Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2240(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0347/2008

Testi mressqa :

A6-0347/2008

Dibattiti :

PV 09/10/2008 - 3
CRE 09/10/2008 - 3

Votazzjonijiet :

PV 09/10/2008 - 7.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0472

Testi adottati
PDF 297kWORD 46k
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008 - Brussell
Użu mill-Parlament tas-simboli tal-Unjoni (Artikolu 202a ġdid)
P6_TA(2008)0472A6-0347/2008

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar id-dħul fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament ta' Artikolu 202a ġdid dwar l-użu mill-Parlament tas-simboli tal-Unjoni (2007/2240(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva(1), b'mod partikolari l-paragrafu 23 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu tat-12 ta' Settembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-importanza tas-simboli biex terġa' tinħoloq konnessjoni bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni Ewropea u biex tinbena identità Ewropea li hija komplimentari għall-identitajiet nazzjonali tal-Istati Membri,

–   wara li kkunsidra l-fatt li s-simboli ilhom jintużaw għal aktar minn 30 sena mill-Istituzzjonijiet Ewropej kollha, u kienu approvati formalment mill-Kunsill Ewropew fl-1985(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0347/2008),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test attwali   Emenda
Emenda 1
Ir-Regoli ta" Proċedura tal-Parlament
Titolu XIII – Dispożizzjonijiet Mixxellanji – Artikolu 202 a (ġdid)
Artikolu 202a
Is-simboli tal-Unjoni
1.  Il-Parlament għandu jagħraf u jagħmel tiegħu s-simboli tal-Unjoni li ġejjin:
– il-bandiera li turi ċ-ċirku ta' tnax-il kewkba tad-deheb fuq sfond ikħal;
– l-innu li huwa bbażat fuq "l-Odi lil Hena" mid-Disa' Sinfonija ta' Ludwig van Beethoven;
– il-motto 'Magħquda fid-diversità'.
2.  Il-Parlament għandu jiċċelebra Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju.
3.  Il-bandiera għandha tittajjar fil-postijiet kollha tal-Parlament u fl-okkażjoni ta' avvenimenti uffiċjali. Il-bandiera għandha tintuża f'kull sala fejn isiru laqgħat tal-Parlament.
4.  L-innu għandu jindaqq fil-ftuħ ta' kull seduta kostituttiva u f'seduti solenni oħra, b'mod partikulari biex tingħata merħba lill-Kapijiet ta' Stat jew Gvern jew biex tingħata tislima lil Membri ġodda wara tkabbir.
5.  Il-motto għandu jidher fuq id-dokumenti uffiċjali tal-Parlament.
6.  Il-Bureau għandu jeżamina użu ulterjuri tas-simbolu fi ħdan il-Parlament. Il-Bureau għandu jistipula dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

(1) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 347.
(2) Il-Kunsill Ewropew ta" Milan tat-28 u d-29 ta" Ġunju 1985.

Avviż legali - Politika tal-privatezza