Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2166(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0112/2007

Testi mressqa :

A6-0112/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 4
CRE 24/04/2007 - 4

Votazzjonijiet :

PV 24/04/2007 - 7.23

Testi adottati :

P6_TA(2007)0125

Testi adottati
PDF 631kWORD 106k
It-Tlieta, 24 ta' April 2007 - Strasburgu
Kwittanza 2005: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel
P6_TA(2007)0125A6-0112/2007
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0399/2006 – 2006/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Awtorità(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-data 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0112/2007),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Awtorità għas-sena finanzjarja 2005;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 22.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 42.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0399/2006 – 2006/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Awtorità(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-data 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0112/2007),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel huma preżentati kif ġej:

Kont ta' dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2005 (f'EUR 1000)

2005

2004

Dħul operattiv

27 405

20 591

TOTAL TA' DĦUL OPERATTIVI

27 405

20 591

Nefqa amministrattiva

Nefqa ta" l-istaff

-13 012

-7 564

Binjiet u spejjeż relatati

-3 627

-4 192

Spejjeż oħra (inklużi spejjeż b'entitajiet konsolidati tal-KE)

-2 205

-1 263

Deprezzament u tnaqqis fil-valur ta' entitajiet konsolidati

-603

-333

Spejjeż operattivi (inklużi spejjeż b'entitajiet konsolidati tal-KE)

-8 413

-6 431

TOTAL TA' SPEJJEŻ OPERATTIVI

-27 674

-19 783

PROFITT/(TELF) OPERATTIV

-761

808

Dħul minn ħidmiet finanzjarji

-

0

Spejjeż minn ħidmiet finanzjarji

-7

-7

PROFITT/(TELF) FUQ ĦIDMIET FINANZJARJI

-7

-6

PROFITT/(TELF) ATTWALI

-768

802

Dħul straordinarju

Spejjeż straordinarji

-

-27

PROFITT/(TELF) STRAORDINARJU

-

-27

OUTTURN EKONOMIKU GĦAS-SENA FINANZJARJA

-768

775

NR - Varjazzjonijiet fit-totali ġejjin mill-fatt li n-numri nġiebu għad-dritt.

Sors: Informazzjoni ta' l-Awtorita? - Din it-tabella tiġbor fil-qosor id-data provduta mill-Awtorita? fil-kontijiet annwali tagħha.

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 22.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 42.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 (C6-0399/2006 – 2006/2166(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2005, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Awtorità(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-data 27 ta' Frar 2007 (5711/2007 – C6-0080/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0112/2007),

A.   billi l-Qorti tal-Ġustizzja qalet li kisbet assikurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2005 kienu ta' min joqgħod fuqhom, u t-transazzjonijiet bażiċi, suġġetti għal riserva, kienu legali u regolari,

B.   billi fis-27 ta' April 2006, il-Parlament ta kwittanza lid-direttur inkarigat mill-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorita? għas-sena finanzjarja 2004(6), u fir-riżoluzzjoni mehmuża d-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament, inter alia

   iddispjaċih jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri reġgħet sabet anomaliji fl-applikazzjoni tar-regoli li jikkonċernaw ir-reklutaġġ ta' l-istaff, u ħeġġeġ lill-Awtorita? sabiex tapplika r-regoli ta' proċeduri ta' għażla b'mod aktar trasparenti;
   huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet li l-Qorti ta' l-Awdituri sabet fil-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti;

Punti ġenerali dwar il-maġġoranza ta' l-Aġenziji ta' l-UE li jirrikjedu kwittanza individwali

1.  Jaħseb li n-numru dejjem jikber ta' Aġenziji tal-Komunità u l-attivitajiet ta' xi wħud minnhom ma jidhirx li jiffurmaw parti minn qafas ta' politika ġenerali, u li l-mandati ta' xi Aġenziji mhux dejjem jirriflettu l-bżonnijiet reali ta' l-Unjoni jew l-istennijiet taċ-ċittadini, u jinnota li f'termini ġenerali l-Aġenziji mhux dejjem ikollhom immaġini tajba jew stampa tajba;

2.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi qafas ta' politika ġenerali għat-twaqqif ta' Aġenziji ġodda tal-Komunità u sabiex tippreżenta studju dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji qabel ma titwaqqaf aġenzija ġdida, filwaqt illi toqgħod attenta li tevita rduppjar fl-attiviatjiet bejn l-Aġenziji jew mal-mandati ta' organizzazzjonijiet Ewropej oħra;

3.  Jistaqsi lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istudju dwar ir-relazzjoni bejn il-benefiċċju u l-ispejjeż qabel il-Parlament jieħu deċiżjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull Aġenzija eżistenti; Jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' Aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-Aġenzija jew billi jagħlquha;

5.  Ġie meqjus in-numru li dejjem jikber ta' aġenziji ta' regolamentazzjoni, jiddeplora l-fatt li n-negozjati fir-rigward tal-proġett ta' ftehima interistituzzjonali għal kwadru ta' dawn l-aġenziji għadhom ma ntemmux u jistieden lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu, flimkien mal-Qorti ta' l-Awdituri, sabiex din il-ftehima tiġi konkluża malajr;

6.  Jinnota li r-responsabiltà baġitarja tal-Kummissjoni titlob li jsiru konnessjonijiet iktar stretti bejn l-Aġenziji u l-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jagħtu lill-Kummissjoni minoranza li tibblokka fl-entitajiet ta' sorveljanza ta' l-Aġenziji ta' regolamentazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2007 u sabiex jipprovdu għal din il-minoranza sa mill-bidu meta jkunu qed jitwaqqfu Aġenziji ġodda;

7.  Jistieden mill-Qorti ta' l-Awdituri biex toħloq kapitlu ieħor fir-Rapport Annwali tagħha, li jkun dwar l-Aġenziji li għandhom jingħataw kwittanza skond il-kontijiet tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm stampa aktar ċara ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE mill-Aġenziji;

8.  Ifakkar il-prinċipju skond liema l-Aġenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati kif ukoll jekk le, huma suġġetti għal kwittanza mill-Parlament, anke meta jkun hemm awtorità ta' kwittanza minħabba t-testi kostituttivi tagħhom;

9.  Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri tagħmel verifiki tal-prestazzjoni għall-Aġenziji kollha u tirrapporta lura lill-kumitati relevanti tal-Parlament, inkluż lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

10.  Jinnota li n-numru ta' Aġenziji qiegħed dejjem jikber u li, bi qbil mar-responsabiltà politika tal-Kummissjoni għat-tħaddim ta' l-Aġenziji, li tmur ferm oltre s-sempliċi appoġġ loġistiku, hemm bżonn saħansitra ikbar li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni inkarigati mit-twaqqif u l-monitoraġġ ta' l-Aġenziji jiżviluppaw approċċ komuni għall-Aġenziji; iqis illi struttura simili għal dik maħluqa mill-Aġenziji għall-koordinament fost id-DGs konċernati tkun mod pragmatiku lejn metodu komuni tal-Kummissjoni rigward il-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-Aġenziji;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-appoġġ amministrattiv u tekniku għall-Aġenziji, filwaqt li tiġi meqjusa l-kumplessità dejjem akbar tar-regoli amministrattivi u problemi tekniċi tal-Komunità;

12.  Jinnota n-nuqqas ta' korp dixxiplinarju fl-Aġenziji kollha tal-Komunità, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi neċessarji ħalli tiżgura li dan il-mekkaniżmu jiġi implimentat malajr;

13.  Jilqa' bi pjaċir it-titjib konsiderevoli fil-koordinazzjoni fost l-Aġenziji, li tippermettilhom li jaħdmu fuq problemi rikorrenti u li tagħmel il-koperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament aktar effiċjenti;

14.  Huwa ta' l-opinjoni illi t-twaqqif ta' servizz ta' apppoġġ minn numru ta' Aġenziji bil-għan illi jagħmlu s-sistemi ta' ġestjoni finanzjarja kompjuterizzata tagħhom konsistenti ma' dawk tal-Kummissjoni hija miżura li għandha titkompla u tiġi estiża;

15.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex itejbu l-koperazzjoni u l-istandards mal-partijiet fil-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tadotta kull miżura li hija tqis bħala neċessarja biex tgħin lill-Aġenziji ħalli jtejbu l-immaġini tagħhom u jgħollu l-profil ta' l-attivitajiet tagħhom;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ bi proposta għall-armonizzazzjoni tal-format tar-rappurtaġġ annwali mill-Aġenziji sabiex jiġu żviluppati indikaturi ta' prestazzjoni li jippermettu li jkun hemm paragun ta' l-effiċċjenza tagħhom;

17.  Jistieden lill-Aġenziji sabiex fil-bidu ta' kull sena jippreżentaw indikaturi ta' prestazzjoni li magħhom jistgħu jkunu mkejla;

18.  Jistieden lill-Aġenziji kollha sabiex jużaw dejjem aktar objettivi li jkunu SMART, li għandhom iwasslu għal tfassil u implimentazzjoni aktar realistiċi ta' l-għanijiet;

19.  Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni hija wkoll responsabbli għall-immaniġġjar (finanzjarju) ta' l-Aġenziji; Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja u, fejn ikun meħtieġ, tmexxi u tgħin l-immaniġġjar ta' l-Aġenziji differenti, speċjalment fir-rigward ta" l-applikazzjoni xierqa tal-proċeduri tat-tfigħ ta" offerti, it-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ, l-immaniġġjar finanzjarju sod (nuqqas ta" nfiq u bbaġitjar żejjed) u l-iktar importanti l-applikazzjoni xierqa tar-regoli dwar il-qafas ta' kontroll intern;

20.  Jikkunsidra li l-programmi ta' ħidma ta' l-Aġenziji għandhom jesprimu l-kontribwizzjonijiet tagħhom f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu u li tingħata l-konsiderazzjoni xierqa lill-Istandards ta' Kontroll Interni tal-Kummissjoni;

Punti Speċifiċi

21.  Jinnota li fis-sena finanzjarja 2005 kien hemm implimentazzjoni inqas tal-baġit; 80% biss ta' l-approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas li ntużaw; Jikkunsidra li l-Awtorita? għandha tagħmel sforz serju biex ittejjeb l-użu li tagħmel mill-approprijazzjonijiet li bihom hi mogħtija r-responsabilta? sabiex tikseb l-objettivi;

22.  Jiddeplora bis-sħiħ il-fatt li l-bidliet li għamlet lill-pjan ta' l-istabbiliment ma ġewx rispettati u li din reġgħet daħħlet il-gradi li inizjalment kien hemm provvediment għalihom fl-abbozz tal-baġit rigward 19-il post tax-xogħol mingħajr ma ġie infurmat il-Parlament;

23.  Jinnota li ma ġietx introdotta tmexxija bbażata fuq l-attivitajiet għalkemm dan huwa stipulat fir-regolament finanzjarju ta' l-Awtorita?, skond dak li ġie applikat mal-baġit ġenerali bil-ħsieb li titjieb is-sorveljanza tat-twettiq tax-xogħol;

24.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-Awtorita? ma wettqitx evalwazzjoni ta' riskju u lanqas ma ressqet b'mod formali s-sistemi u l-proċeduri tal-kontroll intern li hi ssegwi, u jistieden lill-Awtorita? sabiex twettaq dan kemm jista' jkun malajr;

25.  Jinnota, rigward ir-reklutaġġ, li l-Awtorita? rrifjutat kandidati fuq il-bażi ta' kriterji differenti minn dawk li hemm provdut għalihom fl-avviżi ta' postijiet tax-xogħol vakanti kif ukoll li ma osservatx id-dispożizzjonijiet regolatorji li jikkonċernaw il-gradi għall-membri tal-bord ta' l-għażla relatati mal-postijiet li jridu jimtlew; Jinsisti fuq l-applikazzjoni stretta tal-kriterji relevanti u ta' kontroll effettiv fuq jekk id-dokumenti mressqa mill-kandidati flimkien ma' l-applikazzjonijiet tagħhom verament joffrux prova ġenwina;

26.  Jinnota li l-Awtorita? kellha diffikultajiet biex tirrekluta staff xjentifiku ta" kapaċità għolja f'Parma;

27.  Jiddispjaċih li nstab numru konsiderevoli ta' anomaliji waqt verifiki li saru fuq l-għoti u l-konklużjoni ta' kuntratti; jistieden lill-Awtorita? sabiex ittejjeb malajr is-sistema ta' kontroll intern tagħha;

28.  Jinnota li l-binjiet maħsuba bħala postijiet permanenti ta' l-Awtorita? għadhom mhumiex disponibbli u li, minħabba dan, l-Awtorita? kienet obbligata li tikri postijiet temporanji (spejjeż fl-2005: ċirka EUR 3,500,000); Jistieden lill-Awtorita?, flimkien mal-Kummissjoni, sabiex tikkjarifika din is-sitwazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikulari bil-ħsieb għal kwalunkwe kumpens finanzjarju.

(1) ĠU C 266, 31.10.2006, p. 22.
(2) ĠU C 312, 19.12.2006, p. 42.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 340, 6.12.2006, p. 134.

Avviż legali - Politika tal-privatezza