Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2546(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

B6-0189/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/05/2007 - 7.14
CRE 10/05/2007 - 7.14

Testi adottati :

P6_TA(2007)0185

Testi adottati
PDF 209kWORD 44k
Il-Ħamis, 10 ta' Mejju 2007 - Brussell
It-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam ta" l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema
P6_TA(2007)0185B6-0189/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Mejju 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam ta" l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 136 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta" Marzu 2002 li tistabilixxi qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema fil-Komunità Ewropea(1), id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta" l-20 ta" Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri relatati ma" sitwazzjonijiet kollettivi ta" ħaddiema żejda li jkunu f'riskju li jitkeċċew(2), id-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta" Settembru 1994 dwar il-ħolqien ta" Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropej jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' tagħrif u ta' konsultazzjoni għall-impjegati(3) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta" Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mal-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta' trasferimenti ta' intrapriżi, ta' negozji, jew ta' partijiet minn intrapriżi jew negozji(4), dawn kollha jikkonċernaw l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri dwar l-istrumenti ta" djalogu bejn il-maniġment u l-ħaddiema,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Settembru 2001(5) dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 94/45/KE ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Strutturar mill-ġdid u impjieg - li tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol ta" l-Unjoni Ewropea" (COM(2005)0120),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-14 ta" Diċembru 2005(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar strutturar mill-ġdid u impjieg(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-istrutturar mill-ġdid u l-merġers,

   wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Kummissjoni lill-Parlament fil-25 ta' April 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam ta" l-informazzjoni u tal-konsultazzjoni mal-ħaddiema

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi iż-żieda fl-intrapriżi li jaħdmu fuq livell internazzjonali minħabba l-globalizzazzjoni,

B.   billi l-proċess ta" strutturar mill-ġdid, ta" merġers, ta" rilokazzjonijiet, eċċ., li jaffettwa lis-setturi kollha ta" attività u li jwassal għal bidliet fl-istruttura ta" kumpaniji, fil-produzzjoni u l-impjiegi, sar iktar intens;

C.   billi diversi każijiet ta" ristrutturar u sitwazzjonijiet kollettivi ta" ħaddiema żejda wrew biċ-ċar problemi possibbli fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar id-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni,

D.   billi l-qsim kostruttiv u pożittiv ta" informazzjoni u ta" konsultazzjoni ġenwina ta" l-impjegati hija importanti biex tiġi antiċipata bidla industrijali; billi, barra minn hekk, it-tagħrif u l-konsultazzjoni huma komponenti importanti tal-mudell soċjali Ewropew tagħna,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, kif diġà mitluba mill-Parlament f'diversi okkażjonijiet u l-iktar reċenti fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-15 ta" Marzu 2006 biex tieħu inizjattivi bil-ħsieb li tirrevedi u taġġorna l-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-konsultazzjoni u l-informazzjoni sabiex ikun żgurat qafas ta" liġi koerenti u effiċjenti, tkun evitata l-inċertezza legali u tittejjeb l-artikolazzjoni tad-djalogu soċjali bejn il-livelli nazzjonali u Ewropej;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta kalendarju għar-reviżjoni u l-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-konsultazzjoni u l-informazzjoni, dwar sitwazzjonijiet kollettivi ta" ħaddiema żejda, dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta' trasferimenti ta' intrapriżi u, b'mod speċjali, dwar ir-reviżjoni li ilha ġejja għal żmien twil tad-Direttiva 94/45/KE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-pront tiżgura li jkun hemm implimentazzjoni adegwata fl-Istati Membri rigward l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta" ħaddiema u biex tinnotifika dawk l-Istati Membri fejn id-direttivi dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ma jkunux implimentati;

4.  B'mod partikulari jinnota li d-Direttiva 94/45/KE jew mhix qed tiġi implimentata xejn jew hemm diskrepanzi kbar u mhux ġusti bejn il-metodi ta" kif l-Istati Membri għażlu li jimplimentawha; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta malajr u bi sħiħ lill-Parlament u tinnotifika lill-Istati Membri fejn meħtieġ;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa għal politika industrijali koerenti fil-livell Ewropew, b'kunsiderazzjoni għall-impatt soċjali u ambjentali tagħha; iqis li l-imsieħba soċjali għandhom irwol ewlieni fl-iżvilupp ta" tali politika;

6.  Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb aktar il-koordinazzjoni tal-politiki tagħha fl-oqsma varji, inkluż il-qasam ta" l-affarijiet soċjali, ta" l-affarijiet ekonomiċi u monetarji, fl-industrija, u fil-qasam tar-riċerka u ta" l-iżvilupp, u biex tinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali biex jieħdu sehem attiv fl-iżvilupp ta" sett koerenti ta" politiki bl-għan li tinżamm industrija Ewropea b'saħħitha, innovattiva u kompetittiva;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta" l-Istati Membri, u lill-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew.

(1) ĠU L 80, 23.3.2002, p.29.
(2) ĠU L 225, 12.8.1998, p 16.
(3) ĠU L 254, 30. 9. 1994, p. 64.
(4) ĠU L 82, 22.3.2001, p 16.
(5) ĠU C 72 E, 21.3.2002, p.68.
(6) ĠU C 65, 17.3.2006, p.58.
(7) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p.297.

Avviż legali - Politika tal-privatezza