Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2110(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0103/2008

Testi mressqa :

A6-0103/2008

Dibattiti :

PV 07/05/2008 - 19
CRE 07/05/2008 - 19

Votazzjonijiet :

PV 08/05/2008 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0196

Testi adottati
PDF 275kWORD 64k
Il-Ħamis, 8 ta' Mejju 2008 - Brussell
L-immanniġġjar ta' l-istokks tal-ħut tal-fond
P6_TA(2008)0196A6-0103/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-ġestjoni ta' l-istokkijiet tal-baħar fond (2007/2110(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ħarsa lura lejn il-ġestjoni ta' l-istokkijiet tal-baħar fond (COM(2007)0030),

–   wara li kkunsidra l-proposta ta" Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd (COM(2007)0196);

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0103/2008),

A.   billi li l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jiġbed l-attenzjoni fiż-żewġ rakkomandazzjonijiet tiegħu ta' l-2002 u l-2004 dwar l-ispeċijiet tal-baħar fond, li l-biċċa l-kbira ta' l-ispeċijiet tinsab 'il barra mil-limiti bijoloġiċi sikuri; billi l-UE naqqset l-isforzi tas-sajd tagħha ħafna anqas milli rakkomandat mill-ICES; billi data bijoloġika aħjar bħala sfond hija importanti biex jiġu stabbiliti l-kwoti li jiggarantixxu sajd sostenibbli,

B.   billi s-sajd minn flotot ta" l-ibħra miftuħa, kemm dak li jsir f'ibħra ta" pajjiżi terzi, f'zoni regolati minn xi organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFOs) kif ukoll dak li jsir f'zoni mhux regolati fl-ibħra miftuħa, jeħtieġ isir b'mod razzjonali u responsabbli, skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, il-Ftehima dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet ta" l-imsemmija Konvenzjoni li jirrigwardaw il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta" l-Istokkijiet ta" Ħut li jkun f'aktar minn Zona Waħda u ta" Ħut Migratorju Ħafna, u l-Kodiċi ta" Mġiba tal-FAO dwar is-Sajd Responsabbli; u billi kemm il-Ftehima tan-NU dwar l-Istokkijiet ta' Ħut kif ukoll il-Kodiċi ta' Mġiba tal-FAO jinħtieġu li jiġi applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni,

C.   billi waqt il-Laqgħa Għolja ta" Johannesburg fl-2002 l-UE ħadet l-impenn li tiżgura s-sostenibilità tas-sajd dinji, u l-impenn li żżomm jew li terġa" tistabbilixxi r-riżorsi, b'mod speċjali r-riżorsi li jkunu sfruttati żżejjed, sal-livell tal-qbid massimu sostenibbli, sa qabel l-2015 jekk dan ikun possibbli;

D.   billi l-ħarsien ta" l-ambjent tal-baħar u s-sajd sostenibbli jistgħu jsiru b'mod effikaċi biss bil-kunsens u l-koperazzjoni ta" l-istati kollha konċernati,

E.   billi l-ġbir sistematiku ta" data affidabbli huwa l-element ewlieni ta" l-evalwazzjoni ta" l-istokkijiet u tal-pariri xjentifiċi, u għaldaqstant, huwa ta" importanza kbira għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni dwar is-Sajd; u billi l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha fuq imsemmija għarfet in-nuqqas ta" data biżżejjed sabiex tevalwa b'mod xjentifiku l-istat tal-istokkijiet tal-baħar fond, u d-diskrepanzi li jeżistu rigward id-definizzjoni tagħhom;

F.   billi r-rapport ippubblikat f'April 2007 mill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (ACFA) jindirizza l-bidla fl-iskeda għall-preżentazzjoni ta" rapporti xjentifiċi u t-titjib fil-kwalità tagħhom;

G.   billi jinħtieġu mezzi soċjo-ekonomiċi xierqa għas-sajjieda sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tat-tnaqqis fl-attività marbuta mal-pjani ta" l-irkupru ta" l-istokkijiet;

H.   billi fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar Strateġija Tematika dwar il-Ħarsien u l-Konservazzjoni ta' l-Ambjent tal-Baħar(1) huwa esprima ruħu favur numru ta' miżuri li jippromwovu l-użu sostenibbli ta' l-ibħra u l-ħarsien ta' l-ekosistemi tal-baħar;

1.  Jilqa" bi pjaċir il-progress li sar mill-flotta komunitarja fir-rigward tas-sajd għall-speċijiet tal-fond, u jinnota ċertu sproporzjon bejn is-sitwazzjoni kif ippreżentata mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u s-sitwazzjoni reali;

2.  Jiġbed l-attenzjoni li qabel ma jiġu adottati miżuri ta" ġestjoni ġodda, jeħtieġ li ssir analiżi biex jiġi stabbilit għalfejn ma jiġux implimentati l-miżuri eżistenti, kif ukoll ir-raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom, jew ma jagħmlux dan fil-ħin jew inkella jużaw metodoloġiji differenti, u b'hekk ixekklu l-analiżi tal-fatturi li għandhom impatt fuq dawn ir-riżorsi tas-sajd;

3.  Iwissi li l-tibdil kostanti fir-regoli, u t-tnedija ta" proposti ġodda mingħajr ma jingħata ċans li jiġu implimentati r-regolamenti eżistenti u li t-tagħrif miksub jiġi proċessat kif jixraq, ser inaqqas mill-kredibilità tal-Politika Komuni dwar is-Sajd;

4.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-ġbir sistematiku ta" data affidabbli hu l-element ewlieni ta" l-evalwazzjoni ta" l-istokkijiet u tar-rapporti xjentifiċi; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija tas-sajd sabiex jirrimedjaw in-nuqqasijiet eżistenti biex il-miżuri tal-kontroll ta" l-isforzi tas-sajd ikunu jistgħu jiġu adattati għal kull tip ta' sajd, filwaqt li jkun rikonoxxut li ħafna mis-sajd ta" l-ibħra fondi huwa sajd ta" speċijiet differenti;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni li, anke meta l-qabdiet totali permessi (TACs) u l-illimitar ta" l-isforzi tas-sajd għal dawn ir-riżorsi jiġu stipulati b'mod arbitrarju minħabba nuqqas ta" tagħrif bijoloġiku, il-metodu tal-kawtela u l-isfruttament ta" kull speċi meqjusa bħala speċi ta" l-ibħra fondi iridu jiġu osservati u jridu jiġi stipulati TACs skond dan, fuq il-bażi ta" studji xjentifiċi preċiżi;

6.  Jinnota li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta" l-20 ta" Diċembru 2002 dwar dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(2) jirrikjedi l-applikazzjoni ta' il-metodu tal-kawtela, li f'Artikolu 3 hu ddefinit li jfisser " li n-nuqqas ta' tagħrif xjentifiku adegwat m'għandux jintuża bħala raġuni għall-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri amministrattivi biex jiġu konservati speċi fil-mira, speċi assoċjati jew dipendenti u speċi mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom";

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi introdotta projbizzjoni fuq ir-rimi ta" ħut ta" l-ibħra fondi, u dan jagħti lok lix-xjentisti sabiex jistudjaw b'aktar preċiżjoni d-diversità kumplessa ta" speċijiet, li ħafna magħhom ma jistgħux jittieklu, li qed jinqabdu;

8.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni, fil-qafas tal-miżuri sabiex jitnaqqas il-qbid sekondarju u jiġi eliminat ir-rimi, għandha tvarja l-livelli ta' l-isforz tas-sajd skond l-ispeċji maqbuda u skond dawk li huma biss l-oġġett ta' qbid aċċidentali, filwaqt li fl-istess ħin jissaħħu l-proċeduri ta" monitoraġġ u ta" kontroll;

9.  Jinnota li ħafna speċijiet ta" l-ibħra fondi jittieħdu bħala qbid sekondarju, u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex titfa" aktar enfasi fuq il-kontrol ta" l-isforz bħala mod kif jitnaqqas il-qbid sekondarju; jinnota, madankollu, li r-restrizzjonijiet fuq id-daqsijiet tal-malji mhumiex xierqa minħabba s-sura u d-daqs ta" l-ispeċijiet ta' l-ibħra fondi;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni soċjo-ekonomika tas-sajd għal speċijiet tal-qiegħ, kif ukoll analiżi ta" l-impatt li jista" jkollu tnaqqis ġdid fl-isforzi tas-sajd fuq is-settur; jiġbed l-attenzjoni li huwa fundamentali li jinħoloq bilanċ bejn l-eżiġenzi soċjo-ekonomiċi u s-sostenibilità ambjentali;

11.  Ifakkar li, minħabba li ħafna mill-ġestjoni ta" dawn l-istokkijiet issir f'ibħra internazzjonali, jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni ta" l-azzjonijiet tad-diversi organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd biex il-miżuri li jiġu adottati jqisu l-flotot kollha li jistagħdu f'dawn l-ibħra; iqis li l-Unjoni għandha tiggarantixxi l-implimentazzjoni effettiva u integrali tar-riżoluzzjoni 61/105 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-ġestjoni tas-sajd fil-baħar fond f'ibħra miftuħa; jikkunsidra li r-restrizzjonijet kollha għandhom japplikaw għas-sajjieda fil-partijiet kontraenti kollha sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet żvantaġġati għal wieħed jew iktar minnhom;

12.  Jipproponi li s-sajd m'għandux ikun permess f'zoni ta" ibħra fondi fejn s'issa ma kienx hemm attività tas-sajd sakemm dawn iz-zoni jkunu ġew investigati u l-evidenza xjentifika tkun ikkonfermat li s-sajd sostenibbli jkun jista" jsir mingħajr riskju li tonqos il-bijodiversità jew ħsara għall-abitat u jkunu ġew stabbiliti l-miżuri li jikkorrispondu;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tintroduċi programmi ġodda ta" ġbir ta" tagħrif xjentifiku, permezz tal-vapuri tar-riċerka jekk dan ikun meħtieġ; jemmen li wieħed mill-eżempji ta" dan hu l-każ ta" l-amministrazzjoni tas-sajd Spanjola fiz-zona regolata mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Grigal ta' l-Atlantiku, li wettqet kartografija taz-zona ta" "Hatton Bank", fejn jinqabdu speċijiet ta" ħut tal-fond, u fejn ir-riċerka kienet iffukata fuq l-għarfien tad-distribuzzjoni ta' l-għoljiet ta" qiegħ il-baħar, l-iskollijiet tal-qroll ta' l-ilma kiesaħ u l-fetħiet idrotermali, sabiex jiġu identifikati l-inħawi sensittivi fiz-zoni fejn joperaw il-flotot tas-sajd;

14.  Jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li għal dan it-tip ta" sajd, tintuża strateġija imsejsa fuq l-ekosistema, filwaqt li jwissi li l-miżuri għandu jkollhom livell minimu ta" kredibilità u m'għandhomx jintużawx b'mod ġenerali iżda fuq il-bażi ta" evalwazzjoni ta" l-impatt ambjentali, sabiex jiġi evitat li jingħalqu zoni fejn ma jeżisti l-ebda riskju, filwaqt li jingħalqu zoni għas-sajd tal-qiegħ fejn huwa magħruf jew aktarx li jkun hemm ekosistemi tal-baħar vulnerabbli jew fejn l-istokkijiet tal-ħut mhumiex fil-limiti bijoloġiċi sikuri; riċerka relatata mal-kartografija ta" qiegħ il-baħar, l-interazzjoni bejn l-elementi ta" l-ekosistemi u r-riżorsi naturali ta" l-oċeani għandhom ikunu prijoritajiet jekk nixtiequ li l-politika marittima Ewropea l-ġdida ssir realtà;

15.  Itenni li s-sajjieda u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom għandhom jiġu mismugħa, u għandhom jipparteċipaw fit-tfassil tal-miżuri għall-ħarsien ta" l-ambjent tal-baħar, għall-ġestjoni tar-riżorsi u għall-irkupru ta" l-istokkijiet;

16.  Jaqbel mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura dwar il-ħtieġa li jiġu dedikati aktar riżorsi umani u finanzjarji għall-analiżi tal-bijomassa u tal-mortalità tal-ħut għal kważi it-tipi kollha ta' sajd; iqis ukoll li biex il-pariri xjentifiċi jiġu milqugħa mill-partijiet kollha, jeħtieġ li tiġi definita direzzjoni strateġika ċara, sabiex jiġu evitati d-dupplikazzjoni tax-xogħol u n-nuqqas ta" sinerġiji;

17.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ineffiċjenza u l-implimentazzjoni ħażina tar-Regolamenti attwali tas-CFP; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-proċeduri ta' monitoraġġ u kontroll fl-Istati Membri;

18.  Jenfasizza l-importanza ta' l-iżvilupp ta' sistemi tekniċi ġodda, biex tiġi ggarantita sistema ta' kontroll u sorveljanza li tiffunzjona; jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa sistemi tekniċi ta' kontroll, u f'dan il-kuntest jirreferi għall-possibilità ta' ġurnali ta' abbord elettroniċi;

19.  Jenfasizza l-vantaġġi tat-tfassil ta' netwerk ta' żoni tal-baħar li jkunu mħarsa (MPAs) fi ħdan in-netwerk NATURA 2000 u jemmen li pass bħal dan ikollu effetti pożittivi fuq l-istokkijiet tal-ħut li huma sfruttati żżejjed; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu mill-possibilitajiet kollha offruti mill-komponenti tal-baħar tan-netwerk Natura 2000;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kull sforz sabiex tiżgura l-implimentazzjoni u t-titjib li jista' jsir tal-ftehimiet internazzjonali eżistenti dwar is-sajd fil-baħar fond;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw linji gwida komuni, jagħmlu skambju ta' l-aħjar prattiki, itejbu l-użu tat-teknoloġija Komunitarja disponibbli u jinvolvu gruppi ta' esperti u NGOs sabiex jimplimentaw aħjar miżuri bi l-għan li jnaqqsu s-sajd illegali u l-bejgħ ta' qabdiet illegali fis-swieq Ewropej;

22.  Jistieden lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu metodi ta' qbid b'aktar kuxjenza ambjentali u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u lill-bijodiversità ekoloġika bħala riżultat tal-qabdiet sekondarji mhux mixtieqa, jew li jagħmlu ħsara bla bżonn lil ħlejjaq oħra.

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 131.
(2) OJ L 358, 31.12.2002, p. 59.

Avviż legali - Politika tal-privatezza