Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2643(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0399/2007

Testi mressqa :

B6-0399/2007

Dibattiti :

PV 25/10/2007 - 12
CRE 25/10/2007 - 12

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2007 - 14.4

Testi adottati :

P6_TA(2007)0491

Testi adottati
PDF 203kWORD 37k
Il-Ħamis, 25 ta' Ottubru 2007 - Strasburgu
Kumitat għall-Affarijiet Legali
P6_TA(2007)0491B6-0399/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-Kumpanija Privata Ewropea u l-Erbatax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji dwar it-trasferiment tas-sede tal-kumpanija

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 192 u 232 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2005,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'L-Immodernizzar tal-Liġijiet tal-Kumpaniji u t-Titjib tal-Governanza tal-Kumpaniji - fl-Unjoni Ewropea - Pjan biex nimxu 'l quddiem'(COM(2003)0284),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Lulju 2006 dwar żviluppi riċenti u prospettivi rigward il-liġi tal-kumpaniji(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007 dwar l-istatut tal-kumpanija privata Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali tiegħu O-0042/07 ppreżentata mill-kumitat tiegħu għall-Affarijiet Legali dwar l-istat attwali fil-proċedimenti leġiżlattivi fuq l-'Istatut tal-kumpanija Privata Ewropea' u l-'Erbatax-il Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji',

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni li saret fis-seduta plenarja kurrenti,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 39(5) u 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-qafas regolatorju ta' l-UE għal-liġi tal-kumpaniji u t-governanza tal-kumpaniji hemm bżonn li jiġi adattat sabiex jikkunsidra it-tendenza dejjem tiżdied li kumpaniji Ewropej joperaw b'mod transkonfinali ġewwa l-UE u ta' l-integrazzjoni kontinwa tas-swieq Ewropej,

1.  Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li se tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-Istatut tal-Kumpanija Privata Ewropea sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2008;

2.  Jilqa' din it-tħabbira tal-Kummissjoni b'mod partikulari fid-dawl tar-riżoluzzjoni tal-Parlament ta' l-1 ta' Frar 2007 u ta' l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar talbiet mill-Parlament lill-Kummissjoni għat-tressiq ta' kwalunkwe proposta leġiżlattiva xierqa;

3.  Jenfasizza li jipretendi li din il-proposta leġiżlattiva tkun formalment inkluża fil-Programm ta' Leġiżlazzjoni u ta' Ħidma għall-2008;

4.  Jafda li l-Kummissjoni ma tonqosx milli taġixxi u li se tippreżenta proposta qabel sa l-iskadenza tat-30 ta' Ġunju 2008 kif imħabbar;

5.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni, wara dewmien konsiderevoli, issa nfurmat lill-Parlament li m'għandhiex l-intenzjoni li tagħmel proposta leġiżlattiva għall-Erbatax-il Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji rigward it-Trasferiment tas-Sede,

6.  Jirriserva d-dritt, madankollu, li jieħu azzjoni ulterjuri fir-rigward tal-kwistjoni tat-trasferiment transkonfinali tas-sede tal-kumpaniji;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)ĠU C 303 E, 13.12.2006, p.114.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0023.

Avviż legali - Politika tal-privatezza