Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2252(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0260/2008

Testi mressqa :

A6-0260/2008

Dibattiti :

PV 04/09/2008 - 4
CRE 04/09/2008 - 4

Votazzjonijiet :

PV 04/09/2008 - 7.9
CRE 04/09/2008 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0410

Testi adottati
WORD 91k
Il-Ħamis, 4 ta' Settembru 2008 - Brussell Verżjoni finali
L-evalwazzjoni ta" nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010
P6_TA(2008)0410A6-0260/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni ta" nofs il-perjodu tal-pjan ta' azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (2007/2252(INI))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rigward "Ir-reviżjoni ta' nofs il-perjodu ta' l-Ambjent Ewropew u tal-Pjan ta' Ħidma dwar is-Saħħa 2004-2010" (COM(2007)0314),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew favur l-ambjent u s-saħħa 2004-2010(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tas-27 ta' Lulju 2007 bl-isem ta' "Principles for evaluating health risks in children associated with exposure to chemicals" (Il-prinċipji għall-evalwazzjoni tar-riskji tas-saħħa fit-tfal assoċjata ma' espożizzjoni għall-prodotti kimiċi"),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 152 u 174 tat-Trattat KE mmirati lejn livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta" azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)(2) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0260/2008),

A.   billi jinnota b'interess li mill-2003 'l hawn, l-Unjoni Ewropea bbażat l-politika tagħha dwar il-ħarsien tas-saħħa fuq koperazzjoni aktar stretta bejn is-setturi tas-saħħa, ta' l-ambjent u tar-riċerka, ħaġa li twassal biex wieħed jispera li eventwalment tiġi introdotta strateġija Ewropea koerenti u integrata fil-qasam tas-saħħa ambjentali,

B.   billi l-assi maħluqa attwalment mill-Unjoni fil-kuntest ta' l-ewwel pjan ta' azzjoni tagħha favur l-ambjent u s-saħħa (2004-2010) (COM(2004)0416), jiġifieri l-preparazzjoni ta' l-indikaturi, l-iżvilupp tas-sorveljanza integrata, il-ġbir u l-evalwazzjoni ta' dejta relevanti, kif ukoll il-multiplikazzjoni tar-riċerki, x'aktarx se jippermettu fehim aħjar ta' l-interazzjonijiet bejn is-sorsi ta' tniġġis u l-effett sanitarji, għalkemm dan mhux biżżejjed biex jitnaqqas in-numru li dejjem qed jikber tal-mard marbut ma' fatturi ambjentali,

C.   billi huwa kważi impossibbli li jiġi stabbilit il-bilanċ f'nofs il-perjodu ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni peress li dan ma jsegwi l-ebda objettiv preċiż kwantifikat, u huwa diffiċli li jiġi determinat il-baġit totali allokat għalih li żgur mhux biżżejjed għall-promozzjoni effiċjenti tiegħu;

D.   billi, filwaqt li l-programm dwar is-saħħa (2008-2013) għandu bħala objettiv partikulari li jkun hemm azzjoni fuq il-fatturi determinanti tradizzjonali tas-saħħa li huma l-alimentazzjoni li huma l-alimentazzjoni, it-tipjip, il-konsum ta' l-alkoħol u d-drogi; billi dan il-Pjan ta' Azzjoni attwali (2004-2010) għandu jikkonċentra fuq ċerti sfidi sanitarji ġodda u wkoll jindirizza l-fatturi ambjentali determinanti li jaffettwaw s-saħħa tal-bniedem, bħalma huma l-kwalita ta' l-arja esterna u interna, il-mewġ elettromanjetiku, in-nanopartiċelli u s-sustanzi kimiċi li hemm tħassib kbir dwarhom (sustanzi klassifikati bħala kanċeroġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), u perturbaturi endokrini), kif ukoll ir-riskji għas-saħħa dovuti għat-tibdil fil-klima,

E.   billi l-mard respiratorju qiegħed fit-tieni post fost il-mard li jwassal għal mewt, inċidenza, prevalenza u spejjeż fl-Unjoni, u billi dan huwa l-kawża prinċipali tal-mewt fost it-tfal ta' inqas minn 5 snin, u li dan jibqa' jiżviluppa, b'mod partikulari, minħabba t-tniġġis ta' l-arja esterna u interna;

F.   billi t-tniġġis atmosferiku, li huwa kkawżat b'mod partikulari minn partiċelli żgħar u ozonu fil-livell ta' l-art, huwa theddida sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u qiegħed jeffettwa l-iżvilupp kif xieraq tat-tfal u qiegħed inaqqas it-tul mistenni ta' ħajja fl-UE(3) ;

G.   billi rigward il-kwistjoni tas-saħħa ambjentali urbana, b'mod partikulari rigward il-kwalità ta' l-arja interna, il-Komunità, skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, trid tagħmel aktar sabiex tiġġieled kontra t-tniġġis domestiku peress li kull ċittadin Ewropew iqatta' medja ta' 90% tal-ħin tiegħu ġewwa,

H.   billi l-Konferenzi tal-Ministri tad-WHO ta' l-2004 u l-2007 dwar l-ambjent u s-saħħa enfasizzaw ir-rabtiet bejn l-influwenza mħallta u kumplessa ta' tniġġis kimiku u ċertu numru ta' problemi u mard kroniku, b'mod partikulari fost it-tfal, u billi dan it-tħassib jinsab ukoll fid-dokumenti uffiċjali tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (PUNE) u tal-Forum Intergovernattiv dwar is-sigurtà kimika (IFCS),

I.   billi hemm dejjem aktar provi xjentifiċi li ċerti kankri, bħal ma huma l-kankru tal-bużżieqa tal-marrara, il-kankru ta' l-għadam, il-kankru tal-pulmun, il-kankru tal-ġilda, il-kankru tas-sider u kankri oħrajn huma kkawżati mhux biss mill-effetti tas-sustanzi kimiċi, tar-radjazzjoni u ta' partiċelli fl-arja iżda wkoll minn fatturi ambjentali oħrajn,

J.   billi flimkien ma' dawn l-iżvilupp problemtaċi fil-qasam tas-saħħa ambjentali, dan l-aħħar snin kien hawn manifestazzjoni ta' mard gdid jew sindromi ta' mard, bħalma huma l-ipersensibilita? kimika multipla, is-sindromu ta' l-amalgama dentali, l-ipersensibilita? għar-raġġi elettromanjetiċi, is-sindromu tal-bini li jagħmel ħsara lis-saħħa jew is-sindromu ta' defiċit ta' l-attenzjoni u l-iperattività (ADHD) fost it-tfal,

K.   billi l-prinċipju ta' prekawzjoni huwa speċifikament stipulat fit-Trattat mill-1992, billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ippreċiżat bosta drabi il-kontenut u l-iskop ta' dan il-prinċipju fil-liġi Komunitarja bħala wieħed mill-pedamenti tal-politika ta' protezzjoni fil-mira tal-Komunita? fil-qasam ta' l-ambjent u tas-saħħa(4) ,

L.   billi n-natura tal-kriterji adottati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-2 ta' Frar 2000 dwar ir-rikors għall-prinċipju ta' prekawzjoni (COM(2000)0001) hija waħda li torbot ħafna, u x'aktarx lanqas m'hi prattikabbli,

M.   billi kkunsidra l-importanza tas-sorveljanza bijoloġika umana bħala strument ta' evalwazzjoni tal-livell ta' espożizzjoni tal-popolazzjoni Ewropea għall-effetti ta' tniġġis u l-volonta?, li ġiet repetuta ħafna drabi mill-Parlament Ewropew, għall-punt 3 ta' din ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Frar 2005, u fil-konklużjonijiet tal-Kunsill "Ambjent" ta' l-20 ta' Diċembru 2007 biex jiġi mgħaġġel it-twaqqif ta' programm ta' sorveljanza bijoloġika fil-livell ta' l-Unjoni,

N.   billi huwa ġeneralment rikonoxxut li t-tibdil fil-klima jista' jkollu sehem importanti fiż-żieda ta' inċidenza u severità ta' ċertu mard, u b'mod partikulari, li l-frekwenza ta' sħana kbira, għargħar u n-nirien fl-art mhux ikkultivata - bħala l-aktar diżastri naturali frekwenti fl-Unjoni - tista' twassal għal aktar mard, kundizzjonijiet ħżiena ta' l-iġjene u mwiet, filwaqt li fl-istess waqt huma rikonoxxuti l-effetti tajbin għas-saħħa ta' miżuri li jnaqqsu t-tibdil fil-klima;

O.   billi t-tibdil fil-klima se jħalli effetti sinifikkanti fuq is-saħħa tal-bniedem li fosthom insibu li twassal għall-iżvilupp ta' ċerti infezzjonijiet u mard parassitiku, l-aktar minħabba bidliet fit-temperaturi u fl-umdità u l-impatt ta' dawn fuq l-ekosistemi, l-annimali,il-pjanti, l-insetti, il-parassiti, il-protozoa, il-mikrobi u l-virus,

P.   billi d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma(5) u d-direttivi sussidjarji tagħha għandhom dispożizzjonijiet ċari dwar il-preservazzjoni u r-restawr ta' ilma tajjeb għas-saħħa,

Q.   billi l-mediċina tas-saħħa ta' l-ambjent hija dixxiplina medika ġdida bbażata fuq tagħlim universitarju li għadu wisq ifframmentat u mhux l-istess madwar l-Istati Membri kollha, u li jistħoqqlu għalhekk li jingħata appoġġ u li jiġi promoss fi ħdan l-Unjoni,

R.   billi n-numru ta' persuni li qegħdin ibatu minħabba fatturi ambjentali qiegħed jiżdied u billi għandhom jiġu żviluppati epimedjoloġiji sabiex tinkiseb stampa ċara ta' dak il-mard li huwa kkawżat, sa ċertu punt jew totalment, minn fatturi ambjentali,

1.  Jirrikonoxxi l-isforzi mwettqa mill-Kummissjoni mit-tnedija tal-pjan ta' azzjoni fl-2004, prinċipalment fil-qasam tat-titjib tal-katina ta' informazzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa, ta' l-integrazzjoni u tat-tisħiħ tar-riċerka Ewropea f'dan il-qasam u ta' koperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati bħad-WHO,

2.  Huwa madankollu tal-fehma li dan it-tip ta' pjan ta' azzjoni jinkludi fih il-bidu ta' nofs falliment minħabba li jimmira biss li jakkumpanja l-politiki Komunitarji li diġa? jeżistu, ma jibbażax fuq politika ta' prevenzjoni mmirata lejn tnaqqis ta' mard marbut mal-fatturi ambjentali u ma jsegwi l-ebda objettiv preċiż u ma jindika l-ebda valur,

3.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li diġà twettaq programm taħt l-awspiċju tad-WHO li bħala parti minnu l-Istati Membri tad-WHO stabbilixxew il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali u lokali tagħhom għas-saħħa ta' l-ambjent li fihom objettivi u pjanijiet ta' implimentazzjoni speċifiċi; jirrakkomanda għalhekk lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-possibilità li tieħu dan il-programm tad-WHO bħala mudell, li jkun jista' jservi wkoll bħala eżempju utli għall-Unjoni fil-futur;

4.  Jiddispjaċih ħafna li l-Kummissjoni, u b'mod aktar speċifiku d-direzzjoni ġenerali tar-Riċerka tagħha, ma żguratx finanzjament xieraq fil-qasam tas-sorveljanza bijoloġika umana għas-sena 2008, sabiex, b'konformita? ma' l-impenn li ħadet hi stess ma' l-Istati Membri u l-Parlament, twaqqaf approċċ koerenti tas-sorveljanza bijoloġika fl-Unjoni;

5.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex twieġeb sa l-2010 għal żewġ objettivi essenzjali li stabbilit hi stess fl-2004 u sabiex tistabbilixxi u timplimenta strateġija ta' komunikazzjoni prattika għal dawn l-objettivi, jiġifieri, fuq naħa, is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar it-tniġġis ambjentali u l-impatt ta' dan fuq saħħithom, u fuq oħra, l-analiżi mill-ġdid u l-adattament tal-politika Ewropea għat-tnaqqis ta' riskji;

6.  Jirrakkomanda bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja;

7.  Jenfasizza l-fatt li fl-evalwazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa ta' fatturi ambjentali trid tingħata kunsiderazzjoni l-ewwel u qabel kollox lill-gruppi vulnerabbli bħalma huma nisa tqal, trabi li għadhom jitwieldu, tfal u anzjani;

8.  Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali biex tingħata lil gruppi vulnerabbli, li huma l-aktar suxxettibbli għal elementi li jniġġsu, bl-introduzzjoni ta" miżuri li jnaqqsu l-espożizzjoni għal elementi li jniġġsu ambjentali f'ambjent magħluq f'faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u fi skejjel permezz ta" l-adozzjoni ta" prattiki xierqa ta" mmaniġġjar tal-kwalità ta" l-arja ta" ambjent magħluq;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex meta tfassal proposti għar-reviżjoni ta' liġijiet eżistenti ma ddgħajjifx dawn il-liġijiet minħabba pressjoni minn lobbies jew organizzazzjonijiet reġjunali jew internazzjonali;

10.  Ifakkar fin-neċessità li l-Unjoni tadotta approċċ kontinwu, dinamiku u flessibbli rigward il-Pjan ta' Azzjoni; iqis li huwa għalhekk essenzjali li l-Unjoni jkollha kompetenza speċifika fil-qasam tas-saħħa ambjentali li sserraħ fuq in-natura trasparenti, multidixxiplinari u kontradittorja tagħha u tippermetti wkoll li tingħata tweġiba għan-nuqqas ta' fiduċja tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' l-aġenziji u l-kumitati ta' esperti uffiċjali; jenfasizza l-importanza li jitjieb it-taħriġ ta' esperti tas-saħħa, partikolarment permezz ta' skambji ta' l-aħjar prattiki fil-livell Komunitarju;

11.  Jenfasizza li dawn l-aħħar snin kienu mmarkati minn progress reali fil-qasam tal-politika ambjentali, b'mod partikolari fil-livell tat-tnaqqis tat-tniġġis ta' l-ajru, tat-titjib tal-kwalità ta' l-ilma, tal-politika tal-ġbir u r-riċiklaġġ ta' l-iskart, tal-kontroll tal-prodotti kimiċi u tal-projbizzjoni tal-petrol biċ-ċomb, imma jirrimarka, fl-istess ħin, li l-politika Ewropea għadha mmarkata bin-nuqqas ta' strateġija globali u preventiva u n-nuqqas ta' użu tal-prinċipju ta' prekawzjoni;

12.  Jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-kriterji mħaddna fil-komunikazzjoni tagħha li diġà ssemmiet dwar l-użu tal-prinċipju ta' prekawzjoni fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u sabiex il-prinċipju ta' azzjoni u ta' sigurtà, imsejjes fuq l-adozzjoni ta' miżuri proviżorji u proporzjonati, ikun fil-qalba tal-politiki Komunitarji fil-qasam tas-saħħa u l-ambjent;

13.  Iqis li jekk il-piż tal-prova li prodott ma jagħmilx ħsara titqiegħed fuq il-produttur jew l-importatur, tkun tista' tiġi promossa politika msejsa fuq il-prevenzjoni, kif, barra minn hekk, jipprevedi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi(6) , u, f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi dan l-obbligu għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-prodotti kollha; iqis li kull żieda fl-ittestjar ta" l-annimali skond il-Pjan ta" Azzjoni għandha tkun evitata u għandu jitqies b'mod sħiħ l-iżvilupp u l-użu ta" metodi alternattivi;

14.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq mill-aktar fis miżuri konkreti dwar il-kwalità ta' l-arja fuq ġewwa, li jiżguraw livell għoli ta" ħarsien ta' siġurtà u ta' saħħa tal-postijiet fuq ġewwa, b'mod partikulari matul ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini(7) , u li jipproponi miżuri li jżidu l-effikaċja ta' l-enerġija tal-bini, kif ukoll is-sigurtà ta' l-elementi kimiċi inklużi fil-kompożizzjoni ta' tgħamir u għamara u jekk jagħmlux ħsara jew le;

15.  Jirrakkomanda li, biex jitnaqqsu effetti li jagħmlu ħsara lill-ambjent fuq is-saħħa, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri, permezz ta' konċessjonijiet tat-taxxa u/jew inċentivi ekonomiċi oħra, biex ikunu interessati operaturi tas-suq biex itejbu l-kwalità ta" l-arja f'ambjent magħluq u jnaqqsu espożizzjoni għal radjazzjoni elettromanjetika fil-binjiet, stabbilimenti u uffiċċji tal-fergħat tagħhom;

16.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq abbozz ta" rekwiżiti minimi xierqa li jiggarantixxu l-kwalità ta" l-arja ta' ġewwa bini li għadu se jinbena;

17.  Jirrakkomanda li, fl-għoti ta" appoġġ individwali ta" l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni taħseb fl-impatt tiegħu fuq il-kwalità ta" l-arja f'ambjent magħluq, espożizzjoni għal radjazzjoni elettromanjetika u s-saħħa ta" sezzjonijiet tal-popolazzjoni partikolarment fil-periklu fil-proġetti kkonċernati b'mod simili għal dak li l-attenzjoni hija dedikata għal kriterji ta" protezzjoni ta" l-ambjent;

18.  Jistieden li jkun hemm standards ta" kwalità ambjentali għal sustanzi ta" prijorità fl-ilma biex ikunu stabbiliti bi qbil ma" l-aħħar tagħrif xjentifiku u mressqa b'mod regolari bi qbil ma" l-aħħar ħsieb xjentifiku;

19.  Jenfasizza li ċerti Stati Membri implimentaw b'suċċess laboratorji ta' analiżi mobbli jew "ambulanzi ħodor" sabiex tkun tista' ssir djanjożi ta' malajr u affidabbli ta' l-ambjent fil-postijiet pubbliċi u privati; iqis li l-Kummissjoni tkun tista' tippromwovi din il-prattika ma' l-Istati Membri li għad m'għandhomx dan il-mudell ta' intervenzjoni diretta fis-sit imniġġes;

20.  Huwa kkonċernat bin-nuqqas ta" dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jiżguraw is-sikurezza ta" prodotti tal-konsumatur li fihom nanopartiċelli u bl-attitudni rilassata tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jkun rivedut il-qafas regolatorju għall-użu ta" nanopartiċelli fi prodotti tal-konsumatur fir-rigward tan-numru jiżdied ta" prodotti tal-konsumatur li fihom nanopartiċelli li jitpoġġew fis-suq;

21.  Huwa mħasseb ħafna bir-rapport internazzjonali Bio-Initiative(8) dwar il-kampijiet elettromanjetiċi, li jissintesizza aktar minn 1,500 studju dedikat għall-kwistjoni, u li, fil-konklużjonijiet tiegħu, jenfasizza l-perikli għas-saħħa minn emissjoni tat-tip ta' telefonija mobbli bħat-telefown mobajl, l-emissjonijiet UMTS-Wifi-Wimax-Bluetooth u t-telefown fuq bażi fissa "DECT";

22.  Jirrimarka li l-limiti ta' espożizzjoni għall-kampijiet elettromanjetiċi stabbiliti għall-pubbliku għadda żmienhom peress li ma ġewx adattati minn meta ħarġet ir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni ta' l-espożizzjoni tal-pubbliku għall-kampijiet elettromanjetiċi (0Hz sa 300 GHz)(9) , evidentement ma jqisux l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni u, barra minn hekk, la ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u lanqas ir-regoli dwar emissjonijiet l-aktar eżiġenti li saru, pereżempju, mill-Belġju, l-Italja jew l-Awstrija u ma tkunx indirizzata l-kwistjoni ta" gruppi vulnerabbli, bħal nisa tqal, trabi li għadhom jitwieldu u tfal;

23.  Jistaqsi għaldaqstant lill-Kunsill biex jimmodifika r-rakkomandazzjoni tiegħu 1999/519/KE sabiex jikkunsidra l-aħjar prattiki nazzjonali u biex b'dan il-mod jistabbilixxi valuri limiti ta' espożizzjoni aktar stretti għall-apparat kollu li jarmi raġġi elettromanjetiċi bi frekwenzi bejn 0.1 MHz u 300 GHz;

24.  Qed jieħu bis-serjetà ħafna d-diversi theddid ikkawżat mit-tisħin tal-klima fit-territorju ta' l-Unjoni u jitlob li jkun hemm koperazzjoni msaħħa bejn id-WHO, l-awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard sabiex tissaħħaħ is-sistema ta' allert minn qabel u sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi negattivi tat-tibdil tal-klima fuq is-saħħa;

25.  Jimmarka li dan il-Pjan ta" Azzjoni għandu jibbenefika minn estensjoni ta" azzjonijiet dwar impatti negattivi mill-bidla fil-klima sas-saħħa tal-bniedem bl-elaborazzjoni ta" miżuri ta" adattament effettivi meħtieġa fil-livell tal-Komunità, bħal:

   - programmi ta" edukazzjoni pubbliċi u ta" żieda fit-tagħrif sistematiċi;
   - integrazzjoni ta" miżuri ta" adattament tal-bidla fil-klima fi strateġiji u programmi tas-saħħa pubblika, bħal mard li jista" jkun u li ma jistax ikun komunikat, is-saħħa tal-ħaddiema u mard ta" l-annimali perikoluż għas-saħħa;
   - sorveljanza xierqa li timmira lejn l-identifikazzjoni minn kmieni ta" mard li jitfaċċa f'daqqa;
   - sistemi u reazzjoni ta" avviż minn kmieni relatati mas-saħħa;
   - koordinament ta" netwerks ta" mmonitorjar tad-dejta ambjentali attwali ma" netwerks ta" mard li jitfaċċa f'daqqa;

26.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jirrispondu b'mod adegwat għat-theddidiet il-ġodda tal-bidla fil-klima bħaż-żieda fil-preżenza ta" vajrusis ġodda u ta" patoġeni mhux magħrufa u għal din ir-raġuni jimplimentaw teknoloġiji ġodda eżistenti għat-tnaqqis ta' patoġeni li jnaqqsu vajrusis magħrufa u mhux magħrufa u patoġeni oħra li jittieħdu permezz tad-demm;

27.  Jiddispjaċih li l-evalwazzjoni attwali tar-relazzjoni bejn l-ispiża u l-benefiċċji ta' l-''20 għal darbtejn sa l-2020 - L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa'' (COM(2008)0030) tqis biss il-benefiċċji tas-saħħa tat-tniġġis imnaqqas ta" l-arja bi tnaqqis ta" emissjonijiet minn gass bl-effett serra sa l-2020; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kobenefiċċji (anċillari) għas-saħħa ta" diversi livelli ta" ambizzjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' esperti intergovernattiv dwar il-bidla fil-klima ta" tnaqqis domestiku ta" 25% sa 40% jew possibilment 50% jew aktar sa l-2020, huma investigati b'mod urġenti u mfassla f'analiżi ta' impatt mill-Kummissjoni;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni lill-problema serja tas-saħħa mentali, meta jitqies in-numru ta" suwiċidji fl-Unjoni, u biex talloka aktar riżorsi għall-iżvilupp ta" strateġiji u terapiji ta" prevenzjoni xierqa;

29.  Itenni li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-pjan ta" azzjoni ta" l-Ambjent u s-Saħħa tat-Tfal tal-WHO fl-Ewropa, biex jinkoraġġixxu l-Pjan kemm permezz ta" politiki ta" l-Unjoni kif ukoll permezz tal-politika ta' l-iżvilupp bilaterali, u biex jinkoraġġixxu proċessi simili barra r-Reġjun ta" l-Ewropa tad-WHO;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora mill-ġdid fit-tieni pjan ta" azzjoni tagħha l-inizjattiva SCALE (Xjenza, Tfal, Kuxjenza, Strument Legali, Evalwazzjoni), rigward it-tnaqqis ta' espożizzjoni għal tniġġis, kif stipulat fl-Istrateġija Ewropea għall-Ambjent u s-Saħħa (COM(2003)0338);

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem u tipprovdi strumenti li għandhom irawmu l-iżvilupp u l-promozzjoni ta" soluzzjonijiet innovattivi, kif enfasizzat fi ħdan il-qafas ta" l-Aġenda ta" Liżbona, biex ikunu minimizzati riskji maġġuri għas-saħħa minn fatturi ambjentali li joħolqu pressjoni;

32.  Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jieħu deċiżjoni mingħajr dewmien dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi Fond ta" solidarjetà ta" l-Unjoni, peress li l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu mit-18 ta" Mejju 2006(10) ; iqis li r-regolament il-ġdid, li, flimkien ma" miżuri oħra, se jbaxxi l-limiti massimi għad-dħul fis-seħħ tal-Fond ta" Solidarjetà ta" l-Unjoni, se jippermetti li jtaffi ħsara b'mod effettiv, flessibbli u malajr ikkawżata b'diżastri naturali jew mill-bniedem stess; jenfasizza li strument finanzjarju bħal dan huwa importanti ħafna, b'mod partikulari minħabba li huwa maħsub li diżastri naturali se jseħħu b'mod aktar regolari fil-futur, parzjalment minħabba l-bidla fil-klima;

33.  Jirrakkomanda li, peress li l-SMEs huma ta" importanza ekonomika deċiżiva fl-Ewropa, il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ tekniku għal SMEs biex tippermettilhom, u tgħinhom, li jikkonformaw ma" regolamenti tas-saħħa ambjentali li jorbtu u tinkoraġġihom biex iwettqu tibdil ieħor li huwa pożittiv fir-rigward tas-saħħa ambjentali u jaffettwa l-operazzjoni ta" l-intrapriżi;

34.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex, għall-2010 u t-"tieni ċiklu" tal-pjan ta' azzjoni għall-ambjent u s-saħħa, tipprevedi l-allinjament mill-ġdid ta' l-inizjattivi tagħha dwar il-popolazzjonijiet vulnerabbli u biex tfassal metodi ġodda għall-evalwazzjoni tar-riskji filwaqt li jitqies il-punt fundamentali li jikkostitwixxi l-vulnerabilità partikulari tat-tfal, in-nisa tqal u l-persuni anzjani;

35.  Iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħrfu l-vantaġġi tal-prevenzjoni u l-prinċipji ta' prekawzjoni u biex jiżviluppaw u jimplimentaw għodod li jippermettu li thedid potenzjali ambjentali u tas-saħħa jkun antiċipat u affrontat; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tevalwa t-"tieni ċiklu' ta" dan il-pjan ta" azzjoni u tfassal dispożizzjoni għal iffinanzjar xieraq li jkopri numru akbar ta" miżuri prattiċi li jnaqqsu l-impatt ambjentali fuq is-saħħa u biex timplimenta miżuri ta" prevenzjoni u ta" prekawzjoni;

36.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lid-WHO.

(1) ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 264.
(2) ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.
(3) Rapport bit-titlu ''L-ambjent fl-Ewropa - Ir-raba' Evalwazzjoni. Sinteżi'', Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (10.10.2007).
(4) Sentenza tat-23 ta' Settembru 2003 fil-każ C-192/01, Kummissjoni vs Danimarka, ECR 2003, p. I- 9693; sentenza tas-7 ta' Settembru 2004 fil-każ C-127/02, Landelijke Vereniging tot Behoud van de Waddenzee u Nederlandse Vereniging tot Bescherming van Vogels, ECR 2004, p. I-7405.
(5) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(6) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1; verżjoni rrettifikata fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
(7) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.
(8) Grupp ta' xjenzjati indipendenti ppublikaw dan ir-rapport fil-31 ta' Awissu 2007. Ara fid-dettall fuq: www.bioinitiative.org
(9) ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.
(10) ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 331.

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Mejju 2009Avviż legali