Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 23 ta' Novembru 2010 - Strasburgu
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Irlanda - għargħar f'Novembru 2009
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Brabant u Zuid Holland, Diviżjoni 18/L-Olanda
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Drenthe, Diviżjoni 18/l-Olanda
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Limburg, Diviżjoni 18/l-Olanda
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Gelderland u Overijssel, Diviżjoni 18/L-Olanda
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Holland u Utrecht, Diviżjoni 18/L-Olanda
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Holland u Zuid Holland, Diviżjoni 58/L-Olanda
 L-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-monopolju tal-alkoħol tal-Ġermanja ***I
 Eżenzjoni mid-dazju għal ingredjenti attivi farmaċewtiċi speċifikati li għandhom “isem komuni internazzjonali” (INN) mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u prodotti speċifikati użati għall-manifattura ta' sustanzi farmaċewtiċi lesti ***I
 Ftehim KE-Ukraina dwar il-koperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija ***
 Ftehim UE-Gvern tal-Faeroes dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ***
 Ftehim KE-Ġappun dwar il-koperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija ***
 Ftehim KE-Ġordan dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika ***
 UE - Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon ***
 Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima *
 Rapport annwali tal-BĊE għall-2009
 Il-Koperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ċivili-militari
 Pjan fit-tul għall-istokk ta' Inċova fil-Bajja ta' Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk ***I
 Pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk ***I
 Projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading) u r-restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound ***I
 L-użu ta' speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura ***I
 Għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi *
 Il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-2009
 Aspetti tad-Dritt Ċivili, Kummerċjali, tal-Familja u Internazzjonali Privat tal-Pjan ta' azzjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Irlanda - għargħar f'Novembru 2009
PDF 369kWORD 40k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0534 – C7-0283/2010 – 2010/2216(BUD))
P7_TA(2010)0403A7-0328/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0534 – C7-0283/2010),

–  Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

–  Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0328/2010),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx ta' Novembru 2010

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(4),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il “Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milqutin minn diżastri.

(2)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 1 biljun.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li bihom il-fond jista' jkun immobilizzat.

(4)  L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastru kkawżat minn għargħar qawwi,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 13,022,500 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ,

Ghall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(3) ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.
(4) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Brabant u Zuid Holland, Diviżjoni 18/L-Olanda
PDF 381kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/027 NL/Noord Brabant u Zuid Holland, Diviżjoni 18 mill-Olanda) (COM(2010)0529 – C7-0309/2010 – 2010/2225(BUD))
P7_TA(2010)0404A7-0318/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0529 – C7-0309/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1)(Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0318/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa wara l-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li sfaw sensjati għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEAG,

D.  billi l-Olanda talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 821 sensja f'70 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Brabant u Zuid Holland,

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.  Ifakkar l-impenn tal-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien maħsub biex jgħin lill-ħaddiema li sofrew sensji b'riżultat tal-globalizzazzjoni u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jkollu fir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema ssensjati individwali; itenni li l-għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew ta' setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluż evalwazzjoni tal-effetti li dawn is-servizzi temporanji u personalizzati għandhom fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fuq medda twila ta' żmien fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema sensjati;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta' approprjazzjonijiet għall-ħlas għall-fondi mhux użati mill-Fond Soċjali Ewropew, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/027 NL/Noord Brabant u Zuid Holland Diviżjoni 18 mill-Olanda)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f'70 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Brabant (NL41) u Zuid Holland (NL33) u ssupplimenta b'tagħrif addizzjonali sal-11 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontributi finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 890 027.

(5)  L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 890 027 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f“il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Drenthe, Diviżjoni 18/l-Olanda
PDF 379kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/030 NL/Drenthe Diviżjoni 18 mill-Olanda) (COM(2010)0531 – C7-0310/2010 – 2010/2226(BUD))
P7_TA(2010)0405A7-0321/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0531 – C7-0310/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod(1), (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-Punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0321/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.  billi r-Renju tal-Olanda talab għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 140 sensja f'żewġ intrapriżi li qegħdin joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' media rrekordjata) fir-reġjun NUTS II ta' Drenthe;

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, li jipprovdu appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jwettaq fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni f'impjieg ta “ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehim kollettiv, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata valutazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluż evalwazzjoni tal-effetti li dawn is-servizzi temporanji u personalizzati għandhom fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fuq medda twila ta' żmien fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema sensjati;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (applikazzjoni EGF/2009/030 NL/ Drenthe Diviżjoni 18 mill-Olanda)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod(3), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b'konsegwenza ta' bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema sensjati b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Fit-30 ta' Diċembru 2009, ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f'żewġ intrapriżi li qegħdin joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' media rrekordjata) fir-reġjun NUTS II ta' Drenthe (NL13) u ssupplimentaha b'informazzjoni addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 453 632.

(5)  Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2010, għandha tiġi mobilizzata somma ta' EUR 453 632 f' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas taħt l-intestatura tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f “Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139 of 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Limburg, Diviżjoni 18/l-Olanda
PDF 378kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/028 NL/Limburg Diviżjoni 18 mill-Olanda) (COM(2010)0518 – C7-0311/2010 – 2010/2227(BUD))
P7_TA(2010)0406A7-0323/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0518 – C7-0311/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(1)(Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006) u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0323/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-għan tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.  billi r-Renju tal-Olanda talab l-għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 129 sensja f'9 intrapriżi li joperaw fit-Taqsima 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u riproduzzjoni tal-media rrekordjata) fir-reġjun NUTS II ta' Limburg;

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.  Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien speċifiku biex jgħin lill-ħaddiema li batew minn sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza s-sehem li l-FEAG jista' jkollu fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni f'impjieg ta' ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; itenni li l-għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehim kollettiv, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluż evalwazzjoni tal-effetti li dawn is-servizzi temporanji u personalizzati għandhom fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fuq medda twila ta' żmien fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema ssensjati;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta' approprjazzjonijiet għall-ħlas tal-Fond Soċjali Ewropew li ma ntużawx, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu trasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-bżonn ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, flimkien ma' analiżi tal-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/028 NL/Limburg Diviżjoni 18 mill-Olanda)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Fit-30 ta' Diċembru 2009, ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f'disa' intrapriżi li joperaw fit-Taqsima 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (l-istampar u r-riproduzzjoni ta' media rrekordjata) fir-reġjun NUTS II ta' Limburg (NL42) u ssupplimentaha b'tagħrif addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 549 946.

(5)  Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Pajjiż l-Baxxi.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2010, għandha tiġi mobilizzata somma ta' EUR 549 946 f' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas taħt l-intestatura tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Gelderland u Overijssel, Diviżjoni 18/L-Olanda
PDF 374kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (applikazzjoni EGF/2009/029 NL/Gelderland u Overijssel, Divizjoni 18 mill-Olanda) (COM(2010)0528 – C7-0312/2010 – 2010/2228(BUD))
P7_TA(2010)0407A7-0322/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0528 – C7-0312/2010),

–  wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (1), (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ir-Regolament FEAG)(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0322/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex tgħinhom jerġgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.  billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.  billi l-Olanda talbet għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw 650 sensja f'45 intrapriża li qegħdin joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II Gelderland u Overijssel;

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament tal-FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, li jipprovdu appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-EGF jista' jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament EGF, għandu jkun żgurat li l-EGF jappoġġa r-reintegrazzjoni individwali tal-ħaddiema ssensjati fix-xogħol; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-EGF tinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata valutazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluża evalwazzjoni tal-effetti li dawn is-servizzi temporanji u personalizzati għandhom fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fuq medda twila ta' żmien fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema sensjati;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod (applikazzjoni EGF/2009/029 NL/ Gelderland u Overijssel Diviżjoni 18 mill-Olanda)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod(3), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li spiċċaw issensjati b'konsegwenza ta' bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema sensjati b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f'45 intrapriża li qegħdin joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (l-istampar u r-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Gelderland (NL22) u Overijssel (NL21) u ssupplimentaha b'informazzjoni addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 2 013 619.

(5)  Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 013 619 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f “Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Holland u Utrecht, Diviżjoni 18/L-Olanda
PDF 380kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Utrecht, Diviżjoni 18 mill-Olanda (COM(2010)0530 – C7-0313/2010 – 2010/2229(BUD))
P7_TA(2010)0408A7-0319/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0530 – C7-0313/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1)(Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0319/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li sfaw sensjati għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEAG,

D.  billi l-Olanda talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 720 sensja f'79 intrapriża li joperaw fid-diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Holland u Utrecht,

E.   billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.  Ifakkar l-impenn tal-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien maħsub biex jgħin lill-ħaddiema li sofrew sensji b'riżultat tal-globalizzazzjoni u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jkollu fir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema ssensjati individwali; itenni li l-għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew skont ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew ta' setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluż evalwazzjoni tal-effetti li dawn is-servizzi temporanji u personalizzati għandhom fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fuq medda twila ta' żmien fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema sensjati;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta' approprjazzjonijiet għall-ħlas għall-fondi mhux użati mill-Fond Soċjali Ewropew, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-ħtieġa ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Utrecht Diviżjoni 18 mill-Olanda)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f'79 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 18 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (stampar u r-riproduzzjoni ta' midja rrekordjata) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Holland (NL32) u Utrecht (NL31) u ssupplimenta b'tagħrif addizzjonali sas-6 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 266 625.

(5)  L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 266 625 f'approprjazzjonijiet għall-impenn u għall-ħlas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f“il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Holland u Zuid Holland, Diviżjoni 58/L-Olanda
PDF 381kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/024 NL/Noord Holland u Zuid Holland, Divizjoni 58 mill-Olanda(COM(2010)0532 – C7-0314/2010 – 2010/2230(BUD))
P7_TA(2010)0409A7-0320/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0532 – C7-0314/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006) u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0320/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEAG;

D.  billi r-Renju tal-Olanda talab għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 598 sensja fu tmien intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 58 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (attivitajiet ta' pubblikazzjoni) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Holland u Zuid Holland;

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.  Ifakkar l-impenn tal-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jkollu fir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati individwalment f'impjieg; itenni li l-għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu, inkluż evalwazzjoni tal-effetti li dawn is-servizzi temporanji u personalizzati għandhom fuq l-integrazzjoni mill-ġdid fuq medda twila ta' żmien fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema sensjati;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta' approprjazzjonijiet għall-ħlas tal-Fond Soċjali Ewropew li ma ntużawx , wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-bżonn ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, flimkien ma' analiżi tal-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal- xxx

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/024 NL/Noord Holland u Zuid Holland, Diviżjoni 58 mill-Olanda)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-ambitu tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji fi tmien intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 58 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (attivitajiet ta' pubblikazzjoni) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Holland (NL32) u Zuid Holland (NL33) u ssupplimentaha b'tagħrif addizzjonali sal-31 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 326 459.

(5)  L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 326 459 f'approprjazzjonijiet għall-impenn u għall-ħlas.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f“il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


L-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-monopolju tal-alkoħol tal-Ġermanja ***I
PDF 290kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-Monopolju tal-Alkoħol tal-Ġermanja (COM(2010)0336 – C7-0157/2010 – 2010/0183(COD))
P7_TA(2010)0410A7-0305/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0336),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0157/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Settembru 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-8 ta' Novembru 2010, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7–0305/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward l-għajnuna mogħtija fil-qafas tal-Monopolju tal-Alkoħol Ġermaniż

P7_TC1-COD(2010)0183


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1234/2010.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Eżenzjoni mid-dazju għal ingredjenti attivi farmaċewtiċi speċifikati li għandhom “isem komuni internazzjonali” (INN) mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u prodotti speċifikati użati għall-manifattura ta' sustanzi farmaċewtiċi lesti ***I
PDF 288kWORD 73k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jipprovdi trattament ta' eżenzjoni mid-dazju għal ingredjenti attivi farmaċewtiċi speċifikati li għandhom “isem komuni internazzjonali” (INN) mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u prodotti speċifikati użati għall-manifattura ta' sustanzi farmaċewtiċi lesti u li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (COM(2010)0397 – C7-0193/2010 – 2010/0214(COD))
P7_TA(2010)0411A7-0316/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0397,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0193/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0316/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari hawn aktar “il quddiem stabbilita;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 f'dak li huwa l-forniment ta' trattament mingħajr dazju għal ingredjenti attivi farmaċewtiċi speċifikati li għandhom “isem komuni internazzjonali” (INN) mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u prodotti speċifikati użati għall-manifattura ta' sustanzi farmaċewtiċi lesti

P7_TC1-COD(2010)0214


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1238/2010.)


Ftehim KE-Ukraina dwar il-koperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija ***
PDF 201kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (11364/2010 – C7-0187/2010 – 2009/0062(NLE))
P7_TA(2010)0412A7-0306/2010

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11364/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikoli 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0187/2010),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni (COM(2009)0182),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0306/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.

(1) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 170.


Ftehim UE-Gvern tal-Faeroes dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ***
PDF 204kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba' Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta' Riċerka, ta' Żvilupp Teknoloġiku u ta' Dimostrazzjoni (2007-2013) (11365/2010 – C7-0184/2010 – 2009/0160(NLE))
P7_TA(2010)0413A7-0303/2010

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11365/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, li jassoċja l-Gżejjer Faeroe mas-Seba' Programm Kwadru tal-Unjoni għall-Attivitajiet ta' Riċerka, ta' Żvilupp Teknoloġiku u ta' Dimostrazzjoni (2007-2013) (05475/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikoli 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0184/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0303/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Gżejjer Faeroe.


Ftehim KE-Ġappun dwar il-koperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija ***
PDF 201kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (11363/2010 – C7-0183/2010 – 2009/0081(NLE))
P7_TA(2010)0414A7-0302/2010

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11363/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Ġappun dwar kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija (13753/2009),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikoli 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0183/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0302/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġappun.


Ftehim KE-Ġordan dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika ***
PDF 202kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunita' Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (11362/2010 – C7-0182/2010 – 2009/0065(NLE))
P7_TA(2010)0415A7-0304/2010

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11362/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (11790/2009),

–  wara li kkundisra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0182/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0304/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.


UE - Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon ***
PDF 201kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon (09335/2010 – C7-0338/2010 – 2010/0094(NLE))
P7_TA(2010)0416A7-0292/2010

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (09335/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon,

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u 218(6), it-tieni paragrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0338/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0292/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tittrażmetti lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat u tax-xogħlijiet tal-Kumitat Konġunt kif jiddisponi l-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll il-programm settorjali multiannwali li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 7(2) tal-Protokoll u r-riżultati tal-valutazzjonijiet annwali rispettivi; jistieden biex rappreżentanti tal-Kumitat għas-Sajd u tal-Kumitat għall-Iżvilupp tiegħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-laqgħat u fil-ħidma tal-Kumitat Konġunt kif jiddisponi l-Artikolu 9 tal-Ftehim; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill, matul l-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gżejjer Solomon.


Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima *
PDF 302kWORD 51k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima (COM(2010)0331 – C7-0173/2010 – 2010/0179(CNS))
P7_TA(2010)0417A7-0325/2010

(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0331),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0173/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0325/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 4
(4)  Sakemm isiru l-konsultazzjonijiet dwar l-istrateġija tal-VAT li hija mistennija li tindirizza l-arranġamenti fil-futur u livelli korrispondenti ta' armonizzazzjoni, ikun prematur li jiġi stabbilit livell permanenti ta' rata standard jew li jiġi kkunsidrat li jinbidel il-livell ta' rata minima.
(4)  Sakemm isiru l-konsultazzjonijiet dwar l-istrateġija tal-VAT li hija mistennija li tindirizza l-arranġamenti fil-futur u livelli korrispondenti ta' armonizzazzjoni, ikun prematur li jiġi stabbilit livell permanenti ta' rata standard jew li jiġi kkunsidrat li jinbidel il-livell ta' rata minima. L-enfasi tal-istrateġija l-ġdida tal-VAT għandha tkun ir-riforma tar-regoli tal-VAT b'mod li jippromwovi attivament l-objettivi tas-suq intern. L-istrateġija l-ġdida tal-VAT għandu jkollha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv, telimina l-ostakli relatati mat-taxxa u ttejjeb l-ambjent kummerċjali, b'mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u dawk b'ammont kbir ta' xogħol, filwaqt li tiżgura s-saħħa tas-sistema kontra l-frodi.
Emenda 2
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 5
(5)  Huwa għalhekk xieraq li tinzamm ir-rata standard minima kurrenti ta' 15% għal perjodu ieħor li jkun twil biżżejjed biex tiġi żgurata ċertezza legali, filwaqt li tiġi permessa aktar reviżjoni.
(5)  Huwa għalhekk xieraq li tinzamm ir-rata standard minima kurrenti ta' 15% għal perjodu ieħor li jkun twil biżżejjed biex tiġi żgurata ċertezza legali, filwaqt li tiġi permessa aktar reviżjoni, billi tintuża l-Istrateġija tas-Suq Uniku bħala linja gwida f'dan ir-rispett.
Emenda 3
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 6
(6)  Dan ma jeskludix aktar reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT qabel il-31 ta' Diċembru 2015 biex tindirizza r-riżultat tal-istrateġija tal-VAT il-ġdida.
(6)  Dan ma jeskludix aktar reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-VAT qabel il-31 ta' Diċembru 2015 biex tindirizza r-riżultat tal-istrateġija tal-VAT il-ġdida. Għalhekk, jekk possibbli, għandu jkun hemm ċaqliq lejn sistema definittiva qabel il-31 ta' Diċembru 2015.
Emenda 4
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 a (ġdid)
Artikolu 1a
Riiżeami
1.  Sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġislattivi biex il-livell tar-rata minima tranżitorja attwali tal-VAT jiġi sostitwit b'sistema definittiva.
2.  Sabiex jiġi implimentat il- paragrafu 1, il-Kummissjoni għandu jkollha konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet kollha interessati, pubbliċi u privati, dwar l-istrateġija l-ġdida tal-VAT. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom mill-inqas jindirizzaw ir-rati tal-VAT, inkluż ir-rati mnaqqsa tal-VAT, kif ukoll jekk hux xieraq li tiġi stabbilita rata massima tal-VAT, l-ambitu tal-VAT, id-derogi mis-sistema, l-għażliet alternattivi għall-istruttura u t-tħaddim tal-VAT, inkluż il-post fejn għandhom jiġu ntaxxati il-provvisti intra-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultat ta' dawn il-konsultazzjonijiet.

Rapport annwali tal-BĊE għall-2009
PDF 312kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar ir-rapport annwali tal-BĊE għall-2009 (2010/2078(INI))
P7_TA(2010)0418A7-0314/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-2009,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 284 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 1998 dwar ir-responsabilità demokratika fit-tielet fażi tal-UEM(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Ottubru 2009 dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro 2009 (COM(2009)0527) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġ ma' dan ir-rapport (SEC(2009)1313/2),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli ppresedut minn Jacques de Larosière tal-25 ta' Frar 2009,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2009 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2009 għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0500),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2008(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0314/2010),

A.  billi l-PGD reali ġenerali fiż-żona tal-euro naqas b'4.1% fl-2009 wara li t-taqlib finanzjarju qaleb għall-agħar wara l-kollass tal-Lehman Brothers; billi meta tiġi analizzata din iċ-ċifra aggregata hemm disparitajiet kbar bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro,

B.  billi l-medja tal-inflazzjoni annwali kienet 0.3% u l-aspettattivi ta' inflazzjoni fuq terminu ta' żmien medju u itwal baqgħu konformi mal-għan tal-BĊE biex ir-rati ta' inflazzjoni jibqgħu inqas minn 2% iżda qrib din iċ-ċifra,

C.  billi l-medja tal-proporzjon tad-defiċit ġenerali tal-gvernijiet fiż-żona tal-euro żdied għal madwar 6.3% u l-proporzjon tad-dejn pubbliku u l-PGD żdied minn 69.4% tal-PGD fl-2008 għal 78.7% fl-2009 fiż-żona tal-euro,

D.  billi r-rata tal-kambju għall-euro mqabbla mal-USD waqgħet minn USD 1.39 fit-2 ta' Jannar 2009 għal USD 1.26 f'nofs Marzu 2009, reġgħet irkuprat għall-punt ta' USD 1.51 fil-bidu ta' Diċembru 2009 u tilfet fil-valur fl-2010 sabiex waslet għal minimu ta' USD 1.19 fit-2 ta' Ġunju 2010,

E.  billi r-rata tal-kambju għar-renminbi meta mqabbla mal-euro ġiet allinjata ħażin mill-awtoritajiet Ċiniżi matul l-2009, b'euro qawwi artifiċjali kontra l-munita Ċiniża,

F.  billi l-BĊE aġġusta r-rati tal-interessi u niżżilhom għal 1% u kompla bil-miżuri sostanzjali u bla preċedent mhux standard bħala appoġġ għall-kreditu; billi d-daqs tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE żdied b'mod sinifikanti tul l-2009,

G.  billi dehru sinjali ta' stabbilizzazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro waqt it-tieni nofs tal-2009 u r-rati ta' tkabbir kull tliet xhur, minkejja li kienu dgħajfa kienu pożittivi, għalkemm dawn iċ-ċifri aggregati jenfasizzaw il-fatt li din it-tendenza ma kenitx riflessa fl-Istati Membri kollha tagħha, li wħud minnhom baqgħu f'riċessjoni matul l-istess perjodu,

H.  billi l-BĊE stenna rata ta' tkabbir ta' bejn 0.1% u 1.5% tal-PGD reali fiż-żona tal-euro għall-2010 qabel ma seħħet il-kriżi tad-dejn sovran f'diversi pajjiżi fi ħdan iż-żona tal-euro,

Daħla

1.  Jilqa' l-fatt li t-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009 u jagħti status ta' istituzzjoni tal-UE lill-BĊE, li jżid ir-responsabbiltà tal-Parlament bħala l-istituzzjoni ewlenija li permezz tagħha l-BĊE huwa responsabbli lejn iċ-ċittadin Ewropew;

2.  Jilqa' l-bidu mill-ġdid tad-Djalogu Monetarju mal-Parlament Ewropew il-ġdid wara l-elezzjonijiet ta' Ġunju 2009;

3.  Huwa favur l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011;

4.  Jirrimarka li, fil-każ tat-tendenzi attwali tal-prezzijiet, il-miżuri tal-politika monetarja huma biss fattur wieħed fost oħrajn, u li fis-snin riċenti t-tendenzi spekulattivi fis-swieq individwali u t-tkabbir u n-nuqqasijiet antiċipati tar-riżorsi naturali kellhom rwol partikolari fiż-żieda tal-prezzijiet;

5.  Jirrimarka li dawn l-iżbilanċi jikkaġunaw diffikultajiet konsiderevoli għal politika monetarja sostenibbli fi ħdan iż-żona tal-euro; għalhekk, jistieden lill-gvernijiet jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom;

Stabilità ekonomika u finanzjarja

6.  Huwa preokkupat ferm li l-iżbilanċi makroekonomiċi sustanzjali bejn l-ekonomiji taż-żona tal-euro għadhom jeżistu;

7.  Iqis li l-kriżi finanzjarja f'xi pajjiżi fiż-żona tal-euro hija kwistjoni serja għaż-żona tal-euro fit-totalità tagħha u tirrifletti nuqqas ta' funzjoni taż-żona tal-euro; dan juri l-ħtieġa għal riforma u għal koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politiki ekonomiċi fiż-żona tal-euro;

8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali biex iħejju proposti b'konformità mal-proposta mill-Kumitat ta' Basel dwar il-Basel III li tistipula regoli vinkolanti għall-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' lqugħ antiċikliku; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali biex jaħdmu lejn l-implimentazzjoni konsistenti u rapida tal-proposti meta l-proposti tal-Kumitat ta' Basel jiġu ratifikati fil-livell tal-G20;

9.  Jinnota l-fatt li l-prinċipji tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir fil-passat mhux dejjem ġew irrispettati bis-sħiħ; ifakkar li, jekk l-objettiv li jerġa' jinkiseb bilanċ fil-finanzi pubbliċi u li titnaqqas il-possibilità ta' dejn huwa neċessità għall-istati li huma mdejnin iżżejjed, dan waħdu mhux se jsolvi l-problema tal-iżbilanċi ekonomiċi bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro u, b'mod iktar wiesa“, tal-UE; jitlob għalhekk li l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jiġi applikat mingħajr restrizzjonijiet u b'mod aktar koerenti; iqis li l-Patt għandu jiġi komplementat bl-iżvilupp ta' sistema ta' twissija bikrija biex jiġu identifikati inkonsistenzi li jista” jkun hemm, eż. fil-forma ta' “semestru Ewropew”, biex mhux biss tittejjeb is-sorveljanza u jissaħħaħ il-koordinament tal-politika ekonomika biex jiġi żgurat il-konsolidament fiskali iżda anke – lil hinn mid-dimensjoni baġitarja – biex jiġu indirizzati żbilanċi makroekonomiċi oħra u jiġu msaħħa l-proċeduri ta' infurzar;

10.  Jemmen li għandha tittieħed azzjoni issa sabiex jibda tnaqqis gradwali tad-defiċits fiskali u terġa' tiddaħħal il-fiduċja fil-finanzi pubbliċi Ewropej;

11.  Jinnota li biex tkun b'saħħitha, l-unjoni monetarja teħtieġ koordinazzjoni b'saħħitha u mtejba tal-politiki ekonomiċi; jiddispjaċih li fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja l-enfasi kien pjuttost dejjem fuq in-naħa “monetarja”;

12.  Iqis li l-Istati Membri li mhumiex qed isegwu r-regoli taż-żona tal-euro fir-rigward tal-finanzi pubbliċi u l-aċċess għal statistika kredibbli għandhom ikunu suġġetti għal spettru mkabbar u inkrementali ta' miżuri biex tkun żgurata konformità aktar stretta;

13.  Jemmen li n-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' ġestjoni tal-kriżijiet definit minn qabel u l-imġiba ta' xi gvernijiet individwali għamluha diffiċli biex tinstab soluzzjoni malajr għall-kriżi tad-dejn sovran f'xi Stati Membri taż-żona tal-euro u se jdgħajfu l-abbiltà tal-UEM li tirreaġixxi bil-ħeffa f'sitwazzjonijiet simili li jistgħu jseħħu fil-ġejjieni; għalhekk jitlob li jitwaqqaf qafas permanenti ta' ġestjoni tal-kriżijiet;

14.  Iħeġġeġ li għandu jitfassal appoġġ finanzjarju lill-pajjiżi tal-UE fi kriżi tad-dejn sabiex jitħeġġeġ il-ħlas lura tad-dejn, il-bilanċ baġitarju u r-riforma ekonomika, u jenfasizza l-periklu li d-dejn jinbidel f'kontribuzzjonijiet finanzjarji, filwaqt li jiġu mħeġġa s-self u l-ħolqien ta' dejn;

15.  Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti biex jissaħħaħ il-Patt ta' Stabblità u Tkabbir billi jinkludu miri speċifiċi biex titnaqqas id-differenza fil-kompetittività bejn l-ekonomiji Ewropej, sabiex jiġi stimulat it-tkabbir li joħloq l-impjiegi;

16.  Jaqsam it-tħassib tiegħu dwar spekulazzjoni possibbli kontra l-euro;

17.  Hu tal-fehma li t-tkabbir tal-krediti u l-iżvilupppi tal-prezzijiet tal-assi fl-UE u fl-Istati Membri huma indikaturi kruċjali għal immoniterjar effettiv tal-istabilità finanzjarja fi ħdan l-UEM u, f'sens iktar wiesa“, l-UE;

18.  Hu mħasseb dwar piżijiet kontinwi fuq is-swieq tal-bonds sovrani taż-żona tal-euro li huma riflessi f'tixrid wiesa“; jemmen li l-ħarbiet lejn is-sikurezza provokati mill-mewġ ta' paniku esperjenzat tul il-kriżi finanzjarja kurrenti kellhom effetti massivi ta' distorsjoni u ħolqu esternalitajiet negattivi bi prezz għoli;

19.  Jitlob l-implimentazzjoni f'waqtha tar-Regolament dwar l-Aġenziji li Jiggradaw il-Kreditu ((KE) Nru 1060/2009) u jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-Aġenziji li Jiggradaw il-Kreditu tat-2 ta' Ġunju 2010, iżda fl-istess ħin jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli għaddejja bi proposti għas-sorveljanza iktar rigoruża tal-operat ta' dawn l-aġenziji, għat-titjib tar-responsabilità tal-Aġenziji li Jiggradaw il-Kreditu u għall-valutazzjoni tal-possibilità li tinħoloq Aġenzija Ewropea li Tiggrada l-Kreditu; jenfasizza l-fatt li l-gradazzjoni tad-dejn sovran taż-żona tal-euro fil-fatt kienet problematika matul il-kriżi;

Governanza u teħid ta' deċiżjonijiet

20.  Jenfasizza l-indipendenza tal-BĊE;

21.  Jirrakkomanda li l-BĊE itejjeb it-trasparenza ta' ħidmietu biex iżid il-leġittimità u l-prevedibilità tiegħu; tinħtieġ ukoll it-trasparenza fir-rigward tal-mudelli interni użati biex ikun ikkwantifikat il-kollateral mhux likwidu u l-valutazzjonijiet assenjati għal titoli speċifiċi offruti bħala kollateral;

22.  Iqis li, minħabba l-istatus legali l-ġdid tal-BĊE skont it-Trattat ta' Lisbona, il-kandidati għall-Bord Eżekuttiv proposti mill-Kunsill għandhom ikunu soġġetti għal smigħ speċjali mill-kumitat parlamentari rilevanti u wara għal votazzjoni mill-Parlament Ewropew; jinnota li, barra minn hekk, ir-rwol tal-BĊE kien kruċjali mill-kriżi “l hawm u jqis għalhekk li rwol bħal dak għandu jinvolvi trasparenza u responsabbilizzazzjoni msaħħa;

23.  Jilqa' l-għoti ta' personalità legali lill-Grupp tal-Euro mit-Trattat ta' Lisbona u l-parteċipazzjoni tal-BĊE fil-laqgħat tiegħu;

24.  Jinnota d-determinazzjoni tal-Parlament Ewropew biex ikompli d-Djalogu Monetarju bħala element importanti għall-iskrutinju demokratiku tal-BĊE;

25.  Jilqa' l-proposta għall-istabbiliment ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li se jnaqqas in-nuqqas attwali fis-superviżjoni makroprudenzjali; jistieden lill-BĊE biex jistabbilixxi mudelli u definizzjonijiet ċari biex jiżguraw l-ħidma effettiva u r-responsabbilizzazzjoni tal-BERS; iżid li kwalunkwe kompitu ġdid mogħti lill-BĊE fir-rigward tal-BERS mhu se jikkomprometti bl-ebda mod l-indipendenza tal-BĊE;

26.  Jinnota li l-kunċett li permezz tiegħu l-BERS jagħti biss twissijiet u rakkomandazzjonijiet bl-ebda infurzar attwali huwa sodisfaċenti f'termini ta' implimentazzjoni effettiva u responsabbiltà; jiddispjaċih li l-BERS ma jistax jiddikjara l-emerġenza waħdu;

27.  Jilqa' l-proposta li jsiru seduti ta' smigħ tal-President tal-BERS quddiem il-Parlament Ewropew, f'qafas differenti minn dak għad-Djalogi Monetarji;

Ħruġ mill-kriżi

28.  Jemmen li l-bidu mill-ġdid ta' attività ekonomika fit-tieni nofs tal-2009 rriżulta mill-miżuri straordinarji li ttieħdu mill-gvernijiet u l-banek ċentrali madwar id-dinja mit-tmiem l-2008 fil-forma ta' garanziji għall-obbligazzjonijiet tal-banek, l-injezzjonijiet tal-kapital u l-iskemi ta' appoġġ għall-assi;

29.  Jinnota li l-kriżi finanzjarja fiż-żona tal-euro hija kriżi ta' solvenza li fil-bidu wriet ruħha bħala kriżi ta' likwidità; iqis li sitwazzjoni bħal din ma tistax tissolva fiż-żmien twil sempliċement billi nitfgħu iktar dejn u likwidità f'ekonomiji mdejnin ħafna flimkien ma' pjanijiet aċċellerati għall-konsolidazzjoni fiskali;

30.  Jemmen, bl-istess mod, li l-kriżi kixfet tendenza fil-politiki ekonomiċi tas-snin riċenti li kkontribwiet għal-livell għoli attwali ta' dejn pubbliku u privat li jridu jgħaddu ħafna snin biex jinqata“; iqis li xi partijiet mill-Ewropa se jsibuha aktar diffiċli minn oħrajn li jaffrontaw il-konsegwenzi u l-iżviluppi tal-kriżi u jiksbu tkabbir ekonomiku sostenibbli, innovazzjonijiet ġodda u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda; jenfasizza l-ħtieġa għal riformi fl-Ewropa kollha;

31.  Ifakkar li, qabel ma faqqgħet il-kriżi finanzjarja, il-proporzjon tad-dejn pubbliku meta mqabbel mal-PGD taż-żona tal-euro u tal-UE b'mod ġenerali, kif ukoll il-proporzjon tal-maġġoranza tal-Istati Membri, naqsu bejn l-1999 u l-2007 u li, b'kuntrast, il-livelli ta' dejn fl-unitajiet domestiċi, fil-kumpanniji u li l-ingranaġġ tas-settur finanzjarju esperjenza żieda sinifikanti fl-istess perjodu;

32.  Ifakkar li ż-żieda enormi fid-dejn pubbliku mill-2008 “l quddiem f'diversi Stati Membri kienet ikkawżata mill-fatt li dawn il-pajjiżi kellhom jiffaċċaw eċċessi kkawżati preċedentement minn tkabbir mhux sostenibbli tad-dejn privat u minn bżieżaq finanzjarji enormi; jemmen, għalhekk, li l-kriżi kurrenti għamlitha ċara li l-pożizzjoni fiskali mhix sostenibbli jekk il-finanzjament tas-settur privat mhux sostenibbli;

33.  Jinnota li l-kriżi, flimkien ma' pakketti sussegwenti ta' salvataġġ u stimulus ekonomiku, wasslet għal miżuri ta' awsterità li spiss kellhom jittieħdu qabel iżda li li f'istess ħin jillimtaw ħafna l-kapaċità tal-gvernijiet li jaġixxu;

34.  Iwissi li dawn il-pakketti ta' awsterità ma għandhomx iwasslu għal miżuri li jistgħu jdgħajfu ferm l-irkupru ekonomiku, li jirrikjedi mudell ġdid ta' governanaza ekonomika bi strumenti u skeda ta' żmien li se jipprovdu bilanċ bejn il-proċess ta' konsolidazzjoni fiskali u s-salvagwardja tal-bżonnijiet f'termini ta' investiment fl-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli;

35.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' kreditu li jilħaq l-ekonomija reali, speċifikament għall-SMEs, irriżulta minn domanda iktar baxxa minħabba attività mnaqqsa fl-ekonomija reali kif ukoll min-nuqqas tar-rieda tal-banek li jagħtu l-kreditu;

36.  Jissottolinja li diversi banek tal-Istati Membri kienu jiddependu b'mod eċċessiv fuq il-likwidità provduta mill-BĊE;

37.  Jinnota li l-miżuri mhux standard li l-BĊE introduċa f'Ottubru 2008 biex jappoġġa l-kreditu kellhom suċċess fl-evitar ta' riċessjoni iktar profonda u problemi finanzjarji addizzjonali; itenni li t-tneħħija minn dawn il-miżuri għandha ssir f'waqtha u b'mod ikkoordinat sew mal-gvernijiet nazzjonali u l-attivitajiet tagħhom, speċjalment fid-dawl tar-rikors kollettiv u simultanju għal miżuri ta' awsterità f'ħafna Stati Membri;

38.  Hu mħasseb, madankollu, dwar l-impatt potenzjali asimetriku tal-istrateġija ta' ħruġ tal-BĊE, peress li hemm differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro dwar iċ-ċiklu tan-negozju;

39.  Jilqa' mossa mill-Bank Ċentrali Ewropew b'mod ġenerali biex jaċċetta bonds tal-gvern minn pajjiżi fiż-żona tal-euro bħala garanzija fil-kuntest ta' ftehimiet ta' akkwist mill-ġdid, u b'hekk ikun qed isegwi prattika ttestjata mill-Bank of England u mill-Federal Reserve Bank;

40.  Jenfasizza li ħruġ gradwali mid-defiċits pubbliċi u s-sostenibilità għal perjodu twil ta' żmien tal-finanzi pubbliċi huma ta' importanza kruċjali għaż-żona tal-euro kollha kemm hi;

41.  Jinnota l-għadd ta' proposti fl-UE biex jiġu ffinalizzati l-arranġamenti prudenzjali, biex tiġi ġestita l-kriżi u jiġi rregolat is-settur bankarju parallel;

42.  Jaqsam it-tħassib dwar l-aspetti proċikliċi tar-regoli kurrenti ta' tassazzjoni u kontabilità regolatorji u prudenzjali li jamplifikaw l-fluttwazzjonijiet li huma inerenti fil-funzjonament tal-ekonomija tas-suq;

43.  Jenfasizza l-ħtieġa għal żieda deċiżiva tar-riżervi ta' kapital tal-banek kif ukoll li tittejjeb il-kwalità tal-kapital, u jilqa' l-proposti tal-Kumitat ta' Basel għal definizzjoni anqas wiesgħa tal-kapital ewlieni u għall-introduzzjoni ta' proporzjonijiet ogħla ta' kapital; jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-rabta bejn l-ekonomija finanzjarja u dik reali u l-impatti li jista' jkollha r-regolazzjoni ta' waħda fuq l-oħra;

44.  Iqis li s-sistema finanzjarja globali jeħtieġ li ssir inqas fraġli u li nitgħallmu mill-kriżi fuq livell globali biex jitnaqqas ir-riskju sistemiku, jiġu ttrattati l-bżieżaq finanzjarji u tittejjeb il-kwalità tal-ġestjoni tar-riskji u t-trasparenza tas-swieq finanzjarji, filwaqt li jiġi affermat mill-ġdid li r-rwol bażiku tagħhom hu li jiffinazjaw l-ekonomija reali;

Id-dimensjoni esterna

45.  Jinnota li l-euro ngħata status bħala munita internazzjonali tul l-2009, iżda kien soġġett għal ħafna pressjoni fl-2010;

46.  Jinnota li, matul perjodu ta' livell għoli ta' volatilità tar-rati tal-kambju, l-euro żied is-saħħa tiegħu, partikolarment meta mqabbel mad-dollaru Amerikan u r-renminbi, u jesprimi tħassib li dan jista' jkollu effett negattiv fuq il-kompetittività taż-żona tal-euro;

47.  Jagħraf li s-saħħa tal-euro rriżultat parzjalment mill-attività ekonomika dgħajfa fl-Istati Uniti, fejn id-defiċit kurrenti tal-kontijiet naqas ħafna għal taħt it-3% tal-PGD fl-2009 u d-defiċit baġitarju federali żdied għal madwar 10% tal-PGD fis-sena fiskali 2009, filwaqt li t-tnaqqis tal-euro kien, fost affarijiet oħra, marbut ukoll man-nuqqas ta' fiduċja fis-swieq globali f'xi Stati Membri tal-UE b'dejn kbir ħafna; jaqsam it-tħassib dwar l-espansjoni tal-volum tal-flus fl-Istati Uniti u, xi ftit inqas, fl-UE;

48.  Huwa preokkupat dwar l-impatt tal-volatilità tar-rati tal-kambju u tal-operazzjonijiet ta' “carry trade” kemm fuq l-istabilità finanzjarja globali kif ukoll fuq l-ekonomija reali;

49.  Jenfasizza li, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja globali attwali, iż-żona tal-euro għandha titkabbar aktar, iżda jiġbed l-attenzjoni li l-kriterji ta' Maastricht huma meqjusa bħala prekundizzjoni għal sħubija fiż-żona tal-euro; jilqa' l-adozzjoni rapida tal-euro mill-Istati Membri kollha li jissodisfaw dawn il-kriterji;

50.  Jemmen li l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja turi l-istatus tal-euro, minkejja li hemm kriżi tad-dejn pubbliku; jemmen li dan l-istatus se jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex ifittxu jissieħbu fiż-żona tal-euro;

o
o   o

51.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-Euro u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

(1) ĠU C 138, 4.5.1998, p. 177.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0090.
(3) ĠU C 16E, 22.1.2010, p. 8.


Il-Koperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ċivili-militari
PDF 419kWORD 106k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-koperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ċivili-militari (2010/2071(INI))
P7_TA(2010)0419A7-0308/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà bit-titolu “Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar”, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha bit-titolu “Nipprovdu s-Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel”, approvat mill-Kunsill Ewropew tal-11-12 ta' Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-Unjoni Ewropea, approvata mill-Kunsill Ewropew fil-25-26 ta' Marzu 2010,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-PSDK adottati fis-26 ta' April 2010,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-PESD u d-dikjarazzjoni bit-titolu “Għaxar Snin ta' PESD – Sfidi u Opportunitajiet ”, adottata mill-Kunsill fis-17 ta' Novembru 2009,

–  wara li kkunsidra d-dikjrazzjoni dwar it-titjib tal-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2008, u d-dikjarazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza adottati mill-Kunsill Ewropew f'Santa Maria de Feira fl-20 ta' Ġunju 2000 u f'Goteborg fis-16 ta' Ġunju 2001, il-Programm tal-UE għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti Vjolenti adottat ukoll f'Goteborg fis-16 ta' Ġunju 2001, l-Objettiv Primarju Ċivili 2008, approvat mill-Kunsill Ewropew fis-17 ta' Diċembru 2004, u l-Objettiv Primarju Ċivili 2010, approvat mill-Kunsill fid-19 ta' Novembru 2007,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza adottati mill-Kunsill Ewropew f'Ħelsinki fil-11 ta' Diċembru 1999 (Objettiv Primarju 2003) u l-Objettiv Primarju 2010, approvat mill-Kunsill fis-17 ta' Mejju 2004,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN) fl-Unjoni Ewropea u bl-approvazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE CBRN,

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill “L-implimentazzjoni tal-UNSCR 1325 kif irrinforzata mill-UNSCR 1820 fil-kuntest tal-PESD” tat-3 ta' Diċembru 2008, u d-dokument tal-Kunsill dwar “L-integrazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-PESD” tal-14 ta' Settembru 2006,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2010 dwar it-terremot reċenti f'Ħaiti, li titlob għat-twaqqif ta' Forza għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP(2),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(3),

–  wara li kkonsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0308/2010),

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Ifakkar li l-UE impenjat ruħha li tiddefinixxi u ssegwi politiki komuni u azzjonijiet biex iżżomm il-paċi, tevita l-kunflitti, tikkonsolida r-rijabiltazzjoni wara l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali bi qbil mal-prinċipji tal-Karta tan-NU, kif ukoll biex tikkonsolida u tappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tal-liġi internazzjonali, u biex tgħin lill-popolazzjonijiet li jkunu qed jiffaċjaw diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem;

2.  Jirrimarka li s-sigurtà interna u dik esterna qed ikunu dejjem iktar marbuta ma' xulxin u li, bl-iżvilupp tal-kapaċitijiet tagħha ta' ġestjoni tal-kriżijiet, prevenzjoni tal-kunflitti u politiki tal-konsolidazzjoni tal-paċi b'konformità mal-objettivi msemmija hawn fuq, l-UE tgħin ukoll biex tissalvagwardja s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha stess;

3.  Jenfasizza li l-UE, prinċipalment permezz tal-ġestjoni tal-kriżi ċivili tagħha, toffri kontribut distint għas-sigurtà globali, li jirrifletti l-valuri u l-prinċipji bażiċi tagħha;

4.  Jenfasizza li reazzjonijiet effettivi għall-kriżijiet tal-lum u t-theddidiet għas-sigurtà, inklużi diżastri naturali, ta' sikwit għandhom ikunu jistgħu jiddependu kemm fuq il-kapaċitajiet ċivili u kemm fuq dawk militari u jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib bejn dawn; ifakkar li l-iżvilupp tal-approċċ komprensiv tal-UE u tal-kapaċitajiet kombinati ċivili u militari ta' ġestjoni ta' kriżijiet kienu karatteristiċi li jiddistingwu l-PSDK u jirrappreżentaw il-valur miżjud fundamentali tagħha; ifakkar fl-istess ħin li l-PSDK mhix l-uniku strument disponibbli u li l-missjonijiet tal-PSKD għandhom jintużaw bħala parti minn strateġija usa' tal-UE;

5.  Ifakkar fil-ħtieġa ta' White Paper tal-UE dwar is-sigurtà u d-difiża, ibbażata fuq reviżjonijiet sistematiċi u rigorużi tas-sigurtà u tad-difiża magħmulin mill-Istati skont il-kriterji u skeda komuni, li tiddefinixxi l-objettivi ta' sigurtà u difiża u l-interessi u l-ħtiġijiet tal-Unjoni b'mod aktar ċar b'rabta mal-mezzi u r-riżorsi disponibbli; jenfasizza li l-White Paper għandha wkoll tiddefinixxi l-oqsma fejn, u f'liema kundizzjonijiet, iktar koperazzjoni ċivili-militari tkun mixtieqa sabiex tgħin fir-realizzazzjoni ta' dawk l-objettivi; Huwa tal-fehma li l-White Paper tal-UE għandha tidentifika b'mod espliċitu opportunitajiet għall-qsim ta' riżorsi fil-livell tal-UE, kif ukoll speċjalizzazzjoni nazzjonali u armonizzazzjoni tal-kapaċità sabiex jintlaħqu ekonomiji kbar skont l-iskala;

It-titjib tal-koordinazzjoni ċivili-militari

6.  Jenfasizza li l-istabbiliment tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jikkontribwixxi ulterjorment għall-iżvilupp ta' approċċ Ewropew verament komprensiv għall-ġestjoni ta' kriżijiet ċivili u militari, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi u jipprovdi lill-UE bi strutturi, livelli ta' staff u riżorsi finanzjarji adegwati biex terfa' r-responsabilitajiet globali tagħha bi qbil mal-Karta tan-NU;

7.  Jappoġġja bis-sħiħ it-trasferiment tal-istrutturi PSDK, inklużi d-Direttorat għall-Ġestjoni ta' Kriżijiet u l-Ippjanar, il-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija, l-Istaff Militari tal-UE u ċ-Ċentru ta' Sitwazzjonijiet, għas-SEAE, taħt l-awtorità u r-responsabilità diretti tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà; ifakkar fl-impenn li ttieħed mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli li tiżgura li dawn jaħdmu f'koperazzjoni mill-qrib u f'sinerġija mal-unitajiet rilevanti tal-Kummissjoni ttrasferiti lis-SEAE li jittrattaw l-ippjannar u l-ipprogrammar tar-rispons għall-kriżijiet, tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-konsolidazzjoni tal-paċi; iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jiżgura li dawn l-unitajiet jaħdmu fuq livell indaqs mal-istrutturi tal-PSDK; jenfasizza li mhu aċċettabbli l-ebda kontroll formali jew informali mill-istrutturi tal-PSDK fuq l-ippjanar jew l-ipprogrammar tal-miżuri ffinanzjati mill-Istrument għall-Istabbiltà u jinsisti li l-istrutturi ttrasferiti tal-Kummissjoni m'għandhomx jitneħħew;

8.  Għall-finijiet tal-iżvilupp tal-approċċ komprensiv tal-UE, jinkoraġġixxi wkoll koordinazzjoni mill-qrib bejn is-SEAE u l-unitajiet kollha rilevanti li se jibqgħu fil-Kummissjoni, b'mod partikolari dawk li jittrattaw l-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja, il-protezzjoni ċivili u saħħa pubblika; jenfasizza l-ħtieġa għal konnessjonijiet diretti bejn is-SEAE u l-aġenziji tal-PSKD, jiġifieri l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea, Istitut tal-UE għall-Istudji fuq is-Sigurtà, Il-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża u ċ-Ċentru Satellitari tal-UE;

9.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni (MIC) tal-Kummissjoni fil-faċilitazzjoni tal-koordinazzjoni għajnuna f'diżastri taħt il-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili u jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib bejn iċ-ċentru u s-SEAE li għandha tiġi żgurata mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli fil-kapaċità tagħha bħala ViċiPresident tal-Kummissjoni; jitlob koordinazzjoni mtejba u bgħit iktar rapidu tal-assi militari fil-kuntest tal-għajnuna f'każ ta' diżastri, b'mod partikolari l-kapaċitajiet tat-trasport tal-arja, ibbażata fuq l-esperjenza ta' Ħaiti u filwaqt li tiġi rrispettata n-natura primarjament ċivili tal-operazzjonijiet tal-għajnuna f'każ ta' diżastri; itenni t-talba tiegħu għal iktar titjib tal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili biex tkun stabbilita ġabra volontarju tal-assi tal-Istati Membri fuq stand-by għall-użu immedjat fl-operazzjonijiet ta' reazzjoni għad-diżastri; jissuġġerixxi li dawn l-assi jiġu kkoordinati u skjerati f'isem Forza ta' Protezzjoni Ċivili tal-UE biex tiżdied il-viżibilità tal-azzjoni tal-UE; ifakkar fl-istess ħin fir-responsabilità individwali tal-Istati Membri għall-protezzjoni ċivili u l-miżuri ta' kontroll tad-diżastri;

10.  Jargumenta wkoll favur koordinazzjoni mtejba bejn l-aġenziji umanitarji tal-Istati Membri u d-DĠ ECHO għall-operazzjonijiet ta' għajnuna wara diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem;

11.  Jitlob lill-Kunsill biex jadotta fil-pront id-deċiżjonijiet neċessarji biex tidħol fis-seħħ il-klawżola ta' assistenza reċiproka kif imniżżla fl-Artikolu 42(7) TUE kif ukoll il-klawżola tas-solidarjetà kif imniżżla fl-Artikolu 222 tat-TFUE, li għandhom jirriflettu l-approċċ komprensiv tal-UE u jibnu fuq ir-riżorsi ċivili-militari;

12.  Ifakkar fl-iżvilupp b'suċċess tas-Sħubija għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u li l-koperazzjoni tajba bejn organizzazzjonijiet mhux governattivi, tas-soċjetà ċivili u s-SEAE futur hija ta' importanza kruċjali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar il-qafas għall-koperazzjoni mal-NGOs u tippromwovi l-użu ta' atturi mhux statali fl-attivitajiet tal-Unjoni ta' prevenzjoni tal-kunflitti u ta' ġestjoni tal-kunflitti anke billi tinkludihom fl-attivitajiet ta' taħriġ tal-UE;

Livell strateġiku

13.  Fuq il-livell politiku-strateġiku, jilqa' l-integrazzjoni tal-elementi ċivili u militari ġewwa d-Direttorat għall-Ġestjoni ta' Kriżijiet u l-Ippjanar (CMPD) bħala pass fid-direzzjoni t-tajba; jenfasizza, madankollu, l-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-kapaċitajiet ta' ppjanar strateġiku ċivili u militari, mhux biss f'termini ta' numri, imma wkoll fir-rigward ta' ġerarkija, sabiex ikunu sfruttati bis-sħiħ is-sinerġiji disponibbli; Jenfasizza fl-istess ħin il-ħtieġa li jkunu rrispettati d-differenzi bejn ir-rwoli ċivili u militari u l-objettivi distinti tagħhom u li jkun żgurat li taħlita xierqa ta' riżorsi umani tkun allokata għal kull operazzjoni fuq bażi ta' każ b'każ;

14.  B'mod partikulari, iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex tindirizza n-nuqqas ta' staff inkwantu esperti dwar l-iżvilupp tal-kapaċità ċivili u l-ippjanar tal-missjonijiet ċivili u biex tiżgura li s-CMPD jkollu numru suffiċjenti ta' esperti mill-oqsma kollha ta' kapaċità ċivili prijoritarji, jiġifieri l-amministrazzjoni tal-pulizija, tal-ġustizzja u ċivili, protezzjoni ċivili u monitoraġġ, kif ukoll fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

15.  Jenfasizza l-bżonn, f'fażijiet ta' rutina, tal-iżvilupp ta' kuxjenza komuni tas-sitwazzjoni li tkum maqsuma mal-partijiet interessati kollha tal-UE (is-SEAE, imma wkoll l-unitajiet relevanti kollha mill-Kummissjoni: DĠ DEV, DĠ ECHO, DĠ SANCO, bl-appoġġ ta' kull wieħed mill-kapaċitajiet tal-valutazzjoni tal-kriżi tagħhom), li għandha tiġi riflessa fil-karti strateġiċi reġjonali jew nazzjonali kollha tal-UE; jenfasizza li d-delegazzjonijiet imsawra mill-ġdid tal-UE għandhom rwol ewlieni f'dan il-proċess;

16.  Jitlob li l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE u/jew ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE jkollhom rwol akbar - meta jkunu f'żona ta' kriżi - fl-isforzi ta' koordinazzjoni ċivili-militari, anke bil-għan li tiġi żgurata sorveljanza politika aktar stretta fil-kamp;

Livell operattiv

17.  Fuq il-livell ta' ppjanar operattiv, jitlob għal tisħiħ sinifikanti tal-kapaċitajiet ċivili ta' ppjanar sabiex jiġu fl-istess livell tal-ambizzjonijiet tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK, permezz tal-konsolidazzjoni tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) fir-rigward tal-kwantità ta' staff kif ukoll permezz ta' tqassim aħjar tal-kompiti bejn il-livelli strateġiċi u operattivi; jenfasizza li t-tqassim tal-kompiti jeħtieġ li jkun ibbażat fuq strateġija bbilanċjata u komprensiva dwar l-istaff; huwa tal-fehma li fid-dawl tar-responsabilitajiet tal-Kmandant Ċivili tal-Operazzjonijiet, din il-funzjoni għandha titqiegħed f'livell xieraq (jiġifieri ogħla) fil-ġerarkija tas-SEAE;

18.  Itenni t-talba tiegħu għat-twaqqif ta' kwartier ġenerali operattiv permanenti tal-UE, responsabbli mill-ippjanar u t-tmexxija operattiva tal-operazzjonijiet militari tal-UE, biex jieħu post is-sistema attwali tal-użu ta' wieħed mis-seba' kwartieri ġenerali disponibbli fuq bażi ad hoc; jenfasizza li mossa bħal din tiggarantixxi katina koerenti ta' kmand u żżid bil-kbir il-kapaċità tal-UE għal reazzjonijiet rapidi u konsistenti għall-kriżijiet (b'mod partikolari billi ttejjeb il-memorja istituzzjonali tal-UE) u wkoll tnaqqas l-ispejjeż;

19.  Huwa tal-fehma li l-kwartieri ġenerali operattivi għandhom ikunu qrib is-CPCC sabiex ikunu sfruttati sal-massimu l-benefiċċji tal-koordinazzjoni ċivili-militari, inkluż il-pooling ta' ċerti funzjonijiet, sabiex ikunu promossi aħjar l-aqwa prattiki fost dawk li jippjanaw f'isem l-UE; jissuġġerixxi wkoll li l-kwartieri operattivi u s-CPCC jistgħu jkunu integrati fi “Kwartier Ġenerali Komuni tal-Ġestjoni ta' Kriżijiet” li jkun responsabbli mill-ippjanar u t-tmexxija operattivi tal-missjonijiet ċivili, tal-operazzjonijiet militari u tal-missjonijiet tar-riforma tas-settur tas-sigurtà kollha tal-UE;

20.  Jenfasizza, madankollu, li għandhom jitqiesu kif dovut id-differenzi bejn l-ippjanar ċivili u dak militari u li għandhom jinżammu katini separati ta' kmand, bil-Kmandant Ċivili tal-Operazzjonijiet u l-Kmandant Militari tal-Operazzjonijiet iżommu l-kompetenzi tagħhom u jgawdu l-istess status ġerarkiku ġewwa s-AE;

Il-bini tal-kapaċitajiet ċivili u militari tal-UE

21.  Jinnota l-għadd ta' impenji li ħadu l-Istati Membri rigward l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet kemm tal-militar u kemm ċivili, mill-Kunsilli Ewropej ta' Ħelsinki u Santa Maria de Feira sad-dikjarazzjoni ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jiżguraw li dawn l-impenji jkunu implimentati kif suppost sabiex jitnaqqas id-distakk kbir li hemm bejn il-kapaċitajiet operazzjonali eżistenti u l-għanijiet politiċi iddikjarati;

22.  Fil-kuntest tas-segwitu tal-Objettivi Primarji 2010, jitlob lill-Istati Membri biex jikkonċentraw fuq it-twettiq b'mod konkret tal-kapaċitajiet u biex jiffukaw fuq l-oqsma bil-potenzjal ta' sinerġiji ċivili-militari, speċjalment dawk diġà identifikati, sabiex jinkiseb progress ġenwin malajr kemm jista' jkun; jenfasizza l-ħtieġa li l-iżvilupp tal-kapaċità jkun iggwidat mill-ħtiġijiet speċifiċi tal-missjonijiet tal-PSKD; jilqa' l-Proċess għall-Iżvilupp tal-Kapaċità Komprensiva għal kapaċitajiet militari fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża; jinkoraġixxi iktar diskussjoni għandhom ikunu konessi ż-żewġ proċessi ta' żvilupp tal-kapaċità taħt l-objettivi ewlenin ċivili u militari;

23.  Jilqa' l-isforzi tal-Presidenzi b'rotazzjoni tal-Kunsill passati u attwali biex jibdew proċess immirat għall-kjarifika tan-natura u l-ambitu tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (KSP) kif imniżżel fl-Artikolu 42(6) TUE; jitlob lill-Kunsill biex jgħid, bla dewmien u b'mod ċar, x'inhi l-konċezzjoni tiegħu tal-KSP, b'kunsiderazzjoni għan-natura ċivili-militari tal-approċċ komprensiv tal-UE, u biex iressaq miżuri konkreti dwar kif għandu jingħata bidu għall-KSP fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali u t-tnaqqis fil-baġits tad-difiża nazzjonali fost l-Istati Membri tal-UE;

Persunal għall-missjonijiet

24.  Fid-dawl tal-impenji politiċi li ttieħdu, jistieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw b'mod urġenti n-nuqqas kroniku fil-persunal ċivili fil-missjonijiet tal-PSDK, speċjalment fl-EULEX Kosovo u fl-EUPOL Afganistan, b'mod partikolari billi jżidu l-ħidma biex jistabbilixxu strateġiji nazzjonali biex ikun aktar faċli li jintbagħat persunal tal-missjonijiet ċivili; iħeġġeġ biex, bħala parti minn dawn l-istrateġiji, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħall-ministeri tal-intern u l-ġustizzja, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ministri tad-difiża, jiżviluppaw approċċ iktar strutturat għall-kompitu tal-istipulazzjoni ta' kundizzjonijiet xierqa għall-parteċipazzjoni tal-persunal ċivili f'missjonijiet tal-PSDK, speċjalment inkwantu prospettivi ta' karriera u ħlas;

25.  F'dan il-kuntest, jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw, b'mod partikulari, li l-parteċipazzjoni fil-missjonijiet tal-PSDK titqies bħala vantaġġ importanti għall-iżvilupp tal-karriera fis-sistema tal-pulizija u ta' ġustizzja tagħhom u li s-servizzi li jissekondaw ċivili għal dawn il-missjonijiet ikunu kkumpensati kif xieraq għat-telf temporanju ta' persunal; huwa tal-fehma li l-Kunsill għandu jiżgura li r-rati per diem tal-persunal tal-missjonijiet tal-PSDK ikunu mfassla speċifikament għaċ-ċirkustanzi tal-missjoni inkwistjoni;

26.  Ifakkar fil-bżonn ta' konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 1325, li teħtieġ staff u approċċ ta' taħriġ ibbilanċjat fir-rigward tas-sessi għall-missjonijiet kollha u fokus fuq is-sessi fl-azzjonijiet kollha li jittieħdu; jenfasizza li numru adegwat ta' nisa f'missjonijiet ċivili jew militari huwa kundizzjoni kruċjali għas-suċċess ta' dawk il-missjonijiet, sew jekk tkun iż-żamma tal-paċi jew inkella operazzjonijiet tal-għajnuna f'każ ta' diżastri, kif ukoll f'medjazzjoni diplomatika bħala mezz li bih jiġi żgurat li l-bżonnijiet, id-drittijiet u l-interessi tan-nisa jiġu indirizzati kif suppost u biex jiġi żgurat l-involviment tan-nisa fl-azzjonijiet u l-objettivi tal-missjoni; ifakkar li l-Istati Membri tal-UE għandhom bżonn jiżviluppaw Pjanijiet ta' Azzjoni nazzjonali biex tiġi żgurata l-konformità mar-Riżoluzzjoni Nru 1325;

Taħriġ

27.  Jenfasizza l-bżonn li jkun provdut taħriġ ta' qabel il-missjonijiet, li jista' jinkludi parteċipazzjoni mill-persunal ċivili fl-eżerċizzji militari, inklużi provi ta' kontinġenza, kif ukoll il-parteċipazzjoni ta' persunal militari f'taħriġ u/jew eżerċizzji ċivili; jirrakkomanda bil-qawwa lill-Istati Membri biex iżommu rosters ta' ċivili b'kompetenzi rilevanti li jkunu jistgħu jintbagħtu, b'mod partikulari dawk mħarrġa għall-missjonijiet mwettqa flimkien mal-qawwiet militari; jilqa' l-prattika ta' ċerti Stati Membri li jkollhom aġenzija ċentrali apposta responsabbli mir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal ċivili kollu li jista' jintbagħat għall-missjonijiet;

28.  Jappoġġja l-iżvilupp mill-Kunsill tal-ambjent tas-software Goalkeeper biex jiffaċilita r-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal għall-missjonijiet ċivili;

29.  Ifakkar fil-Grupp Ewropew dwar it-Taħriġ iffinanzjat mill-Kummissjoni u jisħaq li waħda mit-tagħlimiet li ttieħdu hija li l-investiment fit-taħriġ jeħtieġ li jkun marbut mal-bgħit fil-fatt ta'missjonijiet; jilqa' l-enfasi tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-proġett li jmiss tat-taħriġ taċ-ċivili ffinanzjat mill-Istrument għall-Istabilità jkollu fil-mira esperti diġà identifikati biex fil-futur jintbagħtu fuq missjonijiet;

30.  Jenfasizza, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-2008 tal-Kunsill, ir-rwol imsaħħaħ li għandu jkollu l-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża (KESD) fil-qasam tal-bini tal-kapaċitajiet u tat-taħriġ għall-ġestjoni effikaċi tal-kriżijiet fid-dawl tat-twaqqif tas-SEAE; iħeġġeġ lill-Kunsill biex itejjeb il-faċilitajiet ta' taħriġ u persunal tal-KESD, anke billi jipprovdilu kwartier ġenerali permanenti, sabiex jiggarantixxi taħriġ sostenibbli u effettiv fil-livelli strateġiċi, operattivi u tattiċi għall-persunal ċivili u militari tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jitlob li jinħolqu boroż ta' studju għal gradwati żgħażagħ li jridu jispeċjalizzaw fl-oqsma meħtieġa;

31.  Jitlob azzjoni preparatorja sabiex ikun żviluppat u mqiegħed għad-dispożizzjoni taħriġ dwar il-medjazzjoni u d-djalogu fid-dawl tal-istabbiliment tas-SEAE, f'konformità mal-Kunċett Ewropew dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Medjazzjoni u ta' Djalogu tal-UE' adottat mill-Kunsill fl-2009;

Finanzjament rapidu

32.  Iħeġġeġ iktar sforzi biex jitħaffef l-għoti tal-finanzjament tal-missjonijiet ċivili u biex ikunu ssimplifikati l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-arranġamenti ta' implimentazzjoni; jenfassiza l-ħtieġa li d-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni jaħdmu mill-qrib u bl-istess kundizzjonijiet mal-istrutturi tal-ġestjoni tal-kriżijiet fis-SEAE sabiex jippermettu bidu rapidu għall-finanzjament ta' missjonijiet ċivili; jitlob, għall-finijiet tat-trasparenza u r-responsabbiltà, li tkun stabbilita linja baġitarja waħda għal kull missjoni tal-PSDK;

33.  Jistieden lill-Kunsill jieħu d-deċiżjonijiet xierqa malajr biex jiġi stabbilit il-fond inizjali kif imfisser fl-Artikolu 41 TUE, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tinforma lill-Parlament regolarment dwar is-sitwazzjoni attwali ladarba l-fond ikun stabbilit;

Strumenti għall-ġestjoni ta' kriżijiet

34.  Jilqa' l-iżvilupp tal-kunċett ta' Unitajiet Integrati tal-Pulizija (IPUs), jiġifieri forzi b'saħħithom, flessibbli, interoperabbli li jistgħu jintbagħtu malajr u li kapaċi jwettqu ħidmiet eżekuttivi ta' infurzar tal-liġi, li, f'ċerti ċirkustanzi, jistgħu jintbagħtu wkoll bħala parti minn operazzjoni militari u taħt il-kmand militari; jinnota l-applikazzjoni b'suċċess ta' dan il-kunċett fil-Bosnja-Ħerzegovina bħala parti mill-EUFOR Althea u fil-Kosovo fil-qafas tal-EULEX; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta' unitajiet bħal dawn, li huma partikolarment adatti biex jintervjenu f'sitwazzjonijiet mhux stabbilizzati u b'mod partikolari tul it-tranżizzjoni mill-kmand militari għal dak ċivili; jirrakkomanda lill-Istati Membri biex jinvestu fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet bħal dawn;

35.  F'dak il-kuntest, jappoġġja bis-sħiħ l-użu tal-Forza tal-Ġendarmerija Ewropea (EGF), li tista' titqiegħed taħt il-kmand militari jew ċivili u tipprovdi kapaċità li missjonijiet ta' spedizzjoni tal-pulizija jintbagħtu b'ħeffa, bħala għodda ferm adatta għal firxa ta' operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżi effikaċi, inklużi missjonijiet ta' stabilizzazzjoni ta' wara d-diżastri; jistieden lill-Istati Membri kollha li għandhom qawwiet tal-pulizija bi status militari biex jingħaqdu mal-inizjattiva;

36.  Jilqa' l-progress li sar fl-iżvilupp tal-grupp ta' esperti għat-Timijiet Ċivili ta' Rispons (CRTs) biex jipprovdu kapaċità ta' evalwazzjoni rapida iżda jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li dawn il-listi jridu jikbru aktar; jenfasizza l-importanza ta' kapaċitajiet ta' evalwazzjoni bikrija u ta' aċċertazzjoni tal-fatti biex tingħata garanzija li l-UE twieġeb għall-kriżijiet bl-użu tal-aktar mezzi xierqa disponibbli;

37.  Jisħaq fuq il-bżonn għall-UE li, fi żmien ta' kriżi, tkun kapaċi tibgħat timijiet multidixxiplinarji fl-ewwel ftit sigħat tal-kriżi, li jkunu magħmulin minn esperti ċivili, militari u ċivili-militari mis-SEAE u l-Kummissjoni;

38.  Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw fehim komuni tal-missjonijiet ġodda tal-PSDK kif imfisser fl-Artikolu 43 TUE u kif se jkunu ġestiti fil-kuntest tal-koperazzjoni ċivili-militari stabbilita; iħeġġiġhom, f'dan il-kuntest, biex iħaffu t-twaqqif ta' grupp ta' esperti fir-riforma tas-settur tas-sigurtà biex itejbu l-kapaċità tal-UE f'dan il-qasam;

39.  Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu ottimali mill-għodod eżistenti u biex idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi ta' evalwazzjoni tal-impatt qabel jifformulaw għanijiet ambizzjużi ġodda;

40.  Huwa konvint li l-gruppi tattiċi tal-UE jirrappreżentaw għodda xierqa għall-operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżi; itenni s-sejħa tiegħu lill-Kunsill biex dan iżid kemm kapaċi jużahom u l-flessibilità tagħhom; jitlob ukoll għat-titjib f'kemm dawn jistgħu jintużaw għall-operazzjonijiet ċivili-militari ta' għajnuna umanitarja, f'konformità sħiħa mal-linji gwida riveduti ta' Oslo għall-użu ta' riżorsi ta' difiża militari u ċivili għall-għajnuna f'każ ta' diżastri;

41.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jilħqu ftehim dwar l-espansjoni tal-kunċett ta' spejjeż komuni assoċjati mal-użu tal-gruppi tattiċi (l-ispejjeż għandhom ikunu ffinanzjati permezz tal-mekkaniżmu Athena), jew dwar il-finanzjament komuni tat-totalità tal-ispejjeż ta' operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet imwettqa minnhom; huwa tal-fehma li tali ftehim huwa neċessarju sabiex l-użu tagħhom isir politikament u ekonomikament aċċettabbli u jkun żgurat li l-Istati Membri fuq stand-by ma jġorrux piż sproporzjonat, f'kuntest baġitarju diffiċli; ifakkar, f'dan ir-rigward, li f'Novembru 2009, il-Kunsill stieden lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jelabora ideat dwar il-finanzjamet ta' operazzjonijiet militari biex jiġu diskussi f'livell għoli fl-2010, iżda s'issa ma sar l-ebda progress;

42.  Jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-gruppi tattiċi bħala sħubijiet għal perjodu ta' żmien twil u biex ma jxoljuhomx wara li l-perjodu ta' stand-by tagħhom ikun intemm, sabiex ir-riżorsi investiti fil-ħolqien tagħhom ma jinħlewx; jitlob li dawn jiġu mħarrġa biex joperaw flimkien mal-bgħit taċ-ċivili; jissuġġerixxi anki li dawn jistgħu jinkludu fihom unitajiet ċivili jew ta' esperti, b'mod partikolari UIP;

L-għoti tal-mezzi għall-ġestjoni komprensiva tal-kriżijiet

43.  Jistieden lill-Istati Membri biex jistudjaw aktar l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' użu doppju għall-missjonijiet ċivili u l-operazzjonijiet militari tal-PSDK, partikolarment il-kapaċitajiet ta' trasport, u biex jiżguraw l-interoperabbiltà fit-taħriġ u l-prattika, waqt li jużaw aħjar l-approċċi u l-kapaċitajiet eżistenti u l-interkonnessjoni tal-proċessi ta' żvilupp ta' kapaċitajiet ċivili u militari fejn ikun xieraq;

Ir-riċerka u t-teknoloġija

44.  Jenfasizza li l-persunal militari u ċivili tal-UE se jkunu qed joperaw dejjem aktar flimkien u li huma fil-biċċa l-kbira esposti għall-istess theddidiet, bħal splussivi improvizzati, u fil-bżonn ta' kapaċitajiet komparabbli fl-oqsma bħat-trasport strateġiku u tattiku, appoġġ loġistiku, sistemi ta' komunikazzjoni u ta' ġbir u evalwazzjoni ta' informazzjoni, għajnuna medika, sigurtà u protezzjoni tal-forza, użu ta' kapaċitajiet spazjali, u vetturi mingħajr ekwipaġġ;

45.  Jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi koordinat u stimulat l -investiment fit-teknoloġiji u l-kapaċitajiet ta' użu doppju, sabiex jitnaqqas malajr id-distakk fil-kapaċitajiet, waqt li jinħolqu sinerġiji u jingħata appoġġ għall-istandardizzazzjoni; ifakkar fir-rwol essenzjali li f'dan ir-rigward għandu jkollha l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet fil-qasam tal-kapaċitajiet u wkoll fis-sinjalazzjoni tal-modi li bihom dawn il-kapaċitajiet għandhom jinqasmu, jinġabru flimkien jew jintlaħqu fost il-membri tal-Unjoni, sabiex ikunu pprovduti mezzi li jistgħu jintbagħtu għall-kondotta b'suċċess u sikura tal-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet tal-PSDK;

46.  F'dak il-kuntest, jappoġġja t-twaqqif tal-Qafas Ewropew ta' Koperazzjoni fir-Riċerka dwar is-Sigurtà u d-Difiża biex tingħata garanzija ta' komplementarjetà u sinerġija bejn l-investiment fir-R&T għad-difiża u l-investiment fir-riċerka għat-tijib tas-sigurtà ċivili min-naħa tal-Kummissjoni skont il-Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka, pereżempju f'oqsma bħall-għarfien tas-sitwazzjoni fil-post, l-inġenji tal-ajru bla ekwipaġġ, is-sorveljanza marittima, il-ġlieda kontra apparat esplożiv improvizzat, is-sejbien ta' sustanzi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi, nukleari u splussivi (CBRNE) u l-protezzjoni kontrihom, il-komunikazzjoni, ġbir ta' informazzjoni (intelligence), l-evalwazzjoni u t-trasferiment ta' data, u s-sigurtà ċibernetika;

47.  Jinnota, madankollu, li din il-koperazzjoni m'għandhiex taqbeż dak li huwa meħtieġ fid-dawl tal-koperazzjoni ċivili-militari fl-oqsma taż-żamma tal-paċi, tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, tal-ġestjoni ta' kriżijiet u tal-għajnuna umanitarja;

48.  Jilqa' d-dibattitu miftuħ tal-ministri tad-difiża tal-UE waqt il-laqgħa informali tagħgom f'Gent fit-23 u l-24 ta' Settembru 2010 rigward ir-riċerka dwar id-difiża Ewropea u l-valutazzjoni tagħhom tar-rwol tal-EDA kif imfisser fl-Artikolu 42(3) TUE;

Il-forniment rapidu ta' tagħmir

49.  Jinkoraġġixxi aktar sforzi biex ikun żgurat li t-tagħmir kollu meħtieġ għall-attivitajiet ta' rispons rapidu għall-kriżijiet, kemm jekk ċivili kemm jekk militari, ikun faċilment disponibbli; jilqa' x-xogħol li qed isir fuq sistema ta' ġestjoni tal-inventarju għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex twettaq analiżi komprensiva tal-benefiċċju mill-ispejjeż biex ikunu ddeterminati l-aħjar soluzzjonijiet għal kull tip ta' tagħmir meħtieġ; huwa tal-fehma li, skont it-tip ta' tagħmir, trid tinstab l-aħjar kombinazzjoni ta' ħżin fil-livell tal-UE, ta' kuntratti ta' qafas, u ħażniet virtwali ta' tagħmir fil-pussess tal-Istati Membri;

50.  Jilqa“, f'dan il-kuntest, it-twaqqif ta' maħżen temporanju ta' tagħmir ċivili fil-Bosnja-Ħerzegovina u jappella għal progress rapidu fit-twaqqif ta' maħżen permanenti sabiex l-UE tkun iktar ippreparata għall-ġestjoni ta' kriżijiet ċivili;

Koperazzjoni multinazzjonali

51.  Jinkoraġġixxi aktar progress fil-qasam tal-ġbir u l-qsim ta' riżorsi bħala mod kost effettiv biex jiżdiedu l-ħiliet, ħtieġa dejjem aktar rilevanti fi żmien ta' awsterità tal-baġit; jilqa“, b'mod partikulari, l-attivitajiet biex ikunu indirizzati l-lakuni fil-kapaċitajiet ta' trasport strateġiku bl-ajru, jiġifieri l-ħolqien, min-numru ta' Stati Membri, tal-Kmand Ewropew tat-Trasport bl-Ajru (EATC), kif ukoll l-inizjattiva għall-Flotta Ewropea ta' Trasport bl-Ajru; iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u biex iħaffu x-xogħol biex jidentifikaw oqsma oħra li fihom għandhom japplikaw il-prinċipji ta' ġbir u qsim, inkluż il-qasam tat-taħriġ u l-appoġġ għall-missjonijiet; jilqa” f'dan ir-rigward il-proposti għat-twaqqif ta' sezzjoni multinazzjonali tal-elikotteri fuq il-mudell tal-EATC biex tintuża kemm għall-ħidmiet ċivili kif ukoll għal dawk militari;

Sħubijiet
UE-NU

52.  Ifakkar li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandu r-responsabilità primarja għaż-żamma tal-paċi u l-istabilità internazzjonali; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa għall-koperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u n-NU fil-qasam tal-ġestjoni ċivili u militari tal-kriżijiet, u b'mod partikolari fl-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja fejn l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinament tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) ikollu r-rwol ewlieni; jistieden biex tali koperazzjoni tissaħħaħ b'mod partkulari fil-postijiet fejn organizzazzjoni għandha tieħu f'idejha r-responsabilità minn idejn l-oħra, speċjalment fid-dawl tal-esperjenza mħallta fil-Kosovo;

53.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jassiguraw li jagħmlu kontribuzzjonijiet adegwati għal missjonijiet tan-NU u li jikkontribwixxu b'mod ikkoordinat; jitlob lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill sabiex ikomplu jesploraw modi li bihom l-UE kollha kemm hi tista' tikkontribwixxi aħjar għall-isforzi mmexxija min-NU, pereżempju bit-tnedija ta' operazzjonijiet tal-UE ta' rispons rapidu li jservu “ta” pont' jew “over the horizon” jew billi jagħtu komponent tal-UE f'missjoni ikbar tan-NU;

54.  Jitlob li jsir monitoraġġ aħjar tal-għajnuna tal-UE implimentata mill-organizzazzjonijiet tal-ONU skont ir-Rapport Speċjali Nru 15/2009 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

UE-NATO

55.  Jirrimarka li, peress li 21 mit-28 membru tan-NATO huma Stati Membri tal-UE, koperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u n-NATO hija ta' importanza vitali sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni fl-użu tal-kapaċitajiet militari meta ż-żewġ organizzazzjonijiet joperaw fl-istess żona, u dan bla ħsara għall-prinċipju ta' awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet u bir-rispett dovut għall-istatus ta' newtralità ta' wħud mill-Istati Membri tal-UE; itenni l-ħtieġa urġenti għas-soluzzjoni tal-problemi politiċi sottostanti li qed ixekklu l-koperazzjoni UE-NATO u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa u iktar effettiva tal-arranġamenti “Berlin Plus” sabiex iż-żewġ organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jintervjenu b'mod effettiv fi kriżijiet attwali u futuri;

56.  Jenfasizza l-ħtieġa li jingħata l-istess livell ta' trasparenza u involviment lill-membri tan-NATO li mhumiex membri tal-UE u lill-membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO meta jitwettqu attivitajiet konġunti, kif enfasizzat fit-tielet kapitolu tar-Rapport 2020 tan-NATO (“Ir-Rapport Albright”);

57.  Jistieden lill-Istati Membri li huma membri tan-NATO biex jiżguraw li l-Kunċett Strateġiku ġdid tan-NATO ma jwassalx għal duplikazzjoni mhux meħtieġa ta' sforzi fil-qasam tal-kapaċitajiet ċivili, li tista' toħloq iktar tensjoni fuq riżorsi diġà skarsi; huwa konvint li hu aħjar li n-NATO tkun tista' sserraħ fuq il-kapaċitajiet ċivili ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħall-UE u n-NU;

58.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-koperazzjoni UE-NATO iktar stretta fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet u għall-konformità massima possibbli mal-istandards tan-NATO; iħeġġeġ iktar progress fl-isforzi komuni biex ikun indirizzat in-nuqqas ta' ħelikopters tat-trasport; jilqa' l-inizjattivi għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-UE u n-NATO biex jilqgħu kontra d-diżastri CBRN u l-mezzi splussivi improvizzati u biex jipprovdu għajnuna medika bħala kwistjonijiet relevanti kemm għall-missjonijiet ċivili u kemm għal dawk militari;

UE - OSKE - Unjoni Afrikana

59.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' koperazzjoni eqreb bejn l-UE u l-OSKE u bejn l-UE u l-UA fl-oqsma operattivi partikolari tagħhom, filwaqt li jittejbu s-sistemi ta' twissija bikrija u li jkun żgurat l-iskambju tal-aħjar prattiki u għarfien espert fil-ġestjoni tal-kriżijiet;

o
o   o

60.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tan-NATO.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0015.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0061.
(3) ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.


Pjan fit-tul għall-istokk ta' Inċova fil-Bajja ta' Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk ***I
PDF 619kWORD 250k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi stabbilit pjan fit-tul għall-istokk ta' Inċova fil-Bajja ta' Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (COM(2009)0399 – C7-0157/2009 – 2009/0112(COD))
P7_TA(2010)0420A7-0299/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0399),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0157/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0299/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk ta' Inċova fil-Bajja ta' Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk

P7_TC1-COD(2009)0112


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Fid-dawl tal-Pjan ta' Implimentazzjoni adottat fil-Laqgħa Għolja Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li nżammet f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni Ewropea hija impenjata, inter alia, sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-istokkijiet għal livelli li jistgħu jipproduċu l-ogħla rendiment sostenibbli, bl-għan li dawn l-għanijiet jinkisbu b'urġenza għall-istokkijiet eżawriti, u fejn hu possibbli mhux aktar tard mill-2015.

(2)  Is-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay ilu magħluq mill-2005 “l hawn minħabba l-qagħda mwiegħra tal-istokk.

(3)  Sabiex jittejjeb l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay, f'livell li jippermetti l-isfruttar sostenibbli skont l-ogħla rendiment sostenibbli, huwa meħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet għal miżuri għall-ġestjoni fit-tul tal-istokk li jiżguraw l-isfruttament ta' dak l-istokk b'rati għolja ta' rendiment b'konsistenza mal-ogħla rendiment sostenibbli u li jiggarantixxu, kemm jista' jkun, l-istabbiltà tas-sajd filwaqt li jinżamm livell baxx ta' riskju li l-istokk jikkollassa.

(4)  L-istaġun tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay jibda mill-1 ta' Lulju ta' kull sena u jispiċċa fil-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għal miżuri speċifiċi li jistabbilixxu t-TAC għal kull staġun tas-sajd u li jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri b'tali mod li jkunu jikkonformaw ma' dan il-perjodu ta' ġestjoni u fuq il-bażi tal-parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF)(4). Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. Minħabba l-ispeċifikitajiet tas-sajd tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay, ikun xieraq li l-Kunsill jistabbilixxi dawk il-miżuri b'mod li jippermetti TACs u kwoti li jiġu applikati għal kull staġun individwali.

(5)  Dan joħroġ mill-parir tal-iSTECF li l-ħsad ta' proporzjon kostanti tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv jipprovdi għall-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet. L-iSTECF huwa wkoll tal-parir li l-livell minimu tal-bijomassa riproduttiva li fiha l-istokk ikun jista' jibda jinħasad għandu jkun stabbilit għal 24 000 tunnellata u li l-livell prekawzjonarju ta' bijomassa għandu jkun ta' 33 000 tunnellata. Barra minn hekk, ir-rata xierqa tal-ħsad għandha tkun 30 % tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv kull sena, soġġetta għar-restrizzjonijiet xierqa. Dik ir-rata timminimizza r-riskju li l-istokk jonqos għal livelli taħt il-bijomassa riproduttiva minima, kif ukoll il-probabbiltà li s-sajd jingħalaq, filwaqt li jinżammu livelli għolja ta' rendiment.

(6)  F'każ li l-iSTECF ma jkunx jista' jagħti parir fuq TAC minħabba nuqqas ta' informazzjoni mhux preċiża u rappreżentattiva biżżejjed, għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li TAC ikun iffissat b'mod konsistenti.

(7)  Fejn din il-valutazzjoni turi li l-livell minimu tal-bijomassa riproduttiva jew il-livell tat-TAC stabbiliti mill-pjan fuq żmien twil ma jkunux għadhom xierqa, għandu jiġi żgurat l-adattatament tal-pjan. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE f'dawk li huma modikifi fil-livell tal-bijomassa prekawzjonarju jew il-livelli ta' TAC indikati fl-Anness I kif jikkorrispondu mal-livelli ta' bijomassa rispettivi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti.

(8)  Ir-regola tal-esplojtazzjoni għall-iffissar tat-TAC li jipproponi l-pjan hija msejsa fuq l-istimi tar-riproduzzjoni tal-bijomassa għall-inċova magħmula f'Mejju u Ġunju ta' kull sena, minnufih qabel il-perjodu tal-ġestjoni għall-istaġun tas-sajd mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju. Jekk isir titjib fil-monitoraġġ xjentifiku tal-istokk li jippermetti li tkun imbassra b'mod affidabbli biżżejjed il-qabda fil-bidu ta' kull sena, jista' jkun hemm il-possibilità li tittejjeb l-istrateġija tal-esplojtazzjoni tas-sajd li tiġġustifika l-adattament ta' dan il-pjan fit-tul għall-istokk tal-inċova.

(9)  Jeħtieġ li jiġu introdotti miżuri ta' kontroll addizzjonali għal dawk li jipprovdu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd(5), sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-għadd kbir ta' bastimenti ta' inqas minn 15-il metru tul li huma involuti fis-sajd għall-inċova, huwa xieraq li l-obbligi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 Diċembru, 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita (6), lill-bastimenti kollha li jistadu għall-inċova.

(10)  Huwa xieraq li tiġi żgurata l-evalwazzjoni perjodika tal-pjan u, fejn evalwazzjoni bħal din turi li r-regoli għall-kontroll tal-ħsad ma jkunux għadhom jiżguraw l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tal-istokkijiet, għandu jiġi żgurat l-adattament tal-pjan.

(11)  Għall-iskopijiet tal-punti (i) u (iv) tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd(7) il-pjan għandu jkun pjan ta' rkupru skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(8) meta l-istokk ikun jinsab taħt il-livell ta' prekawzjoni tal-bijomassa riproduttiva, u pjan ta' ġestjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-aħħar Regolament fis-sitwazzjonijiet l-oħra kollha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan fit-tul għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay (minn issa “l quddiem ”il-pjan“).

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokk ta' inċova li jgħix fis-Subżona VIII tal-ICES.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

   (a) “staġun tas-sajd” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara;
   (b) “qabdiet totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' inċova li tista' tittieħed mis-subżona msemmija fl-Artikolu 2 u tinħatt jew tintuża bħala lixka ħajja matul kull staġun tas-sajd;
   (c) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Istati Membri;
   (d) “livell ta' prekawzjoni tal-bijomassa” tfisser livell tal-bijomassa ta' riproduzzjoni ta' 33 000 tunnellata;
   (e) “bijomassa kurrenti” tfisser id-daqs medjan tal-bijomassa tal-istokk tal-inċova meta mqabbla ma' dik tal-perjodu ta' Mejju-Ġunju li jiġi minnufih qabel il-bidu tal-istaġun tas-sajd li għalih għandu jiġi stabbilit it-TAC;
   (f) 'sistema ta' monitoraġġ għall-istokk ta' inċova' tfisser il-proċeduri għall-evalwazzjoni diretta tal-istokk tal-inċova li jippermettu lill-iSTECF li jistabbilixxi l-livell tal-bijomassa attwali; dawk il-proċeduri attwalment jikkonsistu fi stħarriġ akustiku f'Mejju u Ġunju u l-metodu ta' produzzjoni ta' bajd kuljum.

KAPITOLU II

GĦAN GĦALL-ĠESTJONI FIT-TUL

Artikolu 4

Għan tal-pjan

L-għan tal-pjan għandu jkun:

   (a) li jiġi żgurat l-isfruttament tal-istokk tal-inċova b'livelli għolja ta' rendiment b'konsistenza mal-ogħla rendiment sostenibbli, u
   (b) li tiġi ggarantita, kemm jista' jkun, l-istabbiltà tas-sajd fuq tul ta' żmien twil, li hija prerekwiżit biex jiġu żgurati s-sostenibilità ekonomika u ekoloġika tas-settur tas-sajd, filwaqt li jinżamm riskju baxx tal-kollass tal-istokk.

KAPITOLU III

REGOLI DWAR IL-ĦSAD

Artikolu 5

TAC u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri

1.  It-TAC u l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri għal kull staġun tas-sajd għandhom ikunu l-livell ta' tunnellati indikati fl-Anness I bħala dak li jikkorrispondi mal-bijomassa kurrenti kif stmata mill-iSTECF.

2.  Fejn, ▌ l-iSTECF ma jkunx jista' jagħti evalwazzjoni tal-bijomassa kurrenti, kemm jekk minħabba nuqqas fis-sistema ta' moniteraġġ, kemm jekk minħabba stimi li mhumiex preċiżi u koerenti biżżejjed dwar il-livell tal-bijomassa pariri dwar il-bijomassa kurrenti, it-TAC u l-kwoti għandhom jiġu deċiżi kif ġej:

   (a) fejn l-iSTECF jagħti parir li l-qabdiet tal-inċova għandhom jitnaqqsu għall-aktar livell baxx possibbli, it-TAC u l-kwoti għandhom jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 25 % meta mqabbla mat-TAC u l-kwoti applikabbli għall-istaġun tas-sajd ta' qabel;
   (b) fil-każijiet l-oħra kollha, it-TAC u l-kwoti għandhom jikkorrispondu għal-livell ta' tunnellati applikabli għall-istaġun tas-sajd ta' qabel.

3.  Kull sena, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar il-parir tal-iSTECF u għandha tikkonferma t-TAC u l-kwoti li jikkorrispondu magħhom skont l-Anness I u li huma applikabbli għall-istaġun tas-sajd li jibda mill-1 ta' Lulju ta' dik is-sena u tippubblika dak it-tagħrif fl-edizzjoni C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Fejn huwa meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tħabbar TAC indikattiv sal-1 ta' Lulju ta' kull sena, sakemm isir l-iffissar ta' TAC definittiv fi żmien 15-il ġurnata wara l-bidu tal-istaġun.

Artikolu 6

Delega ta' setgħat

Fil-każ li l-iSTECF tagħti l-parir li l-livell prekawzjonarju tal-bijomassa kif definit fl-Artikolu 3 jew il-livelli tat-TAC indikati fl-Anness I bħala korrispondenti mal-livelli rispettivi tal-bijomassa ma jkunux għadhom xierqa biex jippermettu l-isfruttament sostenibbli tal-istokk tal-inċova, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 7 u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 9, valuri ġodda għal dawk il-livelli.

Artikolu 7

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħat biex tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 3 snin minn ... (9). Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati sa mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 3 snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokaha skont l-Artikolu 8.

2.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifika b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni hija suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 8

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 6 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega ta' setgħat għandha tagħmel ħilitha sabiex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu ta' żmien għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.   Jekk, malli jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista' jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li tesprimi oġġezzjonijiet għall-att delegat għandha tagħti r-raġunijiet għall-oġġezzjoni.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ, SPEZZJONI U SORVELJANZA

Artikolu 10

Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Barra mill-miżuri ta' kontroll stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, għandhom japplikaw il-miżuri ta' kontroll imsemmija f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 11

Permess speċjali tas-sajd

1.  Sabiex ikunu jistgħu jistadu għall-inċova fil-Bajja ta' Biscay, il-bastimenti għandhom ikollhom permess speċjali tas-sajd maħruġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd(10).

2.  Għandu jkun ipprojbit li kwalunkwe bastiment tas-sajd li ma jkollux permess speċjali tas-sajd jistad għal xi kwantità ta' inċova jew li jżommha abbord filwaqt li l-bastiment ikun qiegħed fuq vjaġġ tas-sajd li kien jinkludi l-preżenza ta' dak il-bastiment fis-Subżona tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 2.

3.  Qabel ma jibdew l-attivitajiet tas-sajd fi kwalunkwe staġun tas-sajd, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' bastimenti li jkollhom il-permess speċjali tas-sajd u jagħmluh disponibbli, fuq is-sit web uffiċjali tagħhom, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, billi jipprovdu l-link elettroniku għall-paġna web rilevanti. L-Istat Membru għandu jżomm il-lista aġġornata f'kull ħin u għandu jinforma lill-Kumissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħar dewmien dwar kwalunkwe tibdil li jsir għal-link oriġinali għall-paġna elettronika.

Artikolu 12

Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti

Minbarra l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-obbligi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 għandhom japplikaw għal dawk il-bastimenti li ma jaqbżux il-15-il metru tul. Il-Paragrafu 5 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 m'għandux japplika.

Artikolu 13

Kontroverifiki

Meta jagħmlu l-verifiki tad-data skont l-Artikolu 109(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fir-rigward tal-inċova, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-moniteraġġ tas-sajd għandhom jagħtu importanza partikolari lill-possibbiltà li speċijiet oħra minbarra l-inċova jkunu rrappurtati bħala inċova, u viċi versa.

Artikolu 14

Notifika minn qabel

1.  B' deroga mill-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-limitu ta' ħin għal avviż minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew tax-xtajta għandu jkun stipulat li jkun siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih tkun se tinħatt aktar minn tunnellata waħda ta' inċova jistgħu jeħtieġu li l-ħatt tat-tagħbija ħut miżmuma abbord ma jibdiex qabel jiġi awtorizzat minn dawn l-awtoritajiet. Madankollu, l-iżbarki m'għandhom bl-ebda mod jiġu posposti jew imdewma iżjed mill-ħin li fih jibdew jonqsu l-kwalità tal- ħut jew il-valur tal-bejgħ tiegħu.

Artikolu 15

Portijiet deżinjati

L-awtoritajiet statali u reġjunali ta' kull Stat Membru għandu jiddeżinja portijiet li fihom għandu jsir kwalunkwe ħatt ta' inċova ta' aktar minn tunnellata.

Artikolu 16

Marġni ta' tolleranza fl-estimi ta' kwantitajiet irrappurtati fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment

Skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-marġni ta' tolleranza permess, fl-istima ta' kwantitajiet f'kg miżmuma abbord, għandu jkun 10 % taċ-ċifra fil-ġurnal ta' abbord.

Artikolu 17

Stivar separat tal-inċova

Għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni fi kwalunkwe kontenitur kwalunwke kwantità ta' inċova mħallta ma' kwalunkwe speċi oħra ta' organiżmi tal-baħar. Il-kontenituri li jkun fihom l-inċova għandhom jitqiegħdu fl-istiva b'tali mod li jinżammu separati minn kontenituri oħra.

Artikolu 18

Programmi nazzjonali ta' azzjoni għall-kontroll

1.  Mill-inqas darba fis-sena, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tas-Sajd u l-Akkwakultura biex tevalwa l-applikazzjoni u r-riżultati tal-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Ilmijiet tal-Lbiċ dwar l-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll u r-riżultati miksuba.

Artikolu 19

Programmi speċifiċi ta' kontroll u spezzjonar

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi favur programm specifiku ta' kontroll u spezzjonar skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

KAPITOLU V

AZZJONI TA' SEGWITU

Artikolu 20

Evalwazzjoni tal-pjan

Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' pariri mill-STECF u wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti, tevalwa l-impatt tal-pjan fuq l-istokk tal-inċova u fuq is-sajd li qed jisfrutta dak l-istokk, mhux aktar tard mit-tielet sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u mbgħad wara f'kull tielet sena suċċessiva tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, tipproponi miżuri rilevanti biex temenda l-pjan.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Assistenza permezz tal-Fond Ewropew tas-Sajd

1.  Għal dawk l-istaġuni tas-sajd li fihom l-istokk ikun taħt il-livell ta' prekawzjoni ta' bijomassa, il-pjan għandu jitqies bħala pjan ta' rkupru fit-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet tal-Artikolu 21(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

2.  Għal dawk l-istaġuni tas-sajd li fihom l-istokk ikun fil-livell jew ogħla mil-livell ta' prekawzjoni ta' bijomassa, il-pjan għandu jitqies bħala pjan ta' ġestjoni fit-tifsira tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet tal-Artikolu 21(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Il-livelli tat-TAC indikati fit-tabella hawn taħt ġew ikkalkulati skont ir-regola li ġejja:

20101123-P7_TA(2010)0420_MT-p0000001.jpg

Fejn:

TACy hija l-Qabda Totali Permissibbli għal sena ta' ġestjoni y mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

TAC min huwa t-TAC minimu

TAC max huwa t-TAC massimu

Bpa huwa l-livell prekawzjonarju tal-bijomassa riproduttiva għall-istokk

Gamma γ hija r-rata tal-ħsad

SSBy hija l-Bijomassa Riproduttiva reali, stmata f'Mejju ta' kull sena.

Fuq il-bażi tal-parir xjentifiku, il-parametri xierqa għall-użu mal-formola ta' hawn fuq bil-għan li jiġi ġestit l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta' Biscay, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

TAC min = 7 000 tunnellata;

TAC max = 33 000 tunnellata;

Bpa = 33 000 tunnellata;

γ = 0.3.

Livelli ta' bijomassa kurrenti u l-livelli korrispondenti tat-TAC u l-kwoti

Bijomassa kurrenti stmata (tunnellati)

TAC Korrispondenti (tunnellati)

Kwoti (tunnellati)

Franza

Spanja

24 000 jew inqas

0

0

0

24 001 – 33 000

7 000

700

6 300

33 001 – 34 000

10 200

1 020

9 180

34 001 – 35 000

10 500

1 050

9 450

35 001 – 36 000

10 800

1 080

9 720

36 001 – 37 000

11 100

1 110

9 990

37 001 – 38 000

11 400

1 140

10 260

38 001 – 39 000

11 700

1 170

10 530

39 001 – 40 000

12 000

1 200

10 800

40 001 – 41 000

12 300

1 230

11 070

41 001 – 42 000

12 600

1 260

11 340

42 001 – 43 000

12 900

1 290

11 610

43 001 – 44 000

13 200

1 320

11 880

44 001 – 45 000

13 500

1 350

12 150

45 001 – 46 000

13 800

1 380

12 420

46 001 – 47 000

14 100

1 410

12 690

47 001 – 48 000

14 400

1 440

12 960

48 001 – 49 000

14 700

1 470

13 230

49 001 – 50 000

15 000

1 500

13 500

50 001 – 51 000

15 300

1 530

13 770

51 001 – 52 000

15 600

1 560

14 040

52 001 – 53 000

15 900

1 590

14 310

53 001 – 54 000

16 200

1 620

14 580

54 001 – 55 000

16 500

1 650

14 850

55 001 – 56 000

16 800

1 680

15 120

56 001 – 57 000

17 100

1 710

15 390

57 001 – 58 000

17 400

1 740

15 660

58 001 – 59 000

17 700

1 770

15 930

59 001 – 60 000

18 000

1 800

16 200

60 001 – 61 000

18 300

1 830

16 470

61 001 – 62 000

18 600

1 860

16 740

62 001 - 63 000

18 900

1 890

17 010

63 001 – 64 000

19 200

1 920

17 280

64 001 – 65 000

19 500

1 950

17 550

65 001 – 66 000

19 800

1 980

17 820

66 001 – 67 000

20 100

2 010

18 090

67 001 – 68 000

20 400

2 040

18 360

68 001 – 69 000

20 700

2 070

18 630

69 001 – 70 000

21 000

2 100

18 900

70 001 – 71 000

21 300

2 130

19 170

71 001 – 72 000

21 600

2 160

19 440

72 001 – 73 000

21 900

2 190

19 710

73 001 – 74 000

22 200

2 220

19 980

74 001 – 75 000

22 500

2 250

20 250

75 001 – 76 000

22 800

2 280

20 520

76 001 – 77 000

23 100

2 310

20 790

77 001 – 78 000

23 400

2 340

21 060

78 001 – 79 000

23 700

2 370

21 330

79 001 – 80 000

24 000

2 400

21 600

80 001 – 81 000

24 300

2 430

21 870

81 001 – 82 000

24 600

2 460

22 140

82 001 – 83 000

24 900

2 490

22 410

83 001 – 84 000

25 200

2 520

22 680

84 001 – 85 000

25 500

2 550

22 950

85 001 – 86 000

25 800

2 580

23 220

86 001 – 87 000

26 100

2 610

23 490

87 001 – 88 000

26 400

2 640

23 760

88 001 – 89 000

26 700

2 670

24 030

89 001 – 90 000

27 000

2 700

24 300

90 001 – 91 000

27 300

2 730

24 570

91 001 – 92 000

27 600

2 760

24 840

92 001 – 93 000

27 900

2 790

25 110

93 001 – 94 000

28 200

2 820

25 380

94 001 – 95 000

28 500

2 850

25 650

95 001 – 96 000

28 800

2 880

25 920

96 001 – 97 000

29 100

2 910

26 190

97 001 – 98 000

29 400

2 940

26 460

98 001 – 99 000

29 700

2 970

26 730

99 001 – 100 000

30 000

3 000

27 000

Akbar minn 100 000

33 000

3 300

29 700

ANNESS II

Kontenut tal-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll

Il-programmi ta' azzjoni ta' kontroll nazzjonali għandhom ikollhom bħala mira, fost oħrajn, li jispeċifikaw dan li ġej:

1.  MEZZI TA' KONTROLL

Riżorsi umani

1.1.  L-għadd ta' spetturi fuq l-art u fuq il-baħar u l-perjodi u ż-żoni meta u fejn ser jiġu mobilizzati.

Riżorsi tekniċi

1.2.  L-għadd ta' bastimenti u inġenji tal-ajru għas-sorveljanza u l-perjodi meta u ż-żoni fejn ser jiġu mobilizzati.

Riżorsi finanzjarji

1.3.  L-allokazzjoni tal-baġit għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi umani, il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru għas-sorveljanza.

2.  REĠISTRAZZJONI U RAPPORTAR ELETTRONIKU TA' INFORMAZZJONI MARBUTA MAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD

Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex jiżguraw konformità mal-Artikoli 13, 15 u 17.

3.  DEŻINJAZZJONI TA' PORTIJIET

Fejn rilevanti, lista tal-portijiet ddeżinjati għall-ħatt tal-inċova skont l-Artikolu 16.

4.  NOTIFIKAZZJONI QABEL IL-ĦATT

Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex jiżguraw konformità mal-Artikolu 14.

5.  KONTROLL TA' ĦATT L-ART

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe faċilità u sistemi implimentati biex tiġi żgurata konformità mal-Artikoli 14, 15 u 16.

6.  PROĊEDURI TA' SPEZZJONI

Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni għall-kontroll għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti:

   (a) waqt li jsiru spezzjonijiet fuq il-baħar u fl-art;
   (b) għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nnominati minn Stati Membri oħrajn bħala responsabbli għall-programmi ta' azzjoni ta' kontroll nazzjonali għall-inċova;
   (c) għal sorveljanza konġunta u skambju ta' spetturi, inkluż speċifikazzjoni ta' poteri u awtorità ta' spetturi li joperaw f'ilmijiet ta' Stati Membri oħra.

ANNESS III

PUNTI TA' REFERENZA SPEĊIFIĊI GĦALL-ISPEZZJONI

Għan

1.  Kull Stat Membru għandu jistipula punti ta' referenza speċifiċi għall-ispezzjoni skont dan l-Anness.

Strateġija

2.  L-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd għandhom jikkonċentraw fuq bastimenti li x'aktarx jistadu għall-inċova. Spezzjonijiet aleatorji tat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-inċova għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu komplimentari ta' kontroverifika biex jiċċekkja l-effettività tal-ispezzjoni u s-sorveljanza.

Prijoritajiet

3.  Tipi differenti ta' rkaptu għandhom ikunu soġġetti għal livelli differenti ta' prijoritizzazzjoni skont il-punt sa fejn il-flotot ikunu affettwati mil-limiti fuq l-opportunitajiet tas-sajd. Minħabba f'hekk, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.

Punti ta' referenza fil-mira

4.  Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskedi ta' spezzjoni tagħhom filwaqt li jqisu l-miri stabbiliti hawn taħt.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw u jiddeskrivu liema strateġija ta' teħid ta' kampjuni għandha tiġi applikata.

Fuq talba, il-Kummissjoni jista' jkollha aċċess għall-pjan ta' teħid ta' kampjuni li jintuża mill-Istat Membru.

(a)  Livell ta' spezzjoni fil-portijiet

Bħala regola ġenerali, il-preċiżjoni li għandha tinkiseb għandha tkun mill-anqas ekwivalenti għal dik li kieku tinkiseb b'metodu sempliċi u aleatorju ta' teħid ta' kampjuni, fejn l-ispezzjonijiet ikopru 20 % tal-ħatt kollu bl-użin ta' inċova fi Stat Membru.

(b)  Livell ta' spezzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni

Spezzjoni ta' 5 % tal-kwantitajiet ta' inċova offruti għall-bejgħ b'irkant.

(c)  Livell ta' spezzjoni fuq il-baħar

Punt ta' referenza flessibbli: għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f'kull żona. Il-punti ta' referenza fuq il-baħar għandhom jirreferu n-numru ta' ġranet ta' għassa fuq il-baħar fiż-żoni ta' ġestjoni tal-inċova, possibbilment b'punt ta' referenza separat għall-ġranet ta' għassa ta' żoni speċifiċi.

(d)  Livell ta' sorveljanza mill-ajru

Punt ta' referenza flessibbli: għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd imwettqa f'kull żona u b'qies tar-riżorsi disponibbli għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 69.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010.
(4) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(5) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
(7) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(8) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(9)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(10) ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.


Pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk ***I
PDF 434kWORD 101k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (COM(2009)0189 – C7-0010/2009 – 2009/0057(COD))
P7_TA(2010)0421A7-0296/2010

((Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0189),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0010/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0296/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fi 23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk

P7_TC1-COD(2009)0057


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Fid-dawl tal-Pjan ta' Implimentazzjoni adottat fil-Laqgħa Għolja Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli adottat f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni Ewropea hija impenjata inter alia sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-istokkijiet tal-ħut għal livelli li jistgħu jipproduċu l-ogħla rendiment sostenibbli, bl-għan li dawn l-għanijiet jinkisbu b'urġenza għall-istokkijiet eżawriti, u fejn hu possibbli mhux aktar tard mill-2015. Il-Politika Komuni tas-Sajd, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd(4), hija mmirata li tiżgura sfruttar tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(2)  ▌L-informazzjoni bijoloġika dwar ▌ l-istokk tal-Punent mhix biżżejjed għal valutazzjoni sħiħa tal-istokk li tippermetti l-istabbiliment ta' mira għall-mortalità mis-sajd relatata mal-ogħla rendiment sostenibbli u biex il-qabdiet totali permissibbli jkunu relatati mal-previżjonijiet xjentifiċi tal-qabdiet. Madankollu, l-indiċi tal-abbundanza tal-bajd li ilu jiġi kkalkulat mill-1977 fi stħarriġ internazzjonali triennali jista' jintuża bħala indikatur bijoloġiku għall-iżvilupp tad-daqs tal-istokk.

(3)  Il-parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) jindika li regola għall-kontroll tal-ħsad abbażi tax-xejriet fl-abbundanza tal-bajd mill-aħħar tliet stħarriġiet tal-bajd tkun tipprovdi għal ġestjoni sostenibbli tal-istokk.

(4)  Għal għadd ta' snin mill-2003, il-parir xjentifiku prekawzjonarju indika li l-qabdiet għall-kavalli tal-Punent għandhom ikunu taħt il-150 000 tunnellata fis-sena, abbażi tal-premessa li dan iżomm l-isfruttar għal-livell sostenibbli, saħansitra fin-nuqqas kontinwu ta' avveniment ta' reklutaġġ straordinarjament b'saħħtu. Regola għall-kontroll tal-ħsad għandha tkun ibbażata, fuq bażi ugwali, kemm fuq dan il-parir prekawzjonarju kif ukoll fuq TAC li jkompli jiġi aġġustat b'fattur li jirrifletti x-xejriet fil-produzzjoni tal-bajd.

(5)  Ir-regoli għall-kontroll tal-ħsad jeħtieġ li jqisu l-ħut mormi lura, inkluż ħut meħlus, għaliex kull tneħħija mill-istokk hija rilevanti.

(6)  L-istokk huwa primarjament imqassam f'ilmijiet tal-Unjoni u f'ilmijiet Norveġiżi. In-Norveġja għandha interess fl-isfruttar tas-sawrell tal-Punent. L-istokk sa issa mhux soġġett għal ġestjoni konġunta.

(7)   L-istokk tal-Punent huwa ekonomikament l-aktar stokk importanti ta' sawrell li jgħix fl-ilmijiet tal-Unjoni. Jinqabad minn flotot differenti - industrijali, għall-ipproċessar u l-kummerċ estern, u artiġjanali, biex il-pubbliku ġenerali jingħata ħut frisk ta' kwalità għolja.

(8)  Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri kif stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi ta' kontroll flimkien ma dawk misjuba fir-Regolament tal-Kunstill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd(5), kif ukoll ma' dawk ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1542/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar il-proċeduri ta' ħatt l-art u użin ta' aringi, kavalli u sawrell(6). Dawn il-miżuri b'mod partikolari għandhom ipattu għal nuqqasijiet fir-rappurtar marbuta maż-żoni u mal-ispeċijiet.

(9)  Huwa xieraq li tiġi żgurata l-evalwazzjoni perjodika tal-pjan u, fejn evalwazzjoni bħal din turi li r-regoli għall-kontroll tal-ħsad ma jkunux għadhom jiżguraw l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tal-istokkijiet, għandu jiġi żgurat l-adattament tal-pjan.

(10)  Għall-iskopijiet tal-punti (i) u (iv) tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd(7) il-pjan għandu jkun pjan ta' rkupru skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 meta d-daqs tal-istokk riproduttiv ikun stmat li huwa inqas minn 130 % tad-daqs tiegħu fl-1982, meta kien iġġenera reklutaġġ straordinarjament kbir, u għandu jkun pjan ta' ġestjoni fil-każijiet l-oħra kollha. Stokk riproduttiv ta' 130 % meta mqabbel mad-daqs fl-1982 jindika l-livell prekawzjonarju tal-bijomassa.

(11)  L-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet ta' sajd ▌ fil-Politika Komuni tas-Sajd u għandhom impatt dirett fuq is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-flotot tas-sajd tal-Istati Membri, u għalhekk jeħtieġ, b'mod partikolari, li jitqies il-bejgħ ta' ħut frisk għall-konsum mill-bniedem mill-flotot ta' max-xtajta fuq skala żgħira marbuta direttament ma' żoni ta' sajd max-xtajta li huma dipendenti ħafna fuq l-industrija tas-sajd.

(12)   Ir-referenzi u l-parametri bijoloġiċi li jagħmlu parti mir-regola tal-qbid għandhom isegwu l-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta' modifiki ta' ċerti referenzi u parametri bijoloġiċi inkorporati fir-regola tal-qbid kif stabbilit fl-Anness, sabiex wieħed ikun jista' jirreaġixxi malajr għal bidliet fil-pariri xjentifiċi li jirriżultaw minn għarfien jew metodi mtejba. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan fit-tul għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokk tal-Punent tas-sawrell (minn issa “l quddiem ”il-pjan“).

Artikolu 2

Ambitu

Il-pjan għandu japplika għall-istokk ta' sawrell li jgħix fl-ilmijiet tal-UE u dawk internazzjonali tad-Diviżjonijiet tal-ICES IIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VIIa, b, c, e, f, g, h, j, k, VIIIa, b, c, d u e.

Fir-rigward tal-flotta ta' max-xtajta, l-organizzazzjoni taż-żoni ta' ġestjoni li toħroġ minn dan il-pjan għandha tiġi implimentata b'attenzjoni xierqa għad-drittijiet storiċi ta' dak il-qasam ta' flotot.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  “ICES” tfisser il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar, u “Diviżjoni tal-ICES” hija reġjun statistiku tas-sajd, kif definit minn dik l-organizzazzjoni;

   (b) “sawrell tal-Punent” tfisser sawrell tal-istokk imsemmi fl-Artikolu 2;
   (c) “qabdiet totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità ta' sawrell tal-Punent li tista' tinqabad u tinħatt l-art kull sena;
   (d) “tneħħija totali” tfisser il-kwantità ta' sawrell tal-Punent imneħħija mill-baħar, li tinkorpora t-TAC applikabbli u estimu tal-ħut mormi kif ikkalkulat għas-sena rilevanti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
   (e) “indiċi tal-istħarriġ dwar il-bajd” tfisser l-għadd stmat ta' bajd tas-sawrell li jirriżulta mill-istħarriġ triennali internazzjonali dwar il-bajd għall-kavalli u s-sawrell fl-Atlantiku, diviż b'1015;
   (f) “ħut meħlus” tfisser ħut maqbud u sussegwentement meħlus fil-baħar mingħajr ma jkun ittella' abbord.

KAPITOLU II

GĦAN GĦALL-ĠESTJONI FIT-TUL

Artikolu 4

Għan tal-pjan

L-għan tal-pjan huwa li l-bijomassa tas-sawrell tal-Punent tinżamm f'livell li jiżgura l-isfruttar sostenibbli tiegħu u sabiex jiġi pprovdut l-ogħla rendiment sostenibbli. Għal dan l-għan, ir-regola għall-kontroll tal-ħsad għandha tkun ibbażata, fuq bażi ugwali, kemm fuq dan il-parir prekawzjonarju mogħti għall-kundizzjonijiet medji tar-reklutaġġ kif ukoll fuq il-livelli tal-qabdiet totali permissibbli reċenti, aġġustati b'fattur li jirrifletti x-xejriet reċenti fl-abbundanza tal-istokk kif imkejjel permezz tal-produzzjoni tal-bajd.

KAPITOLU III

REGOLI DWAR IL-ĦSAD

Artikolu 5

Proċedura għall-iffissar tat-TAC

1.  Sabiex jintlaħaq l-għan stabbilit fl-Artikolu 4, kull sena l-Kunsill, li jaġixxi skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 43(3) TFUE u wara konsultazzjoni mal-STECF, għandu jiddeċiedi dwar it-TAC għas-sawrell tal-Punent għas-sena ta' wara.

2.  Id-distribuzzjoni taż-żoni tat-TACs għas-sawrell tal-Punent kif definit f'dan ir-Regolament għandha tqis l-ispeċifiċità u l-finijiet tal-flotot involuti, industrijali jew artiġjanali – għall-ipproċessar u għall-kummerċ estern u għall-forniment ta' ħut frisk ta' kwalità għolja lill-pubbliku ġenerali.

3.  It-TACs għandhom jiġu stabbiliti skont dan il-Kapitolu.

Artikolu 6

Kalkolu tat-TAC

1.  It-TAC għandu jiġi kkalkulat billi titnaqqas mit-tneħħija totali kkalkulata skont l-Artikoli 7 u 8, kwantità ta' ħut ekwivalenti għall-ħut mormi, inkluż ħut meħlus, li seħħet is-sena ta' qabel is-sena li fih tkun saret l-aħħar valutazzjoni xjentifika, kif stmata mill-STECF.

2.  Meta l-STECF ma jkunx kapaċi jistma l-livell ta' rimi, inkluż ħut meħlus għas-sena ta' qabel is-sena li fih tkun saret l-aħħar valutazzjoni xjentifika, it-tnaqqis għandu jkun daqs il-medja tal-ammont relattiv ta' ħut mormi, li jinkludi ħut meħlus, stmat xjentifikament bħala okkorrenza matul l-aħħar 15-il sena ▌.

3.  Meta t-TAC jiġi kkalkulat abbażi tat-tneħħija totali kkalkulata proviżorjament skont l-Artikolu 7(3), għandu jiġi adattat matul is-sena tal-applikazzjoni tiegħu għall-kalkolu finali tat-tneħħija.

Artikolu 7

Kalkolu tat-tneħħija totali għal sena wara l-istħarriġ dwar il-bajd

1.  Meta t-TAC għandu jiġi stabbilit għal sena li ssegwi sena li fih l-istħarriġ dwar il-bajd ikun seħħ, it-tneħħija totali għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-elementi li ġejjin:

   (a) fattur kostanti ugwali għal 1,07, li jirrifletti żieda finali tat-tneħħija totali kif simulat f'mudelli matematiċi sottostanti, li jimmira li jżid ir-rendiment annwali mingħajr ma jikkomprometti l-għan li r-riskju għat-tnaqqis fid-daqs tal-istokk jinżamm f'livell baxx ħafna;
   (b) it-TAC stabbilit għas-sena li fiha jkun sar l-istħarriġ dwar il-bajd, minn issa “l quddiem ”TAC ta' referenza“;
   (c) fattur ta' differenzjazzjoni stabbilit skont l-Anness, li jirrifletti x-xejriet fl-abbundanza tal-istokk abbażi tal-indiċijiet tal-istħarriġ dwar il-bajd;
   (d) ammont minimu ta' tneħħija totali, inklużi l-estimi tar-rimi lura, ta' bejn 70 000 u 80 000 tunnellata. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi l-ammont minimu ta' tneħħija totali meta jistabbilixxi t-TAC skont dan il-Kapitolu.

2.  It-tneħħija totali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata skont il-formula li ġejja:

1,07 * (l-ammont minimu ta' tneħħija totali + (TAC ta' referenza* fattur ta' differenzjazzjoni) / 2)

3.  Meta jkun disponibbli biss kalkolu provviżorju tal-aħħar indiċi tal-istħarriġ dwar il-bajd, it-tneħħija totali għandha tiġi kkalkulata skont il-paragrafi 1 u 2 abbażi tal-indiċi provviżorju u adattati matul is-sena tal-applikazzjoni tat-TAC rilevanti għar-riżultat aħħari tal-istħarriġ dwar il-bajd.

Artikolu 8

Kalkolu tat-tneħħija totali għas-snin sussegwenti

1.  Meta t-TAC għandu jiġi stabbilit għal sena li ma ssegwix sena li fih l-istħarriġ dwar il-bajd ikun seħħ, it-tneħħija totali għandha tkun ugwali għat-tneħħija totali kkalkulata għas-sena ta' qabel.

1.  Madankollu, jekk ikunu skadew aktar minn tliet snin mill-aħħar stħarriġ dwar il-bajd, ikkalkulati mis-sena li fih għandu jiġi stabbilit it-TAC, it-tneħħija totali għandha titnaqqas bi 15 %, sakemm l-STECF ikun tal-parir li tnaqqis bħal dan ma jkunx xieraq, f'liema każ it-tneħħija totali għandha tkun ugwali għal dik ta' qabel jew ikkalkulata bi tnaqqis aktar baxx, abbażi tal-parir tal-STECF.

Artikolu 9

Regola tranżizzjonali għall-istabbiliment tat-TAC

Meta l-ewwel TAC li jkun se jiġi stabbilit skont l-Artikoli 6 u 7 jirrigwarda sena li ma ssegwix sena li fih ikun sar stħarriġ dwar il-bajd, it-TAC għandu jiġi kkalkulat skont dawk l-Artikoli daqslikieku l-aħħar stħarriġ dwar il-bajd ikun seħħ fis-sena ta' qabel.

Artikolu 10

Adattament ta' miżuri

Fil-każ li l-STECF jagħti parir, minħabba għarfien aħjar dwar l-istokkijiet jew metodu ta' valutazzjoni mtejjeb tal-istokkijiet, li l-fattur ta' differenzjazzjoni jew l-inklinazzjoni li jirriflettu l-abbundanza tal-bajd kif stipulat fl-Anness għandhom ikunu stabbiliti jew ikkalkulati b'mod differenti, il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 11 u skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 13, modifiki fl-Anness sabiex dawk il-parametri jiġu adattati għall-pariri xjentifiċi ġodda.

Artikolu 11

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa biex tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 10 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin mid- ...(8). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħa delegata sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 12.

2.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħa biex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 u 13.

Artikolu 12

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista' tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex jiġi deċiż għandhiex tiġi revokata d-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f'perjodu raġonevoli ta' żmien qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tkun suġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tapplika minnufih jew f'data aktar “il quddiem speċifikata minnha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att delegat fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.   Jekk, meta jintemm il-perjodu msemmi fil-Paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista' jidħol fis-seħħ qabel ma jintemm dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ U SORVELJANZA

Artikolu 14

Awtorizzazzjoni għas-sajd

1.  Sabiex ikunu jistgħu jistadu għas-sawrell tal-Punent, il-bastimenti awtorizzazzjoni għas-sajd maħruġa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.  Għandu jkun ipprojbit li kwalunkwe bastiment tas-sajd li ma jkollux awtorizzazzjoni għas-sajd, li jistad għal xi kwantità ta' sawrell jew li jżommha abbord filwaqt li l-bastiment ikun qiegħed fuq vjaġġ tas-sajd li kien jinkludi l-preżenza ta' dak il-bastiment fid-Diviżjonijiet tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 2.

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd li ma jkollux awtorizzazzjoni għas-sajd jista' jżomm sawrell abbord u jidħol fiż-żona msemmija fl-Artikolu 2, kemm-il darba t-tagħmir ikun marbut u merfugħ skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

4.  Minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, qabel ma jidħol fiż-żona msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, il-kaptan tal-bastiment li ma jkollux awtorizazzjoni għas-sajd għandu jirreġistra fil-ġurnal, id-data u l-ħin meta spiċċat l-aħħar operazzjoni ta' sajd, filwaqt li jispeċifika l-port li biħsiebu jħott fih. Meta l-bastiment ikun suġġett għar-rekwiżiti tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, it-tagħrif għandu jiġi trażmess skont dak l-Artikolu. Il-kwantitajiet ta' sawrell abbord il-bastiment li ma jkunux irreġistrati fil-ġurnal għandhom jitqiesu li nqabdu fiż-żona.

5.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta' bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd u li tkun tista' tinkiseb mis-sit elettroniku uffiċjali tiegħu mill-Kummissjoni u minn Stati Membri oħra. L-Istat Membru għandu jinkorpora dik il-lista fil-parti sikura tas-sit web uffiċjali stabbilit skont l-Artikolu 114 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

6.   Bla ħsara għall-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità,(9), il-Paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li biħsiebhom jistadu għas-sawrell tal-Punent fl-ilmijiet tal-Unjoni.

Artikolu 15

Kontroverifiki

1.  Meta titwettaq il-validazzjoni tad-data dwar is-sawrell tal-Punent skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għandha tiġi enfasizzata b'mod partikolari l-possibbiltà li speċijiet pelaġiċi żgħar, li mhumiex sawrell, jiġu rrappurtati bħala sawrell, u viċi versa.

2.  ▌ Għandha wkoll issir enfażi partikolari fuq il-koerenza tad-dejta dwar iż-żoni fir-rigward tal-attivitajiet osservati f'żoni fejn jiltaqgħu l-konfini tal-istokkijiet tas-sawrell, jiġifieri d-Diviżjonijiet tal-ICES VIIIc u IXa, IVa u IVb, VIIe u VIId.

KAPITOLU V

AZZJONI TA' SEGWITU

Artikolu 16

Evalwazzjoni tal-pjan

Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' pariri mill-STEFC u wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti, tevalwa l-impatt tal-pjan fuq l-istokk tas-sawrell tal-Punent u fuq is-sajd li jisfrutta dak l-istokk, mhux aktar tard mis-sitt sena tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u wara f'kull sitt sena suċċessiva tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, tipproponi miżuri rilevanti biex temenda l-pjan.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Assistenza permezz tal-Fond Ewropew tas-Sajd

1.  Għal dawk is-snin li fihom l-istokk riproduttiv jiġi stmat xjentifikament li jkun laħaq għall-inqas 130 % tad-daqs li kellu fl-1982, il-pjan għandu jitqies bħala pjan ta' ġestjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet ta-Artikolu 21(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

2.  Għal dawk is-snin li fihom l-istokk riproduttiv jiġi stmat xjentifikament li huwa iżgħar minn 130 % tad-daqs li kellu fl-1982, il-pjan għandu jitqies bħala pjan ta' rkupru skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet ta-Artikolu 21(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 14 għandu japplika mid-data ta' applikazzjoni tal-Artikoli 7 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Kalkolu tal-fattur ta' differenzjazzjoni kif jissemma fl-Artikolu 7(1)(c)

1.  Il-fattur ta' differenzjazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(1)(c) għandu jiġi stabbilit kif ġej, abbażi tal-inklinazzjoni kkalkulata skont il-punt 2 ta' dan l-Anness:

   (a) Jekk l-inklinazzjoni tal-indiċijiet tal-aħħar tliet stħarriġiet dwar il-bajd tkun ta' – 1,5 jew inqas, il-fattur ta' differenzjazzjoni jkun ta' 0,
   (b) Jekk l-inklinazzjoni tal-indiċijiet tal-aħħar tliet stħarriġiet dwar il-bajd tkun akbar minn – 1,5 u iżgħar minn 0, il-fattur ta' differenzjazzjoni huwa ugwali għal 1 – (– 2/3 * l-inklinazzjoni),
   (c) Jekk l-inklinazzjoni tal-indiċijiet tal-aħħar tliet stħarriġiet dwar il-bajd tkun ta' 0 jew akbar, u mhux akbar minn 0,5 il-fattur ta' differenzjazzjoni jkun ta' 1 + (0,8 * l-inklinazzjoni),
   (d) Jekk l-inklinazzjoni tal-indiċijiet tal-aħħar tliet stħarriġiet dwar il-bajd akbar minn 0,5, il-fattur ta' differenzjazzjoni jkun ta' 1,4.

2.  L-inklinazzjoni tal-indiċijiet tal-aħħar tliet stħarriġiet dwar il-bajd għandha tiġi kkalkulata skont il-formula li ġejja:

(indiċi 3 tal-istħarriġ dwar il-bajd – indiċi 1 tal-istħarriġ dwar il-bajd) / (3 - 1),

fejn l-indiċijiet tal-aħħar tliet stħarriġiet dwar il-bajd jitqiegħdu f'ringiela biex jimmarkaw il-punt 1, il-punt 2 u l-punt 3 fuq l-assi x ta' koordinat, biex b'hekk l-indiċi 3 tal-istħarriġ dwar il-bajd ikun l-aħħar indiċi tal-istħarriġ dwar il-bajd, u l-indiċi 1 tal-istħarriġ dwar il-bajd ikun l-indiċi stmat sitt snin qabel.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2)1 ĠU C 354, 28.12.2010, p. 68.
(3)2 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010.
(4) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(5) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 337, 21.12.2007, p. 56.
(7) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(8)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(9) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.


Projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading) u r-restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound ***I
PDF 290kWORD 71k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading) u r-restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (COM(2010)0325 – C7-0156/2010 – 2010/0175(COD))
P7_TA(2010)0422A7-0295/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0325),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0156/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Settembru 2010(1),

–   wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-12 ta' Novembru 2010 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi aċċettata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0295/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tħejji pjan ta' ġestjoni komprensiv għall-ħut ċatt fil-Baħar Baltiku;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-projbizzjoni tas-selezzjoni kwalitattiva (highgrading) u r-restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

P7_TC1-COD(2010)0175


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1237/2010.)

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-użu ta' speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura ***I
PDF 290kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta' speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (COM(2009)0541 – C7-0272/2009 – 2009/0153(COD))
P7_TA(2010)0423A7-0184/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0541) u l-proposta emendata lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0393),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill dwar il-proposta tal-bidu (C7-0272/2009),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli il-Kummissjoni ippreżentat il-proposta emendata lill-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-12 ta' Novembru 2010 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010 u tal-21 ta' Ottubru 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0184/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jenfasizza l-fatt li l-proposta emendata tal-Kummissjoni tinkorpora l-parti l-kbira tal-emendi adottati mill-Kumitat għas-Sajd fit-2 ta' Ġunju 2010;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta' speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura

P7_TC1-COD(2009)0153


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 304/2011.)

(1) Għadhom mhumiex ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


Għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi *
PDF 433kWORD 135k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għeluq ta' minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (COM(2010)0372 – C7-0296/2010 – 2010/0220(NLE))
P7_TA(2010)0424A7-0324/2010

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0372),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 107(3(e)) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0296/2010),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0324/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tadatta l-proposta tagħha skont dan;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 107(3)(e) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 107(3)(e) u l-Artikolu 109 tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 tat-23 ta' Lulju 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010.
(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1407/2002 tat-23 ta' Lulju 2002 dwar l-għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2010 u fin-nuqqas ta' qafas leġiżlattiv ġdid li jippermetti ċerti tipi speċifiċi ta' għajnuniet mill-istat għall-industrija tal-faħam, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuniet biss fil-limiti li dwarhom jiddisponu r-regoli ġenerali dwar l-għajnuniet mill-istat li japplikaw għas-setturi kollha.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Il-faħam jintuża mhux biss bħala karburant iżda wkoll bħala materja prima għall-industrija kimika, rwol li se jikseb aktar importanza fil-futur.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 1 b (ġdida)
(1b)  Il-kapaċità ta' produzzjoni fl-industrija tal-minjieri tal-faħam tal-UE li tintilef minħabba għaleuq tal-minjieri se tkun ikkumpensata mill-importazzjoni ta' faħam fl-Unjoni, bil-konsegwenza li jkunu pajjiżi terzi li jfornu l-faħam lill-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Il-kontribuzzjoni żgħira tal-faħam issussidjat lejn it-taħlita enerġetika ġenerali ma għadhiex tiġġustifika ż-żamma ta' tali sussidji bil-għan li tkun żgurata l-provvista tal-enerġija fuq il-livell tal-Unjoni.
(2)  Il-kontribuzzjoni żgħira tal-faħam issussidjat lejn it-taħlita enerġetika ġenerali tal-UE tfisser li s-sussidji għall-estrazzjoni tal-faħam jistgħu jibbilanċjaw l-interruzzjonijiet li jista' jkun hemm fil-provvista tal-enerġija biss sa punt limitat. Madankollu, il-livell tal-għajnuna mill-istat fis-settur tal-faħam illum hija hekk baxxa li ma jistax ikollha effett distorsiv fuq il-kompetizzjoni. Minimu ta' produzzjoni ta' faħam fil-livell tal-Unjoni jżomm aċċess għal depożiti indiġeni fl-interessi tal-ħolqien ta' riserva strateġika.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  L-iskadenza tar-Regolament (KE) Nru 1407/2002 se ġġiegħel lil xi wħud mill-Istati Membri jagħlqu l-minjieri tal-faħam tagħhom mil-lum għall-għada u jġarrbu l-konsegwenzi soċjali u reġjonali kbar ta' dan l-għeluq.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 2 b (ġdida)
(2b)  Fid-dawl tal-impatt soċjoekonomiku estremament serju tal-għeluq tal-minjieri, b'mod partikolari fir-reġjuni bi ftit popolazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat appoġġ immirat mill-fondi strutturali tal-UE fil-baġits tal-ġejjieni, anki jekk ir-reġjuni milquta jkunu jinsabu fi Stati Membri bi problemi ekonomiċi anqas severi.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 2 c (ġdida)
(2c)  Skont l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jiddeterminaw huma stess il-kundizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi tal-enerġija tagħhom, li jagħżlu bejn riżorsi differenti tal-enerġija u li jiddeterminaw l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tagħhom.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Il-politiki tal-Unjoni li jinkoraġġixxu enerġija rinnovabbli u l-użu ta' karburant fossili b'inqas karbonju għall-ġenerazzjoni tal-enerġija ma jiġġustifikawx is-sostenn indefinit tal-minjieri tal-faħam li mhumiex kompetittivi. Il-kategoriji ta' għajnuna permessi mir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 għalhekk ma għandhomx jitkomplew indefinittivament.
(3)  F'dak li jirrigwarda l-politiki tal-Unjoni li jgħinu l-użu ta' enerġija rinnovabbli u l-użu ta' karburant fossili b'inqas karbonju għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jipprovdu pjan ta' miżuri bil-għan li jtaffu l-impatt ambjentali tal-użu tal-faħam, pereżempju fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, tal-enerġija rinnovabbli jew fil-qbid u l-ħżin tal-karbonju. Dan japplika għal kull tip ta' faħam u kull tip ta' riżorsi. Għandu jkun rikonoxxut li s-sostituzzjoni tal-faħam sussidjat b'dak mhux sussidjat m'għandu l-ebda impatt benefiku fuq l-ambjent.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Minħabba li s-sorsi tal-enerġija fl-Unjoni huma skarsi, l-appoġġ għall-industrija tal-minjieri tal-faħam huwa ġustifikat skont il-politika tal-Unjoni li tinkorġġixxi l-karburanti rinovabbli u dawk fossili b'anqas karbonju għall-ġenerazzjoni tal-enerġija. Il-kategoriji ta' għajnuna permessi bir-Regolament (KE) Nru 1407/2002 ma għandhomx jinżammu indefinittivament. Madanakollu, fi kwalunkwe każ, għandha tinżamm l-għajnuna mill-istat maħsuba biex tnaqqas l-effett ta' tniġġis tal-faħam. Minjieri li jistgħu jkunu kompetittivi imma jibqgħu jirrikjedu għajnuna mill-istat għal investimenti tat-teknoloġija ambjentali wara l-iskadenza ta' perjodu ta' 10 snin għandhom ikunu eżentati minnn tali qtugħ tas-sussidji.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Mingħajr ħsara għar-regoli ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri biex itaffu l-konsegwenzi soċjali u reġjonali tal-għeluq ta' dawk il-minjieri, jiġifieri l-istralċ ordnat tal-attivitajiet fil-kuntest ta' pjan ta' għeluq irrivokabbli u/jew il-finanzjament tal-kosti eċċezzjonali, partikolarment ir-responsabbiltajiet li jintirtu.
(5)  Mingħajr ħsara għar-regoli ġenerali dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri biex itaffu l-konsegwenzi soċjali u reġjonali tal-għeluq possibbli ta' dawk il-minjieri, jiġifieri l-istralċ ordnat tal-attivitajiet fil-kuntest ta' pjan ta' għeluq irrivokabbli u/jew il-finanzjament tal-kosti eċċezzjonali, partikolarment ir-responsabbiltajiet li jintirtu.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Għandu jinħaseb immedjatament għat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema milquta mill-pjanijiet ta' għeluq u għal dak il-għan għandhom jiġu esplorati l-possibilitajiet kollha ta' finanzjament reġjonali ,nazzjonali u tal-Unjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 5 b (ġdida)
(5b)  Se jeħtieġ li jissokta lil hinn mill-2014 l-finanzjament ta' miżuri ta' protezzjoni ambjentali u ta' kosts relatati mal-għeluq tal-minjieri fit-tul. Tmiem prematur tas-sussidji tal-Istati Membri lill-industrija tal-faħam iwassal għal tħarbit ekoloġiku u finanzjarju serju fir-reġjuni kkonċernati u fl-aħħar mill-aħħar jiġi jiswa ħafna aktar flus mit-tneħħija gradwali ta' dawn is-sussidji.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Dan ir-Regolament jimmarka t-tranżizzjoni tas-settur tal-faħam minn regoli speċifiċi għas-settur għar-regoli ġenerali ta' għajnuna mill-Istat li huma applikabbli għas-setturi kollha.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Sabiex jimminimizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern li jirriżultaw minn għajnuna, tali għajnuna għandha tkun digressiva u strettament limitata għall-unitajiet ta' produzzjoni li huma ppjanati għal għeluq irrevokabbli.
(7)  Sabiex ikunu mminimizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern li jirriżultaw minn għajnuna, tali għajnuna għandu jkollha xejra “l isfel u għandha tkun limitata għall-unitajiet ta' produzzjoni li huma ppjanati għal għeluq irrevokabbli, għajr fejn dawk l-unitajiet ikunu srau kompetittivi sad-data skedata għall-għeluq.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  Ir-riabilitazzjoni ta' siti fejn qabel kien hemm minjieri tal-faħam tirrikjedi għadd ta' miżuri bħalma huma t-tneħħija ta' tagħmir minerarju mill-minjiera u li din tinġieb fi stat ta' sikurezza, it-tindif tas-sit u t-tneħħija tal-ilma tal-iskart. il-finanzjament ta' din ir-riabilitazzjoni jirrikjedi ppjanar fit-tul.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Sabiex jittaffa l-impatt ambjentali negattiv ta' għajnuna għall-faħam, l-Istati Membri għandhom jipprovdu pjan ta' miżuri xierqa, pereżempju fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, enerġija rinnovabbli u l-ġbir u ħżin tad-diossidu tal-karbonju.
imħassar
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 8 a (ġdida)
(8a)  Livell minimu ta' produzzjoni tal-faħam flimkien ma' miżuri oħra, b'mod partikolari għall-promozzjoni tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu, se jgħinu biex tinżamm proporzjon ta' sorsi primarji indiġeni tal-enerġija, li tista' tagħti spinta sinifikanti lis-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni. Barra minn hekk, proporzjon tas-sorsi primarji indiġeni se sservi wkoll biex tippromwovi miri ambjentali fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli. Fil-kuntest tal-ispinta tas-sorsi primarji indiġeni tal-enerġija fl-Unjoni biex tiġi kontrobilanċjata id-dipendenza sinfikanti tagħha fuq l-importazzjoni, għandha tkun ikkunsidrata l-kompletazzjoni tas-sorsi indiġeni mhux fossili b'sorsi fossili, u l-faħam huwa l-uniku sors tal-enerġija fossili f'xi Stati Membri.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 8 b (ġdida)
(8b)  Fin-netwerks ta' impjanti għall-produzzjoni tal-elettriku mill-faħam, il-faħam indiġenu x'aktarx li jiġi ssostitwit b'faħam impurtat, u b'hekk kosts sostanzjali ta' trasport u impatt negattiv tal-karbonju bla ma jinbidel fir-realtà l-ammont ta' emissjonijiet ta' CO2mill-produzzjoni tal-elettriku.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 8 c (ġdida)
(8c)  F'termini tal-ġeoloġija, il-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni tal-faħam ivarjaw skont is-sit, u f'termini tal-istandards soċjali, ta' sikurezza u ambjentali (relatati maċ-ċediment tal-artijiet u danni ambjentali oħra) li jiddependu miċ-ċirkustanzi politiċi. L-effett ta' dawn il-varjazzjonijiet iwassal għal żvantaġġi kompetittivi, b'mod partikolari bejn l-Unjoni u l-faħam importat, li wasslu gal miżuri sostanzjali ta' ristrutturar fl-industrija tal-faħam tal-Unjoni li ġab miegħu tnaqqis maġġuri tal-attività f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 8 d (ġdida)
(8d)  Livell minimu ta' produzzjoni ta' faħam issussidjat se jgħin ukoll biex tinżamm il-posizzjoni prominenti tas-settur minerarju tal-Unjoni u tat-teknoloġija għal faħam nadif, b'tali mod li dik it-teknoloġija, b'mod partikolari, tista' tiġi ttrasferita lejn l-inħawi prinċipali li jipproduċu l-faħam f'pajjiżi terzi u b'hekk tagħti kontribut għal tnaqqis dinji sinifikanti fl-emissjonijiet niġġiesa u tal-gassijiet serra..
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 8 e (ġdida)
(8e)  Fil-preżent l-użu prinċipali tal-faħam fl-Unjoni huwa għall-produzzjoni tal-enerġija u, f'livell anqas, għall-produzzjoni ta' faħam kokk għall-azzar. Għal raġunijiet ambjentali, il-produzzjoni tal-enerġija mill-faħam għandha tieqaf mill-aktar fis possibbli biex inflokha tidħol iol-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija. Fl-industrija tal-azzar, madankollu, il-faħam x'aktarx li jibqa; indispensabbli fil-ġejjieni prevedibbli. Fid-dawl tat-tnaqqis fir-riżorsi taż-żejt (“peak oil”) il-faħam x'aktarx se jikseb importanza dejjem ikbar bħala materja prima ta' sostitut għall-industrija kimika. Fit-tul, għaldaqstant, m'għandux jiġi eskluż l-issuktar tal-aċċess għad-depożiti tal-faħam tal-Unjoni bil-għan li jinżamm, għal raġunijiet tekniċi, livell minimu ta' produzzjoni tal-faħam li ma jikkawżax distorsjoni tal-kompetizzjoni, anki jekk tali ssuktar tal-aċċess ikun jeħtieġ perjodu twil ta' għajnuna mill-istat.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  L-impriżi, f'konformità mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” u l-ħtieġa tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni, għandhom ikunu obbligati li jkopru l-ispejjeż tar-rimedjar ta' kwalunkwe ħsara ambjentali ta' żmien qasir u/jew fit-tul ikkawżata mill-attivitajiet tagħhom.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Fit-twettiq tal-kompitu tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li l-kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni jiġu stabbiliti, miżmuma u mħarsa. Fir-rigward ta' iktar għajnuna lill-industrija tal-faħam, speċjalment għas-suq tal-elettriċità, din ma għandhiex tkun tali li taffetwa lilll-produtturi tal-enerġija fl-għażla tas-sorsi primarji ta' provvista ta' enerġija. Konsegwentament, il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-faħam għandhom ikunu maqbula liberament bejn il-partijiet kontraenti fid-dawl tal-kondizzjonijiet prevalenti fis-suq dinji.
(10)  Fit-twettiq tal-kompitu tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni jiġu stabbiliti, miżmuma u mħarsa. Fir-rigward ta' iktar għajnuna lill-industrija tal-faħam, speċjalment għas-suq tal-elettriċità, din ma għandhiex tkun tali li taffetwa lilll-produtturi tal-enerġija fl-għażla tas-sorsi primarji ta' provvista ta' enerġija. Konsegwentament, il-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-faħam għandhom ikunu maqbula liberament bejn il-partijiet kontraenti fid-dawl tal-kondizzjonijiet prevalenti fis-suq dinji. Fid-dawl taż-żieda prevedibbli fil-prezzijiet tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżamni regolari tal-kontribut potenzjali tal-faħam tal-Unjoni għas-sigurtà tal-enerġija.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  L-għajnuna għandha tkopri biss kosti dwar faħam għall-produzzjoni tal-elettriċità, il-produzzjoni tas-sħana u l-elettriċità flimkien, il-produzzjoni tal-kokk u l-karburazzjoni tal-kalkari tal-blast fl-industrija tal-azzar, fejn tali użu jseħħ fl-Unjoni,
2.  L-għajnuna għandha tkopri kosti dwar faħam għall-produzzjoni tal-elettriċità, il-produzzjoni tas-sħana u l-elettriċità flimkien, il-produzzjoni tal-kokk, il-karburazzjoni tal-kalkari tal-blast fl-industrija tal-azzar u r-riċerka u l-investiment f'teknoloġiji mfassla biex inaqqsu l-emissjonijiet niġġiesa mill-faħam, fejn tali użu jseħħ fl-Unjoni.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
(a) l-operazzjoni tal-unitajiet ta' produzzjoni kkonċernati trid tkun tagħmel parti minn pjan ta' għeluq li l-iskadenza tiegħu ma taqbiżx l-1 ta' Ottubru 2014;
(a) l-operazzjoni tal-unitajiet ta' produzzjoni kkonċernati trid tkun tagħmel parti minn pjan ta' għeluq li l-iskadenza tiegħu ma taqbiżx il-31 ta' Diċembru 2018;
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
(b) l-unitajiet ta' produzzjoni kkonċernati jridu jingħalqu definittivament skont il-pjan ta' għeluq;
(b) l-unitajiet ta' produzzjoni kkonċernati jridu jingħalqu definittivament skont il-pjan ta' għeluq, sakemm ma jkunux saru kompetittivi sad-data stipulata f'dak il-pjan u sakemm il-ħtiġijiet tal-enerġija tal-Unjoni ma jirrikejdux l-isuktar tal-eżistenza tagħhom;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f
(f) l-ammont globali tal-għajnuna għall-għeluq mogħtija minn Stat Membru għal kwalunkwe impriża partikolari jrid isegwi xejra “l isfel, fejn it-tnaqqis bejn il-perjodi suċċessivi ta' ħmistax-il xaħar ma jridx ikun inqas minn 33 fil-mija tal-għajnuna pprovduta fil-perjodu inizjali ta' ħmistax-il xaħar tal-pjan ta' għeluq;
(f) l-ammont globali tal-għajnuna għall-għeluq mogħtija minn Stat Membru jrid isegwi xejra “l isfel;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h
(h) l-Istat Membru għandu jipprovdi pjan biex jieħu miżuri bil-għan li jittaffa l-impatt ambjentali tal-użu tal-faħam, pereżempju fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, enerġija rinnovabbli u l-ġbir u ħżin tad-diossidu tal-karbonju. L-inklużjoni ta' miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) f'tali pjan hija mingħajr ħsara għall-obbligi ta' notifika u ta' waqfien imposti fuq l-Istat Membru permezz tal-Artikolu 108(3) TFUE fir-rigward ta' dawn il-miżuri, u għal kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri mas-suq intern.“
imħassar
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Jekk l-unitajiet ta' produzzjoni li għalihom tingħata l-għajnuna skont il-paragrafu 1 ma jingħalqux fid-data stabbilita fil-pjanijiet ta' għeluq awtorizzati mill-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkupra l-għajnuna kollha mogħtija għall-perjodu kollu kopert mill-pjan ta' għeluq.
2.  Jekk l-unitajiet ta' produzzjoni li għalihom tingħata l-għajnuna skont il-paragrafu 1 ma jingħalqux fid-data stabbilita fil-pjanijiet ta' għeluq awtorizzati mill-Kummissjoni jew ma jkunux saru kompetittivi sa dik id-data, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirkupra l-għajnuna kollha mogħtija għall-perjodu kollu kopert mill-pjan ta' għeluq.

Il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-2009
PDF 238kWORD 66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar il-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fl-2009 (2010/2236(INI))
P7_TA(2010)0425A7-0315/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Sħubija tal-Kotonù)(1),

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, adottati fit-3 ta' April 2003(2), hekk kif ġew immodifikati l-aħħar f'Port Moresby ((Papua-New Guinea) fit-28 ta' Novembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-iżvilupp, iffirmat fl-20 ta' Diċembru 2005(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp(4),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Kigali (Rwanda) li ġiet adottata mill-JPA fit-22 ta' Novembru 2007 għall-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika Favur l-Iżvilupp (EPA)(5),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Luwanda dwar it-Tieni Reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-EU (il-Ftehim ta' Sħubija ta' Kotonù) adottata mill-JPA fit-3 ta' Diċembru 2009 f'Luwanda (Angola)(6),

–  wara li kkunsidra l-Georgetown Communiqué adottata fis-26 ta' Frar 2009 f'Georgetown (Guyana) matul il-laqgħa reġjonali tal-Karibew tal-JPA(7),

–  wara li kkunsidra l-Ouagadougou Communiqué adottata fit-30 ta' Ottubru 2009 f'Ouagadougou (Burkina Faso) matul il-laqgħa reġjonali tal-Punent tal-Afrika tal-JPA(8),

–  wara li kkunsidra l-Kunses Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja ffirmat fit-18 ta' Diċembru 2007(9),

–  wara li kkunsidra r-risoluzzjonijiet adottati mill-JPA fl-2009:

   dwar sfidi għall-akkomodazzjoni demokratika tad-diversitajiet etniċi, kulturali u reliġjużi fil-pajjiżi tal-AKP u l-UE(10),
   dwar il-ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika u l-impatti tagħhom fuq l-Istati AKP(11),
   dwar il-konsegwenzi soċjali u ambjentali tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi tal-AKP(12),
   dwar l-irwol tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Kotonù sabiex tinstab soluzzjoni għall-kriżi alimentari u finanzjarja fil-pajjiżi tal-AKP(13),
   dwar l-istabbiliment u l-promozzjoni tal-paċi, is-sigurtà, l-istabilità u l-governanza fis-Somalja(14),
   dwar il-Governanza globali u r-riforma tal-istituzzjonijiet internazzjonali(15),
   dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-Istati AKP(16),
   dwar l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni soċjali u kulturali taż-żgħażagħ(17),
   dwar it-tibdil fil-klima(18),
   dwar is-sitwazzjoni fil-Madagascar(19),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0315/2010),

A.  billi l-membri tal-JPA esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-aħħar żviluppi tan-negozjati tal-EPA matul l-aħħar sessjonijiet ta' dibattiti regolari tagħhom f'April 2009 fi Praga (ir-Repubblika Ċeka) u f'Diċembru 2009 f'Luwanda (Angola),

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 msemmi hawn fuq, li jipprovdi programmi tematiċi applikabbli wkoll għall-pajjiżi tal-AKP, kif ukoll programm ta' miżuri ta' akkumpanjament għall-pajjiżi li huma firmatarji tal-protokoll dwar iz-zokkor, ġie adottat,

C.  billi l-Kummissarju għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja ħa impenn, fis-sessjoni tal-JPA li saret f'Ġunju 2007 f'Wiesbaden (il-Ġermanja), sabiex jissottometti d-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjonali għall-Pajjiżi tal-AKP (2008-2013) għall-iskrutinju demokratiku tal-Parlamenti, filwaqt li jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni ġiet imwettqa,

D.  billi r-reviżjoni tal-Ftehim ta' Sħubija tal-Kotonù fl-2010 tipprovdi opportunità ta' valur għat-tisħiħ fl-irwol tal-JPA u d-dimensjoni reġjonali kif ukoll fl-iżvilupp tal-iskrutinju parlamentari fir-reġjuni tal-AKP,

E.  billi ż-żewġ laqgħat reġjonali tal-JPA fl-2009 f'Guyana and Burkina Faso fl-2009 kellhom suċċess konsiderevoli u wasslu għall-adozzjoni tal-communiqués ta' Georgetown and Ouagadougou msemmija hawn fuq,

F.  billi s-sitwazzjoni fin-Niġerja, il-Guinea u l-Madagascar iddeterjorat fl-2009, li waslet għat-tneħħija tad-demokrazija parlamentari fit-tliet pajjiżi kif ukoll id-degradar tal-istatus tar-rappreżentanti tagħhom bħala osservaturi fit-18-il sessjoni tal-JPA f'Luwanda,

G.  filwaqt li l-kunflitt kontinwu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) irriżulta fi vjolazzjonijiet gravi u rrepetuta tad-drittijiet tal-bniedem; billi hemm ħtieġa ta' għajnuna umanitarja effettiva u impenn akbar mill-komunità internazzjonali,

H.  billi kkunsidra x-xogħol magħmul mill-Parlament Pan-Afrikan (PAP) u t-twaqqif ta' relazzjonijiet formali bejn il-Parlament Ewropew u l-PAP, kif ukoll li tiġi stabbilita delegazzjoni interparlamentari tal-Parlament Ewropew għal relazzjonijiet mal-PAP,

1.  Jilqa' l-fatt li fl-2009 l-JPA kompliet toffri qafas għal djalogu miftuħ, demokratiku u fil-fond dwar in-negozjati tal-EPA bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP, u jitlob djalogu politiku mtejjeb;

2.  Jilqa' t-tweġiba pożittiva tal-Kummissarju l-ġdid għall-Kummerċ għat-talba minn bosta pajjiżi u reġjuni tal-AKP sabiex jerġgħu jiġu studjati l-kwistjonijiet kontroversjali mressqa matul in-negozjati tal-EPAs, b'konformità mal-istqarrijiet magħmula mill-President tal-Kummissjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' monitoraġġ parlamentari mill-qrib tan-negozjati u l-implimentazzjoni tal-EPAs;

3.  Jenfasizza, b'mod partikolari, l-irwol kruċjali tal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi tal-AKP, kif ukoll l-awtoritajiet lokali u l-korpi mhux statali, fil-monitoraġġ u l-ġestjoni tad-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż u r-Reġjun u fl-implimentazzjoni tal-EDF u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi l-involviment tagħhom; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' skrutinju parlamentari mill-qrib matul in-negozjati tal-EPAs;

4.  Jistieden lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-AKP sabiex jeżiġu li l-gvernijiet tagħhom kif ukoll il-Kummissjoni jinvolvuhom fil-proċess ta' preparazzjoni u ta' implimentazzjoni tad-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjonali li jirrigwardaw il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tagħhom (2008-2003), u jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fin-negozzjati tal-EPA;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi l-informazzjoni kollha li hemm disponibbli lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-AKP u sabiex tgħinhom f'dan ix-xogħol ta' skrutinju demokratiku, b'mod partikulari permezz ta' appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet tagħhom;

6.  Jiġbed l-attenzjoni dwar it-tħassib tal-JPA u r-riperkussjonijiet tal-kriżi finanzjarja attwali u l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni f'Luwanda dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq il-pajjiżi tal-AKP; iħeġġeġ lill-JPA sabiex tkompli taħdem f'dan il-qasam u biex tiskopri sorsi addizzjonali u innovattivi għall-iffinanzjar tal-iżvilupp, bħalma hija t-taxxa internazzjonali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji; barra minn hekk jistieden lill-JPA sabiex tindirizza l-kwistjoni dwar l-eradikazzjoni tar-rifuġji fiskali;

7.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissarju preċedenti għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja fis-sessjoni tal-JPA f'Kigali msemmija hawn fuq, li saret sabiex id-Dokumenti Strateġiċi Nazzjonali u Reġjonali għall-Pajjiżi tal-AKP (2008-2013) ikunu soġġetti għall-iskrutinju demokratiku mill-Parlamenti, ukoll, jilqa' l-ħidma li saret diġà minn ċerti parlamenti tal-AKP għall-eżami ta' tali dokumenti, kif ukoll l-iskrutinju tal-JPA fuq l-RSPs qabel l-eżami ta' nofs it-terminu, u jitlob sabiex dan l-input jiġi kkunsidrat kif xieraq;

8.  Ifakkar f'dan ir-rigward, fil-ħtieġa li l-parlamenti jiġu involuti aktar mill-qrib fil-proċess demokratiku u fl-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp; jenfasizza l-irwol fundamentali li għandhom fl-implimentazzjoni, is-segwitu u monitoraġġ tal-politiki għall-iżvilupp;

9.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) għandu jkun inkorporat mal-baġit tal-Unjoni bl-għan tiżdied il-konsistenza, it-trasparenza u l-effikaċja tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, u li jiżgura l-iskrutinju demokratiku tiegħu; jenfasizza li l-integrazzjoni tal-EDF mal-baġit tal-Unjoni wkoll tagħmel parti minn risposta relevanti għad-diffikultajiet fl-eżekuzzjoni u fir-ratifika tal-EDFs suċċessivi;

10.  Jitlob lill-parlamenti sabiex jeżerċitaw skrutinju parlamentari strett rigward dak li jolqot il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp; jenfasizza l-pożizzjoni ewlenija tal-JPA f'dan id-dibattitu u jistieden lill-JPA, kif ukoll lill-parlamenti tal-AKP, biex jipparteċipaw attivament, partikularment fir-rigward tar-ratifikazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija rivedut ta' Kotonù;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon in-natura dejjem aktar parlamentari – u għalhekk, aktar politika – tal-JPA, kif ukoll l-intensifikazzjoni tal-impenn tal-Membri tagħha u tal-kwalità tad-dibattiti tagħha, fatturi li jikkontribwixxu b'mod deċiżiv għas-sħubija bejn l-AKP u l-UE;

12.  Jikkunsidra li d-dikjarazzjoni ddepositata, fit-2 ta' Diċembru 2009 f'Luwanda, mill-kopresidenti tal-JPA msemmija hawn fuq dwar is-sitwazzjoni fin-Niġerja u r-riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni f'Madagascar sabiex ikunu sinifikattivi ta' dan id-djalogu msaħħaħ;

13.  Jistieden lill-JPA sabiex ikompju jimmonitoraw is-sitwazzjoni fis-Sudan, il-Madagascar, in-Niġerja u l-Guinea Conakry;

14.  Jistieden lill-JPA sabiex tkompli tindirizza s-sitwazzjoni fis-Somalja, li qiegħda tipperikola l-ħajja tal-poplu Somalu u li hi ta' theddida għas-sigurtà fir-reġjun u jistieden lill-UE sabiex iżżomm l-impenji tagħha rigward il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, filwaqt li tiġi rrestawrata l-istabbiltà fir-reġjun u tiġi miġġielda l-piraterija;

15.  Jistieden lill-JPA sabiex tkompli tikkontribwixxi fl-isforz ta' sensibilizzzazzjoni tal-komunità internazzjonali dwar il-konflitti li qed jolqtu l-lvant tal-Repubblika Demokratika tal-Kongo, sabiex tiġi promossa soluzzjoni politika negozjata għall-kriżi u sabiex tappoġġja kull azzjoni li tista' titressaq bħala parti mis-soluzzjoni negozjata;

16.  Jistieden lill-JPA sabiex tkompli u twessa' d-djalogu mal-PAP u mal-parlamenti ta' organizzazzjonijiet reġjonali, minħabba l-importanza li għandha l-integrazzjoni tar-reġjun għall-paċi u għall-iżvilupp tal-pajjiżi tal-AKP;

17.  Jiddeplora li l-JPA ma ġietx ikkonsultata biżżejjed waqt il-preparazzjoni tal-istrateġija konġunta bejn l-UE u l-Afrika u jittama li l-JPA tkun involuta attivament fl-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija;

18.  Jilqa' l-fatt li aktar laqgħat reġjunali, previsti mill-Ftehim ta' Sħubija ta' Kotonù u r-Regoli ta' Proċedura tal-JPA, saru fl-2009; iqis li dawn il-laqgħat jippermettu li jkun hemm diskussjonijiet reali dwar il-kwistjonijiet reġjonali, inklużi l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, il-koeżjoni reġjonali, id-drittijiet tal-bniedem, il-kwistjonijiet ambjentali u n-negozjati tal-EPA; ifaħħar lill-organizzaturi taż-żewġ laqgħat f'Guyana u Burkina Faso li tassew kellhom suċċess;

19.  Jitlob lill-JPA sabiex tiżgura monitoraġġ b'saħħtu tan-negozjati matul il-laqgħat reġjonali tagħha;

20.  Jiddispjaċih li l-Kunsill injora t-talbiet repetuta li saru mill-Parlament Ewropew partikularment matul il-JPA f'Luwanda, sabiex jinkludi klawżola aktar b'saħħitha dwar in-non-diskriminazzjoni fir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Kotonù;

21.  Itenni l-prinċipju tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u n-non-diskriminazzjoni bħala l-bażi li fuqha tiġi mtejba l-governanza leġittima demokratika u d-djalogu politiku matul il-JPA;

22.  Iħeġġeġ lill-JPA sabiex isaħħaħ l-irwol tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi tagħha biex l-Assemblea ssir tabilħaqq forum ġenwin għad-dibattitu fi ħdan is-sħubija bejn l-AKP u l-UE dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokratizzazzjoni tas-soċjetà, u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kunflitti;

23.  Jilqa“, barra minn dan, il-Kumitat tal-JPA dwar ir-rapport tal-Affarijiet Politiċi dwar il-governanza globali, adottat f'Luwanda, li talab għal riformi ewlenin fl-istituzzjonijiet finanzjarji dinjija;

24.  Jinnota l-intenzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, Finanzjarju u l-Kummerċ tal-JPA sabiex ikompli jaħdem fuq l-EPAs u fuq modi li bihom noħorġu mill-kriżi;

25.  Jenfasizza r-rwol tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent tal-JPA fir-rigward tar-rapport tiegħu dwar ix-xogħol magħmul mit-tfal u l-intenzjoni tiegħu li jagħmel analiżi u jorganizza dibattiti dwar is-sitwazzjoni soċjali u ambjentali tal-pajjiżi tal-AKP;

26.  Jilqa“, barra minn dan, ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima adottati fl-2009 li taw vuċi lill-JPA matul is-Samit ta' Kopenħagen;

27.  Jilqa' l-involviment dejjem jikber ta' atturi mhux statali fis-sessjonijiet tal-JPA, kif muri fid-diskussjonijiet li rriżultaw fl-adozzjoni msemmija hawn fuq tad-Dikjarazzjoni ta' Port Moresby dwar il-kriżi internazzjonali attwali, kif ukoll mir-rapport dwar l-EPA tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali ppreżentat fis-sessjoni tal-JPA f'Ljubljana.

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-AKP, lill-Bureau tal-JPA, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tar-Repubblika Ċeka u l-Angola.

(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU C 231, 26.9.2003, p. 68.
(3) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(4) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41 (emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 960/2009 tal-14.10.2009, ĠU L 270, 15.10.2009, p. 8).
(5) ĠU C 58, 1.3.2008, p. 44.
(6) ĠU C 68, 18.3.2010, p. 43.
(7) AP/100.509.
(8) AP/100.607.
(9) Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, bl-isem: “Il-Kunses Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja” (ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1).
(10) ĠU C 221, 14.9.2009, p. 19.
(11) ĠU C 221, 14.9.2009, p. 24.
(12) ĠU C 221, 14.9.2009, p. 31.
(13) ĠU C 221, 14.9.2009, p. 38.
(14) ĠU C 221, 14.9.2009, p. 43.
(15) ĠU C 68, 18.3.2010, p. 20.
(16) ĠU C 68, 18.3.2010, p. 24.
(17) ĠU C 68, 18.3.2010, p. 29.
(18) ĠU C 68, 18.3.2010, p. 36.
(19) ĠU C 68, 18.3.2010, p. 40.


Aspetti tad-Dritt Ċivili, Kummerċjali, tal-Familja u Internazzjonali Privat tal-Pjan ta' azzjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma
PDF 261kWORD 102k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2010 dwar aspetti tad-dritt ċivili, tad-dritt kummerċjali, tad-dritt tal-familja u tad-dritt internazzjonali privat tal-Pjan ta' Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma (2010/2080(INI))
P7_TA(2010)0426A7-0252/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 67 u 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2009 bl-isem “Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini” (COM(2009)0262), li tispjega l-prijoritajiet tagħha fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (AFSJ) għall-2010-2014, flimkien mal-valutazzjoni tagħha tal-Programm tal-Aja u Pjan ta' Azzjoni (COM(2009)0263) u t-tabella ta' implimentazzjoni assoċjata (SEC(2009)0765), kif ukoll il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-parlamenti nazzjonali, mis-soċjetà ċivili u mill-aġenziji u l-entitajiet tal-UE,

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Presidenza tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2009 bl-isem “Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sikura għas-servizz taċ-ċittadin” (17024/09),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Programm ta' Stokkolma(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' April 2010 dwar Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma (COM(2010)0171),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju – il-Pjan ta' Azzjoni ta' Stokkolma(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0252/2010),

A.  billi l-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja huwa kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri,

B.  billi l-Artikolu 67 TFUE jenfasizza r-rispett tas-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti u l-aċċess għall-ġustizzja, li għandu jiġi ffaċilitat, b'mod partikulari permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku; billi dan jirrikjedi fiduċja reċiproka u mbagħad il-fiduċja reċiproka tirrikjedi fehim imsaħħaħ tal-metodi u t-tradizzjonijiet legali differenti,

C.  billi, minn meta l-Unjoni l-ewwel kisbet kompetenza fir-rigward tal-ġustizzja u l-intern u l-ħolqien sussegwenti tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, sar progress kbir fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, bil-bini u t-tkabbir tal-konvenzjonijiet varji dwar id-dritt internazzjonali privat konklużi b'mod intergovernattiv; billi l-Kummissjoni issa qed tipproponi pjan ambizzjuż ħafna, li jirreaġixxi għal għadd sostanzjali ta' talbiet li l-Parlament għamel matul il-perjodu reċenti,

D.  billi fid-dawl ta' dan il-pjan ambizzjuż u l-kisbiet kbar li diġà saru mill-UE f'dan il-qasam, wasal iż-żmien li noqogħdu pass lura u nirriflettu dwar x'qegħdin nagħmlu fil-qasam tal-liġi ċivili bl-għan primarju li jiġi adottat approċċ iktar strateġiku u inqas frammentat ibbażat fuq il-ħtiġijiet reali taċ-ċittadini u n-negozji fl-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet tagħhom fis-suq intern, u filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet li ssir leġiżlazzjoni f'qasam ta' kompetenza kondiviża fejn l-armonizzazzjoni hija possibilità mhux frekwenti u fejn jeħtieġ li jiġi evitat l-irduppjar u hemm ħtieġa konsegwenti li jiġu rrispettati u akkomodati approċċi legali u tradizzjonijiet kostituzzjonali radikalment differenti, kif ukoll bil-għan li jiġi konċettwalizzat l-approċċ tal-Unjoni fir-rigward ta' dan il-qasam sabiex ikun hemm fehim aħjar ta' dak li qed nipprovaw inwettqu u dwar x'inhu l-aħjar mod kif jiġu indirizzati l-problemi li għandhom jiġu affaċċati, bħala parti minn pjan ġenerali; billi huwa essenzjali li l-ewwel nett tingħata attenzjoni biex tiġi żgurata l-funzjonalità tal-miżuri diġà fis-seħħ u jiġi kkonsolidat il-progress li diġà sar,

E.  billi, jekk inħarsu lura lejn x'inkiseb fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, l-ewwel nett hemm l-armonizzazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat, li kompliet tavvanza “l quddiem; billi d-dritt internazzjonali privat huwa l-mezz per eċċellenza għar-rikonoxximent reċiproku u r-rispett tas-sistemi legali ta' xulxin u billi l-eżistenza tal-klawsoli tal-politika pubblika hija l-protezzjoni finali tar-rekwiżiti kostituzzjonali nazzjonali,

F.  billi, u mbagħad, hemm l-armonizzazzjoni jew l-approssimazzjoni li hija utli għal ċerti oqsma fejn l-istandardizzazzjoni hija mixtieqa, jekk mhux essenzjali – eż. fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur, iżda fejn ir-rikors għaliha huwa limitat fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja,

G.  billi l-abbozzar tad-Dritt Kuntrattwali Ewropew se jkun waħda mill-inizjattivi l-aktar importanti għall-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja fis-snin li ġejjin u jista' jirriżulta fl-hekk imsejħa t-28 sistema fakulatattiva tad-dritt ċivili bħala alternattiva għall-mod tradizzjonali biex tiġi armonizzata leġiżlazzjoni f'oqsma speċifiċi,

H.  billi, fl-aħħar nett, hemm l-istrumenti awtonomi u azzjoni fil-qasam tal-liġi proċedurali; il-miżuri f'dawn l-oqsma huma importanti ħafna f'bosta modi sabiex jiġi indirizzat it-tilwim transkonfinali, minħabba li indipendentement minn sa liema punt il-liġi tkun armonizzata, iċ-ċittadini u n-negozji għandhom tendenza li jaffaċċaw ostakli fil-forma ta' liġi proċedurali nazzjonali,

I.  billi l-koeżistenza ta' sistemi legali differenti fl-Unjoni għandha titqies bħala saħħa li kienet ta' ispirazzjoni għal sistemi legali madwar id-dinja kollha; madankollu, id-diverġenzi bejn is-sistemi legali differenti m'għandhomx jikkostitwixxu ostaklu għall-iżvilupp ulterjuri tad-dritt Ewropew; billi d-diverġenza espliċita u kunċettwali bejn is-sistemi legali differenti mhijiex problematika fiha nnifisha; billi, minkejja dan, huwa neċessarju li jiġu indirizzati l-konsegwenzi legali negattivi għaċ-ċittadini li jirriżultaw minn din id-diverġenza; billi l-kunċett tal-emulazzjoni regolatorja, jew approċċ “minn isfel għal fuq” fir-rigward tal-konverġenza, għandu jiġi applikat billi titħeġġeġ il-komunikazzjoni ekonomika u intellettwali bejn is-sistemi legali differenti; billi l-kapaċità li wieħed jifhem u jimmaniġġa d-differenzi bejn is-sistemi legali tagħna tista' tiġi biss minn kultura ġudizzjarja Ewropea li teħtieġ li titrawwem permezz tal-iskambju tal-għarfien u l-komunikazzjoni, l-istudju tal-liġi komparattiva u permezz ta' ċaqlieqa radikali fil-mod kif tiġi mgħallma l-liġi fl-universitajiet u fil-mod kif l-imħallfin jipparteċipaw fit-taħriġ u l-iżvilupp professjonali tagħhom, kif spjegat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Ġunju 2010, inklużi l-isforzi addizzjonali biex jingħelbu l-ostakli lingwistiċi; billi, minkejja li dan se jieħu ż-żmien, jeħtieġ li nirriflettu fuqu u nippjanaw għalih minn issa,

J.  billi, sadanittant, għandhom jiġu mħeġġa u promossi iktar djalogu u kuntatt personali fil-livell Ewropew sabiex it-tibdil fit-tagħlim u l-programmi jkun jista' jiġi ddeterminat skont il-bżonnijiet tal-prattikanti tal-liġi, il-klijenti tagħhom u s-suq fit-totalità tiegħu; billi l-komunikazzjoni li jmiss tal-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni dwar taħriġ Ewropew għall-professjonijiet legali kollha għandha tqis it-tradizzjonijiet u l-metodi ta' tagħlim differenti u anke l-bżonnijiet differenti tal-prattikanti tal-liġi li joperaw f'żoni ġeografiċi jew ta' prattika differenti, filwaqt li trawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki,

K.  billi huwa importanti ħafna li l-prattikanti tal-liġi ma jintesewx waqt il-bini ta' kultura ġudizzjarja Ewropea; billi minkejja li huwa awtoevidenti li l-Istati Membri u l-korpi professjonali nazzjonali jżommu r-responsabilità tagħhom li jistabbilixxu l-aktar taħriġ xieraq biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet tal-avukati u l-klijenti tagħhom f'kull Stat Membru skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà u li l-korpi professjonali nazzjonali qegħdin fl-aqwa pożizzjoni biex jidentifikaw dawk il-bżonnijiet minħabba li jinsabu aktar qrib tal-prattikanti tal-liġi u s-suq li joperaw fih, dawk il-korpi għandhom rwol vitali fil-livell Ewropew; billi huwa essenzjali li jiġu involuti l-istrutturi eżistenzi u jkompli jsir xogħol fuqhom, b'mod partikulari l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet professjonali; billi hemm bżonn ta' reviżjoni fuq skala kbira tat-taħriġ ġudizzjarju u t-taħriġ tal-prattikanti u s-sillabi tal-universitajiet; billi huwa essenzjali li tinbeda riflessjoni serja dwar kif l-Unjoni tista' tgħin b'mod effettiv f'dan ir-rigward u tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jaċċettaw is-sjieda ta' dan il-proġett,

L.  billi dan huwa l-essenza proprja tal-Ewropa u l-isfida tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, u m'għandux jitqies bħala kontradittorju għall-iżvilupp u t-tagħlim ta' kultura legali Ewropea reali,

M.  billi d-determinazzjoni fil-Preambolu għat-Trattat ta' Lisbona li “jistabbilixxu s-sisien ta' għaqda dejjem akbar fost il-popli Ewropej” tirrikjedi t-tnaqqis tad-distanza reali u dik ipperċepita bejn l-Unjoni Ewropea, il-liġi tagħha u ċ-ċittadini tagħha,

N.  billi l-liġi tal-Unjoni għandha tkun għas-servizz taċ-ċittadini speċjalment fil-qasam tal-liġi tal-familja u l-istat ċivili,

O.  billi l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Pjan ta' Azzjoni ta' Stokkolma jirrifletti verament il-bżonn ta' aktar Ewropa għaċ-ċittadini u n-negozji individwali, b'mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (fir-rigward tal-mobilità, id-drittijiet ta' impjieg, il-bżonnijiet tan-negozji u l-opportunitajiet ugwali) filwaqt li jippromwovi ċ-ċertezza legali u l-aċċess għal ġustizzja rapida u effiċjenti,

P.  billi f'dan il-kuntest għandha tingħata dejjem iżjed attenzjoni fir-rigward tas-simplifikar tal-magna tal-ġustizzja u s-sistema ġudizzjarja u għandhom jiġu żgurati proċeduri iktar ċari u iktar aċċessibbli filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-bżonn li jiġi ffrankat l-infiq, b'mod partikulari fil-klima ekonomika preżenti,

Q.  billi l-enfasi mitfugħa fuq l-awtonimija tal-partijiet f'inizjattivi reċenti tal-UE dwar il-kwistjoni sensittiva tad-dritt tal-familja b'implikazzjonijiet transnazzjonali għandha r-riskju li, sakemm ma jiġux applikati ristrezzjonijiet ċari, tiftaħ il-bieb għall-prattika inaċċettabbli tal-għażla tal-forum l-aktar vantaġġuż,

1.  Jifraħ lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Pjan ta' Azzjoni propost tagħha;

2.  Iqis madankollu li wasal iż-żmien biex issir riflessjoni fuq l-iżvilupp futur tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi dibattitu b'firxa wiesgħa li jkun jinvolvi lill-partijiet interessati kollha, inklużi b'mod partikulari l-imħallfin u l-prattikanti tal-liġi;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, bħala kwistjoni ta' urġenza, u permezz ta' valutazzjoni tal-impatt ex post, tieħu kont tal-miżuri li diġà ġew adottati fil-qasam tad-dritt ċivili u tal-familja bil-għan li tiġi vvalutata l-effettività tagħhom u jiġi aċċertat sa liema punt dawn kellhom suċċess fil-kisba tal-għanijiet tagħhom u fl-issodisfar tal-bżonnijiet taċ-ċittadini, in-negozji u l-prattikanti tal-liġi; iqis li fl-istess ħin għandu jitwettaq stħarriġ li jkopri b'mod partikolari l-Ministeri tal-Ġustizzja nazzjonali, il-professjonijiet legali, il-komunità tan-negozju u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, sabiex jiġi aċċertat f'liema oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili huma neċessarji u mixtieqa miżuri ġodda;

4.  Jistieden lill-Kummissjon biex taġixxi fuq ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar it-taħriġ ġudizzjarju, filwaqt li tikkonsulta mal-Parlament;

5.  Jenfasizza għal darba oħra l-bżonn li jintuża kull mezz possibbli biex titrawwem kultura ġudizzjarja Ewropea, b'mod partikulari permezz tat-taħriġ u l-edukazzjoni legali;

6.  Jirrakkomanda li l-programmi ta' skambju “stil Erasmus” proposti fil-Pjan ta' Azzjoni għandhom ikunu sempliċement waħda minn serje ta' inizjattivi li jrawmu l-komunikazzjoni vertikali u orizzontali bejn il-qrati nazzjonali u dawk Ewropej; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Parlament għandu jikkummissjona studju fejn se jittieħed kont tal-programmi ta' taħriġ nazzjonali u l-iskejjel għall-ġudikatura bl-għan ukoll li jiġu identifikati l-aħjar prattiki f'dan is-settur;

7.  Jinnota li n-netwerks u l-istituzzjonijiet nazzjonali ta' taħriġ eżistenti, li huma l-ewwel pass tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fl-Istati Membri u li għandhom kuntatt dirett mal-ġudikatura u l-qrati nazzjonali u fehim profond tal-ħtiġijiet u l-kulturi legali nazzjonali, għandhom ikunu vetturi għall-iżvilupp ta' kultura ġudizzjarja Ewropea komuni;

8.  Iqis li l-ewwel pass jista' jsir billi jinħoloq forum regolari fejn l-imħallfin ta' kull livell ta' anzjanità f'oqsma tal-liġi fejn ta' sikwit jinqalgħu kwistjonijiet transkonfinali, bħal każijiet tal-liġi marittima, dik kummerċjali, dik tal-familja u f'każijiet ta' korriment personali, jkunu jistgħu jagħmlu diskussjonijiet dwar qasam jew oqsma ta' diffikultajiet jew kontroversji legali reċenti, sabiex tiġi mħeġġa d-diskussjoni, jinbnew il-kuntatti, jinħolqu kanali ta' komunikazzjoni u kollaborazzjoni u jinbnew fiduċja u fehim reċiproċi; jemmen li dan jista' jiġi assistit permezz tal-parteċipazzjoni attiva tal-universitajiet u l-parteċipazzjoni tal-prattikanti tal-liġi;

9.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tappoġġa l-komunikazzjoni u d-djalogu effettiv li għaddejjin bħalissa bejn korpi professjonali legali Ewropej fil-Kunsill tal-Avukaturi u s-Soċjetajiet Legali tal-Ewropa; jemmen li dan jista' jintuża bħala bażi li minnha jiġu stabbiliti iktar inizjattivi ta' taħriġ transkonfinali ta' korpi professjonali fi sħubija ma' partijiet interessati Ewropej oħrajn, bħalma hi l-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA);

10.  Japprezza l-finanzjament ġeneruż tal-Kummissjoni għall-proġetti ta' taħriġ legali transnazzjonali fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, iżda jiddeplora l-fatt li huwa diffiċli ħafna biex wieħed ikollu aċċess u juża b'mod effikaċi dan il-finanzjament, l-iktar minħabba n-nuqqas ta' flessibilità tas-sistema attwali; jinnota barra minn hekk il-problemi fl-irkupru tal-ispejjeż imġarrba matul il-programmi ta' taħriġ kofinanzjati u l-fatt li l-organizzazzjoni ta' tali programmi tfisser li l-organizzazzjoni professjonali kkonċernata jkollha torbot ammonti kbar ta' fondi għal perjodu twil minħabba r-rekwiżiti imposti mill-Kummissjoni; jitlob għalhekk approċċ iktar flessibbli u innovattiv min-naħa tal-Kummissjoni sabiex l-organizzazzjonijiet mingħajr likwidità b'saħħitha jkunu jistgħu japplikaw biex joperaw skemi ta' taħriġ;

11.  Josserva li t-trattament tal-liġi tal-Unjoni bħala suġġett diskret fl-edukazzjoni u t-taħriġ ġudizzjarji u legali għandha effett ta' marġinalizzazzjoni; għalhekk jirrakkomanda li, barra minn hekk, is-sillabi tat-taħriġ u l-edukazzjoni legali għandhom jinkorporaw il-liġi tal-Unjoni f'kull qasam ċentrali bħala ħaġa ta' rutina; iqis li l-istudju tal-liġi komparattiva għandu jsir element ewlieni tas-sillabi universitarji;

12.  Filwaqt li jżomm f'moħħu li l-edukazzjoni u t-taħriġ huma primarjament kompetenza tal-Istati Membri, jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi djalogu ma' dawk kollha responsabbli għall-edukazzjoni legali bil-għan li jinkisbu dawn l-għanijiet; jirrakkomanda li fuq perjodu itwal ta' żmien l-avukati għandhom ikunu meħtieġa jkunu kompetenti għall-inqas f'lingwa waħda oħra tal-Unjoni; iqis li dan l-għan jista' jitrawwem immedjatament permezz ta' inkuraġġiment u finanzjament ikbar għall-istudenti biex jieħdu sehem fi skemi tat-tip ERASMUS bħala parti mill-istudji legali tagħhom;

13.  Filwaqt li jżomm f'moħħu l-għan ambizzjuż tal-programm ta' Stokkolma li joffri skemi ta' taħriġ Ewropej għal nofs l-imħallfin, il-prosekuturi, l-istaff ġudizzjarju u professjonisti oħrajn involuti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja qabel l-2014, u t-talba tiegħu li għal dan il-għan għandhom jintużaw l-istituzzjonijiet ta' taħriġ eżistenti, jinnota li n-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi, in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi u n-Netwerk tal-Eurojustice tal-Prosekuturi Ġenerali Ewropej, l-uffiċjali tal-qorti u l-prattikanti legali għandhom ħafna x'joffru billi jikkordinaw u jippromwovu taħriġ professjonali għall-ġudikatura u fehim reċiproku tas-sistemi legali ta' Stati Membri oħrajn u jagħmluha aktar faċli biex jissolvew tilwimiet u problemi transkonfinali, u għalhekk iqis li l-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu ffaċilitati u jirċievu biżżejjed fondi; iqis ukoll li dan għandu jwassal għal pjan kompletament iffinanzjat għat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew imfassal b'konnessjoni man-netwerks ġudizzjarji msemmija hawn fuq filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-programmi u l-istrutturi u li jilħaq il-qofol tiegħu bil-ħolqien ta' Akkademja Ġudizzjarja Ewropea magħmula min-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea;

14.  Iqis li, speċjalment fl-istadju tat-tfassil tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod partikulari, fil-qasam tad-dritt ċivili u tal-familja, għandu jinħoloq spazju sabiex l-imħallfin nazzjonali u tal-Unjoni jsemmgħu leħinhom dwar l-aspetti purament tekniċi tal-miżuri proposti sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni futura tkun tista' tiġi implimentata u applikata bl-anqas diffikultà mill-imħallfin nazzjonali; huwa tal-fehma li dan jaf ikun ta' għajnuna wkoll biex jinħolqu iktar kuntatti bejn l-imħallfin, u b'hekk jinfetħu kanali ta' komunikazzjoni ġodda; jilqa' b'mod pożittiv il-kontribuzzjoni tal-ġudikaturi nazzjonali matul il-proċeduri leġiżlattivi;

15.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-indirizzar tad-diffikultajiet li jinqalgħu minħabba d-diverġenzi fil-liġi proċedurali nazzjonali (eż. fil-perjodi ta' preskrizzjoni jew il-mod kif il-qrati jitrattaw il-liġi barranija); jissuġġerixxi, fid-dawl tal-importanza ewlenija ta' dan l-aspett, li d-data għar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tas-sistema attwali tal-UE fir-rigward tal-liġi proċedurali ċivili bejn il-fruntieri għandha titressaq aktar viċin, mill-2013 għall-aħħar tal-2011; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirreaġixxi għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Frar 2007(3) billi tippreżenta proposta għal perjodu ta' preskrizzjoni komuni fir-rigward ta' tilwim transkonfinali li jinvolvi korriment personali u inċidenti fatali bħala kwistjoni ta' urġenza;

16.  Jilqa' l-Green Paper tal-1 ta' Lulju 2010 dwar l-għażliet politiċi għall-progress lejn Liġi Kuntrattwali Ewropea għall-konsumaturi u n-negozji u jappoġġja l-inizjattiva ambizzjuża tal-Kummissjoni favur strument tad-dritt kuntrattwali Ewropew, li jkun jista' jiġi applikat b'mod volontarju mill-partijiet kontraenti (COM(2010)0348);

17.  Jenfasizza l-importanza tal-ġustizzja transkonfinali fir-riżoluzzjoni tal-każijiet ta' frodi u ta' prattiki kummerċjali qarrieqa li joriġinaw fi Stat Membru u jkollhom fil-mira individwi, NGOs u SMEs fi Stati Membri oħrajn;

18.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-ġbir ta' evidenza f'materji ċivili jew kummerċjali(4) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri għall-finijiet ta' kumpilazzjoni ta' xhieda u biex titjieb l-effiċjenza tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, b'mod partikulari billi jiġi żgurat li l-qrati u l-prattikanti tal-liġi jkunu infurmati aħjar dwaru u jħeġġu l-użu estensiv tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-vidjokonferenzi; iqis li għandu jkun hemm sistema sikura biex wieħed jibgħat u jirċievi l-emails u li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati taħt l-istrateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika;

19.  Jilqa' l-fatt li l-Pjan ta' Azzjoni jipproponi inizjattiva leġiżlattiva għal regolament dwar it-titjib tal-effikaċa tal-infurzar tas-sentenzi li jirrigwardaw it-trasparenza tal-assi tad-debituri u regolament simili li jikkonċerna s-sekwestru tal-kontijiet bankarji; jenfasizza madankollu n-natura komplementarja taż-żewġ proposti li għandhom jiġu ppreżentati kemm jista' jkun malajr;

20.  Iqis li tali inizjattivi huma ta' importanza dejjem ikbar fil-kuntest tat-tnaqqis ekonomiku;

21.  Jistieden lill-Kummissjon tmexxi b'dawk l-inizjattivi kemm jista' jkun malajr, filwaqt li tiffoka fuq il-possibilità ta' rimedju Ewropew awtonomu għall-iżvelar u/jew l-iffriżar ta' assi f'każijiet transkonfinali;

22.  Jenfasizza li dan il-qasam għandu konsegwenzi finanzjarji u reputazzjonali importanti; ladarba s-sitwazzjoni hija fil-fatt din????, jinkuraġġixxi rikors preventiv għal mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni ta' tilwim;

23.  Jemmen li l-konsolidazzjoni tal-arranġamenti legali bil-mezzi stipulati f'dan ir-rapport għandha ċertament twassal għall-iżvilupp u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi u professjonali, u b'hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' suq uniku reali;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni iktar uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE (fl-aspetti proċedurali tagħha), filwaqt li jiffokaw fuq regoli standardizzati u proċeduri amministrattivi li għandhom japplikaw f'oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni bħalma huma t-tassazzjoni, id-dwana, il-protezzjoni tal-konsumaturi u n-negozji, suġġetti għal-limiti tat-Trattati tal-UE, bl-għan li jinkiseb il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku u l-libertà tal-kompetizzjoni;

25.  Jinnota li l-Programm ta' Stokkolma għandu l-għan li joħloq spazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, inkluża l-libertà tal-intrapriża sabiex tiġi żviluppata l-attività imprenditorjali fid-diversi setturi tal-ekonomija;

26.  Jappoġġja bil-qawwa lill-Kummissjoni fl-objettiv tagħha li tgħaddi leġiżlazzjoni li tnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet għall-impriżi, l-aktar għal dawk żgħar u medji;

27.  Iħeġġeġ l-inizjattivi konġunti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri li jappoġġjaw lill-SMEs li joperaw bejn il-fruntieri fl-UE billi titnaqqas il-burokrazija sabiex jinkiseb tnaqqis tanġibbli fil-piżijiet amministrattivi, finanzjarji u regolatorji; jilqa' r-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva ta' Ħlasijiet Tard;

28.  Jenfasizza li l-funzjonament korrett tas-suq uniku jappoġġja l-Ispazju Ewropew ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u jikkontribwixxi fit-tisħiħ tal-mudell Ewropew tal-ekonomija tas-suq soċjali; jirrikonoxxi wkoll li t-twaqqif ta' Spazju Ewropew ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja isaħħaħ is-suq uniku u b'mod partikolari l-ħarsien tal-konsumatur;

29.  Jisħaq li l-Artikolu 12 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jafferma mill-ġdid, bħala dispożizzjoni ta' applikazzjoni ġenerali, li l-protezzjoni tal-konsumatur għandha tiġi kkunsidrata fid-definizzjoni u l-applikazzjoni ta' politiki u attivitajiet oħra tal-Unjoni; jenfasizza l-importanza tal-proposta għad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur il-ġdida, kif ukoll tal-modernizzazzjoni li ġejja tad-direttiva dwar il-pakkett tal-ivvjaġġar, id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali u d-direttiva dwar ir-reklamar li jqarraq u komparattiv;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura t-tneħħija ta' kull xkiel għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku li ġie identifikat riċentement fl-“Aġenda Diġitali” tal-2010 kemm permezz ta' mezzi leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi; iħeġġeġ li tinstab soluzzjoni malajr għall-problemi għall-kummerċ transkonfinali għax-xiri mill-konsumaturi minn fuq l-internet, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-pagamenti u mal-kunsinni transkonfinali; jisħaq dwar il-ħtieġa li tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozju fil-kummerċ elettroniku transkonfinali, fost oħrajn billi tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità fuq l-internet u l-falsifikazzjoni; jitlob li tiġi żviluppata karta tal-UE għad-drittijiet tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi onlajn u tal-kummerċ elettroniku;

31.  Ifakkar fit-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun għal kollox u immedjatament infurmat dwar l-avvanzi tan-negozjati tal-ACTA, f'kull stadju tan-negozjati, sabiex jiġu rrispettati l-ittra u l-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona kif ukoll fit-talba tiegħu għal aktar assigurazzjoni li l-ACTA ma timmodofikax l-acquis tal-UE dwar l-infurzar tad-DPI u d-drittijiet fundamentali; jitlob lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib ma' pajjiżi terzi li mhumiex parti min-negozjati tal-ACTA, b'mod partikolari l-pajjiżi emerġenti;

32.  Jiġbed l-attenzjoni għal problemi marbuta mal-inċertezza legali ta' skambji kummerċjali minn u lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE, u mal-kwistjoni ta' liema ġurisdizzjoni tkun kompetenti għas-soluzzjoni ta' kwistjoni partikolari; jinnota li filwaqt li jeżistu l-prinċipji tad-dritt internazzjonali privat, l-implimentazzjoni tagħhom tqajjem numru ta' problemi li jaffettwaw primarjament lill-konsumaturi u n-negozji ż-żgħar, li ta' spiss ma jkunux jafu d-drittijiet tagħhom stess; minkejja dan, jisħaq fuq l-isfidi legali l-ġodda li joħorġu mill-globalizzazzjoni u l-iżvilupp ta' tranżazzjonijiet bl-Internet jisħaq fuq il-bżonn ta' approċċ koerenti li jrid jiġi adottat f'livell internazzjonali biex il-konsumaturi u n-negozji ż-żgħar ma jiġux ikkastigati minħabba din is-sitwazzjoni;

33.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-qasam tal-liġi tal-kumpaniji kif affettwata bid-dritt internazzjonali privat, għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-10 ta' Marzu 2009 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-trasferiment transkonfinali tal-uffiċċju reġistrat ta' kumpaniji (2008/2196(INI), tal-4 ta' Lulju 2006 dwar żviluppi u prospetti reċenti fir-rigward tal-liġi tal-kumpaniji, u tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-Kumpanija Privata Ewropea u l-Erbatax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji dwar it-trasferiment tas-sede tal-kumpanija, kif ukoll għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-każijiet Daily Mail u General Trust, Centros, Überseering, Inspire Art, SEVIC Systems, u Cartesio;

34.  Jinnota li d-dictum fil-każ Cartesio li jgħid li, fin-nuqqas ta' definizzjoni uniformi tal-liġi tal-Unjoni tal-kumpaniji li jistgħu jgawdu mid-dritt ta' stabbiliment abbażi ta' fattur ta' konnessjoni wieħed li jiddetermina l-liġi nazzjonali applikabbli għal kumpanija, il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 49 TFUE japplikax għal kumpaniji li jipprovaw jistrieħu fuq il-libertà fundamentali mħaddna f'dak l-artikolu hija kwistjoni preliminari li, kif inhi l-liġi tal-Unjoni bħalissa, tista' tiġi solvuta biss permezz tal-liġi nazzjonali applikabbli; barra minn hekk jinnota li l-iżviluppi fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji previsti fit-Trattat, kif miksuba permezz ta' leġiżlazzjoni u ftehim, għadhom ma indirizzawx id-differenzi bejn il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri differenti u għaldaqstant għadhom ma ħelsux minn dawn id-differenzi; jinnota li dan huwa evidenza ta' lakuna fil-liġi tal-Unjoni; itenni t-talba tiegħu biex din is-sitwazzjoni tiġi solvuta;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu tagħha fil-Konferenza tal-Aja sabiex terġa' tqajjem il-proġett għal konvenzjoni dwar sentenzi internazzjonali; iqis li l-Kummissjoni tista' tibda permezz ta' konsultazzjonijiet b'firxa wiesgħa, filwaqt li tinvolvi u tinforma lill-Parlament, dwar jekk ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 44/2001(5) għandhomx jingħataw effett riflessiv bħala inċentiv għal pajjiżi oħrajn, b'mod partikulari l-Istati Uniti biex jerġgħu jibdew in-negozjati; huwa tal-fehma li jkun prematur u żbaljat li jiġi kkunsidrat li r-regoli ta' dak ir-regolament jingħataw effett riflessiv qabel ma jkun jidher ċar b'mod suffiċjenti li t-tentattivi biex jitnedew mill-ġdid in-negozjati fl-Aja jkunu fallew u l-konsultazzjonijiet u l-istudji mwettqa jkunu juru li din il-mossa jkollha vantaġġi u benefiċċji pożittivi għaċ-ċittadini, in-negozji u l-prattikanti tal-liġi fl-UE;

36.  Jistieden lill-Kummissarju għall-Ġustizzja biex jiżgura li fil-futur il-Parlament ikun involut iktar mill-qrib fir-rigward tal-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fil-Konferenza tal-Aja permezz ta' osservatur tal-Parlament u permezz ta' dikjarazzjonijiet regolari lill-kumitat parlamentari kompetenti; f'dan il-kuntest ifakkar lill-Kummissjoni bl-impenji istituzzjonali espressi mill-Kummissarju Frattini quddiem il-Parlament f'Settembru 2006, li l-Kummissjoni se tikkoopera bis-sħiħ mal-Parlament fil-ħidma tagħha mal-Konferenza tal-Aja;

37.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tassumi bis-sħiħ ir-rwol tagħha fil-ħidma tal-Konferenza tal-Aja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu passi sabiex tiżgura li l-UE tirratifika l-Konvenzjoni tal-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal;

38.  Jiddeċiedi fermament li jwaqqaf forum interparlamentari dwar il-ħidma tal-Konferenza tal-Aja; iqis li, b'eżempju biss, il-promozzjoni mill-Konferenza tal-Aja tal-awtonomija tal-partijiet f'relazzjonijiet kuntrattwali madwar id-dinja tant għandha implikazzjonijiet serji mil-lat ta' evażjoni tar-regoli obbligatorji li jeħtieġ li tiġi diskussa u ssir riflessjoni dwarha f'fora demokratiċi madwar id-dinja;

39.  Jinnota li l-Kummissjoni waqqfet grupp ta' ħidma dwar l-arbitraġġ; iwissi lill-Kummissjoni kontra kwalunkwe inizjattivi leġiżlattiva f'dan il-qasam mingħajr konsultazzjonijiet miftuħa u bl-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li rappreżentant tal-kumitat parlamentari kompetenti jkun mistieden jipparteċipa f'dawn il-gruppi ta' ħidma kollha u jqis li, filwaqt li ma jittieħed xejn mid-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew għandu jkollu d-dritt li jinnomina membru jew membri ta' tali gruppi ta' ħidma sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu verament rappreżentattivi;

40.  Jisħaq dwar il-ħtieġa li jkun żgurat rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti uffiċjali maħruġa mill-amministrazzjonijiet nazzjonali; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tagħti liċ-ċittadini s-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet ta' moviment ħieles tagħhom u jappoġġa bil-qawwa l-pjanijiet li jippermettu r-rikonoxximent reċiproku tal-effetti tad-dokumenti ta' status ċivili; jitlob sforzi ulterjuri biex jitnaqqsu l-ostakli għaċ-ċittadini li jeżerċitaw id-drittijiet ta' moviment ħieles tagħhom, b'mod partikulari fir-rigward tal-aċċess għall-benefiċċji soċjali li huma intitolati għalihom u d-dritt tagħhom li jivvotaw fl-elezzjonijiet muniċipali;

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 12.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0242.
(3) ĠU C 250 E, 25.10.2007, p. 99.
(4) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 21.
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.01.2001, p. 1).

Avviż legali - Politika tal-privatezza