Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2214(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0126/2008

Testi mressqa :

A6-0126/2008

Dibattiti :

PV 22/04/2008 - 4
CRE 22/04/2008 - 4

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2008 - 5.34
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0158

Testi adottati
WORD 101k
It-Tlieta, 22 t'April 2008 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea
P6_TA(2008)0158A6-0126/2008
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0389/2007 – 2007/2214(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1) ;

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2) ,

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea(4) , u b'mod speċjali l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0126/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 7.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 29.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0389/2007 – 2007/2214(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1) ;

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea(4) , u b'mod speċjali l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0126/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea huma kif qegħdin fl-anness tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 7.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 29.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. . Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0389/2007 – 2007/2214(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea(4) , u b'mod speċjali l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0126/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi s-sena 2006 kienet l-ewwel sena ta" awtonomija finanzjarja ta" l-Aġenzija,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jaffettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd li dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari dwar l-elementi li ġejjin qabel ma tinħoloq aġenzija ġdida jew issir riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabbilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  7 Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-kambjamenti neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju ta' qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Il-preżentazzjoni tad-data li tiġi rapportata

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, il-kontijiet tagħhom u r-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu hekk għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(6) , fejn jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dan;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa li jwassal għall-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(7) ) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwarda l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jesiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(8) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sintesi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

29.  Ifakkar fl-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali ippreżentat mill-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta" qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej (COM(2005)0059), li kien maħsub biex joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun(9) ;
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(10) ;

Punti speċifiċi

32.  Jinnota li fl-osservazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapport tagħha ta' l-2006 ir-rata ta' impenn għas-sena finanzjarja 2006 kienet 85%; ir-rata ta' fondi trasferiti għall-baġit li jmiss kienet aktar minn 70% b'mod ġenerali u kważi 85% għan-nefqa ta' l-operat; it-trasferimenti ta' approprijazzjonijiet bejn il-kapitli jew it-titli matul is-sena kienu aktar mil-limitu totali ta' 10% provduti fir-Regolament Finanzjarju; għalhekk, il-prinċipju baġitarju ta' speċifikazzjoni ma ġiex osservat strettament;

33.  Jinnota wkoll li l-impenji legali ddaħħlu qabel l-impenji baġitarji, bil-kontra tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija, u li l-kriterji u l-proċeduri użati għar-reklutaġġ tal-persunal ma kinux konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolamenti tal-Persunal;

34.  Jirrikonoxxi t-tweġiba ta' l-Aġenzija li r-rata ta' trasferiment ta' fondi għall-baġit ta' l-2007 kienet ġejja minħabba d-diffikultajiet tal-perjodu tal-bidu ta' l-Aġenzija u għall-fatt li riżorsi kbar saru disponibbli biss fl-aħħar ta' l-2006; l-Aġenzija ma kinetx kapaċi timplimenta bis-sħiħ proċeduri normali għall-ħafna mill-proċeduri ta' reklutaġġ imnedija fl-2006 minħabba n-nuqqas ta' riżorsi fil-perjodu tal-bidu u minħabba d-diffikultajiet li jiġi attirat persunal potenzjali;

35.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Aġenzija kellha tuża proċeduri ta' reklutaġġ li ma kinux totalment konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti ta' l-Istaff sabiex tattira persunal u tagħmel mod li l-Aġenzija ssir operattiva kemm jista' jkun malajr;

36.  Jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex itejbu l-ippjanar tal-bżonnijiet baġitarji u ta' l-istaff ta' l-Aġenzija fil-ġejjieni;

37.  Mill-kontijiet (balance sheet) ta' l-Aġenzija jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2006, l-Aġenzija kellha EUR 14,3 miljun fi flus (għall-sussidju Komunitarju ta' EUR 15,2 miljun u baġit annwali ta' EUR 19,2 miljun);

38.  Ifakkar li waqt li fl-ewwel sena mill-eżistenza tagħha l-baġit ta' l-Aġenzija kien ta' EUR 6,2 miljun, il-baġit fl-2006 ġie emendat darbtejn mill-awtorita? baġitarja, u ġie miżjud minn EUR 12,3 miljun għal EUR 19,2 miljun; jinnota d-dikjarazzjoni fir-rapport annwali li d-disponibbilita? fit-tard tal-fondi addizzjonali mogħtija lill-Aġenzija f'Ottubru 2006 wasslet għal problemi ta' nfiq lil hinn mil-limiti tal-kapaċita? ta' assorbiment ta' l-Aġenzija;

39.  Mill-kontijiet jinnota wkoll li fil-31 ta' Diċembru 2006, ġew mimlija biss 9 mit-18 il-post AD;

40.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni fir-rapport annwali ta' l-Aġenzija għall-2006 li l-Aġenzija ġiet mogħtija awtonomija finanzjarja sħiħa biss mill-1 ta' Ottubru 2006, u li qabel dik id-data, kull infiq relatat ma' kwistjonijiet amministrattivi ġie awtorizzat mid-DG JLS tal-Kummissjoni fi Brussell;

41.  Jistieden lill-Aġenzija biex ittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju tagħha, speċjalment rigward iż-żieda tal-baġit tagħha għas-snin finanzjarji 2007 u 2008.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 7.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 29.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. . Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (EK) No 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(7) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(8) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(9) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(10) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Novembru 2008Avviż legali