Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2112(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0495/2007

Testi mressqa :

A6-0495/2007

Dibattiti :

PV 30/01/2008 - 23
CRE 30/01/2008 - 23

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2008 - 8.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0034

Testi adottati
PDF 372kWORD 80k
Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2008 - Brussell
Politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta' ħut fis-sajd Ewropew
P6_TA(2008)0034A6-0495/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta' ħut fis-sajd Ewropew (2007/2112(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitulata "Politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta' ħut fis-sajd Ewropew" (COM(2007)0136),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(1), b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Pjan ta' Azzjoni Komunitarju biex jiġi eliminat ir-rimi lura ta' ħut (COM(2002)0656), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dan tad-19 ta' Ġunju 2003(2),

–   wara li kkunsiddra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar metodi ta' sajd li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent(3),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' l-1995 għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Marittima ta' l-10 ta' Diċembru 1982 rigward il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta" stokkiijiet transżonali tal-ħut u ta" stokkijiet ta" ħut migratorju ħafna,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwaqqaf Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika Ambjentali tal-Baħar (Direttiva dwar Strateġija tal-Baħar) (COM(2005)0505) u l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar din ta' l-14 ta' Novembru 2006(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0495/2007),

A.   billi r-rimi lura ta' ħut huwa problema mad-dinja kollha li ġiet ikkalkulata li hi ta' bejn 7 u 27 miljun tunnellata kull sena, ekwivalenti għal kwart tal-ħut kollu u speċijiet oħra maqbuda, u billi m'hemm l-ebda kalkolu disponibbli għall-UE sħiħa, għalkemm l-FAO tikkalkula li r-rimi lura ta' ħut fil-Baħar tat-Tramuntana huwa bejn 500,000 - 880,000 tunnellata,

B.   billi rimi lura daqshekk estensiv huwa ta' dannu għall-ambjent, itellef l-irkupru ta' stokkijiet li naqsu, u dan huwa spiża f'termini ta' ħin u enerġija għall-industrija tas-sajd,

C.   billi l-Kummissarju Borg iddiskriva din il-kwantita? ta' rimi bħala "immorali",

D.   billi l-involviment tal-partijiet kollha interessati tal-politika tas-sajd, b'mod partikulari mill-industrija tas-sajd, huwa kundizzjoni essenzjali għad-definizzjoni ta' miżuri li jistgħu jagħtu kontribut għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar,

E.   billi r-rimi lura huwa fenomenu li mhuwiex relatat biss ma' l-użu ta' tip partikulari ta' tagħmir wieħed, li jseħħ b'bosta tipi ta' tagħmir, għalkemm ċerti tipi ta' tagħmir, bħalma huwa dak tas-sajd bit-tartarun, għandhom tendenza li jirriżultaw fi kwantitajiet akbar ta' rimi minn oħrajn, iżda huwa influwenzat ukoll min-natura ta' l-industrija tas-sajd konċernata, kif huwa l-każ fl-industriji tas-sajd Ewropej, li kważi kollha huma ta' natura multi-speċi, fejn ir-riskju ta' rimi huwa ogħla; billi ċerti industriji artiġġanali tas-sajd għandhom rati ta' rimi aktar baxxi peress li jagħmlu użu akbar mill-ħut maqbud u jużaw l-għarfien tagħhom tat-territorji tas-sajd sabiex jevitaw il-qbid inċidentali,

F.   billi l-industriji tas-sajd b'rati għolja ta' rimi lura jistgħu jirriżultaw fi tħassib pubbliku dwar l-impatt ambjentali tas-sajd li jista' jikkawża tnaqqis fil-fiduċja pubblika fil-ħut fuq is-suq, u dan, fl-aħħar minn l-aħħar, jaffettwa l-bejgħ,

G.   billi r-rimi lura ġej minn medda ta' fatturi, inklużi sforzi eċċessivi ta' sajd, l-approċċ attwali lejn TACs (il-Qabdiet Totali Permissibbli) u kwoti li jirrikjedi r-rimi lura ta' ħut li għalihom m'hemmx kwota, nuqqas ta' qbil f'ħafna industriji ta' sajd bejn speċifikazzjonijiet ta' tagħmir u d-daqs minimu tal-ħut li jitniżżel l-art (Minimum Landing Size – MLS) "high-grading" (fejn il-ħut jintrema lura u b'hekk jittella' kemm jista' jkun il-valur tal-qabdiet li jinħattu l-art) u prattiki kummerċjali oħra; billi tradizzjonalment, l-innovazzjoni fit-tagħmir u l-prattiki tas-sajd timmira l-aktar lejn żieda fil-qbid tal-ħut aktar milli lejn sajd aktar selettiv u bl-anqas mod distruttiv għall-ambjent,

H.   billi mid-dokumenti ffirmati fuq livell internazzjonali u li fihom dikjarazzjonijiet speċifiċi dwar il-ħtieġa li jitnaqqas ir-rimi u l-qbid inċidentali, l-UE ftehmet fuq il-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-FAO rigward Sajd Responsabbli, il-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali tal-FAO dabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali ta' tajr tal-baħar minn sajd longline, il-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali tal-FAO għall-konservazzjoni u l-immaniġġar ta' klieb il-baħar, Kapitlu 17 ta' l-Aġenda 21 tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsens ta' Ruma dwar is-Sajd Dinji, id-Dikjarazzjoni ta' Kyoto dwar il-kontribut sostenibbli tas-sajd għas-sikurezza ta' l-ikel, il-Ftehima ta' New York dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u r-riżoluzzjonijiet ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 49/118 ta' l-1994 u 50/25 ta' l-1995, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-95 Konferenza Interparlamentari li saret f'Istanbul, it-Turkija, mill-15 sa l-20 ta' April 1996, tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċijiet fil-Periklu ta' Fawna u Flora Selvaġġi (CITES) u l-Konvenzjoni dwar id-Diversita? Bijoloġika (CBD),

I.   billi l-UE qablet dwar medda ta' impenji fi ħdan il-qafas ta' l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd u d-diversi ftehimiet bilaterali u multilaterali li tagħmel parti minnhom,

1.  Jilqa' t-tentattiv il-ġdid tal-Kummissjoni biex tistimula diskussjoni dwar dan is-suġġett serju bil-ħsieb li fl-aħħar ikun hemm ċaqliq ta' enfasi tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (CFP) sabiex il-prattika ta' rimi lura ta' ħut tiġi mnaqqsa b'mod sinifikanti jew anki, f'ċertu każijiet, tiġi fl-aħħar mill-aħħar eliminata;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni bħala l-ewwel tentattiv biex tasal għall-qalba tal-problema tal-qbid inċidentali mhux mixtieq (qbid sekondarju) tal-ħut, però jenfasizza l-urġenza għall-iżvilupp ta" regolamenti biex jeliminaw din il-prattika li mhix ambjentalment sostenibbli, li hi immorali, u li f'każijiet estremi tista" tammonta għal 90% tal-ħut kollu li jkun inqabad;

3.  Ifakkar li l-impatt tas-sajd fuq skala żgħira fuq il-parti mill-qabda li tintrema lura huwa minimu u b'konsegwenza ta' dan jitlob li jkun hemm tisħiħ ta' l-għajnuna Komunitarja biex jitħeġġu u jiġu żviluppati s-sajd kostali u artiġjanali fuq skala żgħira;

4.  Jilqa' wkoll id-definizzjoni l-ġdida ta' rimi lura ta' ħut sabiex tinkludi speċijiet ta' ħut mhux kummerċjali u speċijiet oħra, bl-implikazzjoni li dawn it-tipi l-oħra ta' rimi lura wkoll iridu jiġu mnaqqsa;

5.  Jenfasizza li l-politika ta" l-UE għandha bżonn tittratta b'mod effettiv it-tipi differenti kollha ta" qabdiet sekondarji (inklużi, imma mhux esklużivament, il-qabdiet ta" l-invertebrati, tal-qroll, tal-mammiferi tal-baħar, ta" l-għasafar u tal-fkieren tal-baħar) u għandha tippromwovi metodi ta" qbid li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, li ma jikkompromettux il-bijodiversità tal-baħar u li ma jikkawżawx ferimenti bla bżonn lil ħlejjaq oħra;

6.  Madankollu jinnota b'ċertu tħassib li għadu sar ftit progress fl-iżvilupp ta' Pjanijiet ta' Azzjoni Komunitarji għal Tjur tal-Baħar u Klieb il-Baħar, minkejja li l-Kummissjoni impenjat ruħha li tagħmel dan fl-1999, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tlesti ż-żewġ pjanijiet kemm jista' jkun malajr;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-opinoni xjentifika disponibbli dwar l-albatru, li, b'mod partikolari fis-sajd bil-konzijiet, fil-preżent qed jinqerdu b'rata tant qawwija li qegħdin fir-riskju ta' estinzjoni;

8.  Jikkunsidra li azzjoni effettiva biex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u r-rimi lura ta' ħut hija li jkun hemm tnaqqis fl-isforz ġenerali lejn is-sajd, peress li l-istokkijiet imnaqqsa jikkonsistu l-aktar minn ħut żgħir wisq, flimkien ma' titjib f'miżuri ta' selezzjoni, jagħraf li t-tnaqqis fl-ammont ta' sajd jipprovdi benefiċċji sinifikanti għall-industrija billi jippermetti l-irkupru ta' stokkijiet imnaqqsa u dawn isiru aktar produttivi, kif ukoll ikun hemm nuqqas ta' ħin u sforzi biex il-ħut maqbud jiġu magħżul;

9.  Jikkunsidra li l-qbid inċidentali u r-rimi huma problema ekoloġika u ekonomika serja, peress li minn naħa, huma responsabbli għall-iżbilanċ li qed jidher f'ċerti ekosistemi, u minn oħra dawn ġew identifikati bħala l-kawża prinċipali għat-tnaqqis fl-istokkijiet, xi wħud minnhom għandhom valur kummerċjali għoli, bħalma huwa l-merluzz;

10.  Jikkunsidra li t-tnaqqis fir-rimi lura se jgħin biex jinkiseb status ambjentali tajjeb, kif mitlub mid-Direttiva ta' l-Istrateġija tal-Baħar;

11.  Jikkunsidra li programmi li jnaqqsu r-rimi għandhom jiġu integrati bis-sħiħ fil-politika ġenerali tal-Komunita? għall-ġestjoni sostenibbli tas-sajd;

12.  Jikkunsidra li l-kawżiet tar-rimi lura ta' ħut ivarjaw minn industrija ta' sajd għall-oħra, u dan jiddependi kemm fuq it-tekniki dettaljati ta' sajd kif ukoll fuq it-tip ta' industrija tas-sajd konċernata, u għalhekk is-soluzzjonijiet se jkunu wkoll speċifiċi għall-industrija tas-sajd;

13.  Jirrikonoxxi l-fatt li, għalkemm ir-rimi lura ta' ħut, bħala prattika ġenerali, m'huwiex ġustifikat, xi speċijiet huma magħrufa li għandhom rata għolja ta" sopravivenza meta dawn jinħelsu u li għandhom jiġu awtorizzati derogi għall-projbizzjoni uffiċjali tas-sajd għal dawn l-ispeċijiet kif ukoll għall-ispeċijiet li jinsabu fil-periklu ta" estinzjoni jew li huma protetti, dejjem jekk tingħata ġustifikazzjoni xjentifika adegwata tal-potenzjal tas-sopravivenza tagħhom;

14.  Jenfasizza li l-effikaċja tar-regolament il-ġdid tiddependi mill-użu xieraq tar-riżultati ta' studji xjentifiċi taz-zoni ta' qbid fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll mir-rispett tal-karatteristiċi speċifiċi ta' l-ibħra partikulari, li jikkonsistu kemm fil-lokazzjoni u l-varjetà ta' speċi ta' l-organiżmi tal-baħar u kif ukoll fil-prattiki ta' qbid li ilhom stabbiliti s-snin;

15.  Jikkongratula lil dawk fl-industrija li riċentament bdew programmi biex jiżviluppaw tagħmir u prattiki tas-sajd aktar sellettivi immirati li jnaqqsu r-rimi lura ta' ħut u li jinkoraġġixxu lill-oħrajn biex jikkontribwixxu għal dan il-proċess billi jużaw l-għarfien speċjalizzat tagħhom, li m'hemmx dubju dwaru, f'tagħmir tas-sajd biex isibu aktar tekniki innovattivi; jiddeplora l-attitudni ta' ċerti stqarrijiet lill-Kummissjoni li jemmnu li miżuri li jnaqqsu r-rimi lura ta' ħut huma "inkonvenjenti";

16.  Jinsisti fuq l-importanza li għandu t-tnaqqis volontarju ta' l-isforz ta' sajd li saru minn ċerti kumpaniji tas-sajd u jitlob li jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi biex dawk il-kumpaniji tas-sajd li jieħdu miżuri ta' dan it-tip jingħataw kumpens finanzjarju;

17.  Jilqa' l-introduzzjoni li saret dan l-aħħar mill-Gvern Skoċċiż, b'koperazzjoni ma' l-industrija tas-sajd Skoċċiża, ta' sistema volontarja ta' għeluq taz-zoni tas-sajd f'ħin reali fejn zoni tas-sajd ikunu magħluqa għall-perjodu ta' tliet ġimgħat fil-każ fejn kaptani jidentifikaw abbundanza għolja ta' merluzz iżgħar milli suppost; jemmen li skemi bħal din, li huma minn ta' l-ewwel ta' dan it-tip fl-Ewropa, għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fir-rimi filwaqt li jkunu qed jaħdmu bil-koperazzjoni sħiħa ta' l-industrija tas-sajd;

18.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-approċċ klassiku tas-CFP biex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq kif ukoll ir-rimi lura, permezz ta' qbil fil-Kunsill biex ikun hemm miżuri dejjem aktar teknikament dettaljati li jipprevjenu rimi lura ta' ħut mhux matur b'involviment limitat ta' sajjieda, għandu l-limitazzjonijiet tiegħu u għandu jiġi komplimentat minn programmi li jipprovdu inċentiv għas-sajjieda biex inaqqsu il-qbid inċidentali u r-rimi lura ta' ħut filwaqt li jiġu meqjusa karatteristiċi speċifiċi għal kull industrija, u dan iwassal biex is-sajjieda jaċċettaw aħjar il-miżuri; madankollu jikkunsidra li t-tnaqqis fil-qbid inċidentali mhux mixtieq jista' jseħħ biss permezz ta' modifiki tekniċi fit-tagħmir u l-prattiki tas-sajd;

19.  Jinnota li l-għażla li l-Kummissjoni tikkunsidra l-aktar effettiva hija l-projbizzjoni għar-rimi għalkemm projbizzjoni bħal din tista' toħloq ċerti problemi rigward l-infurzar tagħha u se tirrikjedi żieda f'riżorsi finanzjarji, loġistiċi u umani;

20.  Jikkunsidra li għandu jiġi pprojbit il-"high-grading", il-prattika tar-rimi lura ta' ħut tajjeb u legali għal ħut ieħor li jista' jġib prezz ogħla fis-suq, għalkemm din se tkun diffiċli tiġi infurzata; jikkunsidra li għandu jiġi installat CCTV (closed circuit television) fuq ċerti bastimenti biex ikun faċilitat l-infurzar tal-miżura;

21.  Jinnota l-fatt li, sabiex is-sajjieda u l-partijiet interessati jieħdu r-responsabbilta? u l-pussess ta' kwalunkwe politika biex jiġi eliminat ir-rimi, għandu jkollhom sehem akbar fis-sorveljanza u l-kontroll, peress li l-koperazzjoni u l-involviment tagħhom huma kruċjali għal implimentazzjoni b'suċċess ta' miżuri ta' infurzar; juri li jeżistu eżempji ta' koperazzjoni f'ġuriżdizzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati - pereżempju, il-Kanada u n-New Zealand esperimentaw bis-CCTV fuq ix-xifer tal-bastimenti tas-sajd, bi qbil mas-sajjieda, u hemm rapport li din il-miżura ta' sorveljanza permezz tal-vidjo qed tkun ta' suċċess biex jiġi eliminat ir-rimi;

22.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati l-oħra biex jikkunsidraw l-użu ta' inċentivi biex l-industrija ttejjeb il-prattiki tas-sajd tagħha; jemmen dawn l-inċentivi jistgħu jinkludu:

   · li jiġu permessi aktar jiem fuq il-baħar jew li jiżdied il-ħin għas-sajd permess għall-bastimenti li jużaw tagħmir aktar selettiv,
   · li jiġi mogħti aċċess preferenzjali għal bastimenti li jużaw tagħmir selettiv għal dawk iz-zoni li huma magħluqin għall-bastimenti li ma jużawx tagħmir selettiv,
   · li vapuri b'tagħmir selettiv jitħallew jistadu f'ħinijiet fejn oħrajn m'għandhomx permess jagħmlu dan;

23.  Jinnota li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal- 21 ta" Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid(5) diġa? jinkludi eżempju ta' aċċess preferenzjali għal tagħmir selettiv, bi ġranet aktar fuq il-baħar disponibbli għall-bastimenti bit-tkarkir għan-Nephrops li jużaw gradilja ta' għażla, u jaqbel li għandhom jiġu kunsidrati inċentivi oħra bħal dawn;

24.  Huwa konvint li l-industrija tirrispondi b'mod aktar favorevoli u b'effett akbar għal kombinazzjoni ta' inċentivi pożittivi u negattivi, li għandha tingħata l-opportunita? li trendi riżultati; jikkunsidra wkoll li projbizzjoni ta' rimi lura ta' ħut għandha tiġi implimentata biss wara li jkunu ġew ippruvati tipi oħra ta' inċentivi negattivi, inklużi serji mkejla ta' żidiet fid-daqs tal-malji, zoni magħluqa u oħrajn;

25.  Jenfasizza l-importanza ta' sistema effettiva ta' monitoraġġ ladarba tiġi introdotta projbizzjoni tar-rimi tal-ħut; jinnota li nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta' ħut mormi lura, iħalli effett negattiv fuq l-istimi tal-kobor ta' l-istokkijiet u l-mortalità tal-ħut, kif ukoll jagħmilha aktar diffiċli li jiġu evalwati miżuri għall-prevenzjoni ta' qbid ta' ħut li ma jissodisfax il-kriterji tad-daqs; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa sistemi teknoloġiċi ġodda ta' monitoraġġ, u f'dan il-kuntest tiġbed l-attenzjoni rigward il-possibilitajiet li jġibu magħhom il-ġurnali elettroniċi abbord (electronic log books) u l-użu ta' CCTV;

26.  Jinsisti li peress li l-"high-grading" huwa waħda mir-raġunijiet ewlenin għal rimi, dan għandu jkun illegali u l-apparat li jippermetti dan, bħall-gradilji ta" għażla abbord f'attivitajiet tas-sajd ta" l-ispeċijiet pelaġiċi, għandu jiġi pprojbit;

27.  Jaqbel li l-aktar mod sensibbli kif wieħed għandu jipproċedi hu billi jintagħżel numru ta' industriji ta' sajd pilota, bbażat fuq il-kwantita? ta' rimi prodott jew fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċijiet involuti; jenfasizza l-importanza tal-proġetti pilota li qed jiġu magħżula f'bosta zoni biex jirrappreżentaw il-varjeta? ġeografika tas-sajd tal-Komunita; jemmen li kull proġett pilota għandu jinvolvi wkoll numru suffiċjenti ta' bastimenti biex tiġi koperta d-diversita? ta' l-industrija tas-sajd kif ukoll biex ikun żgurat skambju tajjeb ta' informazzjoni ma' oħrajn fl-industrija tas-sajd; jissuġġerixxi li żewġ industriji ta' sajd li jistgħu jkunu kandidati għandhom ikunu l-industrija ta' sajd bix-xbieki tat-tkarkir bit-travu kif ukoll dawk li jaqbdu u li jarmu lura l-merluzz; jirrakkomanda li sakemm ikunu qed jipproċedu dawn il-proġetti pilota, għandhom jiġu evalwati industriji oħra ta' sajd fir-rigward tar-rata ta' rimi lura tagħhom;

28.  Jissuġġerixxi li l-prattiki tar-rimi li jirriżultaw mill-inkompatibilità ta" regoli tekniċi dwar id-daqs minimu tal-ħut li jitniżżel l-art (Minimum Landing Size – MLS) u d-daqs tal-malji, jiġu ttrattati bħala kwistjoni ta' prijorità peress li dawn huma affarijiet li wieħed faċilment jista' jirranġa;

29.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-opinjoni xjentifika disponibbli dwar stokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baltiku, fejn perċentwali enormi tal-qbid huwa rreġistrat bħala qbid inċidentali;

30.  Jipproponi hawn taħt serje ta' passi għal kull industrija ta' sajd konċernata:

   i) tiġi żviluppata stima ta' kwantitajiet u ta' kompożizzjoni ta' speċijiet ta' ħut u ta' speċijiet oħra mormija lura minn kull taqsima ta' l-industrija tas-sajd; din l-informazzjoni għandha tiġi aċċettata bħala waħda oġġettiva u ta' min joqgħod fuqha minn sajjieda, xjenzati u l-partijiet interessati kollha.
   ii) jiġi mwaqqaf ambjent adegwat li jiżgura konsultazzjoni, involviment u koperazzjoni bis-sħiħ tal-partijiet interessati kollha qabel tittieħed deċiżjoni dwar il-miri kwantitattivi għat-tnaqqis ta' rimi f'perjodu ta' żmien speċifiku (pereżempju tnaqqis ta' 50% f'sentejn); il-parteċipanti jkunu jinkludu RACs (Kunsilli Reġjonali ta' Konsulenza) sajjieda, xjenzati, il-gvern nazzjonali, il-Kummissjoni u l-NGOs ambjentali; l-irwol tagħhom jkun li jesploraw l-ideat kollha għall-eliminazzjoni tar-rimi lura ta' ħut, inklużi l-ħatt ta' qbid inċidentali, miżuri tekniċi, għeluq temporanju, zoni magħluqa u oħrajn, kif ukoll jipproponu inċentivi pożittivi għas-sajjieda li qed jesperimentaw b'tekniki differenti;
   iii) fl-aħħar tal-perjodu ppjanat għall-implimentazzjoni, jiġu eżaminati r-riżultati u jiġi evalwat jekk ġewx miksuba l-objettivi; metodi ta' suċċess li għandhom jiżdiedu mad-dispożizzjonijiet tas-CFP; jekk il-miri għat-tnaqqis ta' rimi lura ta' ħut ma jintlaħqux, għandhom jiġu applikati sanzjonijiet adegwati, fost miżuri proporzjonati oħra;
   iv) jiġu reveduti l-objettivi kwantitattivi ta' rimi fuq bażi regolari bil-ħsieb li fl-aħħar jiġi eliminat ir-rimi;
   v) tiġi adottata l-projbizzjoni ta' rimi lura ta' ħut għal industrija ta' sajd biss jekk il-miżuri preċedenti ma jiksbux it-tnaqqis mixtieq ta' rimi lura fi żmien ħames snin mill-bidu ta' dawn il-fażijiet għal kull industrija ta' sajd;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikulari dwar kif il-miżuri jistgħu jiġu "tradotti" biex ikunu japplikaw għall-flotot tas-sajd ta" l-UE fl-ibħra ta" pajjiżi terzi u jitlob li l-użu ta" l-aktar tagħmir tas-sajd selettiv isir prerekwiżit għas-sajd skond il-ftehimiet ta' sħubija tas-sajd (FPAs).

32.  Jinnota l-varjeta? u l-importanza ta' industriji mħalltin tas-sajd fl-UE u jikkonkludi li l-miri għat-tnaqqis fir-rimi għandhom jirriflettu din il-varjeta?, sabiex mhux l-industriji tas-sajd kollha jkunu meħtieġa jiksbu l-istess tnaqqis kwantitattiv fir-rimi fl-istess żmien, peress li l-livelli oriġinali tagħhom tar-rimi jistgħu jkunu differenti.

33.  Jenfasizza li jekk jiġu adottati projbizzjonijiet ta' rimi lura ta' ħut għal industriji speċifiċi ta' sajd, biex jiġu evitati inċentivi ħżiena bħal pereżempju li jinħoloq suq għal ħut żgħir jew għal ħut maqbud mingħajr kwota, ħut bħal dan m'għandux jiġi promoss direttament, taħt l-ebda ċirkostanza; jikkunsidra li l-bastimenti jistgħu jiġu kumpensati għall-ispejjeż li jġarrbu biex itellgħu fuq l-art dak li setgħu rmew; jikkunsidra, pereżempju, li l-ħut involut ikun jista' jintuża fil-produzzjoni ta' ħut mitħun (fishmeal) u żejt tal-ħut flimkien ma' kwalunkwe kumpanija li tuża din il-faċilita? biex dan jikkontribwixxi għal fond ta' kumpens organizzat b'mod reġjonali;

34.  Jinnota li l-EFF (il-Fond tas-Sajd Ewropew) għandu dispożizzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti pilota għal sajd aktar selettiv, kif ukoll żewġ rimpjazzamenti ta' tagħmir, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu minnu; jitlob għal aktar flessibilita? amministrattiva fl-użu tal-flus ta' l-EFF sabiex proġetti pilota promettenti jiġu implimentati malajr;

35.  Juri li s-sistema regolatorja tat-TAC hija waħda mill-kawżiet maġġuri ta' rimi lura ta' ħut u li għandhom jiġu adottati miżuri li jipprevjenu rimi ta' bil-fors ta' speċijiet maqbuda inevitabbilment ta' daqs legali minħabba n-nuqqas ta' kwota għal dawk l-ispeċijiet;

36.  Jirrakkomanda li l-kwoti tal-qbid sekondarju jiġu inkorporati mat-TACs u li l-qbid sekondarju kollu li jitniżżel l-art, jitqies bħala parti mill-kwoti allokati; f'każ li xi attività tas-sajd taqbeż il-kwota tal-qbid sekondarju, din l-attività tkun qed tirriskja l-għeluq, filwaqt li l-qbid eċċessiv ta" ħut żgħir jista" jwassal għall-għeluq fil-ħin reali; għalhekk din il-kwota għandha titnaqqas bil-mod il-mod sabiex tipprovdi iktar inċentivi għat-titjib fl-għażla tat-tagħmir;

37.  Jinnota li l-Istati Membri attwalment għandhom id-dritt, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 għal konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-ħarsien taż-żgħar ta' organiżmi tal-baħar(6) li jimponu miżuri tekniċi aktar stretti fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom meta jistadu f'ilmijiet ta' l-UE; jemmen li dawn għandhom ikollhom ukoll il-flessibilta? li jippruvaw soluzzjonijiet ġodda li jiġu evalwati mill-Kummissjoni għall-effiċjenza u li, f'ċerti ċirkostanzi, għandhom ikunu kapaċi jimponu miżuri tekniċi aktar selettivi fuq il-bastimenti kollha tas-sajd fuq medda ta' 12-il mil taz-zona kostali tagħhom;

38.  Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Kunsilli Reġjonali ta' Konsulenza, lill-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sajd u l-Akkwakultura u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali ta' Ġestjoni tas-Sajd li l-UE tagħmel parti minnhom.

(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU C 69E, 19.3.2004, p. 149.
(3) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 319.
(4) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 86.
(5) ĠU L 15, 20.1.2007, p.1.
(6) ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza