Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0006(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0251/2008

Testi mressqa :

A6-0251/2008

Dibattiti :

PV 09/07/2008 - 3
CRE 09/07/2008 - 3

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2008 - 5.11
CRE 09/07/2008 - 5.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0348

Testi adottati
WORD 524k
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008 - Strasburgu Verżjoni finali
Koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali: Modalitajiet ta" applikazzjoni ***I
P6_TA(2008)0348A6-0251/2008
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-modalitajiet ta" applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali (COM(2006)0016 – C6-0037/2006 – 2006/0006(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0016),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0037/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0251/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-modalitajiet ta" applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 574/72
P6_TC1-COD(2006)0006

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali(1) , u notevolment l-Artikolu 89 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2) ,

Waqt li ddikjaraw b'mod konformi mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3) ,

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jimmodernizza r-regoli tal-koordinazzjoni ta" l-iskemi nazzjonali ta" sigurtà soċjali ta" l-Istati Membri waqt li jiġu ppreċiżati l-miżuri u l-proċeduri meħtieġa għal attwazzjoni u waqt li jieħu ħsieb is-semplifikazzjoni ta" dawn għall-benefiċċju tal-partijiet kollha kkonċernati. Hemm il-ħsieb li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta" applikazzjoni.

(2)  L-organizzazzjoni ta" kooperazzjoni aktar effikaċi u aktar stretta bejn l-istituzzjonijiet ta" sigurtà soċjali hija fattur essenzjali biex tippermetti lill-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom fl-aħjar żmien u kundizzjonijiet possibbli.

(3)  L-użu ta" mezzi elettroniċi huwa adattat għall-iskambju mgħaġġel u ta" fiduċja ta" data bejn l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri. L-ipproċessar elettroniku ta" dawn il-data għandu jikkontribwixxi għat-tħaffif tal-proċeduri għall-persuni kkonċernati. Dawn għandhom jibbenefikaw barra minn hekk mill-garanziji kollha maħsuba mill-miżuri Komunitarji relatati mal-protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data ta" natura personali u taċ-ċirkolazzjoni libera ta" dawn il-data u l-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li d-data relatata mal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali nazzjonali koperta mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tkun utilizzata f'konformità mal-ħarsien ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali u ta' l-iskambju tagħha fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(4)  Id-dettalji, inklużi dawk elettroniċi, ta" l-entitajiet ta" l-Istati Membri li x'aktarx jintervjenu fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, taħt forma li tippermetti l-implimentazzjoni tagħhom fi żmien reali, ikunu disponibbli, u b'hekk ikunu faċilitati l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri. Dan il-metodu li jagħti importanza għar-rilevanza ta" l-informazzjoni purament ibbażata fuq il-data kif ukoll id-disponibbiltà immedjata għaċ-ċittadini jikkostitwixxi semplifikazzjoni importanti li għandha tkun introdotta minn dan ir-Regolament.

(5)  Sabiex jiġi mmassimizzat it-tħaddim bla xkiel u l-ġestjoni effiċjenti tal-proċeduri kumplessi li jimplimentaw ir-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali , tinħtieġ sistema biex jiġi aġġornat b'mod immedjat l-Anness IV. It-tħejjija u l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni għal dan il-għan jitolbu koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni waqt li l-implimentazzjoni tagħhom għandha ssir b'mod rapidu minħabba l-konsegwenzi li d-dewmien iġib fuq iċ-ċittadini kif ukoll fuq l-awtoritajiet amministrattivi. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi u tmexxi bażi tad-data u tassigura li tkun operattiva ta' lanqas mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, partikolarment, tieħu l-passi meħtieġa sabiex tintegra f'dik il-bażi tad-data l-informazzjoni mniżżla fl-Anness IV .

(6 )  Ir-rinfurzar ta" ċerti proċeduri għandu jġib aktar sigurezza ġuridika u trasparenza għal min juża r-Regolament (KE) Nru 883/2004. Notevolment, l-iffissar ta" żmien komuni għall-kisba ta" ċerti obbligi u ta" ċerti stadji amministrattivi għandu jikkontribwixxi għall-kjarifika u jibni r-relazzjonijiet bejn il-persuni assigurati u l-istituzzjonijiet.

(7 )  L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew l-istituzzjonijiet ta" sigurtà soċjali jrid ikollhom il-possibbiltà li jiftiehmu bejniethom dwar proċeduri eħfef u ftehimiet amministrattivi li huma jikkunsidraw aktar effikaċi u adatti aħjar għall-kuntest ta" l-iskemi rispettivi tagħhom ta" sigurtà soċjali. Madankollu tali ftehimiet m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tal-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(8 )  Il-kumplessità inerenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali timponi li għandu jintalab li jsir sforz partikulari għal benefiċċju tal-persuni assigurati mill-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri biex ma jintlaqtux il-persuni kkonċernati li ma kinux għaddew it-talba tagħhom jew ċerta informazzjoni lill-istituzzjoni inkarigata biex tieħu ħsieb din it-talba skond ir-regoli u l-proċeduri speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u minn dan ir-Regolament.

(9 )  Għad-deċiżjoni dwar l-istituzzjoni kompetenti, jiġifieri dik li tagħha l-leġiżlazzjoni hija applikabbli jew taħt liema taqa" r-responsabbiltà tal-ħlas ta" ċerti benefiċċji, is-sitwazzjoni objettiva tal-persuna assigurata u dik tal-membri tal-familja trid tkun studjata mill-istituzzjonijiet ta" Stat Membru wieħed jew aktar . Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-persuna kkonċernata waqt li jsiru dawn l-iskambji indispensabbli bejn l-istituzzjonijiet, hemm il-ħsieb ta" l-affiljazzjoni tiegħu b'mod proviżorju għal leġiżlazzjoni ta" sigurtà soċjali.

(10)  L-Istati Membri għandhom jikkoperaw sabiex jiddeterminaw il-post ta' residenza taċ-ċittadini li għalihom japplika dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 883/2004, u f'każ ta' kontestazzjoni, kull Stat Membru għandu jikkunsidra l-kriterji relevanti kollha sabiex isolvi din il-kwistjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tad-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan ir-Regolament.

(11 )  Bosta miżuri u proċeduri maħsuba f'dan ir-Regolament għandhom l-għan li jkun hemm aktar trasparenza tal-kriterji li l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri jridu japplikaw fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Dawn il-preċiżjonijiet huma riżultat tal-liġi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni amministrattiva kif ukoll ta" l-esperjenza ta" aktar minn tletin sena ta" applikazzjoni tal-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali fil-qafas tal-libertajiet fundamentali speċifikati mit-Trattat.

(12)  Dan ir-regolament jipprevedi miżuri u proċeduri sabiex tkun promossa l-mobilità ta' l-impjegati u ta' dawk bla xogħol. Il-ħaddiema tal-fruntiera li sabu rwieħhom kompletament bla xogħol jistgħu iqiegħdu lilhom infushom disponibbli għas-servizzi tax-xogħol kemm tal-pajjiż residenti kif ukoll ta' l-Istat Membru fejn kienu impjegati l-aħħar. Madanakollu, huma intitolati għall-benefiċċji mill-Istat Membru ta' residenza biss.

(13 )  L-estensjoni ta" l-ambitu ta" applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-persuni assigurati kollha, inklużi dawk li ma jaħdmux, tirrekjedi ċerti regoli u proċeduri speċifiċi għal dawn il-persuni, notevolment sabiex tkun definita l-leġiżlazzjoni applikabbli biex jiġu kkunsidrati l-perjodi ddedikati għall-edukazzjoni tat-tfal minn persuni li qatt ma għamlu xogħol imħallas jew mhux imħallas fl-Istati Membri differenti li fihom kienu jgħixu.

(14 )  Ċerti proċeduri xorta għad iridu jirriflettu l-esiġenza ta" tqassim bilanċjat tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri. B'mod partikulari, fil-qafas tal-fergħa tal-mard, dawn il-proċeduri jridu jikkunsidraw is-sitwazzjoni, min-naħa, ta" l-Istati Membri li jerfgħu l-ispejjeż ta" lqugħ ta" persuni assigurati billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom l-iskema tagħhom tas-saħħa, u min-naħa l-oħra, ta" l-Istati Membri ta" liema l-istituzzjonijiet jerfgħu r-responsabbiltà finanzjarja ta" benefiċċji simili rċevuti mill-persuni assigurati fi Stat Membru ieħor li mhux dak fejn huma jgħixu.

(15 )  Fil-qafas speċifiku tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, iridu jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet ta" kif tittieħed ir-responsabbiltà għall-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji ta" mard mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali fil-qafas ta" "kuri ppjanati", jiġifieri kuri li persuna assigurata se tfittex fi Stat Membru ieħor li m'huwiex dak li fih hija assigurata jew tgħix. L-obbligi tal-persuna assigurata relatati mat-talba ta" awtorizzazzjoni preliminari għandhom jiġu ppreċiżati, kif għandhom jiġu ukoll ippreċiżati l-obbligi ta" l-istituzzjoni fir-rigward tal-pazjent dwar il-kundizzjonijiet ta" l-awtorizzazzjoni. Hemm ukoll lok li jkunu definiti l-konsegwenzi għat-teħid ta" responsabbiltà finanzjarja għall-kura meħuda fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta" awtorizzazzjoni.

(16 )  Proċeduri aktar restrittivi biex jitqassar id-dewmien ta" ħlas ta" dawn id-djun bejn l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri jidhru essenzjali biex tinżamm il-fiduċja fl-iskambji u twieġeb għall-ordni ta" tmexxija tajba li hija imposta fuq l-iskemi ta" sigurtà soċjali ta" l-Istati Membri. Jaqbel għalhekk li jiġu rrinfurzati l-proċeduri li jolqtu l-ipproċessar ta" djun fil-kuntest tal-benefiċċji ta" mard u ta" qgħad.

(17 )  Billi l-iskemi ta" sigurtà soċjali koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jistrieħu fuq is-solidarjetà ta" l-assigurati kollha, hemm lok li jiġu previsti mekkaniżmi għal irkuprar aktar effikaċi ta" djun marbutin ma" benefiċċji mħallsa bi żball jew għall-kontribuzzjonijiet mhux imħallsa minn dawn. Il-proċeduri ta" assistenza reċiproka bejn l-istituzzjonijiet iridu jiġu ppreċiżati billi jiġu ispirati mill-miżuri speċifikati mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta' Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka fil-qasam ta" irkuprar ta" djun relatati ma" ċerti kontribuzzjonijiet, drittijiet, taxxi u miżuri oħrajn(4) biex jiġu mħarsa aħjar l-interessi finanzjarji ta" l-Istati Membri billi tiġi organizzata l-kooperazzjoni, notevolment bejn l-amministrazzjonijiet fiskali.

(18 )  L-informazzjoni tal-persuni assigurati fuq id-drittijiet tagħhom u l-obbligi tagħhom hija element essenzjali ta" relazzjoni ta" fiduċja ma" l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri.

(19 )  Billi l-għan ta" dan ir-regolament , jiġifieri l-adozzjoni ta" miżuri ta" koordinazzjoni bl-għan li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tal-moviment ħieles tal-persuni, ma tistax tiġi attwata b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u tista" għalhekk, ║, tiġi attwata aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tieħu miżuri konformi mal-prinċipju ta" sussidjarjetà speċifikat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformi ma" l-imsemmi prinċipju ta" proporzjonalità kif speċifikat fl-imsemmi Artikolu, f'dan ir-Regolament ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan.

(20 )  Dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill tal-21 ta" Marzu 1972 li jistabbilixxi l-modalitajiet ta" applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 relatat ma" l-applikazzjoni ta" skemi ta" sigurtà soċjali għall-impjegati u għall-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità(5) .

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Titolu I

Miżuri ġenerali

Kapitolu I

Definizzjonijiet

Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament:

   (a) "Regolament bażiku" għandha tfisser ir-Regolament (KE) Nru 883/2004;
   (b) "Regolament implimentattiv'għandha tfisser dan ir-Regolament; u
   c) id-definizzjonijiet tar-Regolament bażiku għandhom japplikaw.

2.  Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament, barra mid-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, :

   a) "punt ta" aċċess", għandha tfisser kwalunkwe entita' nnominat bħala punt ta' kuntatt elettroniku mill-awtorità kompetenti ta" Stat Membru għal fergħa waħda jew aktar tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku , li għandu l-funzjoni li jibgħat u li jirċievi b'mezzi elettroniċi l-data meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv permezz tan-netwerk komuni ▌databejn , l-Istati Membri▌;
   b) "entità ta" kuntatt", għandha tfisser kwalunkwe entità nnominata mill-awtorità kompetenti ta" Stat Membru, għal fergħa jew bosta fergħat ta" sigurtà soċjali speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku , li x'aktarx twieġeb għat-talbiet għal tagħrif u għal assistenza fir-rigward ta' l-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv u li trid twettaq il-kompiti assenjati lilha taħt , i t-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv ;
   c) "dokument", għandha tfisser ġabra ta"data , irrispettivament mill-mezz użat, strutturata b'tali mod li tista' tkun skambjata b'mezzi elettroniċi u li trid tiġi kkomunikata agħhom biex joperaw ir- -Regolament bażiku u ir-Regolament implimentattiv ;
   d) "messaġġ elettroniku standardizzat", għandha tfisser kull dokument strutturat f'format mfassal għall-iskambju ta" informazzjoni bejn l-Istati Membri;
   e) "trażmissjoni b'mezz elettroniku", it-trażmissjoni permezz ta" tagħmir elettroniku ta" ipproċessar tal-data (inkluża l-kompressjoni numerika), permezz ta" wajer, radju, tekniki ottiċi jew kull teknika elettromanjetika oħra;
   (f) "Kummissjoni Teknika", il-kummissjoni speċifikata fl-Artikolu 73 tar-Regolament bażiku
   (g) "Kummissjoni tal-Kontabilità", il-kummissjoni speċifikata fl-Artikolu 74 tar-Regolament bażiku .

Kapitolu II

Miżuri relatati mal-kooperazzjoni u ma" l-iskambji ta" data

Artikolu 2

Ambitu u modalitajiet ta" l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet

1 .  Għall-finijiet tar-Regolament implimentattiv, l-iskambji bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri kif ukoll il-persuni koperti mir-Regolament bażiku għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-servizz pubbliku, l-objettività, il-koperazzjoni, l-assistenza attiva, l-effiċjenza, l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità u s-servizz fil-pront .▌

2.  L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu jew jiskambjaw, fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat , il-data kollha meħtieġa għat-twaqqif u d-determinazzjoni tad-drittijiet u ta" l-obbligi tal-persuni li għalihom japplika r-Regolament bażiku . Dawn il-data għandhom jiġu trasferiti bejn l-Istati Membri direttament mill-istituzzjonijiet infushom jew indirettament permezz ta'l-entitajiet ta' kuntatt .

3.  Meta persuna assigurata tkun għaddiet bi żball informazzjoni, dokumenti jew talbiet lill-istituzzjoni fit-territorju ta' Stat Membru li mhuwiex dak li fih tinsab l-istituzzjoni nnominata skond ir-Regolament implimentattiv , din l-informazzjoni, id-dokumenti jew it-talbiet għandhom jiġu mgħoddija mill-ġdid mingħajr dewmien mill-ewwel istituzzjoni lill-istituzzjoni nnominata skond ir-Regolament implimentattiv , filwaqt li tiġi indikata d-data li fiha ġew mgħoddija fil-bidu. Din id-data tiġi imposta fuq l-istituzzjoni ta" l-aħħar. Madankollu, l-istituzzjonijiet ta' Stat Membru ma għandhomx jinżammu responsabbli, jew jitqiesu li jkunu ħadu deċiżjoni minħabba li naqsu li jieħdu azzjoni fejn dan jirriżulta mit- trażmissjoni tardiva ta' informazzjoni, dokumenti jew talbiet minn istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħrajn.

4.  Meta l-komunikazzjoni tal-data ssir permezz ta" l-intermedjarju tal-punt ta" aċċess jew ta" l-organu ta" kuntatt, dan il-punt ta" aċċess jew dan l-organu ta" kuntatt huwa kkunsidrat li qiegħed jieħu r-rwol u l-funzjoni ta" l-istituzzjoni meħtieġa f'dan l-Istat Membru f'dak li għandu x'jaqsam maż-żmien għal tweġiba tat-talbiet li jsiru lilu.

Artikolu 3

Ambitu u modalitajiet ta" l-iskambji bejn il-benefiċjarji u l-istituzzjonijiet

1.  Persuni li għalihom japplika r- Regolament bażiku huma marbuta li jikkomunikaw lill-istituzzjoni relevanti informazzjoni, id-dokumenti jew xhieda ta' evidenza meħtieġa għall-istabbiliment tas-sitwazzjoni tagħhom jew dik tal-familji tagħhom u tad-drittijet tagħhom u ta" l-obbligi tagħhom , tal-manteniment ta" dawn, kif ukoll tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u ta" l-obbligi tagħhom fir-rigward ta" din.

2.  Meta d-data persunali tiġi miġbura, trażmessa jew ipproċessata l-skond il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex ikun jista' jiġi implimentat ir-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kkonċernatidikunu jistgħu jeżerċitaw b'mod sħiħ id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ħarsien tad-data personali , skond id-dispożizzjonijietKomunitarji fil-qasam ta" protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data ta" natura personali u għaċ-ċirkolazzjoni libera ta" dawk il-data.

B'mod partikolari,l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li dik id-data personali ma tintużax għal skopijiet li mhumiex dawk tas-sigurtà soċjali minbarra meta espressament awtorizzati mill-persuna kkonċernata. L-Istati Membri għandhom ukoll, meta mitluba, jipprovdu lill-persuni kkonċernati, informazzjoni speċifika u adegwata dwar l-iproċessar tad-data personali tagħhom meħtieġa għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Il-persuni kkonċernati għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom dwar din id-data fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament permezz ta' l- istituzzjoni kompetenti, irrispettivament mill-oriġini tad-data.

Il-lista ta', u d-dettallji ta' fejn jistgħu jiġu kkuntatjati l-uffiċjali għall-protezzjoni tal-data personali nnominati f'kull Stat Membru skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tal-data personali u dwar il-moviment liberu ta' data bħal din (6) , u li jittrattaw data li għandha x'taqsam ma' leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali koperta mir-Regolament bażiku għandha tkun parti mill-Anness IV tar-Regolament implimentattiv .

3.  Sa fejn hu meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv, l-istituzzjonijiet relevanti għandhom jikkomunikaw ▌l-informazzjoni u jwasslu d-dokumenti ▌lill-persuni kkonċernati fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat .

4.  L-istituzzjoni kompetenti ta" Stat Membru li tindirizza direttament dokument li jkollu deċiżjoni dwar id-drittijiet ta" persuna residenti jew li toqgħod għal ftit żmien fuq it-territorju ta" Stat Membru ieħor, titlob dikjarazzjoni ta" riċevuta tkun xi tkun ir-referenza jew il-mod kif jintbagħtu. Id-dikjarazzjoni ta" riċevuta tista" tingħata fuq kull referenza jew b'kull mezz.

5.  Fin-nuqqas ta" prova li ntbagħtet id-deċiżjoni speċifikata fil-paragrafu 4, iż-żminijiet relatati mat-telf jew mal-preskrizzjoni tad-drittijiet mogħtija skond ir-Regolament bażiku ma japplikawx għall-benefiċjarji.

6.  Meta d-data li ntbagħtet din id-deċiżjoni speċifikata fil-paragrafu 4 tkun stabbilita kif għandu jkun, id-deċiżjoni ta" l-istituzzjoni kompetenti hija kkunsidrata li tapplika għall-interessat fi żmien xahar wara din id-data. Madankollu, jekk il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru tipprevedi żmien itwal, dan iż-żmien japplika.

7.  F'kull stat ta" kawża, il-persuna kkonċernata tiddisponi minn mezzi ta" rikors u minn proċeduri speċifikati mil-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li tieħu d-deċiżjoni.

Artikolu 4

Format u mod ta" skambju ta" data

1.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, l-kontenut u l-format ta" dokumenti ▌u messaġġi elettroniċi standardizzati kif ukoll il-modalitajiet għall-iskambju tagħhom ..

2.  It-trażmissjoni ta" data bejn l-istituzzjonijiet, il-punti ta" aċċess jew l-organi ta" kuntatt issir b'mezz elettroniku, f'qafas sigur komuni kapaċi li jiżgura l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta" l-iskambju ta" data.

3.  Fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-persuni kkonċernati , l-istituzzjonijiet relevanti jużaw il-modalitajiet xierqa għal kull każ , u, sa fejn hu possibbli, jużaw l-aktar l-użu tat-tekniki elettroniċi. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex tibgħat l-informazzjoni, id-dokumenti jew id-deċiżjonijiet b'mezzi elettroniċi lill-persuna kkonċernata.

Artikolu 5

Valur ġuridiku ta" dokumenti u ta" xhieda dokumentata stabbiliti fi Stat Membru ieħor

1.  Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta" Stat Membru li jiċċertifika s-sitwazzjoni ta" persuna għall-finijiet ta" l-applikazzjoni tar-Regolament (bażiku u ta" dan ir-Regolament, kif ukoll ix-xhieda dokumentati stabbiliti mill-awtoritajiet ta" Stat Membru ieħor, inklużi l-awtoritajiet fiskali, jiġu imposti għall-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn id-dokumenti jew dawn ix-xhieda ma jiġux irtirati jew dikjarati invalidi mill-awtorità jew l-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru fejn huma ġew stabbiliti.

2.  F'każ ta" dubju fuq il-validita' tad-dokument jew l-eżattezza tad-data li huma l-bażi tal-fatti li jidhru fih, l-istituzzjoni ║li tirċievi d-dokument għandha titlob lill-istituzzjoni li ħarġitu ║l-kjarifiki meħtieġa u, fejn hu l -każ, l-irtirar ta" l-imsemmi dokument. L-istituzzjoni li toħroġ id-dokument għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, jekk meħtieġ, li tirtirah.

3.  F'nuqqas ta" ftehim bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati fix-xahar ta" wara d-data tat-talba ta" l-istituzzjoni li rċeviet id-dokument, il-kummissjoni amministrattiva tista" titqabbad b'konformità ma" l-Artikolu 76(6) tar-Regolament bażiku biex tgħaqqad l-opinjonijiet fis-sitt xhur wara li titqabbad.

Artikolu 6

Applikazzjoni proviżorja ta" leġiżlazzjoni u ħlas proviżorju ta" benefiċċji

1.  Sakemm mhux previst mod ieħor fir-Regolament implimentattiv, fejn ikun hemm differenza ta' opinjoni bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar d-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, ▌il-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta proviżorjament għal-leġiżlazzjoni ta' wieħed minn dawn l-Istati Membri, fejn l-ordni ta' prijorità tiġi determinata b'referenza għall-kriterji li ġejjin :

   a) il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru fejn il-persuna attwalment twettaq l-impjieg tagħha jew l-impjieg għal rasha jekk l-impjieg jew l-impjieg għal rasha jitwettaq fi Stat Membru wieħed biss;
   b) il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru ta" residenza, meta hija teżerċita parti mill-attività jew mill-attivitajiet tagħha jew meta ma teżerċitax attività bil-paga jew self-employed; jew
   ( c ) il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiegħu , rikjesta , fejn il-persuna twettaq attività jew attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar ;

2.  F'każ ta" differenza fl-opinjoni" bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti ta" żewġ jew bosta Stati Membri dwar id-determinazzjoni ta" l-istituzzjoni msejħa biex tagħti l-benefiċċji, l-interessat li jista" jikklejmja benefiċċji jekk ma jkunx kuntestat, jibbenefika proviżorjament mill-benefiċċji speċifikati mil-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew, jekk l-interessat ma joqgħodx fuq it-territorju ta" wieħed mill-Istati Membri inkawża, mill-benefiċċji speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikata mill- istituzzjoni li lilha ġiet ippreżentata l-ewwel applikazzjoni .

3.  Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ikkonċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti mhux aktar kmieni minn xahar wara d-data li fiha seħħet id-differenza ta' opinjoni hekk kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-opinjonijiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha.

4 .  Meta jiġi stabbilit li l-leġiżlazzjoni applikabbli mhix dik ta" l-Istat Membru li fih seħħet l-affiljazzjoni proviżorja jew jekk l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji proviżorjament ma kenitx l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha tkun kkunsidrata li hi hekk b'mod retroattiv daqs li kieku id-differenza fl-opinjoni qatt ma seħħet, l-aktar tard mid-data ta" l-affiljazzjoni proviżorja jew mill-ewwel għotja proviżorja tal-benefiċċji inkawża.

5 .  Jekk meħtieġ, l-istituzzjoni kompetenti tirregola s-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna kkonċernata fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji li tħallsu b'mod provviżorju, jekk meħtieġ, skond il-modalitajiet speċifikati mill-Artikoli 71 sa 81 tar-Regolament implimentattiv .

Il-benefiċċji n-natura mogħtija provviżorjament skond il-paragrafu 2 għandhom jiġu rrimborżati mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mat-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 7

Obbligu ta" ħlas proviżorju

1.  Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament implimentattiv, fejn persuna tkun eliġibbli biex tirċievi benefiċċju jew għandha tħallas xi kontribuzzjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, ul-istituzzjoni kompetenti m'għandhiex l-informazzjoni kollha dwar is-sitwazzjoni fi Stat Membru ieħor li jkunu jippermettu l-kalkolu definittiv ta" l-ammont ta" dak il-benefiċċju jew ta" kontribuzzjoni, dik l-istituzzjoni għandha tipproċedi għall-ħlas proviżorju ta" dan il-benefiċċju fuq talba tal-persuna kkonċernata jew tikkalkola din il-kontribuzzjoni jekk tali kalkolu jkun possibbli fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tkun disponibbli għall-istituzzjoni .

2.  Kalkolu ġdid tal-benefiċċju jew tal-kontribuzzjoni inkawża jrid jiġi stabbilit meta x-xhieda dokumentati jkunu pprovduti lill-istituzzjoni kkonċernata.

Kapitolu III

Miżuri ġenerali oħrajn ta" applikazzjoni tar-Regolament bażiku

Artikolu 8

Ftehimiet amministrattivi bejn żewġ jew bosta Stati Membri

1.  Il-miżuri ta" dan ir-Regolament għandhom jissostitiwixx l-arranġament għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku , ħlief għall-miżuri ta' l-arranġamenti relatati mal-konvenzjonijiet speċifikati fl-Anness II tar-Regolament bażiku , sakemm il-miżuri fl-arranġamenti imsemmija ma jkunux imniżżla fl-Anness I tar-Regolament implimentattiv .

2.  L-Istati Membri jistgħu jilħqu bejniethom, jekk meħtieġ, ftehim relatati ma" l-applikazzjoni ta" konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku ,▌ sakemm dawn il-ftehimiet ma jaffettwawx id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati u huma inklużi fl-Anness I tar-Regolament implimentattiv .

Artikolu 9

Proċeduri oħrajn bejn istituzzjonijiet

1.  Żewġ Stati Membri jew aktar , jew l-awtoritajiet ▌kompetenti tagħhom, jistgħu jiftiehmu dwar proċeduri li m'humiex dawk speċifikati mir-Regolament implimentattiv ,, sakemm dawn il-proċeduri ma jaffettwawx id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati .

2.  Il-ftehimiet milħuqa għal dak il-għan jitwasslu għall-għarfien tal-kummissjoni amministrattiva u jkunu elenkati fl-Anness I ta" dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Prevenzjoni ta" benefiċċji mtennija

Meta l-benefiċċji dovuti taħt titolu tal-leġiżlazzjoni ta" żewġ jew bosta Stati Membri jkunu mnaqqsa, sospiżi jew imneħħija reċiprokament, l-ammonti li ma jkunux tħallsu fil-każ ta" applikazzjoni stretta tal-klawżoli ta" tnaqqis, ta" sospensjoni jew ta" tneħħija speċifikati mil-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri kkonċernati jiġu maqsuma bin-numru ta" benefiċċji suġġetti għal tnaqqis, sospensjoni jew tneħħija.

Artikolu 11

Fatturi għad-determinazzjoni tar-residenza

1.  Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta" żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta" persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku , dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta" interess tal-persuna fuq il-bażi ta' evalwazzjoni globali ta' l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-data relevanti, li jistgħu jinkludu, kif meħtieġ :

   a) it-tul u l-kontinwità ta" żmien tal-preżenza fit-territorju ta' l-Istati Membri kkonċernati ;
  b) iċ-ċirkostanzi personali, inkluż :
   i) in-natura u l-karatteristiċi speċifiċi ta' kwalunkwe attività li titwettaq, b'mod partikolari l-post fejn l-attività normalment titwettaq, in-natura stabbli ta' l-attività jew it-tul ta' żmien ta' kwalunkwe kuntratt tax-xogħol;
   ( ii ) is-sitwazzjoni tal-familja, tiegħu/tagħha u r-rabtiet tal-familja;
   iii) it-twettiq ta' kwalunkwe attività mingħajrħlas;
   iv) fil-każ ta' studenti, is-sors tad-dħul tagħhom;
   v) is-sitwazzjoni tad-djar tagħhom, partikolarment kemm hi permanenti;
   ( vi ) l-Istat Membru li fih il-persuna hija meqjusa li għandha r-residenza għal finijiet ta' tassazzjoni .

2.  Fejn l-evalwazzjoni tal- kriterji differenti bbażati fuq data relevanti kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma twassalx għall-ftehim ta' l-istituzzjonijiet ikkonċernati , il-volontà tal-persuna , kif jidher mill- fatti u ċirkostanzi, speċjalment ir-raġunijiet li wasslu lill-persuna biex tibdel ir-residenza għandha tiġi meqjusa bħala determinanti biex jiġi stabbilit il-post ta" residenza attwali tagħha.

Artikolu 12

L-għadd totali tal-perjodi

1.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku , l-istituzzjoni kompetenti għandha tindirizza lill-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri ta" liema leġiżlazzjoni l-persuna kkonċernata diġa' kienet suġġetta biex tikseb il-komunikazzjoni tal-perjodi kollha ▌mwettqa taħt din il-leġiżlazzjoni.

2.  Il-perjodi ta" assigurazzjoni ta' impjieg , ta' meta persuna tkun impjegata għal rasha jew ta" residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru għandhom jingħaddu ma' dawk mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" kull Stat Membru ieħor, sakemm huwa meħtieġ għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku , bil-kundizzjoni li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux.

3.  Meta perjodu ta" assigurazzjoni jew ta" residenza obbligatorja mwettaq ║skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru jikkoinċidi ma" perjodu ta" assigurazzjoni kontinwa jew volontarja skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, huwa biss il-perjodu ta' assigurazzjoni obbligatorja li jiġi kkunsidrat.

4.  Meta perjodu ta" assigurazzjoni jew ta" residenza ħlief għal perjodu simili mwettaq taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru jikkoinċidi ma" perjodu simili skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, huwa biss il-perjodu ħlief għal perjodu simili li jiġi kkunsidrat.

5.  Kull perjodu simili skond il-leġiżlazzjonijiet ta" żewġ jew bosta Stati Membri ma jiġix ikkunsidrat ħlief mill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru taħt il-leġiżlazzjoni ta" liema l-assigurat kien suġġett l-aħħar b'mod obbligatorju qabel il-perjodu msemmi. Fil-każ fejn l-assigurat ma kienx suġġett b'mod obbligatorju għal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru qabel il-perjodu msemmi, dan jiġi kkunsidrat mill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru taħt il-leġiżlazzjoni ta" liema huwa kien suġġett b'mod obbligatorju għall-ewwel darba wara l-perjodu msemmi.

6.  Fil-każ fejn iż-żmien li fih ċerti perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza ġew imwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ma jistax ikun determinat b'mod preċiż, huwa presunt li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux ma" perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor u jiġi kkunsidrat, fejn ikun ta' vantaġġ għall-persuna kkonċernata sakemm huma jistgħu jiġu kkunsidrati b'mod utli.

7 .  Fejn perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza ma jiġux ikkunsidrati skond dan l-Artikolu peress li perjodi oħrajn li ma jikkwalifikawx għall-benefiċċju kkonċernat jieħdu preċedenza, il-perjodi li ma ġewx ikkunsidrati m'għandhomx jitilfu l-effett tagħhom, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, fir-rigward ta' l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji.

Artikolu 13

Regoli ta" konverżjoni tal-perjodi ta" assigurazzjoni

Meta l-perjodi ta" assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru jkunu espressi f'unitajiet differenti minn dawk użati minn ║ Stat Membru ieħor, il-konverżjoni meħtieġa għall-finijiet ta" l-għadd totali ssir skond ir-regoli li ġejjin:

   a) ġurnata hija ekwivalenti għal tmien sigħat u viċi-versa;
   b) ħamest ijiem huma ekwivalenti għal ġimgħa u viċi-versa;
   c) tnejn u għoxrin ġurnata huma ekwivalenti għal xahar u viċi-versa;
   d) tliet xhur jew tlettax-il ġimgħa jew sitta u sittin ġurnata huma ekwivalenti għal kwart ta" sena u viċi-versa;
   e) għall-konverżjoni ta" ġimgħat f'xhur u viċi-versa, il-ġimgħat u x-xhur iridu jinbidlu fi ġranet;
   f) l-applikazzjoni tal-punti a) sa e) ma tistax b'riżultat ta" dan ikollha, għall-perjodi kollha ta" assigurazzjoni mwettqa matul sena kalendarja, total akbar minn 264 ġurnata jew 52 ġimgħa jew tnax-il xahar jew erba" kwarti ta" sena.

Meta l-perjodi ta" assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru jkunu espressi f'xhur, il-ġranet li jikkorrispondu għal frazzjoni ta" xahar, b'konformità mar-regoli ta" konverżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, jiġu kkunsidrati bħala xahar sħiħ.

Titolu II

Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli

Artikolu 14

Dettalji relatati ma" l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku

1.  Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, "persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem min iħaddem … u li tintbagħat minn dik il-persuna li tħaddimha biex taħdem fi Stat Membru ieħor" għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat biex taħdem fi Stat Membru ieħor, sakemm il-persuna kkonċernata, immedjatament qabel il-bidu ta' l-impjieg tagħha, ma tkunx diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li fih il-persuna li timpjegaha hija stabbilita.

2.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem, "li normalment twettaq l-attivitajiet tagħha hemm" għandhom jirreferu għal persuna li tħaddem u li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet interni ta' ġestjoni, fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih hi stabbilita, waqt li jitqiesu l-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull min iħaddem u għan-natura vera ta' l-attivitajiet imwettqa.

3.  Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, l-espressjoni "li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha" għandha tirreferi għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih hija stabbilita. B'mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu u, matul kwalunkwe perjodu ta' attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli żżomm, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq ta' l-attività tagħha sabiex hija tkun tista' twettaqha meta tirritorna.

4 .  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 12(2) tar-Regolamentbażiku , il-kriterju biex jiġi determinat jekk ix-xogħol li jmur jagħmel ħaddiem self-employed fi Stat Membru ieħor huwiex "simili" għax-xogħol self-employed li normalment kien jeżerċita huwa dak tan-natura reali tax-xogħol u mhux mill-kwalifika ta" xogħol bil-paga jew self-employed mogħtija eventwalment għal dan ix-xogħol minn dan l-Istat Membru l-ieħor.

5.  Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku persuna li "normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f'żewġ Stati Membri jew aktar" għandha tirreferi, b'mod partikolari, għal persuna li:

   a) filwaqt li żżomm attività fi Stat Membru wieħed, twettaq simultanjament attività separata oħra fi Stat Membru wieħed jew aktar irrispettivament mit-tul ta' żmien u n-natura ta' din l-attività separata;
   b) twettaq b'mod kontinwu attivitajiet li jalternaw, bl-eċċezzjoni ta' attivitajiet marġinali, f'żewġ Stati Membri jew aktar, irrispettivament mill-frekwenza jew ir-regolarità ta' l-alternazzjoni.

6.  Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku persuna li "normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f'żewġ Stati Membri jew aktar" għandha tirreferi, b'mod partikolari, għal persuna li simultanjament jew b'mod li jalterna, twettaq attività separata waħda jew aktar f'impjieg għal rasha, irrispettivament min-natura ta' dawk l-attivitajiet, fit-territorji ta' żewġ Stati Membri jew aktar.

7.  Sabiex wieħed jiddistingwi l-attivitajiet tal-paragrafi 5 u 6 mis-sitwazzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament bażiku, it-tul ta' żmien ta' l-attività fi Stat Membru jew aktar (kemm jekk hi permanenti kif ukoll jekk ta' natura ad hoc jew temporanja) għandu jkun deċisiv. Għal dawn il-finijiet, għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tal-data relevanti kollha kif ukoll, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuna impjegata, tal-post fejn isir ix-xogħol kif definit fil-kuntratt tax-xogħol.

8 .  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku ▌, "parti sostanzjali ta" attività bil-paga jew self-employed" eżerċitata fi Stat Membru għandha tfisser parti importanti b'mod kwantitattiv ta" l-attivitajiet kollha tal-ħaddiem bil-paga jew self-employed hija eżerċitata hemmhekk, mingħajr ma din tkun bilfors il-parti l-kbira ta" dawn l-attivitajiet.▌

Biex jiġi ddeterminat jekk parti sostanzjali ta' l-attività hijiex imwettqa fi Stat Membru, għandhom jiġu kkunsidrati l- kriterji indikattivi li ġejjin :

   a) fil-każ ta' attività ta' persuna impjegata, il-ħin tax-xogħol u/jew ir-remunerazzjoni; kif ukoll
   b) fil-każ ta' attività ta' persuna li taħdem għal rasha figuri ta" negozju, ta" ħin ta" xogħol in-numru ta' servizzi mogħtija u/jew id-dħul

Fil-qafas ta' evalwazzjoni globali, tatal ta' anqas minn 25% tal-kriterji msemmijin hawn fuq għandu jindika li parti sostanzjali ta' l-attivitajiet kollha mhix imwettqa fl-Istat Membru rilevanti.

9.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (bażiku , iċ-"ċentru ta" interess" ta" l-attivitajiet ta" ħaddiem self-employed huwa determinat billi jiġu kkunsidrati l-fatturi kollha li jagħmlu l-attivitajiet professjonali tiegħu, notevolment il-post fejn qiegħed l-indirizz fiss u permanenti tax-xogħol ta" l-interessat, il-karattru abitwali jew id-dewmien ta" l-attivitajiet li jsiru, l-Istat Membru li fih l-interessat huwa suġġett għat-taxxi fuq id-dħul kollu tiegħu jkun xi jkun is-sors, kif ukoll il-volontà ta" l-interessat kif tidher fiċ-ċirkostanzi kollha.

10 .  Sabiex tiġi determinata l-leġiżlazzjoni applikabbli skond il-paragrafi 8 u 9, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni prevista għat-tnax-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin.

11 .  Fil-każ fejn persuna teżerċita l-attività tagħha bil-paga f'żewġ jew bosta Stati Membri għal min iħaddimha li hu stabbilit barra mit-territorju ta" l-Unjoni u meta din il-persuna tgħix fi Stat Membru mingħajr ma teżerċita hemmhekk attività sostanzjali, hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru ta" residenza.

Artikolu 15

Il-Proċeduri għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(3)(b) u (d), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku (dwar id-dispożizzjoni ta' informazzjoni għall-istituzzjonijiet konċernati)

1.  Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Artikolu 16 tar-Regolament implimentattiv, fejn persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru li m'huwiex l-Istat Membru kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta' persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġiżlazzjoni, kull meta jkun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli lill-persuna kkonċernata skond l-Artikolu 11 (3)(b) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku disponibbli lill-istituzzjoni magħżula mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tiġi mwettqa l-attività.

2.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal persuni koperti mill-Artikolu 11 (3)(d) tar-Regolament bażiku.

3.  Persuna li tħaddem fis-sens ta' l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku li għandha persuna mpjegata abbord bastiment li fuqu tkun qed tittajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli, kull meta jkun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni, mingħajr dewmien, għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni magħżula mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tkun qed tittajjar fuq il-bastiment li fuqu l-impjegat se jwettaq l-attività tiegħu.

Artikolu 16

Proċedura għall-applikazzjoni ta" l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku

1.  Il-persuna li teżerċita attivitajiet f'żewġ jew bosta Stati Membri tinforma b'dan lill-istituzzjoni nnominata mill-awtorita' kompetenti ta" l-Istat Membruta' residenza . Din l-istituzzjoni tgħaddi din l-informazzjoni lill-istituzzjoni nnominata ta" kull Stat Membru fejn qiegħda ssir attività.

2.  L-istituzzjoni nominata mill-awtorita' kompetenti ta' l-Istat Membru ta' -residenza, għandha, mingħajr dewmien , jiddeterminaw l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-interessat, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-miżuri ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv . Din id-determinazzjoni għandha inizjalment tkun provviżorja. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjonijiet nominati mill-awtorita' kompetenti ta' kull Stat Membru li fih qed titwettaq attività dwar id-determinazzjoni provviżorja tagħha .

3.  Id-determinazzjoni provviżorja tal-leġiżlazzjoni applikabbli , kif previst fil-paragrafu 2, issir definittiva fi żmien xahrejn minn meta ▌lill-istituzzjoni nnominata, ta' l-Istati Membri fejn qed titwettaq l-attività tkun ġiet infurmata bid-determinazzjoni provviżorja , sakemm il-leġiżlazzjoni ma tkunx diġà ġiet determinata b'mod definittiv fuq il-bażi tal-paragrafu 4, jew ta' l-anqas waħda mill-istituzzjonijiet ikkonċernati ma tinfurmax lill-istituzzjoni magħżula mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' residenza sa tmiem dan il-perjodu ta' xahrejn li hi għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni jew li għandha fehma oħra dwar dan .

4 .  Meta inċertezza dwar l-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli teħtieġ kuntatti bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta" żewġ Stati Membri jew aktar, għat-talba ta' istituzzjoni jew aktar nominati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jew ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati, il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata għandha tiġi determinata minn ftehim komuni, waqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u d-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv.

Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti, dawk l-entitajiet għandhom ifittxu qbil skond il-kundizzjonijiet imniżżla hawn fuq u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament implimentattiv.

5 .  L-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni tiġi dikjarata applikabbli, sew jekk b'mod provviżorju kif ukoll jekk b'mod definittiv, għandha tinforma, mingħajr dewmien, lill-persuna kkonċernata.

6.  Jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati fuq l-inizjattiva ta' l-istituzzjoni magħżula mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' residenza malli hija ssir taf is-sitwazzjoni ta' dik il-persuna, possibilment permezz ta' istituzzjoni oħra kkonċernata.

Artikolu 17

Proċedura għall-applikazzjoni ta" l-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku

L-aġent awżiljari jeżerċita d-dritt ta" għażla speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku fil-mument ta" l-għeluq tal-kuntratt ta" xogħol. L-awtorità li tista" tagħlaq il-kuntratt tinforma lill-istituzzjoni nnominata ta" l-Istat Membru li tiegħu l-aġent awżiljari għażel il-leġiżlazzjoni.

Artikolu 18

Proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16(1) tar-Regolament bażiku

Talba mill-persuna li tħaddem jew mill-persuna kkonċernata għal eżenzjoni għall-Artikoli 11 sa 15 tar-Regolament bażiku għandhom jiġu sottomessi, kull meta possibbli bil-quddiem, lill-awtorità kompetenti jew lill-entità magħżula mill-awtorità ta' l-Istat Membru, li tiegħu l-persuna li tħaddem jew il-persuna kkonċernata titlob biex tapplika l-leġiżlazzjoni.

Artikolu 19

Informazzjoni lill-persuni kkonċernati u lil min iħaddem

1.  L-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni applikabbli bis-saħħa tat-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tinforma lill-persuna kkonċernata kif ukoll, jekk jingħata l-każ, lil min iħaddimha, dwar l-obbligi previsti minn din il-leġiżlazzjoni. Hija tagħtihom l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet imposti minn din il-leġiżlazzjoni.

2.  ▌L-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli skond dispożizzjoni tat-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha toħroġ ċertifikat tal-leġiżlazzjoni applikabbli lill-persuna kkonċernata ║u tindika, jekk jingħata l-każ, sa liema data u taħt liema kundizzjonijiet. Dan iċ-ċertifikat għandu jindika l-pagi dikjarati minn min iħaddem.

Artikolu 20

Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet

1.  L-istituzzjonijiet rilevanti għandhom , jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli għal persuna bis-saħħa tat-Titolu II tar-Regolament bażiku l- informazzjoni neċessarja meħtieġa għall-iffissar tad-data li fiha l-leġiżlazzjoni ssir applikabbli u tal-kontribuzzjonijiet li din il-persuna jew min iħaddimha jridu jħallsu taħt din il-leġiżlazzjoni.

2.  L-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni ssir applikabbli għal persuna tinforma lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru għal-leġiżlazzjoni ta" liema l-persuna hija finalment suġġetta billi tindika d-data meta l-applikazzjoni ta" din il-leġiżlazzjoni tibda sseħħ.

Artikolu 21

Obbligi ta" min iħaddem

1.  Il-persuna li timpjega ħaddiem li għandu l-uffiċċju jew il-post tan-negozju tiegħu reġistrat barra mill-Istat Membru kompetenti hija marbuta li twettaq l-obbligi speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli għal danl-impjegat , b' mod partikolari l-obbligu li tħallas il-kontribuzzjonijiet speċifikati minn din il-leġiżlazzjoni, bħallikieku hija kellha l-uffiċċju jew il-post tan-negozju tagħha reġistrat fl-Istat Membru kompetenti .

2.  Il-persuna li tħaddem li m'għandhiex post tan-negozju fl-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli, min-naħa waħda, u l-ħaddiem bil-paga, min-naħa l-oħra, jistgħu jiftiehmu li dan ta" l-aħħar jesegwixxi l-obbligi tal-persuna li tħaddem f'isimha f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet bla ħsara għall-obbligi sottostanti ta' min iħaddem . Il-persuna li tħaddem ║għandha tinnotifika tali ftehim lill-istituzzjoni kompetenti ta" dan l-Istat Membru.

Titolu III

Miżuri partikulari applikabbli għal kategoriji differenti ta" benefiċċji

Kapitolu I

Benefiċċji simili ta" mard, ta" maternità u ta" paternità

Artikolu 22

Miżuri ġenerali ta" applikazzjoni

1.  L-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jieħdu ħsieb li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali meta dawn il-benefiċċji jkunu riċevuti fit-territorju ta" Stat Membru li mhux dak ta" l-istituzzjoni kompetenti▌.

2.  L-Artikoli 25 u 26 tar-regolament implimentattiv ma jaffettwawx l-applikazzjoni ta" miżuri nazzjonali ta" Stat Membru li jippermettu teħid ta" responsabbiltà finanzjarja aktar favorevoli minn dik li toħroġ mir-Regolament bażiku ta" l-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali fis-sitwazzjonijiet speċifikati f'paragrafu 1.

3.  Żewġ jew bosta Stati Membri, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar proċeduri u modalitajiet oħrajn għall-applikazzjoni ta" l-Artikoli 25, 26 u 27 tar-regolament implimentattiv . Madankollu, il-ftehim milħuq għal dan il-għan ma jistgħax jipproduċu effetti sfavorevoli fuq il-kundizzjonijiet u l-ammonti ta" teħid ta" responsabbiltà finanzjarja tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali tal-persuni kkonċernati bħalma kieku jirriżultaw mill-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament. Dan il-ftehim għandu jiġi nnotifikat lill-kummissjoni amministrattiva

4.  Minkejja l-Artikolu 5 (a) tar-Regolament bażiku, Stat Membru jista' jsir responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji skond l-Artikolu 22 tar-Regolament bażiku biss, jekk il-persuna assigurata tkun għamlet talba għal pensjoni taħt il-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru, jew skond l-Artikoli 23 sa 30 tar-Regolament bażiku, jekk tirċievi pensjoni , skond il-leġiżlazzjoni ta" dan l-Istat Membru.

Artikolu 23

Skema applikabbli fil-każ ta" bosta skemi fl-Istat Membru ta" residenza jew ta" żjara

Jekk il-leġiżlazzjoni tal-post ta" residenza jew ta" żjara għandha bosta skemi ta" assigurazzjoni ta" mard, ta" maternità jew ta" paternità, il-miżuri applikabbli skond l-Artikolu 17, l-Artikolu 19(1) u ta" l-Artikoli 20, 22, 24, 26 u 27 tar-Regolament bażiku jkunu dawk tal-leġiżlazzjoni relatata ma" l-iskema ġenerali tal-ħaddiema bil-paga.

Artikolu 24

Residenza fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

1.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku , il-persuna assigurata jew il-membri tal-familja tagħha huma marbutin li jirreġistraw ma" l-istituzzjoni tal-post ta" residenza billi jittrażmettu dokument li jiċċertifika d-dritt tagħhom għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali għar-responsabbiltà ta" l-Istat Membru kompetenti.

Dan id-dokument huwa stabbilit mill-istituzzjoni kompetenti, jekk jinqala" l-każ skond it-tagħrif ipprovdut minn min iħaddem. Jekk il-persuna assigurata jew il-membri tal-familja tagħha ma jgħaddux l-imsemmi dokument, l-istituzzjoni tal-post ta" residenza tindirizza lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.

2.  Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibqa' validu sakemm l-istituzzjoni kompetenti tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bil-kanċellazzjoni tiegħu.

L-istituzzjoni tal-post ta" residenza għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b'kull reġistrazzjoni skond il- paragrafu 1 u ta' kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni .

3.  Dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis għall-persuni speċifikati fl-Artikoli 22, 24, 25 u 26 tar-Regolament bażiku .

Artikolu 25

Żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

A)  Proċedura u ambitu tad-dritt

1.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku , il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tagħha li jiċċertifika li hija ntitolata għal benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali lil min jipprovdi l-kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta' żjara . Jekk il-persuna assigurata m'għandhiex id-dokument imsemmi, l-istituzzjoni tal-post ta" fejn toqgħod, fuq talba jew jekk meħtieġ mod ieħor, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb id-dokument meħtieġ.

2.  Dak id-dokument għandu juri li għall-persuna assigurata hija intitolata għal benefiċċji in natura taħt il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku bl-istess termini bħal dawk applikabbli għal persuni assigurati taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta" żjara.

3.  Il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku għandhom jirreferu għall -benefiċċji in natura li huma provduti fl-Istat Membru ta" żjara, skond il-leġiżlazzjoninazzjonali tiegħu, u li jsiru meħtieġa fuq bażi medika biex jiġi evitat li il-persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna , qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanat, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura meħtieġa .

B)  Proċedura u modalitajiet ta" teħid ta" responsabbiltà u/jew ta" rimborż ta" benefiċċji in natura .

4 .  Jekk il-persuna assigurata b'mod effettiv refgħet l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija fil-qafas ta" l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u jekk il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara tipprevedi l-possibilità ta' ħlas lura ta' dawk l-ispejjeż lill-persuna assigurata , hija tista' tindirizza t-talba tagħha għal rimborż lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara. F'dan il-każ, dik tagħtiha direttament rimborż ta" l-ammont ta" l-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawn il-benefiċċji fil-limiti u l-kundizzjonijiet tar-rata ta' rimborż tal-leġiżlazzjoni tagħha.

5 .  Jekk ir-rimborż ta" dawn l-ispejjeż ma kienx mitlub direttament lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara, l-ispejjeż imsemmija għandhom ikunu rimborżati lill-persuna kkonċernata mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mar-rati ta" rimborż amministrati mill-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew l-ammonti li kienu jkunu soġġetti għal rimborż lill-istituzzjoni tal-post ta' żjara, jekk l-Artikolu 61 tar-Regolament implimentattiv kien japplika fil-każ ikkonċernat .

L-istituzzjoni tal-post ta" żjara hija marbuta li tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti li titlobha l-informazzjoni meħtieġa dwar dawn ir-rati jew l-ammonti .

6 .  B'deroga mill-paragrafu 5 , l-istituzzjoni kompetenti tista" tipproċedi għar-rimborż ta" l-ispejjeż imsemmija fil-limiti u skond ir-rati previsti fil-leġiżlazzjoni tagħha, , bil-kundizzjoni li l-persuna assigurata tkun tat il-kunsens tagħha biex tara li tiġi applikata din id-dispożizzjoni ▌.

7 .  Ir-rimborż lill-persuna assigurata m'għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż l-ammont ta' l-ispejjeż fil-fatt imħallsa minnha.

8 .  Fil-każ ta' spejjeż importanti, l-istituzzjoni kompetenti tista" tħallas lill-persuna assigurata pagament adattat bil-quddiem, sakemm din tippreżenta ║t-talba ta" rimborż.

C)  Membri tal-familja

9 .  Il-paragrafi 1-8 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 26

Kuri ppjanati

A)  Proċedura ta" awtorizzazzjoni

1.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura skedata ; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) u 27(5) tar-Regolament bażiku, fejn il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali pprovduti fl-Istat Membru ta' residenza huma rimborżati permezz ta' ammonti fissi , l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta' residenza .

2.  Jekk persuna assigurata ma toqgħodx fuq it-territorju ta" l-Istat Membru kompetenti hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien .

F'dan il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tiċċertifika jekk il-kundizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku humiex issodisfati fl-Istat Membru ta' residenza.

L-istituzzjoni kompetenti tista' tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, skond l-evalwazzjoni ta' l-istituzzjoni tal-post ta' residenza, il-kundizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku m'humiex issodisfati fl-Istat Membru ta' residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura tista' tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f'limitu ta' żmien li huwa medikament ġustifikabbli, waqt li jitqies l-istat attwali tas-saħħa u l-pronjożi tal-persuna kkonċernata.

L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza bid-deċiżjoni tagħha.

Fin-nuqqas ta" tweġiba fi żmien ħmistax-il "ġurnata kalendarja" mid-data ta" meta ntbagħtet, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.

3.  Jekk persuna assigurata li ma toqgħodx fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura urġenti ta" karattru vitali , l-awtorizzazzjoni ma tistax tkun rifjutata skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorizzazzjoni tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza f'isem l-istituzzjoni kompetenti li tiġi infurmata immedjatament mill-istituzzjoni ta" l-Istat tal-post ta" residenza.

L-istituzzjoni kompetenti hija obbligata li taċċetta d-dikjarazzjonijiet u l-għażliet terapewtiċi relatati mal-bżonn ta" kuri urġenti u ta" karattru vitali amministrati minn tobba rreġistrati ma" l-istituzzjoni tal-post ta" residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni.

4.  F'kull ħin matul il-proċedura ta" l-għoti ta" l-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha żżomm id-dritt li teżamina l-persuna kkonċernata permezz ta' tabib ta" l-għażla tagħha fl-Istat Membru ta" żjara jew ta" residenza.

5 .  L-istituzzjoni tal-post ta" żjara għandha , bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni , tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher xieraq b'mod mediku li titkompla l-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti .

B)  Teħid ta" responsabbiltà finanzjarja ta" benefiċċji in natura magħmula mill-persuna assigurata .

6.  Bla ħsara għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(5) u (6) tar-Regolament ta' implimentazzjoni għandu japplika mutatis mutandis.

7 .  Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata hi nnifisha u l-ammont ta' l-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tirrimborża lill-istituzzjoni tal-post ta' żjara jew lill-persuna assigurata skond il-paragrafu 6 (spiża attwali) huwa aktar baxx mill-ispiża li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża spekulattiva), l-istituzzjoni kompetenti għandha tirrimborżalha, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sa l-ammont tad-differenza li biha l-ispiża spekulattiva taqbeż l-ispiża reali. Is-somma rimborżata, madankollu, ma tistax taqbeż l-ammont ta' l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista' jiġi kkunsidrat l-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti .

C)  Teħid ta" responsabbiltà għall-ispejjeż ta" vjaġġar u ta" żjara fil-kuntest ta" kuri ppjanati.

8 .  ▌L-ispejjeż ta" vjaġġar u ta" żjara tal-persuna assigurata, li huma inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata , u, jekk meħtieġ, l-ispejjeż ta" vjaġġar u ta" żjara tal-persuna assigurata,għal persuna li għandha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din. l-istituzzjoni meta tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta' kura fi Stat Membru ieħor . Fil-każ li l-persuna assigurata tkun persuna b'diżabilità, l-ivvjaġġar u ż-żjara ta' persuna li takkumpanjaha għandhom jiġu kkunsidrati bħala meħtieġa .

D)  Membri tal-familja

9 .  Il-miżuri tal-paragrafi 1 sa 8 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta" persuna assigurata.

Artikolu 27

Benefiċċji fi flus relatati ma" inkapaċità għax-xogħol f'każ ta" żjara jew ta" residenza fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti

A)  Proċedura li l-persuna assigurata trid issegwi

1.  Jekk il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti teħtieġ li l-persuna assigurata tippreżenta ċertifikat biex tibbenefika mill-benefiċċji fi flus relatati ma" inkapaċità għax-xogħol skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku , il-persuna assigurata titlob lit-tabib ta" l-Istat Membru ta" residenza li jkun iddikjara l-istat tas-saħħa tagħha ▌biex jiċċertifika l-inkapaċità tagħha għax-xogħol t-tul ta' żmien probabbli .

2.  Il-persuna assigurata għandha tgħaddi ċ-ċertifikat lill-istituzzjoni kompetenti fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti.

3.  Meta t-tobba li jipprovdu l-kura fl-Istat Membru ta" residenza ma joħorġux ċertifikati ta' inkapaċità għax-xogħol, u meta dawn iċ-ċertifikati huma meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti, il-persuna kkonċernata għandha tagħmel talba direttament lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza. Dik l-istituzzjoni għandha immedjatament torganiżża l- evalwazzjoni ta' l-inkapaċità għax-xogħol mil-lat mediku u t-tfassil taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1. Tali ċertifikat għandu jiġi mgħoddi lill-istituzzjoni kompetenti minnufih.

4 .  Il-komunikazzjoni tad-dokument imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma jeħlisx lill-persuna assigurata milli twettaq l-obbligi speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikulari fir-rigward ta" min iħaddimha. Meta xieraq, min iħaddem u/jew l-istituzzjoni kompetenti jistgħu jsejħu lill-impjegat biex jipparteċipa f' attivitajiet imfassla biex jippromwovu u jgħinu r-ritorn tagħha għall-impjieg.

B)  Proċedura li l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru ta" residenza trid issegwi

5.  Fuq it-talba ta" l-istituzzjoni kompetenti jew fil-każijiet imsemmija f'paragrafu 3 l-istituzzjoni tal-post ta" residenza tmexxi, bħala bżonn, lill-persuna assigurata għall-eżami mediku daqs li kieku kienet assigurata magħha. Id-dettalji tar-rapport tat-tabib li jeżamina, rigward b'mod partikolari t-tul ta" żmien probabbli ta" l-inkapaċità għax-xogħol, jiġu trażmessi mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza lill-istituzzjoni kompetenti fi żmien tliet ġranet tax-xogħol ta" wara d-data ta" l-eżami.

C)  Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti trid issegwi

6.  L-istituzzjoni kompetenti għandha żżomm id-dritt li l-persuna assigurata tkun eżaminata minn tabib ta" l-għażla tagħha.

7 .  Bla ħsara għat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti tħallas il-benefiċċji fi flus direttament lill-persuna kkonċernata u, meta meħtieġ, tavża b'dan lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza.

8 .  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku , id-dikjarazzjonijiet ta" ċertifikat ta" inkapaċità għax-xogħol ta" persuna assigurata stabbilit fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta" konsultazzjonijiet mediċi ta" tabib li jikkura jkunu imposti fuq l-istituzzjoni kompetenti, bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm imġiba abbużiva.

9 .  Jekk l-istituzzjoni kompetenti tiddeċiedi li tirrifjuta l-benefiċċji fi flus hija għandha tinnotifika lill-persuna assigurata bid-deċiżjoni tagħha u għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza.

D)  Proċedura f'każ ta" żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.

10 .  Il-miżuri tal-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata żżur Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.

Artikolu 28

Benefiċċji fi flus għal kura fit-tul fil-każ ta" żjara jew residenza fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.

A)  Proċedura li l-persuna assigurata trid issegwi

1.  Sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus marbuta ma" kura fit-tul skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tagħmel talba lill-istituzzjoni kompetenti. L-istituzzjoni kompetenti għandha, meta meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni bil-post ta' residenza tagħha.

B)  Proċedura li l-istituzzjoni tal-post ta" residenza trid issegwi

2.  Fuq talba ta' l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha teżamina l-kundizzjoni tal-persuna assigurata fir-rigward tal-bżonn tagħha ta' kura fit-tul. L-istituzzjoni kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza t-tagħrif kollu meħtieġ għal tali eżami.

C)  Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti trid issegwi

3.  Sabiex tiddetermina l-livell ta' bżonn ta' kura fit-tul, l-istituzzjoni kompetenti għandu jkollha d-dritt teżamina l-persuna assigurata permezz ta' tabib jew espert ieħor ta' l-għażla tagħha stess.

4.  L-Artikolu 27(7) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

D)  Proċedura f'każ ta" żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti .

5.  Il-paragrafi 1-4 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata żżur Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.

E)  Membri tal-familja

6.  Il-paragrafi 1-5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 29

Applikazzjoni ta" l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku

Jekk l-Istat Membru fejn dak li qabel kien ħaddiem tal-fruntiera wettaq l-aħħar l-attività tiegħu m'għadux l-Istat Membru kompetenti u dak li qabel kien ħaddiem tal-fruntiera jew membru tal-familja tiegħu jivvjaġġa hemm bl-għan li jirċievi benefiċċji mhux fi flus izda f'servizzi ta" valur ugwali bis-saħħa ta' l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, huwa għandu jagħti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 30

Kontribuzzjonijiet ta" min għandu pensjonijiet

Jekk persuna tirċievi pensjoni minn aktar minn Stat Membru wieħed , l-ammont tal-kontribuzzjonijiet maħruġ minn fuq il-pensjonijiet kollha li tħallsu fl-ebda każ m'għandu jkun akbar mill-ammont imnaqqas minn persuna li għandha l-istess ammont ta" pensjonijiet miksuba mill-Istat Membru kompetenti .

Artikolu 31

Applikazzjoni ta" l-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku

A)  Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti trid issegwi

1.  L-istituzzjoni kompetenti għandha ▌tinforma lill-persuna kkonċernata dwar id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku dwar il-prevenzjoni tas-sovrappożizzjoni tal-benefiċċji . L-applikazzjoni ta" tali regoli għandha tiżgura lill-persuna li ma toqgħodx fl-Istat Membru kompetenti dritt għal benefiċċji ta" mill-inqas l-istess ammont jew valur totali bħal dawk dak li hija tista" tistenna kieku kienet toqgħod f'dak l-Istat Membru.

2.  L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma wkoll lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara bil-ħlas ta' benefiċċji fi flus ta' kura fit-tul meta l-leġiżlazzjoni li din l-istituzzjoni ta' l-aħħar tapplika tipprevedi benefiċċji in natura ta' kura fit-tul, inklużi fil-lista mniżżla fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament bażiku.

B)  Proċedura li l-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew żjara trid issegwi

3.  Meta tirċievi l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b'kull benefiċċju mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali ta' kura fit-tul maħsub għall-istess għan li hija tagħti skond il-leġiżlazzjoni tagħha lill-persuna kkonċernata kif ukoll bir-rata ta' rimborż applikabbli .

4 .  Il-Kummissjoni Amministrattiva , jekk jinqala" l-każ, għandha tfassal miżuri implimentattivi għal dan l-Artikolu.

Artikolu 32

Miżuri partikulari ta" applikazzjoni

1.  Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness II, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, il-Kapitolu I, tar-Regolament bażiku li jsemmi benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali għandu japplika għall-persuni li għandhom dritt għal benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali b'mod esklussiv skond skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili sal-punt speċifikat fir-Regolament . L-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor m'għandhiex, minħabba dan biss, issir responsabbli mill-ħlas ta' l-ispejjeż tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali jew fi flus provduti lil dawn il-persuni jew lil membri tal-familja tagħhom.

2.  Madankollu l-miżuri tal-paragrafu 1, l-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku japplikaw għal kull persuna li tirċievi kemm pensjoni skond skema applikabbli għall-impjegati ċivili ta" Stat Membru msemmi fl-Anness II u pensjoni skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor.

3.  Il-miżuri ta" applikazzjoni prattika tal-paragrafi 1 u 2 jittieħdu mill-kummissjoni amministrattiva.

Kapitolu II

Benefiċċji għal inċident fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol

Artikolu 33

Dritt għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali u fi flus f'każ ta" residenza jew ta" żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 36(1) tar-Regolament bażiku , il-proċeduri definiti fl-Artikoli 24 sa 27 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 34

Kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet f'każ ta" inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta" marda kkawżata mix-xogħol li seħħew fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

1.  Meta inċident fuq il-post tax-xogħol iseħħ jew meta l-marda kkawżata mix-xogħol hija stabbilita b'mod mediku għall-ewwel darba fuq it-territorju ta" Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, id-dikjarazzjoni ta" l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew tal-marda kkawżata mix-xogħol trid issir b'konformità mal-miżuri tal-leġiżlazzjoni ta" l-Istat kompetenti, mingħajr preġudizzju, jekk jinqala" l-każ, għal miżuri legali fis-seħħ fuq it-territorju ta" l-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih saret l-ewwel konsultazzjoni medika tal-marda kkawżata mix-xogħol, u li jibqgħu applikabbli f'tali każ. Din id-dikjarazzjoni hija indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti u kopja hija mibgħuta lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew ta" żjara.

2.  L-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih saret l-ewwel konsultazzjoni medika tal-marda kkawżata mix-xogħol, tgħaddi lill-istituzzjoni kompetenti ċ-ċertifikati mediċi maħruġa fuq dan it-territorju u, fuq it-talba ta" dan ta" l-aħħar, kull informazzjoni adatta.

3.  Jekk, f'każ ta" inċident matul il-vjaġġ li jseħħ fuq it-territorju ta" Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, jaqbel li wieħed jipproċedi għal inkjesta fuq it-territorju ta" l-ewwel Stat Membru, uffiċjali ta" l-investigazzjoni jista" jkun innominat għal dan il-għan mill-istituzzjoni kompetenti, li tinforma b'dan lill-awtoritajiet ta" dan l-Istat Membru. Dawn l-awtoritajiet jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-uffiċjal ta" l-investigazzjoni, billi jinnominaw notevolment persuna responsabbli biex tgħinu għall-konsultazzjoni tar-rapporti u ta" kull dokument ieħor relatat ma" l-inċident.

4.  Mal-ħruġ tat-trattament, rapport dettaljat akkumpanjat miċ-ċertifikati mediċi dwar il-konsegwenzi permanenti ta" l-inċident jew tal-marda, b'mod partikulari l-istat attwali tal-vittma kif ukoll il-fejqan tal-feriti, jiġi trażmess lill-istituzzjoni kompetenti. L-onorarji rilevanti jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew mill-istituzzjoni tal-post ta" żjara, skond il-każ, bir-rata applikata minn din l-istituzzjoni bir-responsabbiltà ta" l-istituzzjoni kompetenti.

5.  Fuq it-talba ta" l-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew ta" l-istituzzjoni tal-post ta" żjara, skond il-każ, l-istituzzjoni kompetenti tinnotifikaha bid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-data ta" fejqan tal-feriti kif ukoll, jekk jinqala" l-każ d-deċiżjoni relatata ma" l-għoti ta" pagament.

Artikolu 35

Kwistjoni dwar il-karattru professjonali ta" l-inċident jew tal-marda

1.  Meta l-istituzzjoni kompetenti targumenta li, fil-qafas ta" l-Artikolu 36(2) tar-Regolament bażiku , il-leġiżlazzjoni relatata ma" l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mal-mard ikkawżati mix-xogħol hija applikabbli, hija tavża b'dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara li tkun tat il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali, li għalhekk huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-assigurazzjoni ta" mard.

2.  Meta deċiżjoni definittiva tittieħed fuq dan is-suġġett, l-istituzzjoni kompetenti tavża b'dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara li tkun tat il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali. Din tkompli tagħti l-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali skond l-assigurazzjoni ta" mard, jekk il-ħaddiem bil-paga jew self-employed għandu dritt għalihom, fil-każ fejn ma jkunx inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda kkawżata mix-xogħol.Jekk dak mhux il-każ, il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali li bbenefika minnhom l-interessat skond l-assigurazzjoni ta" mard ikunu kkunsidrati mill-ewwel konsultazzjoni medika ta" l-inċident jew tal-marda bħala benefiċċji ta" inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta" marda kkawżata mix-xogħol.

Artikolu 36

Proċedura f'każ ta" espożizzjoni għar-riskju ta" mard ikkawżat mix-xogħol f'bosta Stati Membri

1.  Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament bażiku , id-dikjarazzjoni tal-marda kkawżata mix-xogħol tiġi trażmessa kemm lill-istituzzjoni kompetenti fil-qasam ta" mard ikkawżat mix-xogħol ta" l-Istat li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-aħħar attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata, kemm lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, li tgħaddi din id-dikjarazzjoni lill-istituzzjoni kompetenti msemmija.

Jekk din l-istituzzjoni ta" l-aħħar tiddikjara li attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol ġiet eżerċitata l-aħħar taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, hija tgħaddi d-dikjarazzjoni u l-informazzjoni li tmur magħha lill-istituzzjoni korrispondenti ta" dan l-Istat Membru.

2.  Meta l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-aħħar attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol tiddikjara li l-vittma jew min jibqa" ħaj ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta" din il-leġiżlazzjoni, l-istituzzjoni msemmija tgħaddi mingħajr dewmien lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat qabel dan attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol, d-dikjarazzjoni u l-informazzjoni kollha li tmur magħha, inklużi l-konsultazzjonijiet u r-rapporti ta" l-esperti mediċi li fuqhom ipproċediet l-ewwel istituzzjoni, kif ukoll kopja tad-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.

Hija għandha tinnotifika fl-istess ħin bid-deċiżjoni tagħha lill-persuna assigurata, billi tindika notevolment ir-raġunijiet li wasslu għar-rifjut tal-benefiċċji, il-mezzi u t-tul ta" żmien għal appell, kif ukoll id-data ta" meta l-fajl ġie mgħoddi lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna assigurata eżerċita qabel dan attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol.

3.  Jista" jkun, fejn hu xieraq, li wieħed imur lura , skond l-istess proċedura, sa l-istituzzjoni korrispondenti ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-ewwel attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol.

Artikolu 37

Skambju ta" informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlas bil-quddiem f'każ ta" appell kontra deċiżjoni ta" rifjut

1.  F'każ ta" appell kontra deċiżjoni ta" rifjut meħuda mill-istituzzjoni ta" wieħed mill-Istati Membri li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol, din l-istituzzjoni hija marbuta li tinforma b'dan lill-istituzzjoni li lilha ġiet trażmessa d-dikjarazzjoni, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 36(2) tar-regolament implimentattiv , u li tavżaha wara dan bid-deċiżjoni definittiva meħuda.

2.  Jekk id-dritt għall-benefiċċji huwa mogħti skond il-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet trażmessa d-dikjarazzjoni, din l-istituzzjoni tagħmel pagamenti bil-quddiem li l-ammonti tagħhom ikunu determinati, jekk jinqala" l-każ, wara konsultazzjoni ma" l-istituzzjoni li kontra d-deċiżjoni tagħha nbeda l-appell. Din l-istituzzjoni ta" l-aħħar trodd lura l-ammont ta" pagamenti mħallsa bil-quddiem jekk, wara l-appell, hija marbuta li tagħti l-benefiċċji. Dan l-ammont huwa mbagħad miżmum fuq l-ammont ta" benefiċċji dovuti lill-interessat, b'konformità mal-proċedura speċifikata mill-Artikolu 71 tar-regolament implimentattiv .

Artikolu 38

Aggravament ta" marda kkawżata mix-xogħol

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament bażiku , il-kwerelant huwa marbut li jipprovdi lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li quddiemha jargumenta d-drittijiet għal benefiċċji kull informazzjoni relatata mal-benefiċċji mogħtija qabel dan għall-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol. Din l-istituzzjoni tista" tindirizza kull istituzzjoni oħra li qabel kienet kompetenti biex tikseb it-tagħrif li hija tħoss meħtieġ.

Artikolu 39

Evalwazzjoni tal-grad ta" inkapaċità f'każ ta" inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta" marda kkawżata mix-xogħol li seħħu qabel jew wara.

Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 40(3) tar-Regolament bażiku , meta inkapaċità għax-xogħol qabel jew wara kienet kaġun ta" inċident li seħħ waqt li l-interessat kien suġġett għal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru li ma jagħmilx distinzjoni skond l-oriġini ta" l-inkapaċità għax-xogħol, l-istituzzjoni kompetenti għall-inkapaċità tax-xogħol qabel jew wara jew l-organu nnominat mill-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru inkawża huma marbuta, fuq it-talba ta" l-istituzzjoni kompetenti ta" Stat Membru ieħor, li jipprovdu d-dettalji fuq il-grad ta" l-inkapaċità tax-xogħol qabel u wara, kif ukoll, kemm jista" jkun possibbli, it-tagħrif li jippermetti li jiġi determinat jekk l-inkapaċità hix il-konsegwenza ta" inċident fuq il-post tax-xogħol skond il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tat-tieni Stat Membru.

F'dan il-każ, l-istituzzjoni kompetenti tikkunsidra, b'konformità mal-miżuri tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika, għall-għotja tad-dritt u d-determinazzjoni ta" l-ammont tal-benefiċċji, l-grad ta" inkapaċità kkaġunata minn dawn il-każijiet ta" qabel jew ta" wara.

Artikolu 40

Introduzzjoni u direttivi tat-talbiet ta" pensjonijiet jew ta" sussidji supplimentari

1.  Biex jibbenefika minn pensjoni jew minn sussidju supplimentari taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru, l-ħaddiem bil-paga jew self-employed jew dawk li jibqgħu ħajjin warajh li joqogħdu fuq it-territorju ta" Stat Membru ieħor, huma marbutin li jindirizzaw talba kemm lill-istituzzjoni kompetenti, kemm lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, li tittrażmettiha lill-istituzzjoni kompetenti. It-talba trid tkun akkumpanjata mix-xhieda dokumentata mitluba u stabbilita skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni kompetenti.

2.  L-istituzzjoni kompetenti tinnotifika bid-deċiżjoni tagħha direttament lill-applikant jew permezz ta" l-intermedjarju ta" l-organu ta" kuntatt ta" l-Istat kompetenti; hija tibgħat kopja ta" din id-deċiżjoni lill-organu ta" kuntatt ta" l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu joqgħod l-applikant.

Artikolu 41

Miżuri partikulari ta" applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 2, tar-Regolament bażiku li jsemmi benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali ma japplikawx għall-persuni li għandhom dritt għal benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali b'mod esklussiv skond skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili ta" Stat Membru msemmi fl-Anness II ta r-Regolament implimentattiv.

Kapitolu III

Għotjiet għall-mewt

Artikolu 42

Talba għal għotjiet għall-mewt

Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 42 u 43 tar-Regolament bażiku , it-talba għal għotjiet għall-mewt trid tiġi indirizzata lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza ta" l-applikant.

Kapitolu IV

Benefiċċji ta" diżabbiltà u pensjonijiet ta" xjuħija u ta" min jibqa" ħaj

Artikolu 43

Kalkolu tal-benefiċċju

1.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta" l-ammont teoretiku u ta" l-ammont attwali tal-benefiċċju b'konformità ma" l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku , ir-regoli speċifikati fl-Artikolu 12(3), (4), (5)u (6) tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw.

2.  Meta perjodi kontinwi ta" assigurazzjoni volontarja jew ta" għażla ma ġewx ikkunsidrati skond l-Artikolu 12(3) tar-Regolament implimentattiv , l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu ġew imwettqa dawn il-perjodi tikkalkula l-ammont li jikkorrispondi ma" dawn il-perjodi skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li huwa japplika. L-ammont attwali tal-benefiċċju, ikkalkulat skond l-Artikolu 52(1)(b), tar-Regolament bażiku , huwa miżjud bl-ammont li jikkorrispondi għall-perjodi ta" assigurazzjoni kontinwa volontarja jew ta" għażla.

3.  L-istituzzjoni ta" kull Stat Membru tikkalkula, skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, l-ammont dovut li jikkorrispondi għall-perjodi ta" assigurazzjoni kontinwa volontarja jew ta" għażla li, skond l-Artikolu 53(3)(c) tar-Regolament bażiku , m'huwiex suġġett għall-klawżoli ta" irtirar, ta" tnaqqis jew ta" tneħħija ta" Stat Membru ieħor.

Meta l-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti ma tippermettilhiex li tiddetermina dan l-ammont direttament minħabba li dik il-leġiżlazzjoni talloka valuri differenti lill-perjodi ta' l-assigurazzjoni, jista' jkun stabbilit ammont nozzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-modalitajiet biex jiġi determinat dak l-ammont nozzjonali.

Artikolu 44

Sabiex jitqiesu l-perjodi tat-trobbija tal-wild

1.  Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, "perjodu tat-trobbija tal-wild" għandha tfisser kull perjodu li huwa kreditat skond il-leġiżlazzjoni tal-pensjonijiet ta' Stat Membru jew li jipprovdi suppliment għal pensjoni espliċitament għal raġuni li persuna rabbiet wild, irrispettivament mill-metodu użat biex tipprovdi dawk il-perjodi u jekk jakkumulawx matul iż-żmien tat-trobbija tal-wild jew humiex rikonoxxuti retroattivament.

2.  Meta, skond il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li huwa kompetenti skond it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-ebda perjodu tat-trobbija tal-wild ma huwa kkunsidrat, l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu skond it-Titolu II tar-Regolament bażiku kienet applikabbli għall-persuna kkonċernata abbażżi tal-fatt li hiya kienet twettaq attività bħala persuna impjegata jew li timpjega lilha nnifisha fid-data meta, skond din il-leġiżlazzjoni, il-perjodu tat-trobbija tal-wild beda jitqies għall-wild ikkonċernat, għandha tibqa' responsabbli għall-konsiderazzjoni ta' dan il-perjodu bħala perjodu tat-trobbija tal-wild skond il-leġiżlazzjoni tagħha, bħallikieku t-trobbija tal-wild seħħet fit-territorju tagħha.

3.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika jekk il-persuna kkonċernata hija jew issir soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru minħabba t-twettiq ta' attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

Artikolu 45

Talba għal benefiċċji

A)  Bidu tat-talba għal benefiċċji skond l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku

1.  Sabiex jirċievi benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni tat-tip A skond l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku , l-applikant jindirizza talba lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru taħt liema leġiżlazzjoni huwa kien suġġett fil-mument fejn seħħet l-inkapaċità għax-xogħol segwita minn diżabbiltà jew l-aggravament ta" din l-inkapaċità, jew lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, li għandha tgħaddi t-talba lill-ewwel istituzzjoni .

2.  Jekk il-benefiċċji ta" mard fi flus kienu mogħtija, id-data ta" tmiem tal-perjodi ta" għoti ta" dawn il-benefiċċji, jekk jinqala" l-każ, tkun ikkunsidrata bħala d-data ta" bidu tat-talba għal pensjoni.

3.  Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament bażiku , l-istituzzjoni li magħha l-interessat kien irreġistrat l-aħħar tikkomunika lill-istituzzjoni li fil-bidu kienet qiegħda tagħti l-benefiċċji l-ammont u d-data tal-bidu tal-benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Minn din id-data, il-benefiċċji dovuti qabel l-aggravament ta" l-inkapaċità jiġu rtirati jew imnaqqsa sal-limitu tal-benefiċċju supplimentari msemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament bażiku .

B)  Bidu ta" talbiet oħrajn għal benefiċċji

4.  F'sitwazzjonijiet oħrajn li m'humiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1 , l-applikant għandu jindirizza talba lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza tiegħujew lill-istituzzjoni ta" l-aħħar Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu kienet tapplika . Jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, soġġetta għal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza, din l-istituzzjoni għandha tgħaddi t-talba lill-istituzzjoni ta' l-aħħar Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu kienet applikabbli. .

5.  Id-data tal-bidu tat-talba tgħodd fir-rigward ta" l-istituzzjonijiet kollha kkonċernati.

6.  B'deroga tal-paragrafu 5, jekk, fit-talba tiegħu, l-applikant ma indikax il-perjodi kollha ta" assigurazzjoni jew ta" residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri l-oħrajn anke jekk kien mitlub li jagħmel dan b'mod espliċitu, id-data ta" meta l-applikant jagħmel it-talba inizjali tiegħu jew jibda talba ġdida li għandha l-perjodi neqsin hija kkunsidrata bħala d-data ta" bidu tat-talba għall-istituzzjoni li tapplika l-leġiżlazzjoni inkawża, suġġetta għal miżuri aktar favorevoli ta" din il-leġiżlazzjoni.

Artikolu 46

Dokumenti u dettalji li jridu jakkumpanjaw it-talba mill-applikant

1.  It-talba għandha tinbeda mill-applikant skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) jew (4) tar-regolament implimentattiv , u trid tkun akkumpanjata mix-xhieda dokumentata rikjesti minn dik il-leġiżlazzjoni . B'mod partikulari, l -applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha li hija disponibbli kif ukoll id-dokumenti kollha dwar perjodi ta" assigurazzjoni (istituzzjonijiet, numri ta" identifikazzjoni), ta" impjieg (min iħaddem) jew ta" impjieg għal rasu (it-tip u l-post ta" l-attività) u ta" residenza (indirizzi) li setgħu kienu kkompletati skond leġiżlazzjoni oħra, kif ukoll it-tul ta" dawk il-perjodi.

2.  Jekk, b'konformità ma" l-Artikolu 50(1) tar-Regolament bażiku , l-applikant jitlob li jkun differit mill-ħlas ta" benefiċċji ta" xjuħija ▌skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru wieħed jew aktar , huwa għandu jiddikjara dak il-fatt fit-talba tiegħu u jispeċifika skond liema leġiżlazzjoni qiegħed jitlob ▌id-differiment . Sabiex l-applikant ikun jista' jeżerċita dan id-dritt, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom, fuq talba ta" l-applikant, jinnotifikawh bl-informazzjoni kollha disponibbli għalihom, sabiex ikun jista' jevalwa l-konsegwenzi ta' għoti konkorrenti jew suċċessivi ta' benefiċċji li jista' jitlob.

3 .  Jekk l-applikant jirtira talba għall-benefiċċji stipulata fil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru partikulari, dak l-irtirar m'għandux jitqies bħala rtirar konkorrenti ta' talbiet għall-benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni ta' Stati Membri oħra.

Artikolu 47

Investigazzjoni għal talbiet mill-istituzzjonijiet

A)  Istituzzjoni ta" investigazzjoni

1.  L-istituzzjoni li lilha t-talba għal benefiċċji għandha tkun imressqa jew mgħoddija mill-ġdid b'konformità mal-miżuri ta" l-Artikolu 45(1) jew (4) tar-regolament implimentattiv minn hawn "il quddiem għandha tissejjaħ "l-istituzzjoni ta"kuntatt ". L-istituzzjoni tal-post tar-residenza m'għandhiex tkun imsemmija bħala l-istituzzjoni ta' kuntatt jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, soġġetta għal-leġiżlazzjoni li tapplika dik l-istituzzjoni .

Barra li tinvestiga t-talba għall-benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni li tapplika, din l-istituzzjoni għandha, fil-kapaċità tagħha bħala istituzzjoni ta' kuntatt, tippromwovi l-iskambju ta' data, il-komunikazzjoni ta' deċiżjonijiet u operati meħtieġa għall-investigazzjoni tat-talba mill-istituzzjonijiet konċernati, tforni lill-applikant, fuq talba, b'kull informazzjoni rilevanti għall-aspetti Komunitarji ta' l-investigazzjoni u żżommu infurmat bil-progress tagħha.

B)  Investigazzjoni għal talbiet ta" benefiċċji fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku

2.  Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament bażiku , l-istituzzjoni ta" investigazzjoni tgħaddi l-data kollha ta" l-interessat lill-istituzzjoni li magħha dan kien irreġistrat qabel, li tipprepara l-fajl minn naħa tagħha.

3.  L-Artikoli 48 sa 52 m'humiex applikabbli għad-investigazzjoni għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku .

C)  Investigazzjoni għal talbiet oħrajn ta" benefiċċji

4.  Fis-sitwazzjonijiet ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2 , l-istituzzjoni ta' kuntatt għandha , mingħajr dewmien, tittrażmetti t-talbiet għall-benefiċċji u d-dokumenti kollha li hija għandha disponibbli u, fejn xieraq, id-dokumenti rilevanti ppreżentati mill-applikant lill-istituzzjonijiet kollha konċernati sabiex dawn ikunu kollha jistgħu jibdew l-investigazzjoni tat-talba fl-istess żmien L-istituzzjoni ta' kuntatt għandha tinnotifika lill-istituzzjonijiet l-oħra bil-perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza soġġetti għal-leġiżlazzjoni tagħha . Għandha tindika wkoll liema dokumenti għandhom ikunu ppreżentati aktar 'il quddiem u għandha tissupplimenta t-talba mill-aktar fis possibbli.

5.  Kull waħda mill-istituzzjonijiet ▌konċernati għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta" ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħra konċernati, kemm jista' jkun malajr, bil-perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza ▌ soġġetti għal-leġiżlazzjoni tagħhom .

6.  Kull waħda mill-istituzzjonijiet konċernati għandha tikkalkula l-ammont tal-benefiċċji b'konformità ma" l-Artikolu 52 tar-Regolament bażiku u għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta" ta" kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħra konċernati bid-deċiżjoni tagħha, dwar l-ammont ta' benefiċċji u b'kull informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' l-Artikoli 53 sa 55 tar-Regolament bażiku .

7.  Jekk istituzzjoni tistabbilixxi , fuq il-bażi tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 4 u 5 , li ta" l-Artikolu 46(2), jew ta" l-Artikolu 57(2) jew (3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli , għandha tinforma lill-istituzzjoni ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħra konċernati ..

Artikolu 48

Komunikazzjoni ta" deċiżjonijiet lill-applikant

1.  Kull istituzzjoni għandha tinnotifika lill-applikant, bid-deċiżjoni li ħadet skond il-leġiżlazzjoni applikabbli . Kull deċiżjoni għandha tispeċifika r-rimedji u l-perjodi permessi għall-appelli . Ladarba l-istituzzjoni ta' kuntatt tkun ġiet notifikata bid-deċiżjonijiet kollha meħudin minn kull istituzzjoni , għandha tibgħat sommarju ta' dawn id-deċiżjonijiet lill-applikant u lill-istituzzjonijiet l-oħra konċernati . Il-mudell tas-sommarju għandu jitfassal mill-Kummissjoni Amministrattiva. Is-sommarju għandu jintbagħat lill-applikant, fil-lingwa ta' l-istituzzjoni jew, fuq talba ta" l-applikant, fil-lingwa li jagħżel hu, rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji skond l-Artikolu 290 tat-Trattat .

2.  Jekk wara li jkun irċieva s-sommarju, l-applikant jidhirlu li d-drittijiet tiegħu setgħu kienu affettwati ħażin mill-interazzjoni ta" deċiżjonijiet meħuda minn żewġ istituzzjonijiet jew aktar, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet konċernati fil-limiti ta" żmien stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva. Il-limiti ta" żmien għandhom jibdew mid-data ta" meta l-applikant irċieva s-sommarju. L-applikant għandu jkun innotifikat bil-miktub dwar ir-riżultat tar-reviżjoni.

Artikolu 49

Determinazzjoni tal-grad ta" diżabbiltà

1.  Fil-każ fejn il-miżuri ta" l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku ikunu applikabbli, l-istituzzjoni ta" investigazzjoni hija awtorizzata biss li tieħu d-deċiżjoni dwar l-istat ta" diżabbiltà ta" l-applikant. Hija tieħu din id-deċiżjoni minn meta hija f'pożizzjoni li tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet ta" l-għoti tad-dritt stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika humiex issodisdata, waqt li jiġu kkunsidrati, jekk jinqala" l-każ, il-miżuri ta" l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku Hija tinnotifika mingħajr dewmien b'din id-deċiżjoni lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża.

Jekk il-kundizzjonijiet ta" għoti tad-dritt, ħlief dawk relatati ma" l-istat ta" diżabbiltà, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, ma jkunux sodisdata, waqt li jiġu kkunsidrati l-miżuri ta" l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku , l-istituzzjoni ta" investigazzjoni tavża b'dan immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li għal leġiżlazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett l-aħħar. Din l-istituzzjoni ta" l-aħħar hija awtorizzata li tieħu d-deċiżjoni relatata ma" l-istat ta" diżabbiltà ta" l-applikant jekk il-kundizzjonijiet ta" għoti tad-dritt stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika huma sodisdata; hija tinnotifika mingħajr dewmien b'din id-deċiżjoni lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża.

2.  Fid-determinazzjoni ta'l-eliġibilita', fejn hu xieraq, wieħed għandu jmur lura, permezz ta' l-istess proċedura, għall-għoti tad-dritt, sa l-istituzzjoni kompetenti fil-qasam ta" diżabbiltà ta" l-Istat Membru għal-leġiżlazzjoni ta" liema l-applikant kien suġġett l-ewwel.

3 .  Fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku m'humiex applikabbli, biex jiġi determinat il-grad ta" diżabbiltà, kull istituzzjoni skond il-leġiżlazzjoni tagħha, għandu jkollha d-dritt li l-applikant ikun eżaminat minn tabib jew espert ieħor ta" l-għażla tagħha. Madankollu, l-istituzzjoni ta" Stat Membru għandha tikkunsidra d-dokumenti, ir-rapporti mediċi u l-informazzjoni amministrattiva miġbura mill-istituzzjoni ta" kull Stat membru ieħor daqs li kieku tfasslu fl-Istat Membru tagħha stess.

Artikolu 50

Pagamenti proviżorji u ħlas bil-quddiem fuq benefiċċji

1.  Minkejja l-Artikolu 7 ta" dan ir-Regolament, kull istituzzjoni li tiddikjara, matul id-investigazzjoni ta" talba għal benefiċċji, li l-applikant għandu dritt għal benefiċċju supplimentari taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, b'konformità ma" l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament bażiku , tħallas immedjatament dan il-benefiċċju. Dan il-pagament huwa kkunsidrat bħala proviżorju jekk l-ammont mogħti jista" jkun affettwat mir-riżultat tal-proċedura ta" investigazzjoni tat-talba.

2.  Jekk l-ebda benefiċċju b'mod proviżorju ma jista" jitħallas lill-applikant skond il-paragrafu 1 iżda jirriżulta minn informazzjoni riċevuta li dritt huwa mogħti taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku , l-istituzzjoni ta" investigazzjoni tagħtih ħlas bil-quddiem li jista" jittieħed lura li l-ammont tiegħu huwa l-eqreb possibbli għal dak li x'aktarx ikun mogħti fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku .

3.  Kull istituzzjoni marbuta li tħallas benefiċċji jew il-ħlas bil-quddiem proviżorji skond il-paragrafi 1 jew 2 għandha tinforma b'dan lill-applikant mingħajr dewmien billi tiġbidlu l-attenzjoni b'mod espliċitu għan-natura proviżorja tal-miżura meħuda u għal kull dritt ta' appell skond il-leġiżlazzjoni tagħha .

Artikolu 51

Kalkolu ġdid tal-benefiċċji

1.  F'każ ta" kalkolu ġdid tal-benefiċċji fl-applikazzjoni ta" l-Artikoli 48(3) u (4), 50(4), u 59(1) tar-Regolament bażiku , l-Artikolu 50 ta" dan ir-Regolament huwa applikabbli mutatis mutandis.

2.  F'każ ta" kalkolu ġdid, ta" rtirar jew ta" sospensjoni tal-benefiċċju, l-istituzzjoni li ħadet din id-deċiżjoni tinnotifikaha mingħajr dewmien lill-interessat skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 3(4) sa (7) tar-regolament implimentattiv , u tinforma kull waħda mill-istituzzjonijiet fir-rigward ta" liema l-interessat għandu dritt.

Artikolu 52

Miżuri maħsuba biex iħaffu l-proċess ta' kalkolu tal-pensjoni

1.  Sabiex tkun iffaċilitata u aċċellerata l-investigazzjoni ta' talbiet u l-ħlas tal-benefiċċji, l-istituzzjonijiet li għal-leġiżlazzjoni tagħhom persuna kienet soġġetta, għandhom:

   a) jagħmlu disponibbli għall-istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħra, jew jaqsmu magħhom, l-elementi biex jiġu identifikati persuni li jibdlu minn leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal oħra u flimkien jiżguraw li dawk l-elementi ta' identifikazzjoni jinżammu u jikkorrispondu jew, fin-nuqqas ta' dak, jipprovdu lil dawk il-persuni bil-mezzi għal aċċess għall-elementi ta' identifikazzjoni tagħhom direttament;
   b) fi żmien suffiċjenti qabel l-età minima biex jibdew id-drittijiet tal-pensjoni jew qabel età li għandha tiġi determinata mill-istituzzjonijiet li għal-leġiżlazzjoni tagħhom persuna kienet soġġetta, jagħmlu disponibbli għall-persuna konċernata u għall-istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħra, jew jaqsmu magħhom, informazzjoni (perjodi kompletati jew elementi importanti oħra) dwar id-drittijiet tal-pensjoni ta' persuni li bidlu minn leġiżlazzjoni applikabbli għal oħra jew, fin-nuqqas ta' dak, jinfurmaw lil dawk il-persuni dwar, jew jipprovdulhom, il-mezzi biex jiffamiljarizzaw ruħhom mad-drittijiet prospettivi tagħhom għal benefiċċji.

2.  Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiddetermina l-elementi ta' informazzjoni li għandhom jiġu skambjati jew li għandhom ikunu disponibbli u għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi xierqa, filwaqt li tqis il-karatteristiċi, l-organizzazzjoni amministrattiva u teknika tagħhom, u l-mezzi teknoloġiċi għad-dispożizzjoni ta" skemi tal-pensjoni nazzjonali . Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta" dawk l-iskemi tal-pensjoni billi torganizza segwitu għal miżuri li ttieħdu u għall-applikazzjoni tagħhom .

3.  Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru fejn persuna tingħata Numru ta' Identifikazzjoni Personali (PIN) għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali, għandha tingħata l-informazzjoni msemmija hawn fuq.

Artikolu 53

Miżuri ta" koordinazzjoni fi Stat Membru

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 51 tar-Regolament bażiku, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha regoli biex tiddetermina l-istituzzjoni responsabbli jew l-iskema applikabbli jew biex jintgħażlu perjodi ta' assigurazzjoni għal skema speċifika , dawk ir-regoli għandhom ikunu applikati, filwaqt li jitqiesu biss il-perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati skond il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru konċernat .

2.  Jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha regoli ta" koordinazzjoni bejn l-iskemi speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili u l-iskema ġenerali tal-ħaddiema bil-paga, dawn ir-regoli ma jintlaqtux mill-miżuri tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv .

Kapitolu V

Benefiċċji ta" qgħad

Artikolu 54

Aggregazzjoni ta' perjodi u kalkolu tal-benefiċċji

1.  L-Artikolu 12(1) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis għall-Artikolu 61 tar-Regolament bażiku. Bla ħsara għall-obbligi sottostanti ta' l-istituzzjonijiet involuti, il-persuna konċernata tista' tippreżenta lill-istituzzjoni kompetenti dokument maħruġ mill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu kienet soġġetta fir-rigward ta' l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fejn huma speċifikati l-perjodi kkompletati skond dik il-leġiżlazzjoni.

2 .  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 62(3) tar-Regolament bażiku , l-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata hija suġġetta matul l-aħħar attività tagħha bil-paga jew self-employed tikkomunika lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza u fuq it-talba ta" din l-elementi kollha meħtieġa għal kalkolu tal-benefiċċji ta" qgħad, notevolment l-ammont tas-salarju jew tad-dħul professjonali rċevut.

3.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 62 tar-Regolament bażiku u minkejja l-Artikolu 63 ta' dak ir-Regolament, l-istituzzjoni kompetenti ta" Stat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji jvarja skond in-numru tal-membri tal-familja tikkunsidra ugwalment membri tal-familja ta" l-interessat li joqogħdu fi Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu joqogħdu fl-Istat Membru kompetenti. Din il-miżura ma tapplikax jekk, fl-Istat Membru ta" residenza ta" membri tal-familja, persuna oħra għandha dritt għal benefiċċji ta" qgħad għall-kalkolu ta" liema dawn il-membri tal-familja jiġu kkunsidrati.

Artikolu 55

Kundizzjonijiet u limiti taż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji għal persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor

1.  Sabiex tibbenefika mill-miżuri ta" l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku , il-persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor tinforma lill-istituzzjoni kompetenti qabel it-tluq tagħha u titlobha dokument li jiċċertifika li hija jibqa" jkollha d-dritt għall-benefiċċji bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku .

Din l-istituzzjoni tinformaha bl-obbligi tagħha li huma r-responsabbiltà tagħha u tgħaddilha d-dokument imsemmi li jinkludi notevolment:

   a) id-data li fiha l-persuna qiegħda waqfet li tkun għad-dispożizzjoni tas-servizzi tax-xogħol ta" l-Istat kompetenti;
   b) it-tul ta" żmien mogħti b'konformità ma" l-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku għar-reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret;
   c) il-perjodu massimu li matulu d-dritt għall-benefiċċji jista" jinżamm b'konformità ma" l-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament bażiku ;
   d) il-data li jistgħu jbiddlu d-dritt għall-benefiċċji.

2.  Il-persuna qiegħda tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi tax-xogħol ta" l-Istat Membru fejn hija tmur b'konformità mal-miżuri ta" l-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku u tgħaddi lill-istituzzjoni ta" dan l-Istat Membru d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1. Fin-nuqqas ta" dan, l-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret tindirizza lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.

3.  Is-servizzi tax-xogħol ta" l-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret biex tfittex impjieg tinforma lill-persuna qiegħda bl-obbligi tagħha.

4.  L-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret għandha tibgħat dokument immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti li fih id-data ta" reġistrazzjoni tal-persuna qiegħda mas-servizzi tax-xogħol u l-indirizz ġdid tagħha.

Jekk , matul il-perjodu li fih il-persuna qiegħda għandha d-dritt għaż-żamma tal-benefiċċji, isseħħ kwalunkwe ċirkostanza li x'aktarx li taffettwa d-dritt għall-benefiċċji, l-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret għandha tgħaddi minnufih lill-istituzzjoni kompetenti u lill-persuna konċernata dokument li fih l-informazzjoni rilevanti.

Fuq talba ta' l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni fil-post fejn tkun marret il-persuna qiegħda għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kull xahar dwar il-progress tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda notevolment jekk din hix dejjem irreġistrata mas-servizzi tax-xogħol u jekk hix qed timxi b'konformità mal-proċeduri organizzati ta" kontroll.

5.  L-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret tipproċedi jew tqabbad il-proċediment għall-kontroll daqs li kieku din kienet persuna qiegħda li tibbenefika minn benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Hija tinforma immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti bis-seħħ b'dak kollu msemmi f'paragrafu 1(d).

6.  L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta" żewġ jew bosta Stati Membri jistgħu jiddefinixxu bejniethom ġabra ta" miżuri maħsuba biex jiffavorixxu t-tfittxija għal xogħol tal-persuni qiegħda li jmorru f'wieħed minn dawn l-Istati Membri skond l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku .

Artikolu 56

Persuna qiegħda li kienet toqgħod fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti

1.  Meta l-persuna qiegħda tiddeċiedi, b'konformità ma" l-Artikolu 65(2) tar-Regolament bażiku , li tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol kemm fl-Istat Membru ta" residenza u fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività bil-paga jew self-employed tagħha, hija tinforma b'dan qabel kollox lill-istituzzjoni u s-servizzi tax-xogħol tal-post ta" residenza tagħha.

Fuq it-talba tas-servizzi tax-xogħol ta" l-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività bil-paga jew self-employed tagħha, is-servizzi tax-xogħol tal-post ta" residenza jgħaddu l-informazzjoni rilevanti dwar ir-reġistrazzjoni u t-tfittxija għal impjieg mill-persuna qiegħda.

2.  Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Istati Membri kkonċernati teħtieġ it-twettiq ta" ċerti obbligi u/jew attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg mill-persuna qiegħda, l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg li jridu jsiru mill-persuna qiegħda fl-Istat Membru ta" residenza għandu jkollhom prijorità .

Il-fatt li l-persuna qiegħda ma twettaqx l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg kollha fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività tagħha, m'għandux jaffettwa l-benefiċċji mogħtija fl-Istat Membru ta' residenza.

3.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 65(5)(b) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu l-ħaddiem kien suġġett l-aħħar tindika lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, fuq it-talba ta" din, jekk il-ħaddiem għandux dritt għall-benefiċċji skond l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku .

Kapitolu VI

Benefiċċji tal-familja

Artikolu 57

Regoli ta" prijorità f'każ ta" akkumulazzjoni

Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni l-Artikolu 68(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament bażiku , meta r-residenza tat-tfal ma tippermettix li tiġi determinata l-ordni ta" prijorità, kull Stat Membru kkonċernat għandu jikkalkula l-ammont tal-benefiċċji li jinkludi dawk tat-tfal li ma joqogħdux fuq it-territorju tiegħu. Meta jiġi applikat l-Artikolu 68(1)(b)(i), l-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tispeċifika l-ammont l-aktar għoli ta" benefiċċji għandha tagħti s-somma sħiħa ta" dan l-ammont. L-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru l-ieħor għandha troddilha lura nofs l-ammont imsemmi, fil-limitu ta" l-ammont speċifikat mil-leġiżlazzjoni ta" dan l-Istat Membru ta" l-aħħar.

Artikolu 58

Regoli applikabbli meta jinbidlu l-leġiżlazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji tal-familja

1.  1 Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji tal-familja jinbidlu bejn Stati Membri matul xahar kalendarju, ikunu xi jkunu d-dati ta" tmiem għall-ħlas tal-benefiċċji tal-familja speċifikati mil-leġiżlazzjoni ta" dawn l-Istati Membri, l-istituzzjoni li ħallset dawn il-benefiċċji tal-familja fl-applikazzjoni tal- leġiżlazzjoni skond liema l-benefiċċji ngħataw fil-bidu ta" dan ix-xahar għandha tibqa" terfa" din ir-responsabbiltà sa l-aħħar tax-xahar kurrenti.

2.  2 Hija għandha tinforma lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru l-ieħor jew ta" l-Istati Membri l-oħra konċernati bid-data ta" tmiem li fiha hija tieqaf milli tħallas il-benefiċċji tal-familja konċernati . Il-ħlas tal-benefiċċji mill-Istat Membru l-ieħor għandu jidħol fis-seħħ minn dik id-data.

Artikolu 59

Proċedura għall-applikazzjoni ta" l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku

1.  It-talba għal għoti ta" benefiċċji tal-familja għandha ssir ▌lill-istituzzjoni kompetenti . Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku, is-sitwazzjoni tal-familja kollha għandha titqies jekk il-persuni kollha involuti kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat u residenti hemmhekk, partikolarment fir-rigward tad-dritt ta" persuna li titlob benefiċċji bħal dawn. Meta ġenitur li għandu d-dritt jagħmel talba għall-benefiċċji ma jeżerċitax id-dritt tiegħu, applikazzjoni għall-benefiċċji tal-familja ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna meqjusa bħala ġenitur, jew mill-persuna jew istituzzjoni li taġixxi bħala t-tutur tal-wild jew tat-tfal, għandha titqies mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli.

2.  L-istituzzjoni li lilha tiġi ppreżentata applikazzjoni skond i l-paragrafu 1 teżamina t-talba fuq il-bażi ta" l-informazzjoni dettaljata pprovduta minn min qiegħed jagħmel it-talba u, kull darba li jkun hemm bżonn, waqt li jkunu kkunsidrati l-elementi kollha ta" fatt u ta" dritt li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tal-familja ta" min qiegħed jagħmel it-talba.

Jekk dik l-istituzzjoni tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni tagħha hija applikabbli bi dritt ta' preċedenza skond il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 68 tar-Regolament bażiku, għandha tipprovdi l-benefiċċji tal-familja skond il-leġiżlazzjoni li tapplika.

Jekk dik l-istituzzjoni jidhrilha li jista" jkun hemm dritt għal supplement għad-differenza bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 68(2) tar-Regolament bażiku, dik l-istess istituzzjoni għandha tgħaddi l-applikazzjoni, mingħajr dewmien, lill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor u tinforma lill-persuna konċernata; barra minn hekk, għandha tinforma lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni u dwar l-ammont ta' benefiċċji tal-familja li tħallas.

3.  Meta l-istituzzjoni li ssirilha l-applikazzjoni tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni tagħha hija applikabbli, iżda mhux bi dritt ta' preċedenza skond l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, għandha tieħu deċiżjoni proviżorja, mingħajr dewmien, fuq ir-regoli ta" prijorità li għandhom jiġu applikati u għandha tibgħad l-applikazzjoni skondl-Artikolu 68(3) lill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru l-ieħor u tinforma wkoll lill-applikant b'dan. Dik l-istituzzjoni għandu jkollha xahrejn biex tieħu pożizzjoni dwar id-deċiżjoni proviżorja li ttieħdet .

Jekk l-istituzzjoni li lilha ntbagħtet l-applikazzjoni ma tiħux pożizzjoni fi żmien il-perjodu msemmi hawn fuq, għandha tapplika d-deċiżjoni proviżorja msemmija hawn fuq u din l-istituzzjoni għandha tħallas il-benefiċċji stipulati fil-leġiżlazzjoni tagħha u tinforma lill-istituzzjoni li għaddiet l-applikazzjoni bl-ammont tal-benefiċċji mħallsin .

4.  Meta jkun hemm differenza fl-opinjoni bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati dwar liema leġiżlazzjoni hija applikabbli bi dritt ta' preċedenza, għandhu japplika l-Artikolu 6 (2)-(5) tar-Regolament implimentattiv. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni tal-post ta" residenza msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tkun l-istituzzjoni tal-post ta" residenza tal-wild jew tat-tfal .

5.  L-istituzzjoni li ║tat il -benefiċċji b'mod proviżorju għal ammont li jaqbeż dak li hija fl-aħħar nett responsabbli għalih tibgħat lill-istituzzjoni prijoritarja għall-irkupru tal-ħlas żejjed skond il-proċedura speċifikata mill-Artikolu 71.

Artikolu 60

Proċedura għall-applikazzjoni ta" l-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku

Għall-applikazzjoni ta" l-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku , il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista tal-benefiċċji addizzjonali jew speċjali tal-familja għall-orfni koperti b'dak l-Artikolu. Jekk m'hemmx dispożizzjoni biex jekk l-istituzzjoni kompetenti tagħti, bi dritt ta" preċedenza, tali benefiċċji addizzjonali jew speċjali tal-familja għall-orfni skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li tapplika, tgħaddi mingħajr dewmien kull talba għal benefiċċji tal-familja, flimkien mad-dokumenti kollha u t-tagħrif meħtieġ lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kienet l-aktar suġġetta, għall-itwal perjodu ta' żmien u li tipprovdi tali benefiċċji addizzjonali jew speċjali tal-familja għall-orfni . Jista" jkun li tmur lura, jekk jingħata l-każ, fl-istess kundizzjonijiet, sa l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-interessat wettaq l-iqsar perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza tiegħu.

Titolu IV

Miżuri finanzjarji

Kapitolu I

Rimborż tal-benefiċċji fl-applikazzjoni ta" l-Artikoli 35(1) u 41 tar-Regolament bażiku

Sezzjoni 1

Rimborż tal-benefiċċji fuq il-bażi ta" l-ispejjeż attwali

Artikolu 61

Prinċipji

1.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 35(1) u 41 tar-Regolamentbażiku , l-ammont attwali tal-benefiċċji in natura, kif jirriżulta mill-kontabilità ta" l-istituzzjoni li tagħthom, għandu jiġi rrimburżat lil dik l-istituzzjoni mill-istituzzjoni kompetenti li tathom, , ħlief fejn japplika l-Artikolu 62 tar-Regolament implimentattiv .

2 .  Jekk parti minn jew l-ammont attwali kollu tal-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jirriżultax mill-kontabilità ta" l-istituzzjoni li tathom, l-ammont li jrid jiġi rrimburżat huwa determinat fuq il-bażi ta" rata fissa stabbilita mir-referenzi adattati kollha maħruġa mill-data disponibbli. Il-kummissjoni amministrattiva tevalwa l-bażijiet li ġew użati għal kalkolu tar-rati ffissati u tistabbilixxi l-ammont.

3 .  Rati aktar għolja minn dawk li huma applikabbli għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali mogħtija lill-persuni assigurati oġġetti għal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni li tat il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu kkunsidrati għar-rimborż.

Sezzjoni 2

Rimborż tal-benefiċċji fuq il-bażi ta" rati fissi

Artikolu 62

Identifikazzjoni ta" l-Istati Membri kkonċernati

1.  L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament bażiku , li tagħhom l-istrutturi ġuridiċi jew amministrattivi jagħmlu r-rimborż inadegwat fuq il-bażi ta" spejjeż reali, huma msemmija fl-Anness III ta" dan ir-Regolament.

2.  Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness III ta" dan ir-Regolament, l-ammont tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali mogħtija lill-membri tal-familja li ma joqogħdux fl-istess Stat Membru tal-persuna assigurata skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku , u lill-pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom skond l-Artikoli 22, 24(1), 25 u 26 tar-Regolament (bażiku huwa rrimburżat mill-istituzzjonijiet kompetenti lill-istituzzjonijiet li taw il-benefiċċji msemmija, fuq il-bażi ta" rata fissa stabbilita għal kull sena kalendarja. L-ammont ta" din ir-rata fissa jrid ikun qrib kemm jista" jkun għall-ispejjeż attwali.

Artikolu 63

Metodu ta" kalkolu ta' l-ammonti fissi ta' kull xahar u ta" l-ammont fiss totali

1.  Għal kull Stat Membru kreditur , l-ammont fiss ta' kull xahar għal kull persuna (F i ) għal sena kalendarja għandu jkun stabbilit billi tiġi diviża l-ispiża annwali medja għal kull persuna (Y i ), skond il-klassifikazzjonijiet differenti ta" età (i), bi 12 u billi jiġi applikat tnaqqis (X) għar-riżultat skond il-formola li ġejja:

F i = Y i *1/12*(1-X)

Fejn ║:

   - L-indiċi ▌i (il-valuri i = 1, 2 u 3) jirrappreżenta t-tliet klassifikazzjonijiet ta" età miżmuma għall-kalkolu ta" l-ammonti fissi :
i = 1 : persuni ta" taħt l-20 sena
i = 2 : persuni ta" bejn l-20 u l-64 sena
i = 3 : persuni minn 65 sena u aktar.

-  Yi jirrappreżenta l-ispiża medja annwali tal-persuni tal-klassifikazzjoni ta" età i, bħalma hija ddefinita fil-paragrafu 2.

   - il-ko-effiċjent X (0,20 jew 0,15) jirrappreżenta t-tnaqqis kif iddefinit fil-paragrafu3 .

2.  L-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi) fil-klassifikazzjoni ta" età i tinkiseb billi jiġu diviżi l-ispejjeż annwali relatati mat-total tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali mogħtija mill-istituzzjonijiet ta" l-Istat Membru kreditur lill-persuni kollha tal-klassifikazzjoni ta" età kkonċernata suġġetti għal-leġiżlazzjoni tiegħu u li joqogħdu fuq it-territorju tiegħu bin-numru medju annwali ta" persuni konċernati ta" din il-klassifikazzjoni ta" età fis-sena kalendarja konċernata . Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa skond l-iskemi msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament implimentattiv .

3 .  It-tnaqqis li jrid jiġi applikat għar-rata fissa ta" kull xahar, bħala prinċipju, għandu jkun ugwali għal 20% (X = 0,20). Għandu jkun ugwali għal 15% (X=0,15) għall-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom, meta l-Istat Membru kompetenti ma jkunx elenkat fl-Anness IV tar-Regolament bażiku.

4 .  Għal kull Stat Membru debitur, l-ammont fiss totali għal sena kalendarja għandu jkun is-somma tal-prodotti miksubin billi jiġu mmultiplikati, f'kull grupp ta' età i, l-ammonti determinati u fissi ta' kull xahar għal kull persuna bin-numru ta' xhur ikkompletati mill-persuni kkonċernati fl-Istat Membru kreditur f'dak il-grupp ta' età .

In-numru ta" ta' xhur ikkompletati mill-persuni konċernati fl-Istat Membru kreditur għandu jkun is-somma tax-xhur kalendarji f'sena kalendarja li matulhom il-persuni konċernati kienu, minħabba fir-residenza tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru kreditur, eliġibbli biex jirċievu benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali f'dak it-territorju li jitħallsu mill-Istat Membru debitur. Dawk ix-xhur għandhom ikunu determinati minn inventarju miżmum għal dan il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, fuq il-bażi tax-xhieda dokumentata tad-drittijiet ta" l-interessati pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti.

5 .   Mhux iktar tard minn ...(7) , il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u b'mod partikulari dwar it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni Amministrattiva tista' tippreżenta proposta li jkun fiha kwalunkwe emenda li tista' tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu ta' ammonti fissi jiġi l-iktar qrib possibbli għall-infiq attwali magħmul u li t-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 ma jirriżultax fi ħlasijiet żbilanċjati jew pagamenti doppji għall-Istati Membri.

6 .  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiffissa l-metodi u l-modalitajiet ta" determinazzjoni ta" l-elementi ta" kalkolu ta" l-ammonti fissi msemmija fil-paragrafi preċedenti.

7.  Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-kalkolu ta" l-ammont fiss sa ...(8) , sakemm ikun applikat it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 .

Artikolu 64

Notifika ta" l-ispejjeż medji annwali

L-ammont ta" l-ispiża medja annwali għal kull persuna f'kull klassifikazzjoni ta" età relatata ma" sena determinata għandha tiġi notifikata lill-Bord tal-Kontabilità sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena li tiġi wara s-sena konċernata . F'nuqqas ta" notifikaqabel ma jagħlaq iż-żmien , jinżamm l-ammont ta" l-ispiża medja annwali għal kull persuna li l-Kummissjoni Amministrattiva tkun stabbiliet l-aħħar għal sena preċedenti.

L-ispejjeż medji annwali jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Sezzjoni 3

Miżuri komuni

Artikolu 65

Proċedura ta" rimborż bejn l-istituzzjonijiet

1.  Ir-rimborż bejn l-Istati Membri konċernati għandu jsir malajr kemm jista' jkun. Kull istituzzjoni konċernata għandha tkun obbligata li tirrimborża t-talbiet qabel l-iskadenzi msemmija f'dan l-Artikolu, malli tkun f'pożizzjoni li tagħmel dan. Tilwima dwar talba partikulari m'għandhiex ixxekkel ir-rimborż ta" talba oħra jew ta" talbiet oħra.

2.  Ir-rimborżi speċifikati mill-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku bejn l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri għandhom isiru permezz ta" ║ l-entità ta" kuntatt. Jista' jkun hemm entità ta' kuntatt separata għar-rimborżi skond l-Artikolu 35 u 41 tar-Regolament bażiku .

Artikolu 66

Perjodi ta" bidu u ta" pagament ta" djun

1.  Id-djun stabbiliti nefqa reali għandhom jitressqu lill-entità ta' kuntatt ta' l-Istat Membru debitur sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar mit-tmiem ta" nofs is-sena kalendarja li matulha dawk id-djun ġew reġistrati fil-kontijiet ta' l-istituzzjoni kreditriċi .

2.  Klejms għal ammonti fissi għal sena kalendarja jridu jiġu ppreżentati lill-entità ta" kuntatt ta" l-Istat Membru debitur fis-sitt xhur ta" wara x-xahar li matulu l-ispejjeż medji għas-sena kkonċernata jkunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea. L-inventarji msemmija fl-Artikolu 63(4) tar-Regolament implimentattiv għandhom jiġu ppreżentati sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza.

3.  Id-djun imdaħħla wara l-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jiġux ikkunsidrati.

4.  Il-klejms għandhom jitħallsu lill-entità ta" kuntatt ta' l-Istat Membru kreditur imsemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament implimentattiv mill-istituzzjoni debitriċi qabel it-tmiem tax-xahar li matulu jkunu ġew ippreżentati lill-entità ta" kuntatt ta" l-Istat Membru debitur. Dan ma japplikax għall-klejms li .l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni rilevanti qabel it-tmiem ta" dak il-perjodu

5.  Kull tilwima dwar klejmgħandha tkun risolta sa mhux aktar tard minn sena wara x-xahar li fih iddaħħal id-dejn.

6 .  Il-Bord ta' Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f'każijiet fejn ma tistax tinstab soluzzjoni fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 u, fuq talba motivata minn waħda mill-partijiet, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar tilwima fi żmien sitt xhur mix-x-xahar li fih il-kwistjoni ġiet referuta lilu.

Artikolu 67

Interessi fuq ħlasijiet li jsiru tard u ħlasijiet parzjali

1.  Sa mit-tmiem tal-perjodu ta" sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 66(4), tar-Regolamentimplimentattiv , imgħax jista' jiġi mpost mill-istituzzjoni tal-kreditur għal klejms mhux imħallsa sakemm l-istituzzjoni tad-debitur ma tagħmilx, fi żmien sitt xhur mit-tmiem tax-xahar li matulu tkun saret il-klejm, ħlas parzjali ta' mill-inqas 90% tal-klejm totali li tkun saret skond l-Artikolu 66 (1) u (2) tar-Regolament implimentattiv . Għal dawk il-partijiet tal-keljm mhux koperti mill-ħlas parzjali, l-interess jista' jiġi mpost biss . mit-tmiem tal-perjodu ta" sena msemmi fl-Artikolu 66(5) tar-Regolament implimentattiv

2.  Dawn l-interessi għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar-rata ta" referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta" finanzjament mill-ġdid . Ir-rata ta" referenza applikabbli għandha tkun dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-pagament ikun dovut .

3.  L-ebda entità ta' kuntatt m'għandu jkun obbligat jaċċetta ħlas parzjali skond il-paragrafu 1. Madankollu, jekk entità ta" kuntatt tiċħad tali offerta, l-istituzzjoni tal-kreditur m'għandhiex tkun aktar intitolata li tapplika interess dwar ħlas li jsir tard marbut mat-talbiet konċernati lil hinn minn dak li huwa stabbilit fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1.

Artikolu 68

Ħlas ta" kontijiet annwali

1.  Il-kummissjoni amministrattiva tistabbilixxi s-sitwazzjoni tad-djun għal kull sena kalendarja, b'konformità ma" l-Artikolu 72,(g) tar-Regolamentbażiku , fuq ir-rapport tal-kummissjoni tal-kontabilità. Għal dan il-għan, l-organi ta" kuntatt jinnotifikaw lill-kummissjoni tal-kontabilità, fil-perjodi u skond il-modalitajiet stabbiliti minnha, bl-ammont tad-djun imdaħħla, irregolati jew ikkuntestati (il-pożizzjoni ta" kreditur) min-naħa waħda, u bl-ammont tad-djun irċevuti, irregolati jew ikkuntestati (il-pożizzjoni ta" debitur) min-naħa l-oħra.

2.  Il-kummissjoni amministrattiva tista" tmexxi għal proċediment għal kull verifika utli għall-kontroll tal-data statistiċi u kontabili li jservu biex jistabbilixxu s-sitwazzjoni annwali tad-djun speċifikata fil-paragrafu 1, notevolment biex tiżgura ruħha bil-konformità ta" dawn il-data mar-regoli ffissati f'dan it-Titolu.

Kapitolu II

Rimborż tal-benefiċċji ta" qgħad fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 65 tar-Regolament bażiku

Artikolu 69

Rimborż tal-benefiċċji ta" qgħad

Fin-nuqqas ta" ftehim imsemmi fl-Artikolu 65(8) tar-Regolament bażiku , l-istituzzjoni tal-post ta" residenza tindirizza lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-benefiċjarju kien suġġett l-aħħar it-talba ta" rimborż ta" benefiċċji ta" qgħad skond l-Artikolu 65(6) u (7), tar-Regolament bażiku . It-talba għandha ssir fi żmien sitt xhur minn tmiem in-nofs sena kalendarja li matulha jkun sar l-aħħar tal-benefiċċji ta" qgħad li tagħhom qed jintalab ir-rimborż. It-talba tindika l-ammont tal-benefiċċji mogħtija matul il-perjodi ta" tliet jew ħames xhur imsemmija fl-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament bażiku , il-perjodu għal liema dawn il-benefiċċji ġew mogħtija u d-dettalji ta" identifikazzjoni tal-persuna qiegħda. Il-klejms għandhom jiddaħħlu u jitħallsu permezz ta" l-entitajiet ta' kuntatt ta' l-Istati Membri konċernati.

Talbiet imressqa wara l-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu preċedenti jistgħu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 65(1) u ta" l-Artikolu 66(4) sa (6) tar-Regolament implimentattiv huma applikabbli mutatis mutandis.

Sa mit-tmiem tal-perjodu ta" sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni kreditriċi tista' timponi l-interessi fuq klejms pendenti. Dan l-imgħax għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 67(2) tar-Regolament implimentattiv .

L-ammont massimu tar-rimborż imsemmi fit-tielet sentenza ta' l-Artikolu 65(6) tar-Regolament bażiku f'kull każ individwali huwa l-ammont tal-benefiċċju li tkun intitolata għalih il-persuna konċernata skond il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li kienet soġġetta l-aħħar għaliha jekk kienet irreġistrata mas-servizzi ta' l-impjiegi ta' dak l-Istat Membru. Madankollu, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri elenkati fl-Anness XY, l-istituzzjonijiet kompetenti ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri li l-persuna konċernata kienet l-aħħar soġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu, għandhom jiddeterminaw l-ammont massimu f'kull każ individwali skond l-ammont medju ta' benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati u li huwa stipulat fil-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru fis-sena kalendarja preċedenti.

Kapitolu III

Ripetizzjoni ta" benefiċċji mħallsa żejda, irkupru tal-pagamenti proviżorji, kumpens, għajnuna fil-qasam ta" rkupru.

Sezzjoni 1

Prinċipji

Artikolu 70

1.  Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 84 tar-Regolament bażiku u fil-qafas li huwa jiddefinixxi, kull darba li huwa possibbli, l-irkupru tad-djun isir bi prijorità permezz tal-kumpens kemm bejn l-istituzzjonijiet bi kreditu, minn issa "l quddiem imsejħa "l-entitajiet applikanti", u l-istituzzjonijiet bid-dejn, minn issa "l quddiem imsejħa "l-entitajiet rikjesti", kemm fir-rigward tal-persuna assigurata b'konformità ma" l-Artikoli 71 u 72 ta" r-Regolament implimentattiv

Meta parti jew id-dejn kollu ma jkunx jista" jiġi rkuprat permezz tal-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ammonti li jibqgħu dovuti mill-benefiċjarju jiġu rkuprati skond l-Artikoli 73 sa 82 ta" r-Regolament implimentattiv .

2.  L-entita ' ta" kuntatt irid ikun ikkunsidrat bħala l-entità rikjesta għat-talbiet li huma indirizzati lilu.

Sezzjoni 2

Kumpens

Artikolu 71

Benefiċċji fi flus mhux dovuti jew mħallsa żejda

1.  Jekk l-istituzzjoni ta" Stat Membru ħallset lil benefiċjarju benefiċċji ta" somma li taqbeż dik li għaliha għandu dritt, din l-istituzzjoni, fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, titlob lill-istituzzjoni ta" kull Stat Membru ieħor debitur ta" benefiċċji favur dan il-benefiċjarju, biex iżżomm l-ammont imħallas żejjed fuq l-ammonti li din għandha tagħti lill-benefiċjarju msemmi. Din l-istituzzjoni ta" l-aħħar tagħmel tnaqqis fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, daqs li kieku kienu ammonti mħallsa żejda minnha stess, u tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni kreditur.

2.  Fil-qafas ta" l-Artikolu 6, fi żmien xahrejn wara li l-leġiżlazzjoni applikabbli ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji identifikati, l-istituzzjoni li ħallset benefiċċji fi flus proviżorjament tistabbilixxi t-tnaqqis ta" l-ammont li trid tagħtiha l-istituzzjoni kompetenti. Meta l-kontribuzzjonijiet kienu tħallsu proviżorjament mill-benefiċjarju u/jew minn min iħaddmu, dawn l-ammonti jiġu kkunsidrati biex jiġi stabbilit l-ammont imsemmi.

L-istituzzjoni kompetenti debitriċi ta" benefiċċji favur il-benefiċjarju żżomm l-ammont dovut taħt il-pagament proviżorju fuq l-ammonti li hija trid tagħti lill-interessat. L-istituzzjoni debitriċi tagħmel tnaqqis fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika u tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-organu kreditur.

3.  Meta persuna assigurata bbenefikat mill-assistenza soċjali fi Stat Membru matul perjodu li matulu hija kellha dritt għall-benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, l-organu li pprovda l-assistenza jista", jekk jiddisponi minn appell li jista" jiġi aċċettat legalment fuq il-benefiċċji dovuti lill-persuna msemmija, jitlob lill-istituzzjoni ta" kull Stat Membru ieħor debitur ta" benefiċċji favur din il-persuna biex tnaqqas l-ammont minfuq għal din l-assistenza fuq l-ammonti li din tagħti lill-persuna msemmija.

Din il-miżura tapplika mutatis mutandis għall-membru tal-familja ta" persuna assigurata li bbenefika mill-assistenza fuq it-territorju ta" Stat Membru matul perjodu li matulu l-persuna msemmija kellha dritt għal benefiċċji, mill-fatt tal-membru tal-familja kkonċernata, taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor.

L-istituzzjoni bid-dejn tgħaddi t-tnaqqis ta" l-ammont li huwa dovut lilha lill-istituzzjoni debitriċi. Din tnaqqas l-ammont fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika u tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-organu kreditur.

4.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-istituzzjoni kompetenti tindirizza lill-persuna kkonċernata nota tas-sitwazzjoni tagħha li turi l-ammonti li għadhom dovuti jew imħallsa żejda fir-rigward tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika.

Artikolu 72

Kontribuzzjonijiet mhux dovuti jew imħallsa żejda

Fil-qafas ta" l-Artikolu 6, l-istituzzjoni li ħallset kontribuzzjonijiet żejda b'mod proviżorju lill-persuna assigurata u/jew lil min iħaddimha ma tipproċedix għar-rimborż ta" l-ammonti inkwistjoni favur il-persuni li ħallsuhom ħlief wara li tkun staqsiet lill-istituzzjoni kompetenti dwar l-ammonti li jkunu dovuti lilha fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 6(4 ).

Sezzjoni 3

Irkupru

Artikolu 73

Talbiet għal tagħrif

1.  Fuq talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta tikkomunikalha t-tagħrif li huwa utli għaliha għall-irkupru ta" dejn.

Biex iġġib dan it-tagħrif, il-parti rikjesta teżerċita l-poteri speċifikati mill-miżuri leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi applikabbli għall-irkupru ta" djun simili li bdew fl-Istat Membru tagħha stess.

2.  It-talba għal tagħrif tindika l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li l-parti applikanti normalment ikollha aċċess għalih tal-persuna li dwarha huwa mitlub it-tagħrif kif ukoll in-natura u l-ammont tad-dejn li għalih ġiet magħmula t-talba.

3.  L-parti rikjesta mhix marbuta li tittrażmetti tagħrif li hija ma tkunx f'pożizzjoni li tikseb għall-irkupru tad-djun simili li bdew fl-Istat Membru tagħha stess.

4.  L-entità rikjesta tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li ma jħallux li titwassal l-informazzjoni meħtieġa.

Artikolu 74

Notifika

1.  Fuq talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta tipproċedi għan-notifika lid-destinatarju, skond ir-regoli ta" dritt fis-seħħ għan-notifika ta" atti korrispondenti fl-Istat Membru tagħha stess, bl-atti u d-deċiżjonijiet kollha, inklużi dawk ġudizzjarji, relatati ma" dejn jew ma" l-irkupru tiegħu, li joħorġu mill-Istat Membru tal-parti applikanti.

2.  It-talba għal notifika tindika l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li għalih l-parti applikanti jkollha aċċess normalment tad-destinatarju, in-natura u l-għan ta" l-att jew tad-deċiżjoni li trid tiġi notifikata u, jekk jingħata l-każ, l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li għalih l-parti applikanti jkollha aċċess normalment tad-debitur u d-dejn imsemmi fl-att jew fid-deċiżjoni, kif ukoll kull tagħrif utli ieħor.

3.  L-parti rikjesta tinforma mingħajr dewmien lill-parti applikanti bil-progress magħmul għat-talba ta" notifika u b'mod partikulari ħafna bid-data li fiha d-deċiżjoni jew l-att ġie mibgħut lid-destinatarju.

Artikolu 75

Talba ta" rkupru.

1.  It-talba għal irkupru ta" kontribuzzjonijiet jew it-talba għal ripetizzjoni ta" benefiċċji mhux dovuti jew imħallsa żejda, li l-parti applikanti tindirizza lill-parti rikjesta, trid tkun akkumpanjata minn kampjun uffiċjali jew minn kopja ċertifikata b'konformità mad-dokument li jippermetti l-attwazzjoni, maħruġ mill-Istat Membru ta" l-parti applikanti u, jekk jingħata l-każ, mill-oriġinal jew minn kopja ċertifikata b'konformità mad-dokumenti l-oħrajn meħtieġa għall-irkupru.

2.  L-parti applikanti ma tistax tagħmel talba ta" rkupru ħlief:

   a) jekk id-dejn jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni tiegħu ma jkunux ikkuntestati fl-Istat membru, ħlief fil-każ fejn l-Artikolu 78(2), it-tieni subparagrafu, jiġi applikat;
   b) meta hija timplimenta, fl-Istat Membru tagħha, il-proċeduri ta" rkupru xierqa li jistgħu jiġu adattati fuq il-bażi tad-dokument msemmi fil-paragrafu 1, u li l-miżuri meħuda ma jwasslux għall-pagament sħiħ tad-dejn.

3.  It-talba għal irkupru għandha tindika:

   a) l-isem, l-indirizz u kull tagħrif ieħor utli għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata u/jew tal-persuni terzi li qegħdin iżommu l-beni tagħha;
   b) kull tagħrif utli għall-identifikazzjoni tal-parti rikjesta;
   c) id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni, maħruġ mill-Istat Membru tal-parti applikanti;
   d) in-natura u l-ammont tad-klejm , inkluż is-somma kapitali, l-interessi u l-pieni l-oħrajn, multi u spejjeż dovuti, bl-ammont ikun indikat fil-munita ta" l-Istati Membri taż-żewġ entitajiet;
   e) id-data ta" notifika tad-dokument lid-destinatarju mill-parti applikanti u/jew l-parti rikjesta ;
   f) id-data li minnha u l-perjodu li matulu l-attwazzjoni hija possibbli skond ir-regoli ta" dritt fis-seħħ fl-Istat Membru ta" l-entità applikanti;
   g) kull tagħrif utli ieħor.

4.  It-talba għal irkupru għandha tinkludi barra minn hekk dikjarazzjoni tal-parti applikanti li tikkonferma li l-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 huma ssodisdata.

5.  L-parti applikanti għandha, kif ikollha kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward il- kwistjoni li wasslet għat-talba għal irkupru,.tibgħatha.lill-parti rikjesta

Artikolu 76

Dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru

1.  Id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru tad-dejn huwa direttament magħruf u pproċessat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-attwazzjoni ta" dejn ta" l-parti rikjesta.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru tad-dejn jista", jekk jingħata l-każ u b'konformità mal-miżuri fis-seħħ fl-Istat Membru ta" l-parti rikjesta, ikun omologat bħala, magħruf bħala, komplut minn jew sostitwit minn dokument li jawtorizza l-attwazzjoni fit-territorju ta" dan l-Istat Membru.

Fit-tliet xhur ta" wara d-data ta" riċevuta tat-talba, l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu minn kollox biex iwettqu l-formalitajiet li jikkonsistu f'li d-dokument jiġi omologat, magħruf, komplut jew sostitwit, ħlief fil-każijiet fejn il-miżuri tat-tielet subparagrafu jiġu applikati. Dawn ma jistgħuxjirrifjutaw li jwettqu dawn il-formalitajiet , jekk id-dokument huwa miktub korrettament. Fil-każ li jgħaddi l-perjodu ta" tliet xhur, l-parti rikjesta tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li wasslu għal din il-qabża ta" żmien.

Jekk waħda kwalunkwe minn dawn il-formalitajiet twassal għal tilwima dwar id-dejn u/jew id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru maħruġ mill-parti applikanti, l-Artikolu 78 japplika.

Artikolu 77

Modalitajiet u żmien għal pagament

1.  L-irkupru jsir fil-munita ta" l-Istat Membru tal-parti rikjesta. L-parti rikjesta għandha tittrasferixxi lill-parti applikanti l-ammont kollu tal-klejm li hija rkuprat.

2.  L-parti rikjesta tista", jekk il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha jippermettulha, u wara li tkun ikkonsultat lill-parti applikanti, tagħti lil min għandu d-dejn tul ta" żmien għal ħlas jew tawtorizza ħlas imqassam. L-interessi miġbura mill-parti rikjesta minħabba dan it-tul ta" żmien għal ħlas huma ugwalment trasferiti l-parti applikanti.

Mid-data li fiha d-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru tad-dejn ikun direttament magħruf jew omologat, magħruf, komplut jew sostitwit b'konformità ma" l-Artikolu 76, jinġabru interessi għal kull dewmien ta" ħlas skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ta" l-parti rikjesta u jiġu ugwalment trasferiti l-parti applikanti.

Artikolu 78

Tilwima dwar il-klejm jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru

1.  Jekk, matul il-proċedura ta" rkupru, il-klejm jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru tiegħu maħruġ mill-Istat Membru tal-parti applikanti jkunu kkuntestati mill-interessat, l-azzjoni tittieħed minn dan quddiem awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru tal-parti applikanti, b'konformità mar-regoli ta" dritt fis-seħħ f'dak l-Istat Membru . Din l-azzjoni trid tkun notifikata mill-parti applikanti lill-parti rikjesta. Hija tista" barra minn hekk tkun notifikata mill-interessat lill-parti rikjesta.

2.  Minn meta l-parti rikjesta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, kemm min-naħa tal-parti applikanti, kemm min-naħa ta" l-interessat, hija tissospendi l-proċedura ta" attwazzjoni waqt li tistenna d-deċiżjoni ta" l-awtorità kompetenti f'dan il-qasam, ħlief fuq talba kuntrarja magħmula mill-parti applikanti, b'konformità mat-tieni subparagrafu. Jekk hija taħseb li huwa neċessarju, hija tista" tirrikorri għal miżuri protettivi biex tiżgura l-irkupru sakemm il-miżuri leġiżlattivi jew regolamentari fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha jippermettu għal klejms simili.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-parti applikanti tista", b'konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha, titlob lill-parti rikjesta biex tirkupra dejn ikkuntestat, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu. Jekk it-tmiem tat-tilwima jkun favorevoli għad-debitur, l-entità applikanti hija marbuta li tirrimborża kull somma miġbura, kif ukoll kull kumpens dovut, b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru ta" l-parti rikjesta.

3.  Meta t-tilwima tiffoka fuq il-miżuri ta" attwazzjoni meħuda fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, l-azzjoni tittella" quddiem l-awtorità kompetenti ta" dan l-Istat Membru, b'konformità mal-miżuri leġiżlattivi u regolamentari tagħha.

4.  Meta l-awtorità kompetenti li quddiemha ttellgħet l-azzjoni, b'konformità mal-paragrafu 1, hija qorti ġudizzjarja jew amministrattiva, id-deċiżjoni ta" din il-qorti sakemm hija tkun favorevoli għall-parti applikanti u hija tippermetti l-irkupru tad-dejn fl-Istat Membru tal-parti applikanti, tikkostitwixxi d-"dokument li jippermetti l-attwazzjoni" u l-irkupru tad-dejn isir fuq il-bażi ta" din id-deċiżjoni.

Artikolu 79

Limiti ta" l-għajnuna

L-parti rikjesta mhix marbuta:

   a) li tagħti l-għajnuna speċifikata fl-Artikoli 73 sa 78 jekk l-irkupru tad-dejn huwa ta" natura, minħabba s-sitwazzjoni ta" min għandu d-dejn, li jikkaġuna diffikultajiet serji ta" tip ekonomiku jew soċjali fl-Istat Membru tiegħu, sakemm il-liġijiet jew ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu tali miżura fil-każ ta" djun nazzjonali analogi;
   b) l-għajnuna speċifikata fl-Artikoli 73 sa 78 tar-Regolament implementattiv meta t-talba inizjali taħt l-Artikoli 73 sa 75 tar-Regolament implementattiv, tad-djun li ilhom aktar minn ħames snin, minn meta d-dokument li jippermetti l-irkupru huwa stabbilit b'konformità mal-miżuri leġiżlattivi, regolamentari jew mal-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, sad-data tat-talba. Madankollu, jekk id-dejn jew id-dokument huwa suġġett ta" tilwima, it-tul ta" żmien jibda minn meta l-Istat applikant jistabbilixxi li d-dejn jew id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru ma jistax ikun aktar suġġett ta" tilwima.

Artikolu 80

Miżuri ta" prevenzjoni

Fuq talba magħmula mill-parti applikanti, l-parti rikjesta tieħu miżuri ta" prevenzjoni biex tiżgura l-irkupru ta" dejn sakemm il-miżuri leġiżlattivi jew regolamentari fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettulha.

Għall-implimentazzjoni ta" l-ewwel subparagrafu, il-miżuri u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 73 sa 75 u 77 tar-Regolament implementattiv japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 81

Spejjeż

1.  Ma tintalab l-ebda spiża ta" attwazzjoni meta d-dejn huwa rkuprat bil-metodu ta" kumpens imsemmi fl-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament implementattiv .

2.  Il-parti rikjesta tirkupra ugwalment mill-persuna kkonċernata l-ispejjeż kollha marbutin ma" l-irkupru fil-qafas ta" l-Artikoli 73 sa 77 u 81 u żżomm l-ammont tagħhom, b'konformità mal-miżuri leġiżlattivi u regolamentari ta" l-Istat Membru tiegħu, li huma applikabbli għal djun analogi.

3.  L-Istati Membri jċedu minn naħa u minn oħra kull restituzzjoni ta" spejjeż li jirriżultaw mill-għajnuna reċiproka li huma jagħtu fl-applikazzjoni tar-regoli tar-Regolament bażiku jew tar-Regolament implementattiv .

4.  Meta rkupri jippreżentaw diffikultà partikulari, li huma kkaratterizzati b'ammont għoli ħafna ta" spejjeż, l-partijiet applikanti u l-partijiet rikjesti jistgħu jiftiehmu dwar modalitajiet speċifiċi ta" rimborż għal każijiet bħal dawn.

L-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru tal-parti applikanti tibqa" marbuta, fir-rigward ta" l-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru tal-parti rikjesta, bl-ispejjeż kollha li saru u b'kull telf minħabba l-azzjonijiet meqjusa bħala mhux ġustifikati fir-rigward ta" l-attwalità tad-dejn jew tal-validità tad-dokument maħruġ mill-parti applikanti.

Titolu V

Miżuri diversi, tranżitorji u finali

Artikolu 82

Kontroll amministrattiv u mediku

1.  Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta" l-Artikolu 27, meta benefiċjarju ta" benefiċċji msemmija fil-Kapitoli I, II u IV tat-Titolu III jagħmel żjara jew joqgħod fuq it-territorju ta" Stat Membru li mhux dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, l-eżami mediku għandu jsir, fuq it-talba ta" din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza tal-benefiċjarju skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni li din l-istituzzjoni ta" l-aħħar tapplika. F'dan il-każ, l-istituzzjoni debitriċi hija marbuta mill-konsultazzjonijiet magħmula mill-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza.

Jekk l-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza tissejjaħ, skond l-Artikolu 82 tar-Regolament bażiku , biex tagħmel xhieda medika, hija tipproċedi skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika. F'nuqqas ta" tali modalitajiet, hija tindirizza ruħha lill-istituzzjoni debitriċi biex issir taf il-modalitajiet li għandhom jiġu applikati.

L-istituzzjoni debitriċi żżomm id-dritt li wara tipproċedi biex teżamina lill-benefiċjarju minn tabib ta" l-għażla tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju ma jistax ikun mistieden biex imur fl-Istat Membru ta" l-istituzzjoni debitriċi ħlief bil-kundizzjoni li huwa jkun jiflaħ jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta" dannu għal saħħtu u li l-ispejjeż tal-vjaġġ u taż-żjara relatati ma" dan ikunu r-responsabbiltà ta" l-istituzzjoni debitriċi.

2.  Meta benefiċjarju ta" benefiċċji msemmija fil-Kapitoli I, II u IV tat-Titolu III imur għal żjara jew joqgħod fuq it-territorju ta" Stat membru li mhux dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, il-kontroll amministrattiv isir, fuq it-talba ta" din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta" residenza tal-benefiċjarju. L-istituzzjoni debitriċi tikkomunika lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza l-punti li fuqhom irid isir il-kontroll amministrattiv. F'nuqqas ta" dan, l-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza tipproċedi għall-kontroll skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjonitagħha.

L-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza hija marbuta li tagħmel rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet il-kontroll.

Artikolu 83

Notifiki

1.  L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji ta" l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (m), (q) u (r), tar-Regolament bażiku u fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) , tar-Regolament implimentattiv , kif ukoll ta" l-istituzzjonijiet innominatiskond ir-Regolament implimentattiv .

2.  L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 irid ikollhom identità elettronika fil-forma ta" kodiċi ta" identifikazzjoni u ta" indirizz elettroniku.

3.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-modalitajiet, inklużi l-format komuni u l-mudell , għan-notifika tad-dettalji msemmija fil-paragrafu 1.

4.  L-Anness IV tar-Regolament implimentattiv jifformula l-bażi ta" data aċċessibbli għall-pubbliku li tiġbor l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-bażi ta" data għandha tiġi stabbilita u mmaniġġjata mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu responsabbli biex idaħħlu f'din il-bażi ta" data, l-informazzjoni ta' kuntatt nazzjonali tagħhom stess. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżattezza tad-dħul ta' l-informazzjoni ta' kuntatt nazzjonali meħtieġa skond il-paragrafu 1.

5.  L-Istati Membri jiżguraw l-aġġornament permanenti ta" l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 84

Informazzjoni

1.  Il-kummissjoni amministrattiva telabora l-informazzjoni meħtieġa biex tgħarraf lill-interessati bid-drittijiet tagħhom kif ukoll bil-formalitajiet amministrattivi li jridu jitwettqu biex jiġu evalwati. It-tqassim ta" l-informazzjoni huwa żgurat b'mod privileġġjat b'mezz elettroniku billi titqiegħed fuq l-internet fuq siti aċċessibbli għall-pubbliku. Il-kummissjoni amministrattiva tieħu ħsieb li jkunu aġġornati regolarment.

2.  Il-kumitat konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament bażiku jista" joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta" l-informazzjoni u tat-tqassim tagħha.

3.  L-Istati Membri jieħdu ħsieb li l-informazzjoni meħtieġa titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuni koperti mir-Regolament bażiku biex turihom it-tibdiliet li saru fir-Regolament bażiku u f'dan ir-Regolament b'tali mod li jippermettulhom li jaffermaw id-drittijiet tagħhom.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jieħdu ħsieb li l-istituzzjonijiet tagħhom ikunu infurmati u japplikaw il-miżuri Komunitarji kollha leġiżlattivi jew le, inklużi d-deċiżjonijiet tal-kummissjoni amministrattiva, fl-oqsma u l-kundizzjonijiet tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implementattiv .

Artikolu 85

Konverżjoni ta" muniti

Għall-applikazzjoni tal-miżuri tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv, ir-rata tal-kambju bejn żewġ muniti hija r-rata tal-kambju ta" referenza maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 86

Statistiki

L-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu u jittrażmettu l-istatistiki ta" applikazzjoni tar-Regolament (KE) bażiku u tar-Regolament implimentattiv lis-segretarjat tal-kummissjoni amministrattiva. Din id-data huma miġbura u organizzati skond il-pjan u l-metodu definit mill-kummissjoni amministrattiva. Il-Kummissjoni tiżgura t-tqassim ta" din l-informazzjoni.

Artikolu 87

Emenda ta" l-Annessi

L-Annessi I, II, III u IV ta" dan ir-Regolament implimentattiv kif ukoll l-Annessi I, VI, VII, VIII, IX, tar-Regolament bażiku jistgħu jiġu emendati minn Regolament tal-Kummissjoni fuq it-talba ta" Stat Membru wieħed jew aktar interessati jew ta" l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u wara ftehim unanimu tal-kummissjoni amministrattiva.

Artikolu 88

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 87 tar-Regolament bażiku japplikaw għas-sitwazzjonijiet koperti tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 89

Revoka

1.   ║Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill huwa revokat b'effet mid- ...(9)

Madankollu, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 jibqa" fis-seħħ u l-effetti ġuridiċi tiegħu jinżammu għall-finijiet:

   a) tar-Regolament (KE) Nru 859/2003 tal-Kunsill ta" l-14 ta" Mejju 2003 bil-mira li jestendi l-miżuri tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għaċ-ċittadini ta" pajjiżi terzi li m'humiex diġà koperti minn dawn il-miżuri unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom(10) sakemm ir-Regolament imsemmi ma jiġix revokat jew emendat;
   b) tar-Regolament (KEE) Nru 1661/85 tal-Kunsill tat-13 ta" Ġunju 1985 li jistabbilixxi l-adattamenti tekniċi tar-regolamentazzjoni Komunitarja fil-qasam ta" sigurtà soċjali tal-ħaddiema emigranti għal dak li għandu x'jaqsam mal-Groenlandja(11) , sakemm ir-Regolament imsemmi ma jiġix revokat jew emendat;
   c) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea(12) , tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewrope u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni(13) u ftehimiet oħrajn li jinkludu referenza għar-Regolament (KEE) Nru 574/72, sakemm il-ftehimiet imsemmija ma jiġux emendati minħabba dan ir-Regolament.

2.  Skond id-Direttiva 98/49/KE tal-Kunsill tad-29 ta" Ġunju 1998 relatata mal-ħarsien tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari għal ħaddiema bil-paga jew self-employed li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità(14) r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 jinftiehmu daqs li kieku saru f'dan ir-Regolament.

Artikolu 90

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-jum ta" wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1, corrigendum l-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1.
(2) ĠU C 324,30.12.2006, p.59 .
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008
(4) ĠU L 150, 10.6 .2008, p. 28.
(5) ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.║
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7)* Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' r-Regolament implimentattiv .
(8)* Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv
(9)* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(10) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1.
(11) ĠU L 160, 20.6.1985, p. 7.
(12) ĠU L 1, 3.1.1994, p.1.
(13) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.
(14) ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.


ANNESS I

Dispożizzjonijiet ta" applikazzjoni għal ftehimiet bilaterali miżmuma fis-seħħ u dispożizzjonijiet ġodda ta" applikazzjoni għal ftehimbilaterali

(l-Artikoli 8(1) u 9(2))


ANNESS II

Skemi speċjali applikabbli għal impjegati ċivili

(l-Artikoli 32 u 41)

A.  Skemi speċjali applikabbli għal impjegati ċivili li għalihom ma japplikawx il-miżuri tat-Titolu III, il-Kapitolu 1, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jsemmu l-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali

1.  Il-Ġermanja

Versorgungssystem für Beamte (skema ta" mard għall-impjegati ċivili)

2.  Spanja

Mutualismo administrativo (skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili, għall-forzi armati u għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja)

B.  Skemi speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili li għalihom ma japplikawx il-miżuri tat-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jsemmu l-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali

1.  Il-Ġermanja

Unfallfürsorge für Beamte (skema ta" inċidenti għall-impjegati ċivili)


ANNESS III

Stati Membri li jirrimborżaw l-ispejjeż ta" benefiċċji abbażi ta" rati fissi

(l-Artikolu 62(1))


ANNESS IV

Awtoritajiet u istituzzjonijiet kompetenti, istituzzjonijiet tal-post ta" residenza u ta" żjara, punti ta" aċċess, istituzzjonijiet u organi nnominati mill-awtoritajiet kompetenti.

(l-Artikolu 83 (4))

Aġġornata l-aħħar: 7 t'April 2009Avviż legali