mingħajr aċċess għall-avukati, u s-sentenzi tal-qorti ma jilħqux l-istandards minimi li għandhom jintlaħqu biex jiġi żgurat smigħ xieraq,
J. billi, fil-5 ta' Awissu 2008, il-Ġudikatura Iranjana ħabbret is-sospensjoni tal-użu tat-tħaġġir bħala mezz ta' eżekuzzjoni, bil-konsegwenza li 10 nisa mhux imsemmija li kienu qed jistennew il-mewt permezz tat-tħaġġir, mhux se jitħaġġru,
K. billi hemm lok għal tħassib li membri u soċji tal-oppożizzjoni Iranjana li huma miġbura u protetti fil-Kamp Ashraf fit-Tramuntana tal-Iraq mill-forzi multinazzjonali mmexxija mill-Istati Uniti skond l-Artikolu 27 tar-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra jistgħu jkunu mhedda li jkunu mkeċċija jew mġiegħla jmorru lura l-Iran, fejn jistgħu jiffaċċjaw persekuzzjoni qawwija u anke possibilment il-piena tal-mewt,
1. Huwa mnikket ħafna bl-eżekuzzjoni riċenti ta' diversi delinkwenti minorenni fl-Iran, biex issa l-Iran huwa l-uniku pajjiż fid-dinja fejn dan il-kastig gravi u inuman għadu jitwettaq fl-2008;
2. Jiġbed l-attenzjoni b'mod partikulari għad-destin ta' Soghra Najafpour, li għaddiet kważi l-aħħar 19-il sena ta' ħajjitha tistenna l-piena tal-mewt għal qtil li sar meta kellha 13-il sena;
3. Jistieden lill-Kap tal-Ġudikatura, Ayatollah Mahmoud Hashemi Sharoudi, biex b'mod sistematiku jbiddel il-pieni tal-mewt kollha tad-delinkwenti minorenni, u jitlob lill-awtoritajiet Iranjani b'mod partikulari biex iwaqqfu l-eżekuzzjonijiet ta' Amir Marollahi, Behnood Shojaee, Mohammed Fadaei u Bahman Soleimanian;
4. Jikkundanna b'mod qawwi n-numru ta' eżekuzzjonijet li kull ma jmur qed jikber, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani sabiex jistabbilixxu moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt bil-ħsieb li din titneħħa b'konformità mar-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta' Diċembru 2007;
5. Itenni l-istedina tiegħu lill-membri tal-Majlis biex jemendaw il-leġiżlazzjoni b'mod urġenti sabiex ikun żgurat li ħadd ma jinqatel għal reat li twettaq meta l-persuna kellha anqas minn 18-il sena u sabiex l-età tar-responsabilità legali tiżdied skont l-istandards internazzjonali;
6. Jappoġġja l-isforzi leġiżlattivi fl-Iran biex tiddaħħal sistema leġiżlattiva u tal-qrati separata għall-minorenni li jwettqu reati, u jistieden lill-membri tal-Majlis biex jaħsbu għal miżuri bil-għan li t-tfal li jwettqu reat ikunu edukati u integrati mill-ġdid fis-soċjetà; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-awtoritajiet Iranjani f'kull talba għall-koperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam;
7. Jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni u l-priġunerija ta" ċittadini tal-Iran li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u li jieħdu sehem f'kampanji kontra l-piena tal-mewt, u li ta" spiss ikunu akkużati "b'attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali"; jitlob, b'mod partikulari, għall-ħalsien bla kundizzjoni ta' Emadeddin Baghi u Mohammad Sadegh Kabovand u għall-bdil tal-piena tal-mewt ta' Farzad Kamangar, kif ukoll li terġa' ssir investigazzjoni dwar il-każ tiegħu;
8. Jilqa" b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni riċenti tas-sospensjoni tat-tħaġġir bħala mezz ta" eżekuzzjoni; jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu, madankollu, li fil-proposta dwar ir-riforma tal-kodiċi penali li qed titqies bħalissa mill-Majlis, it-tħaġġir għal ċerti forom ta' adulterju se jibqa", u jistieden lill-membri tal-Majlis biex jimpenjaw ruħhom biex it-tħaġġir jispiċċa għal kollox;
9. Jistieden lill-awtoritajiet Iraqini u tal-Istati Uniti biex ma jibagħtux lura bil-forza lejn l-Iran lil membri ta' l-oppożizzjoni u refuġjati Iranjani u lil persuni Iranjani li qed ifittxu l-kenn li jkunu f'riskju serju ta" persekuzzjoni u, b'mod partikulari, biex jaħdmu flimkien mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u ma" organizzazzjonijiet oħra biex tinstab soluzzjoni dewwiema għas-sitwazzjoni ta" dawk il-persuni li bħalissa qegħdin f'Camp Ashraf;
10. Isejjaħ għall-preżentazzjoni ta' riżoluzzjoni, fl-Assemblea Ġenerali li jmiss tan-NU, b' talba lill-pajjiżi kollha li għad għandhom il-piena tal-mewt biex ipoġġu għad-dispożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u tal-fehma pubblika it-tagħrif kollu dwar il-piena kapitali u l-eżekuzzjonijiet, sabiex b'hekk jitneħħa is-sigriet ta' l-Istat fuq il-piena tal-mewt, li hija wkoll kaġun dirett ta' numru akbar ta' eżekuzzjonijiet;
11. Isejjaħ għal riżoluzzjoni ġdida sabiex tipprovdi għall-ħolqien il-figura ta' Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali, bid-dover li jimmonitorja s-sitwazzjoni, li jiżgura il-massimu tat-trasparenza fis-sistema tal-piena kapitali u li jiffavorixxi proċess intern immirat lejn l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet.
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għas-PBSK, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-NU, u lill-Gvernijiet tal-Istati Uniti u tal-Iraq.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,
– wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli li ġiet adottata fis-27 ta' Ġunju 1981 u daħlet fis-seħħ fil-21 ta' Ottubru 1986,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li ġiet adottata fl-20 ta' Novembru 1989 u daħlet fis-seħħ fit-2 ta' Setembru 1990, u li torbot u li tiġi applikata mingħajr eċċezzjoni,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-drittijiet ta' persuni li jiffurmaw parti mill-minoranzi nazzjonali, etniċi, reliġjużi jew lingwistiċi tat-18 ta' Diċembru 1992,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
A. billi skont l-NGOs u r-rapporti tal-media, ikkonfermati mill-Gvern tat-Tanżanija, mill-inqas 25 albin, inklużi tfal, inqatlu u ġew immutilati minn Marzu 2008 'l hawn fiz-zona ta' Lake Victoria, speċjalment fi Mwanza, Shinyanga u Mara, fejn hemm konċentrazzjoni għolja ta' albini,
B. billi, minbarra l-qtil tal-albini, it-tliet reġjuni hawn fuq imsemmija huma magħrufa wkoll għall-qtil ta' persuni meqjusa li huma sħaħar; billi sempliċi xniegħat ta' spiss huma ġustifikazzjoni biżżejjed biex kotra rrabjata toqtol persuna ssuspettata li hi saħħara;
C. billi skont l-awtoritajiet tat-Tanżanija, il-qtil tal-albini huwa xogħol klikek organizzati mqabbda minn tobba saħħara,
D. billi l-media f'Dar es Salaam irrapportaw l-arrest ta' 173 persuna b'rabta mal-qtil tal-albini fit-Tanżanija, inkluż numru konsiderevoli ta' tobba saħħara u l-klijenti tagħhom,
E. billi skont il-pulizija nazzjonali, it-tobba saħħara jbiegħu partijiet maqtugħa ta' iġsma u demm tal-albinos lill-ħaddiema tal-minjieri u lis-sajjieda li jemmnu li dawn il-partijiet iġibulhom ir-riżq, is-saħħa u l-ġid,
F. billi dan il-qtil ikkawża apprensjoni u biża' kbira fost il-komunità tal-albinos għax issa ma jħossuhom sikuri xejn u jibżgħu saħansitra joqgħodu, jimxu jew jivvjaġġaw waħidhom biex jevitaw riskji potenzjali,
G. billi 36% tal-popolazzjoni tat-Tanżanija jgħixu taħt il-livell tal-faqar nazzjonali; billi l-aċċess għas-sistema tal-kura tas-saħħa huwa serjament illimitat, u dan iwassal sabiex tkun xi ħaġa komuni li l-popolazzjoni tirrikorri għat-tobba saħħara jew għall-fejjieqa tradizzjonali,
H. billi l-albinos huma minoranza u d-diskriminazzjoni kontra l-albinos hija problema serja madwar l-Afrika kollha li tinsab 'l isfel mis-Sahara; billi l-albiniżmu jaffettwa persuna minn kull 20,000 madwar id-dinja kollha,
I. billi skont studju tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp (UNDP), kważi nofs il-ġenituri tat-tfal albini ħassewhom umiljati fil-waqt tat-twelid tat-tarbija; billi n-nisa albini huma suġġetti għal diskriminazzjoni minn nisa oħrajn u billi n-nisa li jwelldu trabi albini ta' spiss jiġu mwaqqa' għaċ-ċajt jew imwarrba u jbatu minn diskriminazzjoni fil-waqt ix-xogħol; billi xi żewġ terzi tal-ġenituri ġew irrapportati li qalu li interventi speċifiċi tas-saħħa għal tfal albini kienu għalja, u nofshom qalu li t-tfal tagħhom kellhom problemi serji tal-vista; billi, madankollu, 83% qalu li t-tfal tagħhom imorru tajjeb l-iskola daqs tfal oħra,
1. Jikkundanna b'mod qawwi l-qtil tal-albinos fit-Tanżanija u l-kummerċ spekulattiv fil-partijiet tal-iġsma tagħhom;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon il-kundanni tal-qtil tal-albini min-naħa tal-President tat-Tanżanija, is-Sur Jakaa Mrisho Kikwete, u l-wegħda tiegħu ta' sforzi intensivi biex jitwaqqfu dawn id-delitti; jenfasizza li dan il-kliem irid jiġi sostnut b'azzjoni;
3. Jifraħ lill-President Jakaya Mrisho Kikwete għad-deċiżjoni tiegħu li jinnomina lis-Sinjorina Al-Shymaa Kway-Geer bħala l-ewwel Membru Parlamentari albin, minħabba d-determinazzjoni tagħha li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni li hi u albini oħrajn isofru;
4. Jappoġġja u jilqa' b'sodisfazzjon il-passi meħuda s'issa mill-Gvern tat-Tanżanija, bħall-ħolqien ta' ċensiment tal-albini u t-twaqqif ta' servizz ta' skorta tal-pulizija għat-tfal albini; japprova t-talba tal-Membri Parlamentari tat-Tanżanija li l-Gvern jieħu aktar miżuri biex jindirizza l-l-problema mill-għeruq tagħha u jtemm id-diskriminazzjoni kollha kontra l-albini;
5. Jistieden lill-awtoritajiet, l-awtoritajiet tal-gvernijiet lokali u lis-soċjetà ċivili b'mod ġenerali fit-Tanżanija biex jikkollaboraw sabiex jipproteġu l-albini kollha; iħeġġeġ lill-Gvern tat-Tanżanija biex jieħu azzjoni immedjata, billi jippromwovi l-kuxjenza soċjali u jipprovdi informazzjoni relatata mal-albiniżmu; jikkunsidra li miżuri bħal dawn għandhom jiġu implimentati b'mod partikulari fiz-zoni rurali, fejn in-nies għandhom it-tendenza li jkunu inqas edukati u iktar superstizzjużi;
6. Jilqa' b'sodisfazzjon l-arrest ix-xahar li għadda ta' 173 persuna ssuspettata b'rabta mal-qtil ta' albini fit-Tanżanija; iħeġġeġ b'mod qawwi lill-awtoritajiet biex jipproċedu malajr u jressqu lil dawk responsabbli quddiem qorti tal-ġustizzja;
7. Jinnota b'dispjaċir li ġurnalista investigattiva, Vicky Ntetema, kellha tinħeba wara li rċeviet theddid ta' mewt talli esponiet l-involviment ta' tobba saħħara u tal-pulizija f' dan il-qtil; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tat-Tanżanija biex jibdew investigazzjoni ddettaljata u indipendenti ta' l-akkużi li saru minn Vicky Ntetema ;
8. Jesprimi l-apprezzament u l-appoġġ tiegħu għall-ħidma tal-Assoċjazzjoni tal-Albini tat-Tanżanija, li tgħin lill-komunità albina; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja b'mod attiv lil din l-assoċjazzjoni u l-istedina tagħha lill-akkademiċi, il-mexxejja reliġjużi u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem biex jagħmlu l-pubbliku konxju li l-qtil tal-albini huwa soċjalment u moralment inaċċettabbli;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-isforzi tal-UNDP biex jippromwovi u jipproteġi l-albini fl-Afrika;
10. Jikkunsidra li l-aħjar mod biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-albini tat-Tanżanija huwa li jiġi garantit lilhom aċċess ugwali għal edukazzjoni u kura tas-saħħa ta' kwalità, fil-qafas tal-politiki tal-inklużjoni, u li jiġu pprovduti b'ħarsien soċjali u legali adegwat;
11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-isforzi tal-Gvern, tal-NGOs u tas-soċjetà ċivili tat-Tanżanija biex jifformulaw politiki biex jindirizzaw il-bżonnijiet u d-drittijiet tal-albini, ibbażati fuq in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u fuq l-inklużjoni soċjali, u l-aċċess ugwali għall-impjieg;
12. Jitlob li jkun hemm taħriġ aħjar tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u li jsiru laqgħat ta' ħidma għall-għalliema u għall-ġenituri biex jiġu inkoraġġati biex jiżguraw li t-tfal albini jiġu mħarsa mix-xemx, peress li ħafna jmutu minħabba kanċer tal-ġilda qabel ma jagħlqu t-tletin sena;
13. Jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li l-fondi tal-kura tas-saħħa jilħqu lill-aktar foqra fit-Tanżanija; jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' aċċess għall-kura tas-saħħa fiz-zoni rurali u mbiegħda;
14. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimmoniterjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-albini fit-Tanżanija;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Unjoni Afrikana, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Tanżanija, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE u lill-Kunsill tal-ACP.