Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2133(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0471/2006

Testi mressqa :

A6-0471/2006

Dibattiti :

PV 12/03/2007 - 18
CRE 12/03/2007 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2007 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0062

Testi adottati
WORD 145k
It-Tlieta, 13 ta' Marzu 2007 - Strasburgu Verżjoni finali
Ir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi sħubija ġdida
P6_TA(2007)0062A6-0471/2006

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi: sħubija ġdida (2006/2133(INI))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sħubija għat-tkabbir u l-imjiegi: nagħmlu l-Ewropa pilastru ta' eċċellenza dwar r-responsabbilita soċjali ta'l-impriżi (COM (2006) 0136) (Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar s-CSR),

–   wara li kkunsidra l-aktar żewġ standards awtorevoli miftiehma internazzjonalment dwar il-kondotta ta" l-intrapriżi id-Dikjarazzjoni bejn Tliet Partijiet tal-Prinċipji li jikkonċernaw l-Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Linji Gwida għall-Impriżi Multinazzjonali ta' l-Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) kif l-aħħar rivedut fl-2000, u wara li kkunsidra l-kodiċi ta' mġieba miftehma taħt il-patroċinju ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bhalma huma l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u ta'l-Aġrikoltura tan-NU, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Bank Dinji u l-isforzi taħt l-awspiċju tal-Konferenza dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp tan-NU fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' l-intrapriżi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" l-ILO dwar il-Prinċipji Fundamentali u d-Drittijiet fuq il-Post tax-Xogħol, adottata fl-1998, u l-Konvenzjonijiet ta'l-ILO li jistabbilixxu standards bażiċi u universali dwar l-abolizzjoni tax-xogħol infurzat (C29 (1930) u C105 (1957); il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt ta' negozjar kollettiv, C87 (1948) u C98 (1949); l-abolizzjoni tax-xogħol tat-tfal, C138 (1973) u C182 (1999); u n-non-diskriminazzjoni fl-impjieg, C100(1951) u C111(1958),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti ta'l-1948 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u b'mod partikulari l-proklamazzjoni ta'l-Assemblea Ġenerali tagħha li tgħid li kull individwu u kull organu tas-soċjetà huwa mitlub li jkollu rwol fl-iżgurar ta" l-osservanza universali tad-drittijiet tal-bniedem, il-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tan-NU ta" l-1966, il-Ftehim dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tan-NU ta" l-1966, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tan-NU ta" l-1979, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-NU ta" l-1989, l-Abbozz ta" Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni tan-NU l-1994,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Ġlieda Kontra t-Tixħim ta' l-OECD ta'l-1997,

–   wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar is-Sostenibilita' u l-Irappurtar tal-G3, 2006 ta'l-Inizjattiva Globali ta" Rappurtar ,

–   wara li kkunsidra l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti li tnieda f'Lulju 2000,

–   wara li kkunsidra t-tħabbira fis-6 ta' Ottubru 2006 li l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Inizjattiva Globali ta' Rappurtar ffurmaw "alleanza strateġika".

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta" Normi tan-NU dwar ir-responsabilitajiet tal-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi ta' negozju oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, 2003,

–   wara li kkunsidra r-riżultat tal-Laqgħa Għolja Dinjija f'Johannesburg fl-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli , b'mod partikulari l-istedina għal inizjattivi intergovernattivi dwar il-kwistjoni ta'l-obbligu ta" intrapriżi li jagħtu kont ta' għemilhom u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta" Diċembru 2002 dwar is-segwitu tal-Laqgħa Għolja,

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, "Lejn sħubijiet globali – Koperazzjoni msaħħa bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-isħab kollha relevanti, b'mod partikulari s-settur privat", ta" l-10 ta" Awissu 2005,

–   wara li kkunsidra r-rapport interim tat-22 ta' Frar 2006 tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-kwistjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-korporazzjonijiet transnazzjonali u l-intrapriżi ta' negozju oħra, u l-ewwel u t-tieni konsultazzjonijiet reġjonali li saru f'Johannesburg fis-27 u t-28 ta" Marzu 2006 u f'Bangkok fis-26 u s-27 ta" Ġunju 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Jannar 1999 dwar l-istandards ta" l-UE għall-Intrapriżi Ewropej li joperaw fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw: lejn Kodiċi ta" Mġiba Ewropea(1) , li tirrakkomanda l-ħolqien ta" Mudell Ewropew ta" Kodiċi ta" Mġiba appoġġjata minn Pjattaforma Ewropea ta" Monitoraġġ,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta" Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali(2) , li ħadet post il-Konvenzjoni ta' Brussel ta' l-1968 minbarra fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn id-Danimarka u Stati Membri Oħra,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta" Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja mill-organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja ta" l-eko-ġestjoni u l-verifika (EMAS)(3) ,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta" Diċembru 2001(4) dwar is-segwitu tal-Green Paper rigward il-promozzjoni ta' qafas ewropew għar-responsabilità soċjali ta" l-intrapriżi,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta" Mejju 2002 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni ta" qafas Ewropew għar-responsabilità soċjali ta" l-intrapriżi(5) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Mejju 2003 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni l rigward r-Responsabilità Soċjali ta" l-Intrapriżi: Il-kontribuzzjoni tan-negozju għall-Iżvilupp Sostenibbli(6) ,

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/453/KE tat-30 ta" Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent, il-kejl u l-kxif ta" kwistjonijiet ambjentali fil-kontabilita' annwali u fir-rapporti annwali tal-kumpaniji(7) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-4 ta" Lulju 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali intitolata "Il-Promozzjoni ta" l-Istandards Bażiċi tax-Xogħol u t-Titjib fil-Governanza Soċjali fil-kuntest tal-Globalizzazzjoni"(8) ,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta" Frar 2003 dwar ir-responsabilità soċjali ta" l-intrapriżi(9) ,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Governanza u l-Iżvilupp" (COM(2003)0615),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta'Ġunju 2003 dwar il-kontijiet konsolidati annwali ta" ċertu tip ta" kumpaniji, banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra u intrapriżi ta" assigurazzjoni(10) ,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta" proċeduri għall-għoti ta" kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi(11) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Multistakeholder Forum Ewropew dwar is-CSR tad-29 ta" Ġunju 2004, b'mod partikolari s-seba' r-rakkomandazzjoni li tappoġġja l-azzjoni li tipprommwovi l-ħolqien tal-kundizzjonijiet xierqa għas-CSR,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Id-Dimensjoni Soċjali ta" Globalizzazzjoni – il-kontribuzzjoni politika ta" l-UE dwar l-estensjoni tal-benefiċċji għal kulħadd" (COM(2004)0383),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta" Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE dwar reklamar qarrieqi, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ('Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Inġusti fin-Negozju')(12) ,

–   wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tat-22 u t-23 ta" Marzu 2005 li reġa" nieda l-istrateġija ta" Liżbona, u iffoka s-sħubija bejn l- istituzzjonijiet ta'l-UE u l-Istati Membri u s-soċjeta' ċivili fuq it-tema "Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi",

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta" Lulju 2005 dwar l-esplojtazzjoni tat-tfal fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'emfasi speċjali fuq- ix-xogħol tat-tfal(13) ,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar r-reviżjoni ta" l-Istrateġija ta" Żvilupp Sostenibbli – Pjattaforma għall-azzjoni (COM(2005)0658), u l-Istrateġija mġedda ta" l-Iżvilupp Sostenibbli ta" l-UE adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15 u fis-16 ta' Ġunju - 2006,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-20 ta' Diċembru 2005 tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-ġvernijiet ta'l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika Ewropea ta'l-Iżvilupp: 'l-Kunsens Ewropew(14) ,

–   wara li kkunsidra s-Sistema Ġenerali ta" Preferenzi ġdida (GSP+), fis-seħħ mill-1 ta" Jannar 2006, implimentata l-ewwel permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta'Ġunju 2005 li japplika skema ġenerali ta' preferenzi tarifarji(15) li tiggarantixxi aċċess mingħajr ħlas ta" dazju jew tnaqqis fit-tariffi għal numru akbar ta" prodotti u tinkludi wkoll inċentiv ġdid għal pajjiżi vulnerabbli li jiffaċċjaw ħtiġijiet kummerċjali, finanzjarji jew ta" żvilupp speċifiċi,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-Promozzjoni ta" xogħol diċenti għal kulħadd – il-kontribuzzjoni ta" l-UE fl-implimentazzjoni ta" l-aġenda tax-xogħol diċenti fid-dinja" (COM(2006)0249),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza (COM (2006) 0194),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-6 ta" Lulju 2006 dwar il-Kummerċ Ġust u l-Iżvilupp(16) ,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Immodernizzar tal-Liġi tal-Kumpaniji u t-Tisħiħ tal-Governanza ta" l-Impriżi fl-Unjoni Ewropea – Pjan għall-Avvanz (COM(2003)0284) (Pjan ta" Azzjoni dwar it-Governanza Korporattiva)

–   wara li kkunsidra s-Seduta ta" Smigħ tal- 5 ta" Ottubru 2006 immexxija mil-Kumitat tiegħu għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, "Responsabilità Soċjali ta" l-Intrapriżi – jeżisti approċċ Ewropew?",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0471/2006),

A.  filwaqt li l-kumpaniji m'għandhomx jitqiesu responsabbli għan-nuqqas tal-awtoritajiet pubbliċi li jeżerċitaw kontroll fuq il-konformità ma' l-istandards soċjali u ambjentali,

1.  Huwa konvint li ż-żieda fir-responsabilità soċjali u ambjentaligħan-negozji, marbuta mal-prinċipju ta'l-obbligu ta" l-impriżi li jagħtu kont, tirrappreżenta element essenzjali tal-mudell soċjali Ewropew, ta' l-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp sostenibbli u biex jiġu milqugħa l-isfidi soċjali tal-globalizzazzjoni ekonomika;

2.  Jilqa' l-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-CSR tagħti impetu ġdid lid-dibattitu ta' l-UE dwar ir-responsabilità soċjali ta' l-intrapriżi (CSR) imma jinnota t-tħassib espress minn uħud minn dawk li għandhom interess f' dan il-qasam (stakeholders) ewlenin dwar in-nuqqas ta' trasparenza u bilanċ fil-proċedura ta' konsultazzjoni li saret qabel l-adozzjoni;

3.  Jirrikonoxxi li d-dibattitu jibqa' miftuħ bejn il-gruppi differenti li għandhom interess (stakeholders) fuq definizzjoni xierqa tas-CSR, u li l-kunċett li s-CSR jaqa' "lil hinn mill-konformità" jista' jippermetti lil xi kumpaniji jiddikjaraw li huma konformi mas-CSR filwaqt li fl-istess ħin ma jirrispettawx il-liġijiet lokali jew internazzjonali; jemmen li l-assistenza ta' l-UE lill-gvernijiet ta' pajjiżi terzi fl-implimentazzjoni ta' regolamenti soċjali u ambjentali konsistenti ma' konvenzjonijiet internazzjonali, flimkien ma' reġimi ta' spezzjoni effettivi, huma kumplement meħtieġ għall-avvanz tas- CSR tan-negozju Ewropew madwar id-dinja kollha;

4.  Jirrikonoxxi d-definizzjoni tal-Kummissjoni li s-CSR hija l-integrazzjoni volontarja ta' kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali f'operazzjonijiet tan-negozju, minbarra r-rekwiżiti legali u l-obbligi kuntrattwali; jemmen li l-politiki tas-CSR għandhom jiġu promossi skond il-merti tagħhom, la għandhom ikunu sostituzzjoni għall-adozzjoni ta' regolament xieraq f'oqsmarilevanti u lanqas bħala approċċ moħbi għall-introduzzjoni ta" leġiżlazzjoni bħal din;

5.  Jinnota illi l-varjetà ta' l-inizjattivi volontarji tas-CSR jistgħu jiġu pperċepiti bħala ostakolu għall-politiki tas-CSR, kif ukoll bħala nuqqas ta' inċentiv għall-kumpaniji sabiex imexxu azzjonijiet aktar kredibbli tas-CSR jew iktar politiki ambizzjużi tas-CSR għalkemm jista' jiġi argumentat li tali varjetà tipprovdi lill-kumpaniji b'iktar ispirazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġixxi t-tixrid ta' prattika tajba li tirriżulta minn inizjattivi volontarji tas-CSR; jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll li tistabilixxi lista ta' kriterji li għandhom jiġu rispettati mill-intrapriżi jekk jiddikjaraw li huma responsabbli;

6.  Jemmen li l-kredibilità ta" l-inizjattivi volontarji tas-CSR hija wkoll dipendenti fuq l-impenn li jiġu applikati l-istandards u prinċipji eżistenti miftiehma internazzjonalment, u fuq l-approċċ ta" bosta partijiet interessati (multi-stakeholder ), kif irrakkomandat mill- MSF, kif ukoll dwar l-applikazzjoni ta' monitoraġġ u ta' verifika indipendenti;

7.  Jemmen li d-dibattitu ta' l-UE dwar is-CSR wasal qrib il-punt fejn l-enfażi għandu jinbidel minn fuq 'proċessi' għal 'riżultati', u għandu jwassal għal kontribuzzjoni trasparenti u li titkejjel min-negozji fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-degradazzjoni ambjentali fl-Ewropa u madwar id-dinja;

8.  Jirrikonoxxi li ħafna kumpaniji diġa' jagħmlu sforz kbir u li dejjem jiżdied biex ilaħħqu mar-responsabilità soċjali tagħhom;

9.  Jinnota li s-swieq u l-kumpaniji huma fi stadji differenti ta' żvilupp madwar l-Ewropa; jikkunsidra għalhekk illi l-mudell 'qies wieħed tajjeb għal kulħadd' għall-imġieba ta' l-intrapriżi m'huwiex xieraq u ma jwassalx għall-adozzjoni bis-sens tas-CSR min-negozji; jikkunsidra barra minnhekk illi l-enfażi għandu jitpoġġa fuq l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili u b'mod partikolari fuq l-għarfien tal-konsumatur dwar produzzjoni responsabbli biex tippromwovi l-adozzjoni ta' responsabilità ta' l-intrapriżi li hija dejjiema u relevanti għall-kuntest nazzjonali jew reġjonali speċifiku;

10.  Jinnota li s-CSR għandha tindirizza oqsma ġodda bħat-taħriġ għal matul il-ħajja, l-organizzazzjoni tax-xogħol, opportunitajiet ugwali, inklużjoni soċjali, żvilupp sostenibbli u etika, sabiex topera bħala strument addizzjonali għall-immaniġġjar tal-bidla industrijali u ta' l-istrutturar;

Id-dibattitu ta" l-UE dwar is-CSR

11.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinħoloq Alleanza Ewropea għar-Responsabilità Soċjali ta" l-Intrapriżi fi sħubija ma" diversi networks tan-negozju; jirrakkomanda li l-Kummissjoni nnifisha għandha tiżgura punt wieħed ta" koordinazzjoni sabiex iżżomm l-għarfien ta" l-attivitajiet u s-sħubija ta" l-Alleanza, kif ukoll isir qbil dwar objettivi ċari, skedi u viżjoni strateġika li tinforma x-xogħol ta' l-Alleanza; jinkorraġixxi kumpaniji Ewropej jew kumpaniji ta' pajjiżi terzi li joperaw fl-Ewropa, kbar jew żgħar, biex jieħdu din l-inizjattiva, u biex l-Alleanza titkabbar bil-parteċipazzjoni tal-parteċipanti l-oħra;

12.  Jemmen li d-djalogu soċjali kien mezz effettiv biex jippromwovi inizjattivi tas-CSR u li l-kunsilli tax-xogħol Ewropej kellhom ukoll irwol kostruttiv fl-iżvilupp ta' l-aħjar prattika fil-konfront tas-CSR;

13.  Jissuġġerixxi li żieda sostanzjali fl-adozzjoni tal-prattiki tas-CSR fost il-kumpaniji ta' l-UE, l-iżvilupp ta' mudelli ġodda ta' l-aħjar prattika minn mexxejja ġenwini fost il-kumpaniji u entitatjiet ta' trade unions fir-rigward t'aspetti differenti tas-CSR, l-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta' l-azzjoni speċifika ta' l-UE sabiex tappoġġja lis-CSR, u l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' tali inizjattivi fuq l-ambjent u fuq id-drittijiet umani u soċjali jistgħu jikkostitwixxu l-'benchmarks' ewlenin tas-suċċess ta' l-Alleanza; jissuġġerixxi ukoll li tiġi stabbilita skadenza ta" sentejn għat-tlestija tax-xogħol tal-'laboratorji' mwaqqfa taħt il-ħarsien tagħha kif issuġġerit mis-CSR Ewropa;

14.  Jinnota li t-tlaqqigħ mill-ġdid tal-MSF kien żieda tardiva mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, u li hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri sabiex tinħoloq l-kunfidenza f' partijiet interessati differenti li għandu jseħħ djalogu ġenwin li jwassal għal impatt reali tal-politiki u tal-programmi ta" l-UE li jippromwovu l-adozzjoni u l-applikazzjoni tas- CSR mill-intrapriżi fl-UE; jemmen li għandhom jittieħdu lezzjonijiet fir-rigward tas-sentejn li l-MSF operat qabel, li kienu pożittivi fir-rigward tar-regola "fama xejn, mistħija xejn" u b'mod partikolari bl-użu tar-rapporteurs indipendenti; jirrimarka, pero', li jeħtieġ ikun hemm titjib fir-rigward ta' bini ta' kunsens; iħeġġeġ ukoll biex ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jipparteċipaw b'mod aktar attiv fid-dibattitu;

15.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tistieden rappreżentanti min-numru ta' gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali li huma impenjati li jużaw l-akkwist pubbliku u għodda oħra ta' politika pubblika biex javvanzaw is-CSR biex jifformaw il-laboratorju tagħhom fil-qafas ta' l-Alleanza u biex jintegraw ir-riżultati tiegħu fix-xogħol futur ta'l-Alleanza;

16.  Jappoġġja sforzi mill-Kummissjoni biex testendi s-sħubija fl-MSF biex tinkludi investituri, is-settur edukattiv u l-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jinsisti li għandha tibqa' l-opportunità għal djalogu sostnut biex jintlaħqu l-objettivi miftiehma;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ, fil-monitoraġġ tal-progress tas-CSR, parteċipazzjoni akbar min-nisa fl-MSF u skambju ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi;

18.  Jagħti appoġġ għal kxif mandatorju għall-intrapriżi u 'lobbyists' oħra u għall-aċċess bilanċjat bejn gruppi ta" negozju u partijiet interessati oħra lejn it-tfassil tal-politika nnifisha ta" l-UE;

Ir-rabta bejn is-CSR u l-kompetittività

19.  Jilqa' l-għan tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li torbot is-CSR ma' l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' l-Istrategija ta' Liżbona, preċiżament għaliex jikkonsidra li approċċ serju lejn is-CSR mill-kumpaniji jista' jikkontribwixxi kemm għal żieda fin-numru ta' l-impjiegi kif ukoll għat-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u għall-assigurazzjoni tar-rispett lejn id-drittijiet tal-ħaddiema u l-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward ta' innovazzjonijiet tekniċi; jappoġġja l-prinċipju ta' "kompettitività responsabbli" bħala parti integrali tal-Programm tal-Kummissjoni għall-Innovazzjoni u l-Kompettitività (CIP); jisfida lill-kumpaniji Ewropej biex jinkludu fir-rappurtaġġ tagħhom kif qed jikkontribwixxu għall-objettivi ta' Liżbona;

20.  Jirrikonoxxi li regoli ta' kompetizzjoni effettivi, ġewwa u barra l-Ewropa, huma element essenzjali biex wieħed jassigura prattika ta' negozju responsabbli, b'mod partikolari billi jiġi salvagwardjat trattament ġust u aċċess għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs) li huma bbażati lokalment;

21.  Jerġa' jtenni illi l-implimentazzjoni, fi ħdan is-CSR, ta' prattiki responsabbli u mhux diskriminatorji li jippromwovu l-impjegar tan-nisa u persuni żvantaġġjati tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona;

22.  Jinnota inkonsistenza bejn l-għażliet ta" strateġiji kompetittivi minn kumpaniji li jfittxu titjib kontinwu fil-flessibilità u l-ispejjeż min-naħa, u impenji volontarji tas-CSR li jfittxu li jevitaw prattiki ta" sfruttar ta" impjieg u jippromwovu relazzjonijiet għal żmien twil mal-fornituri min-naħa l-oħra; jilqa' iktar djalogu dwar dan il-punt;

23.  Jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, illi l-evalwazzjonijiet u l-monitoraġġ ta' kumpaniji Ewropej li huma meqjusa bħala responsabbli jiġu estiżi biex ikopru l-attivitajiet tagħhom u ta' dawk li huma subkuntratturi tagħhom barra l-Unjoni Ewropea, sabiex jiġi assigurat li s-CSR tagħti benefiċċji wkoll lil pajjiżi terzi u speċjalment pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, skond il-konvenzjonijiet ta' l-ILO, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-abolizzjoni ta' xogħol infurzat, il-liberta' t' assoċjazzjoni u ta' negozjar kollettiv, l-abolizzjoni tax-xogħol tal-tfal u tax-xogħol infurzat, u n-non diskriminazzjoni fl-impjiegi;

24.  Jirrikonoxxi lis-CSR bħala rota motriċi importanti tan-negozju u jitlob l-integrazzjoni tal-politiki soċjali, bħar-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, il-politika ta' pagi ġusti, in-nondiskriminazzjoni, it-tagħlim matul il-ħajja, u kwistjonijiet ambjentali iffukati b'mod partikolari fuq il-promozzjoni dinamika ta' l-iżvilupp sostenibbli, kemm bħala appoġġ għal prodotti ġodda u proċessi permezz ta' innovazzjoni ta' l-UE u politiki tan-negozju, kif ukoll għat-tfassil ta' strateġiji settorali, sub-reġjonali u urbani ta'kompettività;

25.  Jenfasizza li l-intrapriżi li juru responsabilità soċjali jikkontribbwixxu b'mod importanti biex jirrimedjaw in-nuqqas ta' ugwaljanzi fis-suq tax-xogħol li jaffettwaw, b'mod partikulari, lin-nisa u lill-persuni żvantaġġjati, inklużi l-persuni b'diżabilità, fis-suq tax-xogħol, mhux l-inqas fir-rigward ta' l-aċċess għall-impjiegi, tal-benefiċċji soċjali, tat-taħriġ, ta' l-iżvilupp fil-karriera u ta' politika dwar salarji ġusti; jenfasizza li l-intrapriżi għandhom iwettqu l-politika ta' reklutaġġ tagħhom skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' l-aċċess għall-impjiegi, għat-taħriġ vokazzjonali u għall-promozzjoni, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol(17) ;

L-Istrumenti tas-CSR

26.  Jilqa' t-tendenza li kumpaniji akbar jippubblikaw rapporti volontarji soċjali u ambjentali fis-snin reċenti; jinnota li n-numru ta' rapporti bħal dawn żdied mill-1993 iżda issa sar kemmxejn statitku u li huma biss minoranza tar-rapporti li jużaw standards u prinċipji internazzjonalment aċċettati, ikopru l-katina kollha tal-provvista tal-kumpanija jew jinvolvu monitoraġġ u verifiki indipendenti;

27.  Ifakkar lill-Kummissjoni fl-istedina tal-Parlament biex tressaq proposta biex temenda ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (ir-Raba' Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji)(18) sabiex ir-rappurtaġġ soċjali u ambjentali jiġi inkluż biswit ir-rekwiżiti tar-rappurtaġġ finanzjarju; jikkunsidra importanti li titqajjem kuxjenza dwar id-dispożizzjonijiet tar-rappurtaġġ soċjali u ambjentali fi ħdan ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/453/KE dwar il-Kxif Ambjentali, id-Direttiva 2003/51/KE dwar l-Immodernizzar tal-Kontijiet, u d-Direttiva 2003/71/KE(19) dwar il-Prospetti, jappoġġja t-traspożizzjoni effettiva tagħhom fi ħdan l-Istati Membri, u jitlob li jsiru studji dwar l-implimentazzjoni effettiva sabiex tiġi żviluppata tali kuxjenza;

28.  Jagħraf il-limitazzjonijiet preżenti ta' 'l-industrija' tas-CSR fir-rigward ta' kejl ta' imġieba korporattiva, verifiki soċjali u ċertifikazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ispiża, komparabilità u indipendenza, u jemmen li ser ikun meħtieġ li jiġi żviluppat qafas professjonali inkluż kwalifiki speċifiċi f'dan il-qasam;

29.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni testendi r-responsabilità tad-diretturi tal-kumpaniji b'iktar minn 1000 impjegat biex tinkludi l-obbligu tad-diretturi nfushom li jimminimizzaw kwalunkwe impatt ta' ħsara soċjali u ambjentali ta' l-attivitajiet tal-kumpaniji;

30.  Jerġa' jtenni l-appoġġ tiegħu għall-Iskema ta' l-EU tal-Ekoġestjoni u tal-Verifika, b'mod partikolari r-rekwiżit tagħha għal verifiki esterni u l-obbligazzjoni fuq l-Istat Membru biex jippromwovi l-iskema, u jemmen li hemm skop għall-iżvilupp ta' skemi simili li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol, soċjali u umani;

31.  Jappoġġja l-Kodiċi ta' Prattika Tajba ta' l-Alleanza ta'l-Akkreditazzjoni Internazzjonali Soċjali u Ambjentali u ta' Ttikkettar, bħala eżempju ewlieni għall-promozzjoni ta' kolloborazzjoni bejn inizjattivi ta' ttikkettar eżistenti, bi preferenza għall-ħolqien ta' tikketti soċjali ġodda f'livell nazzjonali jew Ewropew;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta mekkaniżmu li permezz tiegħu vittmi, inklużi ċittadini minn pajjiżi terzi, jista' jkollhom rimedji kontra kumpaniji Ewropej fil-qrati nazzjonali ta' l-Istati Membri;

33.  Jinnota li l-kwistjoni ta" l-Investiment Responsabbli Soċjali ma'ġietx msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-CSR, jappoġġja parteċipazzjoni sħiħa mill-investituri bħala l-partijiet interessati fid-dibattitu fuq is-CSR fil-livell ta" l-UE li incluż fil-qafas ta'l-MSF; jappoġġja t-talbiet ta" l-industrija għat-trasparenza aktar milli għall-preskrizzjoni permezz ta" l-introduzzjoni ta' "dikjarazzjoni ta' prinċipji ta" investiment" fl-UE kollha għal fondi ta" investiment;

34.  Jinnota li l-konsumaturi jilgħabu parti importanti fil-ħolqien ta' inċentivi għal produzzjoni responsabbli u prattiki ta' negozju responsabbli; jemmen, pero', li s-sitwazzjoni fil-preżent hija impenetrabbli għall-konsumaturi minħabba in-numru li jikkonfondi ta' istandards differenti rigward il-prodott nazzjonal u l-iskemi ta' ttikkettar tal-prodotti, li kollha qed jgħinu biex idgħajfu t-tikkettar tal-prodott soċjali eżistenti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fl-istess ħin, spejjeż konsiderevoli qed jintefqu mill-kumpaniji meta jibdlu bejn ħafna rekwiżiti u standards nazzjonali differenti; jinnota wkoll li huwa għoli li jitwaqqfu mekkaniżmi ta' monitoraġġ biex jissorveljaw it-tikkettar tal-prodott soċjali, b'mod partikolari għall-pajjiżi ż-żgħar;

35.  Jappoġġja l-isforzi ta' l-Eurostat biex jiżviluppa indikaturi għal kejl tat-twettiq tas-CSR fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Żvilupp Sostenibbli ta' l-UE kif ukoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi ġodda biex tkejjel l-għarfien u l-konsum ta' prodotti ta' l-EU eko-ttikkettati u s-sehem tal-produzzjoni mill-intrapriżi reġistrati ma' l-EMAS;

36.  Ifakkar fil-kunsiderazzjoni mogħtija qabel lill-ħatra ta' Ombudsman ta' l-UE dwar is-CSR biex imexxi inkjesti indipendenti dwar kwistjonijiet relatati mas-CSR fuq talba tal-kumpaniji jew kwalunkwe grupp interessat; jistieden iktar riflessjoni dwar dan u proposti simili għall-futur;

Regolamentazzjoni Aħjar u s-CSR

37.  Jemmen li politiki tas-CSR jistgħu jitjiebu b'għarfien akbar u b'implimentazzjoni ta' strumenti legali eżistenti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex torganizza u tippromwovi kampanji ta" tagħrif u tissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-applikazzjoni tar-responsabilità diretta barranija skond il-Konvenzjoni ta" Brussell, u fuq l-applikazzjoni tad-Direttivi 84/450/KEE(20) fuq reklamar qarrieqi u 2005/29/KE fuq prattiki kummerċjali inġusti fin-negozju għall-aderenza mill-kumpaniji għall-kodiċi ta" mġieba volontarja tas-CSR;

38.  Jerġa' jtenni l-ħtieġa li tintuża lingwa sempliċi, faċilment miftehma sabiex tinkoraġixxi lill-kumpaniji jippromwovu s-CSR;

39.  Jerġa" jiddikjara li għandhom isiru sforzi kbar mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri ta" l-UE f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġu użati l-opportunitajiet ipprovduti mir-reviżjoni tad-Direttivi ta" Sejħat għall-Offerti Pubbliċi fl-2004 sabiex is-CSR tiġi appoġġjata billi jiġu promossi kriterji soċjali u ambjentali bejn fornituri potenzjali, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li jiġu evitati piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq intrapriżi żgħar li jistgħu jiskorraġuhom milli jitfgħu l-offerta u billi jiġu applikati klawsoli soċjali u ambjentali ll-kuntratti tagħhom, sabiex fejn huwa neċessarju jiskwalifikaw kumpaniji inklużi f'każijiet ta" korruzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni, il-Bank Ewropew ta" Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp sabiex japplikaw kriterji stretti soċjali u ambjentali għal kull għotja u self allokat lill-kumpaniji fis-settur privat, sostnuti minn mekkaniżmi ċari ta" lmenti billi jibnu fuq l-eżempju li jgħaqqad l-akkwist pubbliku u l-konformita' ta' Olanda ma' Konvenzjonijiet Ewlenin ta' l-ILO u Linji ta' Gwida ta' l-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali fl-Olanda, u mal-konformita ta' diversi provinċji Taljani ma' l-istandard SA8000 CSR; ifakkar li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi biex jassiguraw li kwalunkwe garanziji fuq kreditu għall-esportazzjoni jkunu konformi ma' l-ogħla kriterji soċjali u ambjentali u m'għandhomx jintużaw għal proġetti li jmorru kontra objettivi politiċi miftehma ta' l-UE dwar, per eżempju, l-enerġija u l-armamenti;

Il-proċess ta" integrazzjoni tas-CSR fil-politiki u l-programmi ta" l-UE

40.  Jilqa' l-impenji tal-Kummissjoni ripetuti fil-Komunikazzjoni tagħha dwar s-CSR li tappoġġja u tippromwovi s-CSR fl-oqsma kollha ta' l-attività tagħha u jitlob għal sforz kbir biex dawn l-impenji jissarrfu f'azzjonijiet konkreti fil-kategoriji kollha;

41.  Jemmen li d-dibattitu dwar s-CSR m'għandux jiġi separat mill-mistoqsijiet ta'l-obbliġu ta' impriżi li jagħtu kont, u li kwistjonijiet ta" l-impatt soċjali u ambjentali tan-negozju, ir-relazzjonijiet mal-partijiet interessati, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minorità ta'l-azzjonisti u d-dmirijiet tad-diretturi tal-kumpaniji f'dan ir-rigward għandhom jiġu integrati b'mod sħiħ fil-Pjan ta" Azzjoni tal-Governanza ta" l-Impriżi tal-Kummissjoni; jirrimarka li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiffurmaw parti mid-dibattitu dwar is-CSR; jitlob il-Kummissjoni biex tikkunsidra dawn il-punti partikolari u biex tressaq proposti konkreti biex tindirizzahom;

42.  Jilqa" l-appoġġ finanzjarju dirett għall-inizjattivi tas-CSR mill-Kummissjoni, b'mod partikulari sabiex tiġi inkuraġġita l-innovazzjoni, biex jiġi permess l-involviment tal-partijiet interessati u jiġu assistiti gruppi ta' vittmi potenzjali f'konnessjoni ma' allegata prattika ħażina, inkluż il-corporate manslaughter ; jinkoraġixxi lill-Kummissjoni biex tiżviluppa, b'mod partikolari, mekkaniżmi li jiżguraw li l-komunitajiet affetwati minn kumpaniji Ewropej huma intitolati għal proċess ta' ġustizzja ġust u accessibli; jenfasizza l-importanza tal-linja tal-baġit ta' l-UE B3-4000 (entrata 04 03 03 01) għal proġetti pilota bħal dawk li jinvolvu l-impenn komunitarju ta' l-impjegat, fondi ipotekati biex jappoġġjaw is-CSR fi ħdan is-CIP, u għat-3 % tar-riċerka tax-xjenza soċjali u umanistika li għandhom jingħataw għall-kummerċ fis-soċjetà taħt is-Seba' Programm ta' Qafas; jitlob għal sforzi ferm ikbar mill-Kummissjoni biex tappoġġja s-CSR fir-rigward ta' kumpaniji ta' l-EU li joperaw f'terzi pajjiżi permezz tal- programmi ta' assistenza esterna tagħha;

43.  Jilqa' l-impenn li l-edukazzjoni ssir waħda mit-tmien oqsma ta' prijorità ta' azzjoni, jitlob għal integrazzjoni akbar tas-CSR fil-programm Sokrates, il-provvista ta' firxa wiesgħa ta' materjali tas-CSR f'ċentru tar-riżorsi tat-tagħlim Ewropew tal-futur, u l-ħolqien ta' direttorju Ewropew 'online' ta' skejjel tal-kummerċ u universitajiet dwar is-CSR u l-iżvilupp sostenibbli;

44.  Jinkoraġixxi inizjattivi f'livell ta' l-UE u ta' l-Istati Membri biex jitjieb it-tagħlim ta' immaniġġjar u produzzjoni responsabbli fl-iskejjel tal-kummerċ ta' l-Ewropa;

45.  Jirrimarka illi r-responsabilità soċjali u ambjentali tapplika għall-organizzazzjonijiet governattivi u non-governattivi, daqs kemm tapplika għall- kummerċ, u jitlob il-Kummissjoni biex twettaq l-impenn tagħha li tippubblika rapport annwali dwar l-impatt soċjali u ambjentali ta' l-attivitajiet diretti tagħha, kif ukoll li tiżviluppa politiki biex tinkoraġixxi l-persunal ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE biex jieħu impenn volontarju komunitarju;

46.  Jikkonsidra li, bħala parti mis-CSR, il-kumpaniji jistgħu jisponsorjaw attivitajiet kulturali u edukattivi li joffruvalur miżjud lill-politiki Ewropej fil-qasam tal-kultura u t-tagħlim matul il-ħajja kollha;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tintegra bis-sħiħ is-CSR fil-politiki tal-kummerċ, filwaqt li tirrispetta r-regoli tad-WTO u ma toħloqx barrieri kummerċjali billi tfittex li tintroduċi dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali, reġjonali jew multilaterali u torbot l-artikoli b'konformità ma" l-Istandards tas-CSR miftiehma internazzjonalment bħalma huma l-Linji Gwida ta" l-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, id-Dikjarazzjoni bejn it-Tliet Partijiet tal-ILO u l-Prinċipji ta" Rio, kif ukoll riserva tal-poteri regolatorji dwar kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem, responsabilità soċjali u ambjentali; jilqa" l-appoġġ mogħti lil dawn l-objettivi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar xogħol diċenti; jirrepeti t-talba tiegħu għad-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pajjiżi terzi, li jaħdmu fi ħdan il-kompetenza tagħhom, sabiex jippromwovu u jaġixxu bħala punti ta" kuntatt fir-rigward tal-Linji Gwida ta" l-OECD; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu t-tħaddim tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali (NCPs) b'mod partikolari meta jirrigwardjaw mumenti speċifiċi dwar allegati vjolazzjonijiet matul operazzjonijiet u ktajjen ta' provvisti ta' kumpaniji Ewropej madwar id-dinja;

48.  Jinnota l-kontribuzzjoni magħmula mill-moviment internazzjonali tal-kummerċ ġust biex ipoġġi fuq quddiem prattiki ta' negozju responsabbli għal sittin sena u jipprova li prattiki bħal dawn huma vijabbli u sostenibbli tul il-katina tal-provvisti; jitlob il-Kummissjoni biex tikkunsidra l-esperjenza tal-moviment tal-kummerċ ġust u biex tesplora b'mod sistematiku kif din l-esperjenza tista' tintuża fil-kuntest tas-CSR;

49.  Jitlob il-Kummissjoni biex tassigura illi kumpaniji transnazzjonali bbażati fl-UE b'faċilitajiet ta' produzzjoni f'terzi pajjiżi, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fl-iskema GSP+, jimxu ma' l-istandards ewlenin ta' l-ILO, il-konvenzjonijiet soċjali u ambjentali u l-ftehim internazzjonali biex jintlaħaq bilanċ mad-dinja kollha bejn it-tkabbir ekonomiku u standards ogħla soċjali u ambjentali;

50.  Jilqa" l-impenn tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp sabiex tiġi appoġġjata s-CSR bħala azzjoni ta' prijorità; jitlob azzjoni prattika Direttorat Generali tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp biex jilgħab irwol importanti fid-dibattitu, biex jeżamina l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet biex jintużaw riżorsi naturali fid-dinja li qed tiżviluppa, biex taħdem ma' intrapriżi domestiċi kif ukoll l-operazzjonijiet barranin tal-kumpaniji ta' l-UE, intrapriżi sub-kuntratturi u l-partijiet interessati fihom, biex jiffaċċjaw l-abbuż u l-prattika ħażina fi ktajjen ta' provvisti, biex jikkumbattu l-faqar u biex joħolqu tkabbir ġust;

51.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni timmira lejn il-parteċipazzjoni tan-negozji żgħar u ta'daqs medju fis-CSR permezz ta" ħidma konġunta ma' entitajiet intermedjarji, billi toffri appoġġ speċifiku għall-parteċipazzjoni ta" koperattivi u intrapriżi soċjali ekonomiċi permezz ta" l-assoċjazzjonijiet speċjalisti tagħhom, l-użu tan-network taċ-Ċentri ta" l-Informazzjoni Ewropea sabiex jiġu promossi direttament l-inizjattivi tas-CSR u tikkunsidra l-ħatra t" invjat tas-CSR simili għall-Invjat ta'l-SMEs fid-Direttorat Generali tal-Kummissjoni għall-Intrapriża;

52.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tmexxi studju fid-dettal madwar l-Ewropa kollha dwar il-modi differenti li bihom l-SMEs jistgħu jipparteċipaw fis-CSR u dwar l-inċentivi għalihom biex jaddottaw il-prinċipji tas-CSR fuq bażi volontarja individwali, u li titgħallem il-lezzjonijiet it-tajbin mill-esperjenza miksuba u mill-prattika tajba f'dan il-qasam;

53.  Jilqa" l-impenn tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-CSR sabiex jissaħħaħ l-irwol ta" l-impjegati u tat-trade unions tagħhom fis-CSR u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-imsieħba soċjali sabiex jibnu fuq in-negozjati lki jirnexxu ta" 50 Qafas ta" Ftehimiet Internazzjonali u 30 Qafas ta" Ftehimiet Ewropej fir-rigward ta' l-istandards prinċipali tax-xogħol għall-kumpaniji individwali jew għas-setturi bħala approċċ wieħed biex tiġi -żviluppata r-responsabilità ta" l-intrapriżi fl-Ewropa u fid-dinja; jirreferi għall-kunsilli Ewropej tax-xogħolijiet li huma adattati partikolarment għall-promozzjoni tas- CSR u, b'mod partikolari, biex javvanzaw id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema fil-kumpaniji multinazzjonali;

54.  Jisħaq fuq l-importanza ta' l-irwol ta' l-isħab soċjali fil-promozzjoni ta' l-impjegar tan-nisa u fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni; jinkuraġġixxi l-isħab soċjali biex jieħdu inizjattivi, fi ħdan qafas ta' CSR, sabiex iħeġġu parteċipazzjoni akbar min-nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji, f'kunsilli għax-xogħlijiet u f'korpi ta' djalogu soċjali;

55.  Jirrakkomanda li r-riċerka futura tas-CSR tmur lil hinn mis-sempliċi 'każ ta' negozju' għas-CSR, biex tiffoka fuq ir-rabta bejn il-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli, fil-livell makro (l-UE u l-Istati Membri) il-livell meso (setturi industrijali u ktajjen ta' provvisti) u l-livell mikro (SMEs), u l-interrelazzjoni bejniethom, kif ukoll l-impatt ta' l-inizjattivi tas-CSR preżenti u l-vjolazzjonijiet possibli tal-prinċipji CSR; jappoġġja l-irwol ewlieni ta'l-Akkademja Ewropea tan-Negozju fis-Soċjetà f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-'Istat Annwali tas-CSR' awtorevoli, imfassal b'koperazzjoni ma' esperti u riċerkaturi indipendenti li jqabblu l-informazzjoni eżistenti, u jiddeskrivu xejriet ġodda u jipprovdu rakkomandazzjonijiet għall-azzjonijiet futuri;

Il-kontribuzzjoni Ewropea għas-CSR fuq livell Globali

56.  Jemmen li l-impatt potenzjali tal-politiki tas-CSR jibqa" l-akbar fir-rigward tal-ktajjen globali ta" provvista tal-kumpaniji, sabiex jippermettu l-investiment responsabbli mill-kumpaniji biex jassistu l-ġlieda kontra l-faqar fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, sabiex jippromwovu kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol, sabiex jappoġġjaw il-kummerċ ġust u l-governanza tajba, kif ukoll li jitnaqqsu l-inċidenzi ta' ksur ta' standards internazzjonali, inklużi standards tax-xogħol, minn korporazzjonijiet fil-pajjiżi fejn ir-reġimi regolatorji huma dgħajfin jew ma jeżistux;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq riċerka speċifika fuq l-impatt tal-politiki tas-CSR u biex tressaq proposti biex jiżdied l-investiment responsabbli mill-kumpaniji u r-responsabilità tagħhom;

58.  Jirrikonoxxi illi numru ta' inizjattivi internazzjonali tas-CSR huma iktar fil-fond u laħqu maturità ġdida, inkluż il-pubblikazzjoni reċenti tal-Linji Gwida 'G3' mill-Inizjattiva Globali għas-Sostenibilita' u għar- Rappurtar, it-tneħħija ta' 200 kumpanija mill-Patt Globali tan-NU u l-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għan-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;

59.  Jesprimi d-diżappunt li l-Kummissjoni ma tatx prijorità akbar lill-promozzjoni ta" l-inizjattivi globali fil-komunikazzjoni tagħha dwar is-CSR, u jistieden lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha ma" l-Istati Membri u mal-partijiet interessati sabiex it-tnejn jiżviluppaw viżjoni strateġika u biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta" l-inizjattivi tas-CSR fil-livell globali, kif ukoll bħala sforz kbir sabiex tiżdied b'mod sinifikattiv il-parteċipazzjoni f'inizjattivi bħal dawn mill-kumpaniji ta" l-UE;

60.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw u jippromwovu r-rispett lejn l-istandards bażiċi ta' l- ILO bħala fattur fis- CSR fl-oqsma li joperaw fihom;

61.  Jemmen li d-dimensjoni internazzjonali tas-CSR għandha tkun ta' stimolu għal linji gwida biex jitfasslu b'mod li jippromwovu l-iżvilupp ta' politiki ta' dan it-tip madwar id-dinja;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-ħidma tagħha ma" msieħba oħra relevanti, sabiex torganizza inizjattiva internazzjonali ewlenija fl-2007 sabiex tiċċelebra l-ħames anniversarju ta" l-impenn miftiehem fil-Laqgħa Għolja Dinjija għall-Iżvilupp Sostenibbli sabiex timpenja ruħha f'inizjattivi intergovernattivi fil-qasam tar-obbligu ta' l-impriżi li jagħtu kont;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibni fuq is-suċċess tad-djalogu transatlantiku bejn l-impriżi dwar is-CSR li sar fis-snin disgħin, billi torganizza eżerċizzju simili bejn l-UE u l-Ġappun;

64.  Jinkoraġixxi iktar żvilupp fl-inizjattivi internazzjonali għal trasparenza sħiħa rigward d-dħul mill-kumpaniji Ewropej fl-attivitajiet tagħhom f' terzi pajjiżi, biex jagħtu rispett sħiħ lid-drittijiet tal-bniedem fl-operazzjonijiet f'żoni ta' kunflitt u li jirrifjutaw 'lobbying' inkluż 'ftehimiet mill-pajjiż li jospita' li jkunu magħmula minn kumpaniji biex idgħajfu jew jevadu r-rekwiżiti regolatorji f'pajjiżi bħal dawn;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-appoġġ u t-tisħiħ tal-Linji Gwida ta' l-OECD għal-Intrapriżi Multinazzjonali, b'mod partikolari billi jmexxu reviżjoni dwar l-effettività ta'l-NCPs Ewropej u l-irwol tagħhom fil-medjazzjoni effettiva bejn il-partijiet interessati fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti; jitlob għall-iżvilupp ta' mudell għall-NCPs Ewropej li jinkludi l-aħjar prattika fil-formazzjoni istituzzjonali, fil-visibilità, fl-aċċessibilità għall-partijiet kollha interessati u fl-immaniġġjar ta' l-ilmenti; jitlob għal interpretazzjoni wiesgħa tad-definizzjoni ta' l-investiment fl-applikazzjoni tal-Linji Gwida ta' l-OECD biex jiżgura li kwistjonijiet ta' katina ta' provvista jiġu koperti bil-proċeduri ta' l-implimentazzjoni;

66.  Jitlob l-appoġġ għall-iżvilupp ta' l-Inizjattiva Globali tar-Rappurtar billi jistieden kumpaniji ta' l-UE biex jipparteċipaw f'approċċi settorali ġodda li jkopru oqsma bħall-kostruzzjoni, il-kimiċi u l-agrikoltura; biex tinħoloq riċerka dwar il-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, biex ikun jista' jsir xogħol li jilħaq lil pajjiżi oħra b'mod partikolari pajjiżi fl-Ewropa ċentrali u tal-lvant, u biex jiġu żviluppati indiċi ta' sostenibbilità flimkien ma' swieq ta' ishma fi swieq emerġenti;

67.  Jitlob il-Kummissjoni biex fi ftehimiet futuri ta' koperazzjoni ma' pajjiżi li għadhom jiżviluppaw tinkludi kapitoli dwar ir-riċerka, il-monitoraġġ u l-għajnuna biex tirrimedja l-problemi soċjali, umani u ambjentali f'operazzjonijiet u fil-katina ta' provvista ta' kumpaniji bbażati fl-UE f'pajjiżi terzi;

68.  Jilqa' fil-prinċipju d-diskussjonijiet li qed isiru mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istandards dwar il-ħarsien ta' standard ta' responsabilità soċali u jistieden lir-rappreżentanza Ewropea biex tiżgura li kull riżultat ikun konstitenti ma' standards u ftehimiet internazzjonali, u bl-opportunità li jiġu żviluppati metodi paralleli ta' evalwazzjoni esterna u ċertifikazzjoni;

o
o   o

69.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lil istituzzjonjiet u organizzazzjonijiet imsemmija fiha.

(1) ĠU C 104, 14.4.1999, p. 180.
(2) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.
(3) ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.
(4) ĠU C 86, 10.4.2002, p. 3.
(5) ĠU C 187 E, 7.8.2003, p. 180.
(6) ĠU C 67 E, 17.3.2004, p. 73.
(7) ĠU L 156, 13.6.2001, p. 33.
(8) ĠU C 271 E, 12.11.2003, p. 598.
(9) ĠU C 39, 18.2.2003, p. 3.
(10) ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16.
(11) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(12) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(13) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 84.
(14) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(15) ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.
(16) Testi Adottati, P6_TA(2006)0320.
(17) ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE (ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15.)
(18) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1).
(19) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(20) ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Ġunju 2008Avviż legali