Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2061(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0119/2008

Testi mressqa :

A6-0119/2008

Dibattiti :

PV 22/04/2008 - 4
CRE 22/04/2008 - 4

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2008 - 5.33
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0157

Testi adottati
PDF 435kWORD 106k
It-Tlieta, 22 ta' April 2008 - Strasburgu
Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni
P6_TA(2008)0157A6-0119/2008
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0385/2007 – 2007/2061(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0119/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 23.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal- kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0385/2007 – 2007/2061(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0119/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal- kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 23.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0385/2007 – 2007/2061(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0119/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005 kienet aċċentwata minn rata baxxa ta' impenn (70 %) u ta' rata sostanzjali ta' ammonti trasportati (iktar minn 40% b'mod ġenerali u kważi 80 % għan-nefqa operattiva), u li din is-sitwazzjoni kienet minħabba l-problemi inerenti fil-perjodu inizzjali ta" l-Aġenzija u għall-fatt li hija ma bdietx topera qabel it-tieni nofs ta" l-2005;
   · Jiġbed l-attenzjoni li ma kien introdott l-ebda mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività, minkejja r-regolamenti finanzjarji ta" l-Aġenzija li provdew għalih, skond il-kundizzjonijiet applikati għall-baġit ġenerali, bil-għan li jitjieb il-monitoraġġ tal-prestazzjoni,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jafettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi relatati oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari dwar l-elementi li ġejjin qabel ma tinħoloq aġenzija ġdida jew issir riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvista ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim ta" l-eżekuzzjoni fis-sena li huwa fformulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl ta" l-eżekuzzjoni;

7.  Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-kambjamenti neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(7), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riżerva jew osservazzjoni li jqis xieraq li jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza dwarha;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(8)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwardja l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba leave li ma tteħidx li għalihom jagħtu kont xi wħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom)Nru 2343/2002 jeżiġi li kull sena l-entità tal-Komunità tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji li huma iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji li huma iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(9) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sinteżi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq tal-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-ħolqien ta" qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(10)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(11);

Punti speċifiċi

32.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-osservazzjoni tal-Qorti ta" l-Awdituri fir-rapport ta" l-2006 tagħha li l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006 uriet rata ta" utilizzazzjoni ta" 90% ta" approprijazzjonijiet ta" impenn u 76% ta" approprijazzjonijiet ta" ħlas, b'konċentrazzjoni ta" tranżazzjonijiet fl-aħħar tliet xhur tas-sena; barra minn hekk, id-dgħufija tal-proċeduri għall-iffissar tal-baġit waslet għal numru kbir ta" trasferiment, b'riżultat li l-prinċipju baġitaju ta" speċifikazzjoni ma kienx osservat strettament;

33.  Juri t-tħassib tiegħu għas-sejbiet tal-Qorti li s-software ġenerali tal-kontijiet użat mill-Aġenzija jippermetti li l-entrati jiġu emendati mingħajr ma jidhru fl-"audit trail" u li l-Aġenzija għadha ma stabbilixxitx sistema li tirrekordja fatturi u li tiżgura l-preċiżjoni ta" l-informazzjoni finanzjarja fil-kontijiet finali;

34.  Jiġbed l-attenzjoni dwar sejbiet ulterjuri tal-Qorti li:

   - il-proċeduri ta" kontroll intern rikjesti mir-Regolament Finanzjarju biex jiżguraw trasparenza u immaniġġjar finanzjarju sod, għadhom ma ġewx dokumentati kollha;
   - il-Bord tat-Tmexxija ma adottax formalment l-istandards għall-kontroll intern u lanqas kodiċi ta" etika;
   - struzzjonijiet bil-miktub għall-arkivjar ta" dokumenti ta" appoġġ għal tranżazzjonijiet kienu neqsin;
   - ma kienx stabbilit panel dwar l-irregolaritajiet;

35.  Jirrikonoxxi ir-risposta ta" l-Aġenzija li, l-2006 bħala l-ewwel sena sħiħa ta" l-operat, l-Aġenzija intensifikat l-attivitajiet tagħha fit-tieni nofs tas-sena, bir-riżultat li saru ħafna tranżazzjonijiet fl-aħħar tliet xhur tas-sena; barra minn hekk, il-pożizzjoni ta" l-uffiċjal tal-baġit baqgħet vakanti għal iktar minn 5 xhur fl-2006, sitwazzjoni li affettwat l-abilità ta" l-Aġenzija biex tippjana bl-aħjar mod u timminimizza t-trasferimenti għal dik is-sena;

36.  Jiġbed l-attenzjoni mill-"outturn" ekonomiku ta" l-Aġenzija li fl-2006 id-dħul kollu mill-operat ammonta għal EUR 5,48 miljuni, b'nefqa totali ta" EUR 5,95 miljuni, li għal dik is-sena f'termini ekonomiċi jirriżulta f'defiċit ta' EUR 460 000;

37.  Jiġbed l-attenzjoni li l-kont ta" l-outturn tal-baġit jinkludi EUR 1,1 miljuni li jaqgħu taħt l-iffinanzjar minn qabel, kont li għadu miftuħ u li għandu jkun irriturnat mill-Aġenzija lill-Kummissjoni fl-2007;

38.  Jiġbed l-attenzjoni li r-rapport ta" l-attività annwali ta" l-Aġenzija, skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jinkludi dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mill-uffiċjal ta" awtorizzazzjoni, flimkien ma" riżervi;

39.  Jinsab konxju mill-evalwazzjoni ta" l-Aġenzija li twettqet f'isem il-Kummissjoni fl-2007 mill-evalwaturi esterni, evalwazzjoni li kkonkludiet li:

   · il-kisbiet ta" l-Aġenzija ma kinux biżżejjed biex jipproduċu l-valur miżjud u l-impatt li kien mistenni fil-bidu;
   · id-daqs tal-bord tat-tmexxija u l-poteri estensivi tiegħu fuq l-Aġenzija jwasslu għal diffikultajiet biex it-tmexxija tkun tajba;
   · l-istaff operattiv kien inqas mill-massa kritika meħtieġa biex ikun effettiv;

40.  Jiġbed l-attenzjoni dwar u jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0699) li r-responsabilitajiet ta" l-Aġenzija jkunu trasferiti għal Awtorità Ewropea għall-Kummerċjalizzazzjoni tat-Telekomunikazzjonijiet ġdida li mill-2010 l-kompiti tagħha jkunu jinkludu:

   · l-assigurazzjoni li s-27 regolatur nazzjonali jaħdmu bħala tim effiċjenti fuq il-bażi ta" prinċipji li jiggwidaw komuni;
   · l-għoti ta" opinjonijiet u ta" assistenza fil-preparazzjoni tal-miżuri tas-suq wieħed tal-Kummissjoni għas-settur tat-telekomunikazzjonijiet;
   · l-indirizzar ta" kwistjonijiet dwar in-netwerk u s-sigurtà ta" l-informazzjoni.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 23.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 77, 133.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 176.
(7) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(10) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(11) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).

Avviż legali - Politika tal-privatezza