Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2145(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0479/2008

Testi mressqa :

A6-0479/2008

Dibattiti :

PV 17/12/2008 - 14
CRE 17/12/2008 - 14

Votazzjonijiet :

PV 14/01/2009 - 4.5
CRE 14/01/2009 - 4.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0019

Testi adottati
PDF 560kWORD 247k
L-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2009 - Strasburgu
Il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2004-2008)
P6_TA(2009)0019A6-0479/2008

Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea 2004-2008 (2007/2145(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (''il-Karta''), tas-7 ta' Diċembru 2000, kif ġiet adottata fit-12 ta' Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-objettivi sabiex l-Unjoni ssir spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif ukoll sabiex jiġu implimentati l-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-Istat tad-dritt, kif stipulat fl-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (UE),

–   wara li kkunsidra l-innovazzjonijiet li ftehmu dwarhom il-gvernijiet tal-Istati Membri fit-13 ta' Diċembru 2007 billi ffirmaw it-Trattat ta' Liїbona, u li l-ewwel fosthom hemm imniїїel li l-Karta tingħata natura li torbot legalment, kif ukoll l-obbligu ta' sħubija mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (l-ECHR),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta" Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju ta" trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità(1), u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta" Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(2), u għall-Konvenzjoni ta' Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(3) (''l-Aġenzija''),

–   wara li kkunsidra r-rapporti tal-Aġenzija u taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziїmu u l-Ksenofobija u dawk tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) ikkonċernati,

–   wara li kkunsidra d-deċiїjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (ECJ) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–   wara li kkunsidra r-rapporti annwali dwar il-qagħda tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea, imfassla min-netwerk ta' esperti indipendenti tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-rapporti tal-entitajiet tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari r-rapporti dwar il-qagħda tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assemblea Parlamentari u tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem,

–   wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar iї-їjarat liċ-ċentri tad-detenzjoni għall-immigranti f'qagħda irregolari,

–   wara li kkunsidra r-riїoluzzjonijiet tiegħu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra n-numru ta' laqgħat pubbliċi u ta' skambji ta' opinjonijiet organizzati bħala preparazzjoni għall-abbozz ta' din ir-riїoluzzjoni mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu, b'mod partikolari dawk tat-8 ta' Ottubru 2007 ma' mħallfin tal-qrati kostituzzjonali u supremi, tad-19 ta' Mejju 2008 mal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, u tas-6 ta' Ottubru 2008 ma' rappreїentanti ta' NGOs,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura (A6-0479/2008),

A.   billi l-Artikolu 6 tat-Trattat UE jibbaїa l-Unjoni Ewropea fuq komunità ta' valuri u fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, kif ġew garantiti mill-ECHR u kif jirriїultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri,

B.   billi l-Parlament, bħala rappreїentant elett direttament miċ-ċittadini tal-Unjoni u garanti tad-drittijiet tagħhom, jemmen li għandu responsabilità ċara li jirrispetta dawn il-prinċipji, l-aktar minħabba li fil-forma attwali tagħhom, it-Trattati jillimitaw ferm id-dritt tal-individwu li jappella quddiem il-qrati Komunitarji u quddiem l-Ombudsman Ewropew,

C.   billi l-introduzzjoni ta' proċedura ta' kontroll tal-kompatibilità tal-proposti leġiїlattivi mal-Karta tikkostitwixxi waħda mill-konsegwenzi neċessarji dovuti għall-adozzjoni ta' din il-Karta fis-7 ta' Diċembru 2000, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni meta adottat dispoїizzjonijiet f'dan il-qasam fl-2001, u hekk kif fakkar il-Parlament meta adotta r-riїoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 dwar ir-rispett tal-Karta fil-proposti leġiїlattivi tal-Kummissjoni: metodoloġija għal kontroll sistematiku u rigoruї(4),

D.   billi t-Trattat ta' Liїbona li bħalissa qed jiġi rratifikat jirreferi b'mod espliċitu għall-Karta, u jagħtiha l-istess valur legali tat-Trattati,

E.   billi jekk il-Karta tiġi tagħmel parti mil-liġi primarja tal-Unjoni, id-drittijiet li huma definiti fiha jkollhom natura li torbot legalment permezz tal-liġi derivata li se timplimentahom,

F.   billi l-Karta, indipendentement mill-istatus legali tagħha, tul is-snin saret sors ta' ispirazzjoni fil-kaїistika tal-qrati Ewropej, bħall-Qorti tal-Prima Istanza (QPI) u l-ECJ, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-bosta qrati kostituzzzjonali,

G.   billi t-twaqqif ta' ''kultura tad-drittijiet fundamentali'' ġenwina fl-Unjoni teħtieġ l-iїvilupp ta' sistema komprensiva ta' kontroll ta' applikazzjoni ta' dawn id-drittijiet, li tinkorpora lill-Kunsill u d-deċiїjonijiet li jittieħdu fil-kuntest tal-koperazzjoni intergovernattiva, minħabba li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ma jikkonsistix biss f'rispett formali tar-regoli, iїda qabel kollox fil-promozzjoni attiva tagħhom u fil-fatt li wieħed għandu jintervjeni f'kaїijiet fejn l-Istati Membri jiksru d-drittijiet fundamentali jew jinfurzawhom b'mod insuffiċjenti,

Introduzzjoni

1.  Iqis li l-ħarsien u l-promozzjoni effikaċi tad-drittijiet fundamentali jiffurmaw il-baїi tad-demokrazija fl-Ewropa u jikkostitwixxu kundizzjoni essenzjali biex jiġi kkonsolidat spazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

2.  Jiġbed l-attenzjoni li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali jinvolvi miїuri f'livelli differenti (internazzjonali, Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali) u jisħaq fuq l-irwol li jistgħu jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni u l-promozzjoni prattiċi ta' drittijiet bħal dawn;

3.  Jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri għadhom qed jevitaw l-iskrutinju fuq livell tal-Unjoni tal-politiki u l-prattiki tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u qed jippruvaw jillimitaw il-ħarsien ta' dawn id-drittijiet għal kuntest purament nazzjonali, u b'hekk idgħajfu l-irwol attiv li għandha l-Unjoni Ewropea fid-dinja bħala difensur tad-drittijiet tal-bniedem, u jnaqqsu l-kredibilità tal-politika esterna tal-UE fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali;

4.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 6(2) tat-Trattat UE, l-irwol tal-ECJ huwa li tinforza d-drittijiet fundamentali, kif jirriїultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri għall-ECHR u għal strumenti oħra tal-liġi internazzjonali;

5.  Jenfasizza li l-Artikolu 7 tat-Trattat UE jipprovdi għal proċedura Ewropea li tiїgura li fl-UE ma jkunx hemm ksur sistematiku u serju tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, iїda li proċedura bħal din qatt ma ntuїat minkejja l-fatt li jseħħ ksur fl-Istati Membri, kif ġie ppruvat mis-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iwaqqfu mekkaniїmu ta' monitoraġġ kif ukoll sett ta' kriterji oġġettivi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 7 tat-Trattat UE;

6.  Jenfasizza li jekk it-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri jistgħu jintuїaw bħala sors ta' ispirazzjoni għall-ECJ fit-tfassil tal-ġurisprudenza fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, il-Karta tikkostitwixxi baїi komuni għad-drittijiet minimi, u l-Istati Membri ma jistgħux juїaw l-argument li l-Karta tagħti livell ta' ħarsien aktar baxx għal ċerti drittijiet mill-garanziji offruti fil-kostituzzjoni tagħhom stess sabiex inaqqsu l-livell ta' dawn tal-aħħar;

7.  Jilqa' l-Artikolu 53 tal-Karta, li jippermetti lill-ECJ li tiїviluppa l-kaїistika tagħha fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, u b'hekk tagħtihom baїi legali, li hija essenzjali fil-kuntest tal-iїvilupp tal-liġi tal-Unjoni;

8.  Jenfasizza li l-ġudikatura fl-Istati Membri għandha rwol importanti x'taqdi fl-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati biex idaħħlu sistema ta' taħriġ kontinwu għall-imħallfin nazzjonali dwar is-sistemi għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali;

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

9.  Huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni fil-prattika tad-drittijiet fundamentali għandha tikkostitwixxi għan tal-politiki Ewropej kollha; huwa tal-fehma li, għal din ir-raġuni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet fundamentali b'mod attiv u jqisuhom bis-sħiħ matul it-tfassil u l-adozzjoni tal-leġiїlazzjoni;

10.  Jilqa' l-ħolqien tal-Aġenzija li huwa l-ewwel pass biex jiġu sodisfati t-talbiet tal-Parlament Ewropew sabiex jitwaqqaf qafas regolamentari u istituzzjonali integrat u li hu maħsub biex jimplimenta l-Karta u jiїgura l-konformità mas-sistema mwaqqfa mill-ECHR; jirrimarka, madankollu, li r-rapporti annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem magħmula min-Netwerk Ewropew ta' Esperti Indipendenti fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem, ippubblikati sal-2005, kienu eїaminaw l-applikazzjoni tad-drittijiet kollha rikonoxxuti mill-Karta f'kull Stati Membru, u għaldaqstant huwa mħasseb minħabba l-fatt li l-mandat limitat tal-Aġenzija u x-xoljiment tan-Netwerk jistgħu jeskludu mill-kamp ta' skrutinju sistematiku għadd ta' oqsma importanti tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa;

11.  Jenfasizza, fir-rigward tal-mandat limitat tal-Aġenzija, li l-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem ma jistgħux jiġu maqsuma b'mod artifiċjali f'oqsma li jaqgħu taħt l-ewwel, it-tieni u t-tielet pilastru, kif l-Istati Membri jagħїlu li jiddefinixxu l-ambitu tas-setgħat tal-Unjoni Ewropea, għaliex id-drittijiet fundamentali jikkostitwixxu totalità indiviїibbli u huma interdipendenti; iqis li huwa għalhekk neċessarju li l-Kummissjoni u l-Kunsill, b'koperazzjoni mal-Aġenzija, għandhom l-ewwel nett jagħtu ħarsa ġenerali tal-preokkupazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri lil hinn mill-qafas strett tar-regoli Ewropej, u mingħajr ma jillimitaw ruħhom għall-kwistjonijiet attwali tal-Unjoni Ewropea, jew għall-istrumenti ġuridiċi u politiċi speċifiċi, billi jidentifikaw il-problemi rikorrenti u attwali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri u billi jqisu l-mekkaniїmi eїistenti kollha fil-livell internazzjonali u f'dak Ewropew;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jagħmlu uїu mill-informazzjoni disponibbli permezz tal-monitoraġġ imwettaq fl-Unjoni mill-Aġenzija, mill-Kunsill tal-Ewropa, mill-entitajiet ta' kontroll tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem u mill-NGOs, u biex minnha joħolqu azzjonijiet ta' korrezzjoni jew qafas ġuridiku preventiv;

13.  Jirriserva d-dritt li jkompli l-ħidma tal-Aġenzija fl-Unjoni u li jindirizza kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem li ma jaqgħux fil-qasam ta' kompetenza tal-Aġenzija u jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel l-istess skont l-irwol tagħha ta' gwardjan tat-Trattati;

14.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li politika attiva dwar id-drittijiet ma tistax tiġi limitata għal dawk il-kaїijiet li jieħdu l-akbar attenzjoni mill-pubbliku u li l-ksur serju tad-drittijiet mhuwiex suġġett għall-iskrutinju pubbliku kritiku f'istituzzjonijiet magħluqa għaї-їgħaїagħ, għall-anzjani u għall-morda kif ukoll fil-ħabsijiet; jenfasizza li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jiїguraw li jkun hemm monitoraġġ espert tal-kundizzjonijiet tal-għajxien f'istituzzjonijiet magħluqa bħal dawn, kemm f'dawk li huma regolamenti kif ukoll fi prattiki;

15.  Jistieden lill-Kunsill biex fir-rapporti annwali futuri tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, jinkludi analiїi tal-qagħda fid-dinja kif ukoll ta' dik f'kull wieħed mill-Istati Membri; huwa tal-fehma li analiїi konġunta bħal din tenfasizza l-impenn ekwivalenti tal-Unjoni għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem kemm ġo fiha stess kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha, b'mod li ma jkunx hemm lok ta' akkuїi ta' standards doppji;

16.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miїuri biex l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem imwaqqfa fil-kuntest tal-''Prinċipji ta' Pariġi'' tan-Nazzjonijiet Uniti jingħataw status ta' indipendenza fir-rigward tas-setgħat eїekuttivi, kif ukoll li jingħataw biїїejjed riїorsi finanzjarji, partikolarment billi jitqies il-fatt li waħda mill-funzjonijiet ta' dawn l-entitajiet hija li jevalwaw il-politiki tad-drittijiet tal-bniedem bil-għan li jidentifikaw nuqqasijiet u jissuġġerixxu titjib, bl-għarfien li fuq kollox l-effikaċja titkejjel bil-mod kif il-problemi jiġu evitati u mhux kif dawn jiġu solvuti; iħeġġeġ lill-dawk l-Istati Membri li għadhom ma waqqfux l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem imsemmija aktar 'il fuq, sabiex jagħmlu dan;

17.  Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jibdel il-grupp ta' ħidma ad hoc tiegħu dwar id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza fi grupp ta' ħidma permanenti, li jaħdem id f'id mal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM), u jistieden lill-Kummissjoni sabiex din tagħti l-portafoll tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali lil Kummissarju wieħed;

18.  Ifakkar li huwa jqis bħala essenzjali mill-aspett politiku li l-kunċett ta' promozzjoni tad-drittijiet fundamentali jiddaħħal fost l-objettivi li għandhom jintlaħqu, meta jkun qed jiġi simplifikat jew riorganizzat l-acquis communautaire; jappella biex kull politika, proposta leġiїlattiva u programmi ġodda jkunu akkumpanjati minn studju tal-impatt dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, u li din l-evalwazzjoni tkun tagħmel parti integrali mill-ġustifikazzjoni għall-proposta, u jittama li l-Istati Membri jadottaw ukoll strumenti simili għall-istudju tal-impatt fit-traspoїizzjoni sussegwenti tal-liġi Komunitarja fil-liġi domestika;

Koperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra inkarigati mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali

19.  Jilqa' l-prospettiva tas-sħubija tal-Unjoni mal-ECHR anke jekk din is-sħubija ma ġġibx magħha tibdil fundamentali, minħabba li ''meta quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jinġiebu kwistjonijiet relatati mad-drittijiet u l-libertajiet imniїїla fl-ECHR, il-ECJ tqis l-ECHR bħala parti ġenwina tas-sistema legali tal-Unjoni"(5);

20.  Ifakkar l-irwol ewlieni tal-istituzzjonijiet u tal-mekkaniїmi ta' kontroll tal-Kunsill tal-Ewropa, u tad-diversi konvenzjonijiet tiegħu, fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-Unjoni, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Aġenzija sabiex jibbaїaw fuq din l-esperjenza, u biex iqisu dawn il-mekkaniїmi billi jinkluduhom fil-proċeduri ta' netwerking u jagħmlu uїu mill-istandards їviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa u mir-riїultati tanġibbli l-oħra tal-ħidma tiegħu; jappella sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal offrut mill-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea;

21.  Jappella sabiex ikun hemm koperazzjoni aktar mill-qrib bejn id-diversi istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet inkarigati mill-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq dak internazzjonali;

22.  Jenfasizza mill-ġdid li huwa importanti ferm għall-kredibilità tal-Unjoni fid-dinja li ma tipprattikax 'standards doppji' bejn il-politika esterna u dik interna;

23.  Huwa tal-fehma li, għalkemm l-Unjoni nnifisha mhijiex parti firmatarja, meta l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri rratifikaw konvenzjonijiet jew strumenti legali internazzjonali oħra fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, dan ħolqilha obbligu li tirrispetta d-dispoїizzjonijiet tagħhom u, jekk ikun il-kaї, ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu ġew ifformulati mill-entitajiet maħluqa minnhom, sakemm il-liġi tal-Unjoni ma tkunx toffri protezzjoni ekwivalenti jew ogħla; jistieden lill-ECJ sabiex tissieħeb ma' dan l-approċċ permezz tad-deċiїjonijiet tagħha;

24.  Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea sabiex tikkonkludi ftehimiet ta' koperazzjoni mal-istituzzjonijiet u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali inkarigati mill-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, u b'mod partikolari mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u mal-entitajiet l-oħra tan-NU li għandhom irwol f'dan il-qasam, kif ukoll mal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissarju Għoli dwar il-Minoranzi Nazzjonali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa;

Id-drittijiet tal-bniedem, libertà, sigurtà u ġustizzja

25.  Jenfasizza l-bїonn li jiġu evalwati u rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet individwali, id f'id mal-iїvilupp tal-kompetenzi tal-Unjoni; iqis għalhekk li ї-їewġ objettivi tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-garanzija tas-sigurtà kollettiva huma mhux biss kompatibbli imma wkoll interdipendenti, u li politiki adegwati jistgħu jiїguraw li l-libertajiet individwali ma jkunux mhedda minn approċċ ripressiv;

26.  Jemmen li l-iїvilupp ta' їona ġudizzjarja Ewropea msejsa fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għandu jkun ibbaїat fuq is-salvagwardji proċedurali ekwivalenti fl-UE kollha u fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali kif enfasizzati fl-Artikolu 6 tat-Trattat UE; jappella lill-Isati Membri li għandhom ma ħadux azzjoni biex jadottaw malajr miїura leġiїlattiva adegwata dwar id-drittijiet tal-individwi fil-proċeduri kriminali; jistieden lill-Istati Membri biex jiїguraw li l-Mandat ta' Arrest Ewropew u miїuri oħra ta' rikonoxximent reċiproku jiġu applikati b'konformità mal-istandards tal-UE tad-drittijiet tal-bniedem;

27.  Jenfasizza d-dritt ta' kull persuna arrestata li tibbenefika mill-garanziji ġudizzjarji kollha, kif ukoll, jekk ikun il-kaї, mill-għajnuna tar-rappreїentanza diplomatika tal-pajjiї li tiegħu hi ċittadina u tas-servizzi ta' interpretu indipendenti;

28.  Jesprimi tħassib dwar l-għadd kbir ta' kaїijiet ta' ksur tal-ECHR li jinvolvu Stati Membri u jħeġġiġhom biex jesegwixxu deċiїjonijiet relatati u biex jindirizzaw in-nuqqasijiet strutturali u l-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem bl-introduzzjoni tar-riformi meħtieġa;

29.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriїmu spiss wasslet għal tnaqqis tal-livell ta' ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt fundamentali għall-privatezza, għall-protezzjoni tad-data u għan-non-diskriminazzjoni u huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tkun aktar determinata fil-livell internazzjonali biex tippromwovi strateġija ġenwina bbaїata fuq ir-rispett sħiħ tal-istandards internazzjonali u tal-obbligi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza f'konformità mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta; konsegwentament iħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta abbozz ta" Deċiїjoni Qafas dwar il-ħarsien ta' data personali proċessata fil-qafas ta" koperazzjoni ġudizjarja u bejn il-pulizija fi kwistjonijiet kriminali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament għal standards ogħla; huwa tal-fehma li strateġija bħal din għandha tqis il-ħtieġa ta' kontroll ġudizzjarju effettiv tas-servizzi ta' intelliġenza sabiex jiġi evitat li informazzjoni miksuba bit-tortura jew permezz ta' trattament krudili jew metodi oħra li ma jirrispettawx ir-regoli internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tintuїa bħala evidenza fil-kuntest ta' proċeduri ġudizzjarji, inkluї fil-faїi investigattiva tal-kaї;

30.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-riїoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2007 dwar l-uїu allegat ta' pajjiїi Ewropej min-naħa tas-CIA (Central Intelligence Agency) għat-trasport u ї-їamma illegali ta' priġunieri(6); jilqa' f'dan ir-rigward id-dikjarazzjoni tal-President Elett tal-Istati Uniti dwar l-għeluq tal-faċilità ta" detenzjoni fi Guantanamo Bay u t-tressiq tal-priġunieri quddiem il-qorti; jistieden lill-Istati Membri biex jiddikjaraw humiex lesti biex flimkien isibu soluzzjonijiet għall-priġunieri li jifdal;

31.  Jiddeplora l-fatt li l-Unjoni ma tapplikax is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Prima Istanza tat-12 ta' Diċembru 2006 u tal-4 ta' Diċembru 2008 u s-sentenza tal-Qorti tal-Appell tar-Renju Unit favur l-Organizzazzjoni tal-Mujahedin tal-Poplu tal-Iran (PMOI) tas-7 ta' Mejju 2008;

Diskriminazzjoni
Osservazzjonijiet Ġenerali

32.  Jinsisti dwar id-differenza bejn il-protezzjoni tal-minoranzi u l-politiki antidiskriminatorji; iqis li l-ugwaljanza tal-opportunitajiet tikkostitwixxi dritt fundamentali ta' kull persuna, mhux privileġġ, u mhux biss taċ-ċittadini ta' Stat Membru partikolari; għalhekk huwa tal-fehma li kull forma ta' diskriminazzjoni għandha tiġi miġġielda bl-istess intensità;

33.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jaġixxu bis-sħiħ dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija, hekk kif stipulat fil-Kapitolu 7 tal-ewwel rapport annwali tagħha(7);

34.  Josserva bi tħassib is-sitwazzjoni insodisfaċenti tal-implimentazzjoni tal-politiki antidiskriminatorji u jappoġġja, f'dan ir-rigward, l-evalwazzjoni tar-rapport annwali tal-Aġenzija għall-2008; jinsisti mal-Istati Membri li għadhom ma kkonkretizzaw l-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki, b'mod partikolari tad-Direttiva 2000/43/KE u d-Direttiva 2000/78/KE, sabiex jagħmlu dan, u jfakkar li dawn id-direttivi jistabbilixxu standard minimu u għandhom għalhekk ikunu s-sisien li fuqhom tinbena politika eїawrjenti kontra d-diskriminazzjoni;

35.  Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Protokoll Nru 12(8) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex jagħmlu dan, minħabba li dan jimponi interdizzjoni ġenerali ta' kull forma ta' diskriminazzjoni u jiggarantixxi li l-ebda persuna m'għandha tiġi diskriminata, tkun xi tkun ir-raġuni, mill-ebda awtorità pubblika; jinnota li dispoїizzjoni ta' dan it-tip għadha ma tinsabx fl-atti ġuridiċi fis-seħħ la fl-Unjoni Ewropea u lanqas fil-Kunsill tal-Ewropa;

36.  Jilqa' l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-prinċipju tal-ugwaljanza mingħajr distinzjoni ta' reliġjon jew twemmin, diїabilità, età jew orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426), u b'hekk l-ambitu tad-Direttiva 2000/43/KE jiġi estiї għall-forom kollha l-oħra ta' diskriminazzjoni, u b'hekk timplimenta l-Artikolu 21 tal-Karta, li jagħti aktar spazju ta' manuvra milli jagħti l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, minħabba li fih huma msemmija kaїijiet oħra ta' diskriminazzjoni: minħabba l-kulur tal-ġilda, l-oriġini soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, il-fehmiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza, il-proprjetà jew it-twelid;

37.  Jiddispjaċih li d-direttiva proposta tħalli vojt sostanzjali fil-protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni, partikolarment minħabba kwantità kbira ta' eċċezzjonijiet relatati mal-ordni pubbliku, mas-sigurtà pubblika u mas-saħħa pubblika, mal-attivitajiet ekonomiċi, mal-istatus taї-їwieġ u tal-familja u mad-drittijiet ta' riproduzzjoni, mal-edukazzjoni u mar-reliġjon; huwa mħasseb dwar il-fatt li, aktar milli jipprojbixxu d-diskriminazzjoni, dawn il-"klawsoli ta' ħruġ" effettivament jistgħu jservu biex jikkodifikaw prattiki diskriminatorji eїistent; ifakkar lill-Kummissjoni li d-direttiva għandha tkun konformi mal-kaїistika eїistenti fil-qasam tad-drittijiet tal-persuni leїbjani, omosesswali, bisesswali u transġeneru (LGBT), partikolarment is-sentenza Maruko(9);

38.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-proċess leġiїlattiv Komunitarju dwar l-anti-diskriminazzjoni tinvolvi lill-Aġenzija sabiex din titħalla jkollha rwol importanti bħala sors regolari ta' informazzjoni attwali u ddettaljata, u rilevanti għat-tfassil ta' leġiїlazzjonijiet kumplimentari, u billi tiġi kkonsultata fil-faїi preparatorja tat-tfassil tal-abbozzi ta' atti leġiїlattivi;

39.  Jilqa" l-adozzjoni Deċiїjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat- 28 ta" Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta" razziїmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali(10), apparti l-ftehima politika ta' Diċembru 2007; ifakkar fil-poїizzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2007(11), li kienet favur il-proposta; jistieden lill-Kummissjoni biex, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija, tipproponi att leġiїlattiv simili rigward il-ġlieda kontra l-omofobija;

40.  Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' għarfien tal-leġiїlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fl-Istati Membri u jinnota li, sabiex jeїerċitaw id-drittijiet tagħhom, iċ-ċittadini tal-Unjoni għandu jkollhom rikors għal-leġiїlazzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jiїdied dan l-għarfien; fl-istess ħin jenfasizza l-fatt li leġiїlazzjoni mhijiex effikaċi ħlief jekk iċ-ċittadini jkollhom aċċess faċli għall-qrati, peress li s-sistema ta' protezzjoni prevista mid-direttivi kontra d-diskriminazzjoni tiddependi fuq inizjattivi meħuda mill-vittmi;

41.  Iqis li, lil hinn mill-għodda leġiїlattiva u mill-possibilitajiet ta' appell, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni trid tkun ibbaїata fuq l-edukazzjoni, il-promozzjoni tal-aħjar prattika u l-kampanji ta' informazzjoni immirati lejn il-pubbliku in ġenerali u l-oqsma u s-setturi fejn isseħħ din id-diskriminazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex juїaw l-għodod edukattivi mħejjija mill-Aġenzija u mill-Kunsill tal-Ewropa, meta jwettqu miїuri ta' edukazzjoni u ta' promozzjoni tal-politiki kontra d-diskriminazzjoni;

42.  Jenfasizza li l-kunċett ta' azzjoni poїittiva, li huwa rikonoxximent tal-fatt li f'ċerti kaїijiet azzjoni effettiva għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni teħtieġ intervent attiv min-naħa tal-awtoritajiet biex jinkiseb lura bilanċ fejn dan ikun ipperikolat serjament, ma jistax jiġi limitat għall-kunċett tal-kwoti; jenfasizza li azzjonijiet bħal dawn fil-prattika jistgħu iseħħu fl-aktar forom varjati, bħall-garanzija ta' intervisti għar-reklutaġġ, aċċess prijoritarju għal taħriġ li jwassal għal sejba ta' post tax-xogħol f'oqsma fejn ċerti komunitajiet huma sottorappreїentati, informazzjoni prijoritarja dwar offerti ta' impjieg għal ċerti komunitajiet, u l-kunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali minflok tal-kwalifiki biss;

43.  Huwa tal-fehma li l-ġbir ta' data dwar il-qagħda tal-minoranzi u tal-gruppi їvantaġġjati huwa importanti, hekk kif ġie enfasizzat fir-rapporti suċċessivi taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziїmu u l-Ksenofobija u tal-Aġenzija; jistieden lill-Istati Membri biex jippubblikaw statistika dettaljata dwar reati razzisti u biex jiїviluppaw stħarriġ dwar il-kriminalità u/jew il-vittmi tal-kriminalità li jippermetti l-ġbir ta" data kwantitattiva u kumparabbli dwar il-vittmi ta" dawn ir-reati;

Minoranzi

44.  Josserva li t-tkabbir reċenti tal-Unjoni їied madwar mitt grupp ta' popolazzjonijiet minoritarji mal-ħamsin li diġà kien hemm fl-UE-15 u jenfasizza li minħabba l-perċentwali baxxa ta' immigranti, refuġjati u barranin ta' pajjiїi terzi residenti u minħabba l-preїenza ta' minoranzi indiġeni 'tradizzjonali' iktar viїibbli fl-Istati Membri ċentrali u tal-Lvant, il-politiki migratorji u ta' integrazzjoni f'dawn il-pajjiїi huma separati minn dawk rigward il-minoranzi;

45.  Jenfasizza li, għalkemm il-protezzjoni tal-minoranzi hija fost il-Kriterji ta' Kopenħagen, la hemm il-kriterji komuni u lanqas l-istandards minimi għad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali fil-politika Komunitarja, u lanqas m'hemm definizzjoni komuni tal-UE fir-rigward tal-appartenenza għal minoranza nazzjonali; jirrakkomanda li din id-definizzjoni tiġi stabbilita fil-livell Ewropew fuq il-baїi tar-Rakkomandazzjoni 1201 tal-Kunsill tal-Ewropa (1993); jistieden lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jiffirmaw u jirratifikaw il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali u dawk tal-Minoranzi u l-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni ta" Minoranzi Nazzjonali;

46.  Jenfasizza f'dan il-kuntest li aktar u aktar ċittadini tal-Unjoni qegħdin jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor u li dawn għandhom igawdu bis-sħiħ id-drittijiet previsti mit-Trattati rigward l-istatus tagħhom ta' ċittadini tal-Unjoni, b'mod partikulari għal dik li hi l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej kif ukoll għall-moviment liberu; jistieden lill-Istati Membri biex jikkonformaw bis-sħiħ mad-Direttiva 2004/38/KE dwar il-moviment liberu u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex ikomplu jieħdu azzjonijiet li jiїguraw il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-UE kollha kemm hi;

47.  Jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-lingwi reġjonali jew tal-minoranzi, filwaqt li jinnota li d-dritt li wieħed jitkellem u jieħu l-edukazzjoni tiegħu bil-lingwa materna tiegħu huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali l-aktar baїiċi; u jilqa' b'sodisfazzjon l-attivitajiet tal-Istati Membri għall-approvazzjoni ta' djalogu bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet, li huwa importanti ħafna biex wieħed igawdi bis-sħiħ id-drittijiet tal-minoranzi kulturali u reliġjuїi;

48.  Iqis li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-awtonomija huma l-iїjed metodi effettivi li bihom jiġu trattati d-drittijiet ta' persuni li huma parti minn ta' minoranza nazzjonali u tradizzjonali, li jsegwu l-aħjar prattiki eїistenti fl-Unjoni; iħeġġeġ l-uїu ta' tipi xierqa ta' soluzzjonijiet tal-awtonomija filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Istati Membri;

49.  Jenfasizza li l-politika ta' multilingwiїmu tal-UE għandha tħares u ġġib 'il quddiem il-lingwi reġjonali u ta' minoranza permezz ta' finanzjament partikulari u programmi speċifiċi li jmorru id f'id mal-Programm ta' Tagħlim għal Matul il-Ħajja;

50.  Iqis li l-persuni mingħajr stat, li jgħixu permanentament fl-Istati Membri, jinsabu f'sitwazzjoni unika fl-Unjoni, billi ċerti Stati Membri jimponu fuqhom esiġenzi mhux ġustifikati jew li mhumiex strettament neċessarji, u dan huwa diskriminatorju, meta titqies is-sitwazzjoni taċ-ċittadini tal-grupp tal-maġġoranza; jitlob għalhekk lill-Istati Membri kkonċernati biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti relatata mal-Istatus tal-Persuni Mingħajr Stat (1954)u dwar it-tnaqqis tal-kaїijiet ta' persuni mingħajr stat (1961); jitlob lil dawk l-Istati Membri, li l-aċċess tagħhom għal sovranità ġdida jew l-irkupru tagħha seħħ fis-snin 90, biex jittrattaw lill-persuni kollha li kienu jgħixu fit-territorju tagħhom qabel din is-sovranità mingħajr diskriminazzjoni, u jistedinhom isibu b'mod sistematiku soluzzjonijiet ġusti, ibbaїati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, għall-problemi ffaċċjati mill-persuni kollha li jisfaw vittmi ta' prattiki diskriminatorji; jikkundanna, b'mod partikulari, il-prattiki tat-tħassir deliberat ta' residenti permanenti reġistrati fl-Unjoni Ewropea u jistieden lill-gvernijiet ikkonċernati biex jieħdu miїuri effikaċi ħalli jroddu lura l-istatus lil dawn il-persuni mingħajr stat;

Ir-Roma

51.  Iqis li l-komunità tar-Roma teħtieġ protezzjoni speċjali, minħabba li wara t-tkabbir tal-Unjoni, din saret waħda mill-ikbar minoranzi fl-UE; jenfasizza li din il-komunità storikament ġiet marġinalizzata u ma tħallitx tiїviluppa f'ċerti oqsma prinċipali, minħabba problemi ta' diskriminazzjoni, stigma u ta' eskluїjoni fir-rigward tagħha, li saru dejjem iktar b'saħħithom;

52.  Iqis li l-marġinalizzazzjoni soċjali u d-diskriminazzjoni kontra l-komunitajiet tar-Roma huma fatti li seħħew minkejja l-istrumenti ġuridiċi, politiċi u finanzjarji introdotti fil-livell Ewropew sabiex din il-problema tingħeleb; josserva li l-isforzi b'mod imxerred u mhux ikkoordinat tal-Unjoni u tal-Istati Membri s'issa għadhom ma wasslux għal titjib strutturali u sostenibbli tas-sitwazzjoni tar-Roma, partikolarment fl-oqsma prinċipali bħall-aċċess għall-edukazzjoni, għas-saħħa, għall-alloġġ u għall-impjieg, u dan jikkostitwixxi falliment rikonoxxut pubblikament;

53.  Jiddeplora n-nuqqas ta' politika globali u integrata tal-Unjoni li speċifikament timmira d-diskriminazzjoni kontra r-Roma, sabiex jiġu ffaċċjati l-problemi prijoritarji li qed jaffaċċjaw, hekk kif stabbilit b'ċertu numru ta' mekkaniїmi għall-verifika tal-konformità mad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluїa l-evalwazzjoni ta' qabel is-sħubija li saret mill-Kummissjoni, is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rapporti tal-Aġenzija; jafferma li hija responsabilità kollettiva tal-Unjoni li tinstab soluzzjoni għal dawn il-problemi, li jikkostitwixxu waħda mill-iktar kwistjonijiet vasti u kumplessi fil-qasam tad-Drittijiet tal-Bniedem, u li l-Unjoni għandha tagħmel sforz konvint f'din id-direzzjoni;

54.  Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ globali tan-non-diskriminazzjoni, ibbaїat fuq id-Drittijiet tal-Bniedem u mmirat li jieħu azzjoni, u li jirrefletti d-dimensjoni Ewropea tad-diskriminazzjoni kontra r-Roma; iqis li strateġija ta' qafas tal-Unjoni għall-integrazzjoni tar-Roma għandu jkollha l-għan li ssolvi l-problemi reali billi tipprovdi pjan direzzjonali għall-Istati Membri li jistabbilixxi objettivi u prijoritajiet u jiffaċilita l-immoniterjar tal-proċessi ta" evalwazzjoni fir-rigward ta':

   is-segregazzjoni tar-Roma fl-aċċess għall-alloġġ, ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħal їgumbrament sfurzat u l-eskluїjoni tagħhom mill-impjieg u mit-tagħlim pubbliku u mis-saħħa pubblika, permezz ta" infurzar ta" liġijiet li mhumiex diskriminatorji u l-iїvilupp tal-politiki biex jindirizzaw livelli għoljin ta" qgħad;
   in-nuqqas ta' rispett frekwenti tad-drittijiet tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi u tas-sottorappreїentanzi politiċi;
   is-sentimenti mifruxa kontra r-Roma, il-garanziji assolutament mhux biїїejjed kontra d-diskriminazzjoni razzjali fil-livell lokali u programmi adegwati ta' integrazzjoni li mhumiex biїїejjed; diskriminazzjoni ċara fil-kura tas-saħħa, inkluїa l-isterilizzazzjoni furzata u segregazzjoni, in-nuqqas ta' informazzjoni adegwata dwar l-ippjanar tal-familji;
   id-diskriminazzjoni min-naħa tal-pulizija; il-profili razzjali tal-pulizija (– fost l-oħrajn permezz tat-teħid ta' marki tas-swaba' u forom oħra ta' ġbir tad-data), u setgħat kbar diskrezzjonali tal-pulizija inkluїi kontrolli mhux proporzjonati maħsuba biex isiru bl-addoċċ, li jenfasizzaw il-bїonn urġenti għal programmi ta' taħriġ u li jqajmu l-kuxjenza dwar il-bїonn għal nuqqas ta' diskriminazzjoni min-naħa tal-pulizija, li fil-preїent huma fil-parti l-kbira ineїistenti;
   is-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tan-nisa tar-Roma, li huma suġġetti għal diskriminazzjoni multipla;

Ugwaljanza tal-opportunitajiet

55.  Jistieden lill-Istati Membri biex iїidu r-rispett, il-protezzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet elenkati fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa u jitlob lill-Istati Membri kkonċernati biex itemmu r-riїervi tagħhom u jirratifikaw il-Protokoll Fakultattiv ta' din il-Konvenzjoni(12), filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jagħmlu ħilithom biex jonoraw l-impenji tagħhom li ħadu fid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-Pjattaforma għal Azzjoni tar-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f'Beijing tal-1995;

56.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-UE biex jiġġieldu permezz ta" miїuri effiċjenti d-diskriminazzjoni diretta u indiretta kontra n-nisa fl-isferi kollha (inkluїi fiї-їwieġ, fis-sħubija, u f'relazzjonijiet oħra tal-familja)u d-diskriminazzjoni multipla (li ssir fuq baїi ta" sess u fl-istess ħin fuq baїi oħra);

57.  Jappella sabiex tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tan-nisa li jappartjenu għal minoranzi etniċi u dik ta' immigranti nisa, peress li l-marġinalizzazzjoni tagħhom hija msaħħa mid-diskriminazzjoni multipla kemm minn barra l-komunitajiet tagħhom, kif ukoll fi ħdanhom; jirrakkomanda l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali integrati b'mod li tiġi ffaċċjata b'mod effettiv id-diskriminazzjoni multipla, fuq kollox meta diversi organizzazzjonijiet jindirizzaw il-kwistjonijiet marbuta mad-diskriminazzjoni fi Stat Membru partikolari;

58.  Jenfasizza li l-vjolenza kontra n-nisa minħabba s-sess tagħhom, partikolarment il-vjolenza domestika, għandha tkun rikonoxxuta u miġġielda, fil-livell Ewropew u nazzjonali, peress li din tikkostitwixxi ksur mifrux tad-drittijiet tan-nisa u ta' spiss sottovalutat, u jitlob għalhekk lill-Istati Membri biex jieħdu miїuri adegwati u effikaċi bil-għan li jiggarantixxu lin-nisa ħajja protetta minn kull vjolenza, billi titqies kif xieraq id-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Kontra n-Nisa(13);

59.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-UE biex jirrikonoxxu u jittrattaw l-isfruttament sesswali fil-forom kollha tiegħu. L-Istati Membri li mhumiex konformi mal-leġiїlazzjoni miftiehma tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin għandhom jinїammu responsabbli;(14) L-Istati Membri għandhom jirratifikaw il-Protokoll għall-Prevenzjoni, it-Traїїin u l-Ikkastigar tat-Traffikar tan-Nies, Speċjalment tan-Nisa u tat-Tfal, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Tranїnazzjonali, u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta l-Pjan ta" Azzjoni dwar it-Traffikar tal-Bnedmin;

60.  Jenfasizza l-bїonn li tiїdied il-kuxjenza pubblika tad-dritt għas-saħħa riproduttiva u sesswali u jistieden lill-Istati Membri biex jiїguraw li n-nisa jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom, biex jistabbilixxu edukazzjoni sesswali adegwata, informazzjoni u servizzi kunfidenzjali ta' għoti ta' pariri, u li jiffaċilitaw il-metodi ta' kontraċezzjoni sabiex tiġi evitata tqala mhux mixtieqa u abborti illegali u riskjuїi, u biex jiġġieldu kontra l-prattika tal-mutilazzjoni tal-ġenitali tan-nisa;

61.  Jenfasizza li n-nisa ta" minoranzi etniċi għandhom ikunu їgurati l-aċċess għall-fondi pubbliċi, ikun xi jkun l-istatus legali tagħhom, sabiex ikun jista" jkollhom aċċess għal servizzi u għal drittijiet tas-saħħa b'mod sikur, ugwali u li jirrispetta l-valuri kulturali tagħhom, partikolarment fir-rigward tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; għandu jkun adottat qafas legali Ewropew biex tkun їgurata l-integrità fiїika tat-tfajliet mill-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili;

62.  Jenfasizza illi, għalkemm sar xi progress fir-rigward tal-impjieg tan-nisa u minkejja l-livell għoli ta' edukazzjoni tagħhom, huma għadhom miġbura f'ċerti professjonijiet, qed jitħallsu inqas mill-irġiel għall-istess impjieg, u huma inqas preїenti fil-postijiet ta' teħid ta' deċiїjonijiet, u għadhom qed jitqiesu b'suspett min-naħa tal-persuni li jimpjegaw, minħabba raġunijiet ta' tqala u ta' maternità; id-differenza fis-salarji tal-irġiel u n-nisa trid tiġi indirizzata serjament biex ikunu ggarantiti l-indipendenza ekonomika tan-nisa kif ukoll l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol;

63.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali biex jieħdu l-miїuri neċessarji fil-ġlieda kontra t-turment sesswali u psikoloġiku fuq il-post tax-xogħol;

64.  Jinsisti dwar il-ħtieġa li n-nisa jkunu appoġġjati fil-karriera professjonali tagħhom, anke permezz ta" politiki proattivi biex jinstab bilanċ bejn il-ħajja privata, tax-xogħol u tal-familja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu kemm il-liv tal-ġenituri maqsum kif ukoll il-liv tal-missirijiet, u li l-ispejjeї tal-maternità u tal-liv tal-ġenituri jiġu mutwalizzati sabiex in-nisa ma jibqgħux jirrappreїentaw ħaddiema li jiswew iktar flus milli jiswew l-irġiel; u jenfasizza l-ħtieġa ta" kampanji ta" għarfien biex ikunu evitati mudelli tal-familja abbaїi tal-isterjotipi tas-sessi filwaqt li jenfasizza l-importanza li jkunu garantiti kundizzjonijiet ta" xogħol flessibbli, li jiїdied l-aċċess għas-servizzi li jieħdu ħsieb it-tfal kif ukoll li tkun iggarantita l-parteċipazzjoni sħiħa fl-iskemi tal-pensjonijiet għan-nisa bit-tfal;

65.  Jitlob lill-Istati Membri biex jiġġieldu, flimkien mal-imsieħba soċjali, kontra d-diskriminazzjoni fir-rigward tan-nisa tqal fis-suq tax-xogħol, u biex jieħdu l-miїuri kollha neċessarji biex jiġi їgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-ommijiet; jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni iktar dettaljata tal-konformità tad-dispoїizzjonijiet nazzjonali mal-liġi Komunitarja f'dan il-qasam u biex, jekk ikun il-kaї, tressaq kull proposta adegwata għal reviїjoni tal-leġiїlazzjoni Komunitarja;

66.  Jiġbed l-attenzjoni lejn in-numru kbir ta' msieħba (il-parti l-kbira nisa) ta' ħaddiema indipendenti (prinċipalment fl-agrikultura), li l-istatus ġuridiku tagħhom huwa inċert f'bosta Stati Membri, u dan jista' joħloq problemi finanzjarji u ġuridiċi speċifiċi fir-rigward tal-aċċess għal-liv ta' maternità u għal-liv għall-mard, il-ġbir tal-punti għall-pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali, kif ukoll f'kaї ta' divorzju;

67.  Jagħraf li l-aċċess mhux indaqs tan-nisa għar-riїorsi ekonomiċi fis-suq tax-xogħol idgħajjef l-aċċess tagħhom għall-protezzjoni soċjali, partikolarment għad-drittijiet tal-pensjoni, u għaldaqstant ir-rata tan-nisa f'riskju li jkunu fqar meta jkunu anzjani hija akbar mir-rata tal-irġiel; sabiex tkun evitata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, huwa kruċjali li l-individwalizzazzjoni tad-drittijiet jkunu ggarantiti f'sistemi ta' potezzjoni soċjali iїjed milli bbaїati fuq l-unità tal-familja; iї-їmien mgħoddi barra mis-suq tax-xogħol formali għal raġunijiet ta" kura għandu jitqies fil-kalkolu tad-drittijiet sħaħ tal-pensjoni, fil-forma ta" unitajiet ta" "їmien ta" kreditu";

68.  Jenfasizza l-importanza li jiġi їgurat li ċ-ċittadini ta' pajjiїi terzi li jidħlu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea kif ukoll iċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu konxji mil-liġijiet eїistenti u mill-ftehimiet soċjali fil-qasam tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet diskriminatorji li jirriїultaw minn nuqqas ta' għarfien tal-kuntest ġuridiku u soċjali;

69.  Jitlob lill-Istati Membri biex jirrifjutaw l-invokazzjoni tad-drawwa, tat-tradizzjonijiet jew ta' kwalunkwe kunsiderazzjoni reliġjuїa oħra biex jiġġustifikaw xi forma ta' diskriminazzjoni, oppressjoni jew vjolenza kontra n-nisa, jew inkella l-adozzjoni ta' politiki li jistgħu jipperikolaw ħajjithom;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar id-diskriminazzjoni kontra persuni li jgħixu waħedhom, partikolarment fir-rigward tat-trattament fiskali, tas-sigurtà soċjali, tas-servizzi pubbliċi, tas-servizzi tas-saħħa u tal-alloġġ;

Orjentament sesswali

71.  Iqis li l-kummenti diskriminatorji fformulati minn mexxejja reliġjuїi, politiċi u soċjali kontra l-persuni omosesswali jїidu l-mibegħda u l-vjolenza, u jitlob lill-korpi governattivi relevanti biex jikkundannaw dawn il-kummenti;

72.  F'dan ir-rigward, japprova bis-sħiħ l-inizjattiva Franċiїa, li hija appoġġjata mill-Istati Membri kollha, għad-dikriminalizzazzjoni tal-omosesswalità, peress li l-omosesswalità għadha reat kriminali f'91 pajjiї, u f'ċerti kaїijiet hija anki reat kapitali;

73.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-ewwel rapport tematiku tal-Aġenzija, imfassal fuq talba tal-Parlament u li jittratta 'l-omofobija u d-diskriminazzjoni fuq il-baїi tal-orjentament sesswali fl-Istati Membri tal-UE' u jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jimplimentaw b'mod urġenti r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija jew biex jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom biex ma jimplimentawhomx;

74.  Ifakkar lill-Istati Membri kollha li, bi qbil mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-libertà li l-persuni jingħaqdu flimkien tista' tiġi eїerċitata, anke jekk l-opinjonijiet ta' dawk li jagħmlu uїu minn dan id-dritt imorru kontra dawk tal-maġġoranza u li, għalhekk, il-projbizzjoni diskriminatorja ta' parati, kif ukoll kull nuqqas ta' rispett tal-obbligu li tingħata protezzjoni adegwata lil dawk li jipparteċipaw f'dawn il-parati, tmur kontra l-prinċipji garantiti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-Artikolu 6 tat-Trattat tal-UE dwar il-valuri u l-prinċipji komuni tal-UE, u mill-Karta;

75.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li adottaw leġiїlazzjoni dwar sħubiji bejn persuni tal-istess sess biex jirrikonoxxu d-dispoїizzjonijiet adottati minn Stati Membri oħra li għandhom effetti simili; jistieden lil dawk l-Istati Membri biex ifasslu linji gwida għar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri tal-leġiїlazzjoni eїistenti sabiex ikun iggarantit li d-dritt tal-moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea għall-koppji tal-istess sess japplika skont kundizzjonijiet ugwali għal dawk applikabbli għall-koppji eterosesswali;

76.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti li jiїguraw li l-Istati Membri japplikaw il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għall-koppji omosesswali, kemm jekk dawn ikunu miїїewġin kif ukoll jekk ikunu fi sħubija ċivili rreġistrata, partikolarment meta huma jeїerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu, hekk kif jidher fil-liġi tal-Unjoni;

77.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ħadux azzjoni, u b'applikazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza, biex jieħdu azzjoni leġiїlattiva sabiex tingħeleb id-diskriminazzjoni kontra l-koppji fuq il-baїi tal-orjentament sesswali tagħhom;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiїgura li l-Istati Membri jagħtu aїil lil persuni li jkunu qed jaħarbu mill-persekuzzjoni fuq il-baїi tal-orjentament sesswali tagħhom fil-pajjiї tal-oriġini tagħhom, biex tieħu inizjattivi fil-livelli bilaterali u multilaterali biex jitwaqqfu l-persekuzzjonijiet ta" persuni fuq il-baїi tal-orjentament sesswali tagħhom, u biex tibda studju dwar is-sitwazzjoni tal-persuni transesswali fl-Istati Membri u fil-pajjiїi kandidati, partikolarment fir-rigward tar-riskji ta' turment u ta' vjolenza;

Ksenofobija

79.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lid-diversi livelli ta' gvern lokali, reġjonali u nazzjonali fl-Istati Membri, biex jikkoordinaw il-miїuri tagħhom għall-ġlieda kontra l-antisemitiїmu u kontra l-attakki fuq il-gruppi ta' minoranїa, inkluїi r-Roma, il-minoranzi nazzjonali tradizzjonali u ċ-ċittadini ta' pajjiїi terzi fl-Istati Membri, b'tali mod illi jobbligaw rispett tal-prinċipji ta' tolleranza u ta' non-diskriminazzjoni u biex tiġi promossa l-integrazzjoni soċjali, ekonomika u politika; jistieden lill-Istati Membri kollha, li għadhom ma għamlux dan, biex jiddikjaraw il-kompetenza tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali biex jirċievi u jqis komunikazzjonijiet individwali fil-Konvenzjoni Internazzjonali tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta" Diskriminazzjoni Razzjali;

80.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkastigaw b'determinazzjoni kull turija ta' mibegħda li tiġi espressa fi programmi razzisti fil-midja u f'artikli li jxerrdu diskors intolleranti, fil-forma ta' reati odjuїi kontra r-Roma, l-immigranti, il-barranin, il-minoranzi nazzjonali tradizzjonali u gruppi ta' minoranza oħra, kif ukoll permezz ta' gruppi muїikali u waqt kunċerti neo-Nazzisti, li spiss jitħallew isiru fil-pubbliku mingħajr l-ebda konsegwenza; iħeġġeġ ukoll lill-partiti u lill-movimenti politiċi li jeїerċitaw influwenza qawwija fuq il-midja tal-massa biex ma jagħmlux diskors ta" mibegħda u biex ma jimmalafamawx il-gruppi ta' minoranza fl-Unjoni;

Iї-їgħaїagħ, l-anzjani u n-nies b'diїabilità

81.  Jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu involviment aktar b'saħħtu tal-imsieħba soċjali fit-twettiq ta" azzjonijiet bil-għan li tkun eliminata d-diskriminazzjoni bbaїata fuq id-diїabilità jew fuq l-età u biex itejbu radikalment l-aċċess tal-persuni anzjani u tal-persuni b'diїabilità għas-suq tax-xogħol u għall-programmi ta' taħriġ; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawhomx, biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diїabilitajiet u l-Protokoll Fakultattiv tagħha;

82.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiїgura li finanzjar provdut lill-Istati Membri għall-provvediment ta" faċilitajiet għal persuni b'diїabilità jilħaq il-kriterji tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diїabilità, b'finanzjar ikun provdut għal servizzi xierqa bbaїati fuq il-komunità/familja u alternattivi għal għajxien indipendenti;

83.  Iqis li huwa importanti li jiġi їgurat li dawk kollha li jkunu jeħtieġu kuri ġerjatriċi jewtrattament għal marda jew diїabilità jkollhom aċċess għal kuri u trattamenti u jenfasizza n-neċessità li tingħata attenzjoni partikolari għall-għoti tal-kura u għall-protezzjoni ta" їgħaїagħ b'diїabilità;

Kultura

84.  Jisħaq fuq l-importanza tal-midja fil-promozzjoni tad-diversità, tal-multikulturaliїmu u tat-tolleranza; iħeġġeġ lis-servizzi kollha tal-midja biex jevitaw kontenut li jista' jiffavorixxi razziїmu, ksenofobija, intolleranza jew diskriminazzjoni ta' kull tip;

85.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri fil-kuntest tas-Sena tad-Djalogu Interkulturali tal-UE (2008) biex jikkooperaw ma' numru kbir ta' msieħba, b'mod partikolari l-NGOs, sabiex jitħeġġeġ id-djalogu interkulturali u biex jiїdiedu l-għarfien, partikolarment fost iї-їgħaїagħ ta' valuri komuni maqsuma, u r-rispett għad-diversità kulturali, reliġjuїa u lingwistika;

86.  Jenfasizza l-irwol importanti tal-isport fit-tħeġġiġ tat-tolleranza, tar-rispett reċiproku u tal-fehim; jitlob lill-korpi nazzjonali u Ewropej tal-isport biex ikomplu fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra r-razziїmu u l-ksenofobija u jħeġġeġ it-tnedija ta' inizjattivi ġodda, iktar b'saħħithom u estiїi biex jibnu fuq miїuri li jinsabu attwalment fis-seħħ;

87.  Jisħaq fuq l-irwol importanti tal-litteriїmu tal-midja fil-kuntest ta' opportunitajiet edukattivi ġusti u ugwali għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni;

88.  Jitlob lill-Istati Membri biex jiїguraw l-integrazzjoni effettiva ta' nies ġodda, speċjalment it-tfal u ї-їgħaїagħ, li jiġu minn Stati barra mill-Unjoni Ewropea fis-sistemi edukattivi tal-Istati Membri, u biex huma jkunu megħjuna billi titrawwem id-diversità kulturali tagħhom;

Il-forzi armati

89.  Ifakkar li d-drittijiet fundamentali ma jiqfux sal-bibien tal-għassa, u li japplikaw ukoll bis-sħiħ għaċ-ċittadini bl-uniformi, u jirrakkomanda li l-Istati Membri jiїguraw li d-drittijiet fundamentali jiġu osservati wkoll fil-forzi armati;

Migranti u refuġjati
Aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-immigrazzjoni legali

90.  Jiddikjara li huwa xxukkjat bid-destin traġiku tal-persuni li jmutu waqt li jipprovaw jilħqu territorju Ewropew, jew li jaqgħu f'idejn dawk li jgħaddu n-nies minn post għall-ieħor jew f'idejn it-traffikanti, tal-bnedmin;

91.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu politiki ta' migrazzjoni effettivi, legali u fuq medda twila ta' їmien, kif ukoll li jiggarantixxu aċċess ġenwin għat-territorju tal-Unjoni u għal proċedura għal regoli iktar flessibbli u koordinati li jiggvernaw il-persuni li jkunu qegħdin ifittxu l-aїil, minflok jikkonċentraw l-isforzi kollha tagħhom fuq il-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali, billi juїaw numru dejjem jikber ta' miїuri ta' kontroll fil-fruntieri, li huma neqsin mill-mekkaniїmi neċessarji għall-identifikazzjoni ta' persuni potenzjali li jitolbu l-aїil fil-fruntieri tal-Ewropa, u dan iwassal għal ksur tal-prinċipju tan-''non-refoulement'', hekk kif imniїїel fil-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati tal-1951;

92.  Jistieden lill-Istati Membri biex japplikaw il-Linji Gwida dwar is-Sessi tal-UNHCR (2002) fl-implimentazzjoni tad-direttivi eїistenti tal-Kommunita' dwar l-aїil;

93.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jiċċara l-irwoli tal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni tal-koperazzjoni operattiva fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) u tal-Istati Membri, sabiex jiġi garantit li l-kontrolli fil-fruntieri jitwettqu fir-rispett tad-Drittijiet tal-Bniedem; iqis li huwa urġenti li jiġi emendat il-mandat tal-FRONTEX, sabiex jinkludi s-salvataġġ fl-ibħra; jitlob superviїjoni demokratika mill-Parlament tal-konkluїjoni minn FRONTEX ta' ftehimiet ma' pajjiїi terzi, partikolarment fir-rigward tal-organizzazzjoni konġunta tar-ritorni;

94.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jawtorizzaw lill-FRONTEX ħalli tistabbilixxi koperazzjoni strutturata mal-Aġenzija u mal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), sabiex jiġu faċilitati l-operazzjonijiet b'implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

95.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-tendenza li l-kontrolli fil-fruntieri jinїammu dejjem iktar u iktar 'il bogħod mill-fruntieri ġeografiċi tal-Unjoni jagħmel diffiċli ferm il-kontroll ta' xi jkun għaddej meta l-persuni li jixtiequ jitolbu status ta' refuġjati u dawk li jkollhom bїonn protezzjoni internazzjonali jidħlu f'kuntatt mal-awtoritajiet ta' pajjiї terz;

96.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, u lill-Kunsill b'mod partikulari, biex malajr u b'mod ambizzjuї imexxu l-istrateġija għall-futur tal-Unjoni fil-qasam tal-aїil għall-implimentazzjoni tal-Faїi II, inkluїa r-reviїjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar l-istandards minimi rigward proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' refuġjati fl-Istati Membri(15) kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-istandards minimi biex iċ-ċittadini ta" pajjiїi terzi jew ta" persuni bla stat jikkwalifikaw u jingħataw l-istatus ta' refuġjati jew persuni li jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija(16), u t-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Aїil;

Akkoljenza

97.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tevalwa riġoruїament it-traspoїizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu aїil fl-Istati Membri(17) sabiex in-nuqqas ta' traspoїizzjoni jew it-traspoїizzjoni parzjali tagħha ma twasslux lil bosta Stati Membri għal prattiki li jkunu ta' standard iktar baxx mill-istandards minimi imposti mid-direttiva;

98.  Ifakkar li l-migranti li ma jressqux talba għall-aїil għandhom ukoll jintlaqgħu fi strutturi nodfa u adegwati, fejn huma jkunu jistgħu jiġu mgħarrfa - bl-għajnuna ta' interpreti u ta' ombudsmen kulturali mogħtija taħriġ adegwat - bid-drittijiet u bil-possibilitajiet tagħhom skont il-liġi tal-pajjiї ospitanti, il-liġi Komunitarja u l-konvenzjonijiet internazzjonali;

It-tfal ta' migranti, dawk li jfittxu l-aїil u r-refuġjati

99.  Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tat-tfal refuġjati, li jitolbu l-aїil u li huma migranti, u tat-tfal ta' ġenituri li jitolbu l-aїil, refuġjati jew li ma jkollhomx dokumenti, sabiex jiġi їgurat li kull tifel u tifla jkunu jistgħu jeїerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom, hekk kif definiti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u fosthom id-dritt għan-non-diskriminazzjoni, filwaqt li jitqiesu qabel kollox l-aħjar interessi tat-tifel jew tifla fl-azzjonijiet kollha li jseħħu, għalkemm ikunu rikonoxxuti għal kollox l-irwol importanti u r-responsabilità tal-ġenituri; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iїvilupp f'ċerti Stati Membri ta' sistema doppja għall-edukazzjoni u jenfasizza li kura tas-saħħa u għajnuna differenti għat-tfal taċ-ċittadini u dawk tal-persuni mhux ċittadini la għandhom ikunu diskriminatorji u lanqas għandhom idumu għal tul ta" їmien u għandhom ikunu ġustifikati f'sens li jiїguraw edukazzjoni aħjar, inkluї il-lingwi tal-pajjiї ospitanti għat-tfal kollha;

100.  Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-minorenni mhux akkumpanjati u lil dawk mifruda mill-ġenituri tagħhom, li jaslu fit-territorju tal-Unjoni permezz ta' immigrazzjoni illegali, u jenfasizza l-obbligu tal-Istati Membri li jagħtuhom għajnuna u protezzjoni speċjali; jitlob lill-awtoritajiet kollha - lokali, reġjonali, nazzjonali - u lill-istituzzjonijiet Ewropej, sabiex jikkoperaw b'mod regolari u ta' spiss għall-protezzjoni ta' dawn it-tfal minn kwalunkwe tip ta' vjolenza u ta' sfruttament, li jiїguraw li jingħatalhom tutur mingħajr dewmien, li tingħatalhom għajnuna legali, li tiġi mfittxa familthom u li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza tagħhom, permezz ta' alloġġ adegwat, aċċess għall-faċilità tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, partikolarment tat-tagħlim tal-lingwa uffiċjali tal-pajjiї ospitanti, tat-taħriġ professjonali u ta' integrazzjoni kompleta fis-sistema skolastika;

101.  Ifakkar li d-detenzjoni amministrattiva ta' tfal m'għandhiex teїisti, u li t-tfal akkumpanjati minn familthom jistgħu biss jinїammu f'ċirkostanzi realment eċċezzjonali, għall-iqsar їmien possibbli u unikament jekk detenzjoni tkun fl-interess tagħhom, bi qbil mal-Artikoli 3 u 37(b) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

Integrazzjoni

102.  Jitlob li jkun hemm iktar koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali ta' integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiїi terzi u ta' inizjattivi Ewropej f'dan il-qasam; jenfasizza li prinċipji baїiċi komuni għal kuntest Ewropew koerenti f'dan il-qasam għandhom jiggarantixxu li l-politika ta' integrazzjoni tinkludi, u tmur oltre, il-politika kontra d-diskriminazzjoni u hija estiїa għal ċerti oqsma, bħall-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

103.  Jitlob li jiġu їviluppati programmi ta' inkluїjoni u ta" djalogu interkulturali maħsuba għall-prevenzjoni ta' tensjoni potenzjali bejn il-migranti intra-Komunitarji u l-komunitajiet awtoktoni fil-kuntest tal-fenomenu tal-migrazzjoni ta' wara t-tkabbir;

104.  Iqis li l-iktar bїonn urġenti tal-minoranzi ta' oriġini ta' immigranti hija li jintegraw malajr kemm jista' jkun fis-soċjetà tal-pajjiї fejn huma jgħixu, filwaqt li jiġi їgurat li dan iseħħ fi spirtu ta' reċiproċità; iqis li huwa wkoll importanti li jiġi rikonoxxut id-dritt ta' kull persuna li tkun twieldet u tgħix fi Stat Membru li jkollha aċċess għad-drittijiet ċivili; jemmen li d-dritt ta" residenti fit-tul li jipparteċipaw fil-ħajja politika f'livell lokali jippromwovi l-integrazzjoni soċjali u politika;

105.  Huwa preokkupat li n-nuqqas ta' politiki effettivi ta' integrazzjoni qed iwassal għall-eskluїjoni ta' mijiet ta' eluf ta' persuni li mhumiex ċittadini u ta' persuni bla Stat mill-ħajja tax-xogħol, mis-soċjetà u mill-politika, u dan idgħajjef ukoll l-għan tal-Unjoni li tiїdied il-mobilità tax-xogħol sabiex jittejbu l-kompetittività u l-prosperotà ekonomika; jirrikonoxxi r-riskju li l-eskluїjoni tista' tqiegħed lil persuna f'poїizzjoni vulnerabbli, u tiftaħ it-triq għar-radikalizzazzjoni, għall-ittraffikar u għal forom oħra ta" sfruttament.

Ritorn

106.  Jinsisti dwar il-fatt li l-persuni għandhom biss jintbagħtu lura f'pajjiїhom wara eїami ġust u sħiħ tat-talba tagħhom; huwa tal-fehma li, meta r-ritorn ikun impossibbli jew inuman minħabba sitwazzjoni kritika fir-rigward tal-konformità mad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiї tal-oriġini jew tat-tranїitu, l-Istati Membri m'għandhomx jibqgħu jibagħtuhom lura skont il-kaїistika tal-ECHR;

107.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkontrollaw il-kundizzjonijiet ta' għajxien u ta' integrazzjoni tal-persuni mibgħuta lura fil-pajjiїi ta' oriġini u ta" transitu u li jieħdu miїuri sabiex jiїguraw li dawn il-persuni jkollhom għajnuna adegwata;

Ftehimiet ta' detenzjoni u ta' riammissjoni

108.  Huwa preokkupat dwar il-fatt li, għal diversi snin, kien hemm їieda fl-għadd ta' ċentri tad-detenzjoni għal ċittadini barranin fl-Istati Membri u fil-fruntieri tagħhom; fuq il-baїi ta' għadd ta' rapporti, inkluїi dawk minn delegazzjonijiet mill-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, li jikkundannaw il-vjolazzjoni ta' spiss tad-drittijiet tal-bniedem, jitlob li jittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:

   ikun їgurat l-aċċess għall-NGOs li jispeċjalizzaw fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-migranti u tal-persuni li jfittxu l-kenn sabiex il-preїenza tagħhom fiċ-ċentri tad-detenzjoni tiddaħħal fil-liġi u ma tkunx biss ir-riїultat ta' rieda tajba;
   jitwaqqaf bord indipendenti tal-verifika f'livell Ewropew b'responsabilità għas-sorveljanza taċ-ċentri tad-detenzjoni fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;
   l-Aġenzija tkun mitluba rapport annwali li janalizza s-sitwazzjoni ta' individwi li jintbagħtu fiċ-ċentri tad-detenzjoni taħt l-awtorità tal-Istati Membri, fil-fruntieri jew barra mill-fruntieri tagħhom, kif ukoll li tressqu lill-Parlament;

109.  Jinsab inkwetat minħabba li, sa mill-2002, il-klawsoli ta' ammissjoni mill-ġdid huma inkluїi fil-maġġor parti tal-ftehimiet bilaterali konkluїi mill-Unjoni ma' pajjiїi terzi, inkluї fil-ftehimiet kummerċjali, li jwasslu għalhekk għal esternalizzazzjoni dejjem tikber tal-politika migratorja tal-Unjoni, li hija kkaratterizzata minn kontroll parlamentari insuffiċjenti, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jinvolvu lill-Parlament sa minn faїi bikrija tan-negozjati ta' din il-ftehima u biex iressqulu rapport regolari dwar in-numru ta' persuni mkeċċija mill-Unjoni fuq il-baїi ta' dawn il-klawsoli;

Libertà tal-espressjoni

110.  Jiddefendi l-libertà tal-espressjoni bħala valur fundamentali tal-Unjoni; iqis li hija għandha tiġi eїerċitata fil-limiti tal-leġiїlazzjoni, flimkien mar-responsabilità personali, u għandha tkun ibbaїata fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-oħrajn;

111.  Jilqa' s-sitwazzjoni globalment sodisfaċenti tal-libertà tal-istampa fl-Istati Membri, billi is-27 Stat Membru jinsabu fost l-ewwel 56 fil-''Klassfika Dinjija 2007 tal-libertà tal-istampa'' tar-Reporters sans Frontieres;

112.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri, li dawn l-aħħar snin uїaw l-istituzzjonijiet ġudizzjarji tagħhom, jew li qed jippjanaw li jibdlu l-leġiїlazzjoni tagħha f'dawn ir-rigward, biex jiksru d-dritt tal-ġurnalisti għas-sigriet tas-sorsi tagħhom kif ukoll id-dritt tal-ġurnalisti u tal-edituri li jippubblikaw l-informazzjoni, biex itejbu l-leġiїlazzjoni tagħhom u l-prattiki bi qbil mas-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-27 ta' Marzu 1996 u mar-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-dritt tal-ġurnalisti li ma jikxfux is-sorsi tagħhom ta' informazzjoni(18), billi l-ksur ta' dan id-dritt illum jikkostitwixxi l-ikbar theddida għal-libertà tal-espressjoni tal-ġurnalisti fl-UE u li ma kienx hemm titjib sinifikattiv ta' din is-sitwazzjoni f'dawn l-aħħar snin;

113.  Iqis il-libertà tal-opinjoni u l-indipendenza tal-istampa bħala drittijiet universali li ma jistgħux ikunu kompromessi minn individwu jew grupp li jħossu attakkat minn dak li jinkiteb jew jintqal; jenfasizza fl-istess ħin li d-dritt tar-ripatrijazzjoni fil-kaї ta' rapport falz jew ta' malafama irid ikun iggarantit mill-qrati skont il-leġiїlazzjoni eїistenti;

114.  Iqis li l-libertà tal-istampa dejjem għandha tiġi eїerċitata fil-limiti tal-liġi, iїda fl-istess ħin jinsab inkwetat dwar il-fatt li t-tendenza ta' dawn l-aħħar snin li ċerti suġġetti ma jissemmewx fid-dibattiti pubbliċi, f'ħafna Stati Membri jwassalu għal forma ta' ċensura mhux uffiċjali jew għal awtoċensura fil-midja;

Id-drittijiet tat-tfal
Vjolenza, faqar u xogħol

115.  Jikkundanna kull forma ta' vjolenza fuq it-tfal u jinsisti b'mod partikolari dwar il-bїonn li jiġu miġġielda l-iktar forom kurrenti ta' vjolenza fl-Istati Membri; il-pedofelija, l-abbuїi sesswali, il-vjolenza fil-familja, il-kastigi fuq il-ġisem fl-iskejjel u diversi forom ta' abbuїi fl-istituzzjonijiet; jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniїmi siguri, kunfidenzjali u aċċessibbli, li jippermettu lit-tfal fl-Istati Membri kollha li jiddenunċjaw il-vjolenza, u li jiїguraw li dawn l-episodji jirċievu ħafna attenzjoni;

116.  Jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw miїuri effettivi biex jipprojbixxu diversi forom ta' sfruttament tat-tfal, inkluї l-isfruttament għall-prostituzzjoni, għall-produzzjoni ta" pornografija għat-tfal, għat-traffikar tad-drogi, għas-serq minn ġol-bwiet, għall-uїu tat-tfal bħala tallaba u għal kull forma oħra ta' sfruttament;

117.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miїuri bil-għan li jkunu eliminati għal kollox iї-їwiġijiet mhux uffiċjali bejn dawk li huma taħt l-età, li spiss ikunu għadhom їgħar; iqis li dawn il-prattiki jikkostitwixxu forma ta' abbuї sesswali li hu ta' ħsara għall-iїvilupp tat-tfal u li dawn il-prattiki jinkoraġġixxu lit-tfal jitilqu mill-iskola qabel iї-їmien;

118.  Jistieden lit-tlettax-il Stat Membru li m'għandhomx il-leġiїlazzjoni rilevanti biex jipprojbixxu għalkollox il-kastig tal-ġisem, skont ir-rapport tal-2006 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-vjolenza fuq it-tfal, li jiddeskriviha bħala l-form l-aktar mifruxa ta' vjolenza fuq it-tfal;

119.  Jenfasizza l-bїonn li jiġi їgurat li l-politiki kollha, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali, iqisu l-eliminazzjoni tal-ħidma tat-tfal fil-forom kollha tagħha; iqis li l-edukazzjoni full-time hija l-aħjar mezz biex tissolva l-problema, kemm biex jiġu evitati abbuїi simili kif ukoll biex fil-ġejjieni jinkiser iċ-ċirku vizzjuї tal-analfabetiїmu u tal-faqar;

120.  Jinnota li f'xi Stati Membri eluf ta' tfal jitqabbdu jagħmlu l-agħar tip ta' xogħol fiz-zoni urbani u rurali, u għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri biex jaffrontaw din il-problema billi japplikaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom b'mod strett u billi jorganizzaw kampanji ta' edukazzjoni nazzjonali mmirati kemm għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal;

121.  Ifakkar li madwar 20% tat-tfal fl-Unjoni jgħixu taħt il-limitu tal-faqar u li l-iktar vulnerabbli fosthom jiġu minn familji b'ġenitur wieħed u/jew għandhom ġenituri li twieldu barra l-pajjiї; jinsisti għalhekk fuq il-fatt li għandhom jittieħdu miїuri adegwati biex jingħata aċċess għad-drittijiet, iffukati fuq il-bїonnijiet tat-tfal, inkluїi miїuri ta' appoġġ lill-familji, u jistieden lill-Istati Membri, partikolarment lil dawk li għandhom l-ogħla rati ta' faqar, sabiex jadottaw l-objettivi ambizzjuїi u li jistgħu jitwettqu biex jitnaqqas il-faqar tat-tfal u tal-familji tagħhom;

122.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfittex l-integrazjoni tad-diversi strateġiji li speċifikament jindirizzaw il-faqar tat-tfal u tal-familji tagħhom, il-qgħad fost iї-їgħaїagħ u l-inkluїjoni soċjali tal-minoranzi fi ħdan l-istrateġiji tal-iїvilupp rilevanti, inkluї fid-dokumenti ta" strateġija għat-Tnaqqis tal-Faqar u l-Programmi Indikattivi; u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni b'mod effettiv kontra t-traffikar tat-tfal, biex iїidu l-koperazzjoni transkonfinali, biex jipprovdu taħriġ speċjalizzat u biex jimplimentaw standards legali għal dan il-għan;

123.  Jenfasizza l-importanza tal-ħarsien tat-tfal; iqis li l-inizjattivi marbuta ma' Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, bħal websajt iddedikata għalkollox għal kwistjonijiet dwar it-tfal, għajnuna speċjali u linji tat-telefown għall-emerġenzi kif ukoll l-allokazzjoni baġitarja għal programmi tal-UE għal azzjonijiet għall-benefiċċju tat-tfal, għandhom ikunu implimentati bis-sħiħ u їviluppati aktar;

Diskriminazzjoni

124.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikulari għad-diversi forom ta" diskriminazzjoni li taffettwa liї-їgħaїagħ u lit-tfal, li ħafna drabi tieħu ħafna forom u li jesperjenzawha b'mod partikulari tfal li qed jgħixu fil-faqar, t-tfal tat-triq u їgħaїagħ ta" minoranzi etniċi u gruppi ta" immigranti, kif ukoll tfal u їgħaїagħ b'diїabiltajiet, u li twassal biex dawn ikunu mċaħħda mill-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa;

125.  Jitlob li t-tfal tar-Roma, b'mod partikulari – iїda mhux esklussivament – fl-Istati Membri fejn ir-Roma jikkostitwixxu minoranza etnika kbira, ikunu koperti minn miїuri speċifiċi bil-għan li jitwaqqfu d-diskriminazjzoni, is-segregazzjoni, u l-eskluїjoni soċjali u edukattiva li spiss ikunu vittmi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri b'mod partikulari biex jagħmlu sforzi biex iwaqqfu l-preїenza їejda – u għalkollox mhux ġustifikata – tat-tfal tar-Roma fl-istituzzjonijiet għall-persuni b'diїabilità mentali, biex jorganizzaw kampanji li jippromwovu l-attendenza l-iskola u biex jaħdmu kontra l-fenomenu li ħafna tfal tar-Roma ma jingħatawx karta tall-identità;

126.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiїguraw l-integrazjzoni effettiva fis-sistemi tal-edukazzjoni tat-tfal їvantaġġjati u eskluїi soċjalment mindu jkunu їgħar ħafna u biex jinkuraġġixxu l-iskambji tal-aqwa prattika għal dan il-għan;

127.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni fl-edukazzjoni bħal, pereїempju, is-segregazzjoni tat-tfal tar-Roma, skont is-sentenza riċenti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar din il-kwistjoni(19);

Ġustizzja għaї-їgħaїagħ

128.  Huwa tal-fehma li d-detenzjoni taї-їgħaїagħ li jwettqu reat għandha tkun biss miїura jekk ma jkunx fadal x'isir, li ddum l-anqas їmien possibbli, u għaldaqstant jitlob li jiġu pprovduti alternattivi għall-ħabs għall-minorenni; jinsisti li għandhom jiġu implimentati miїuri ta' riabilitazjzoni bħas-servizz fil-komunità sabiex tinkiseb ir-riintegrazzjoni ta' dawn iї-їgħaїagħ fis-soċjetà u fil-ħajja tax-xogħol;

129.  Jinnota li l-età tar-responsabilità kriminali mhijiex l-istess fl-Istati Membri kollha u huwa preokkupat dwar il-fatt li f'uħud minnhom it-tfal jidhru regolarment quddiem qrati tal-adulti filwaqt li f'oħrajn il-qrati taї-їgħaїagħ huma magħluqa; jistieden lill-Istati Membri biex jirranġaw is-sistemi ġudizzjarji tagħhom sabiex l-ebda tifel ma jkun qatt iġġudikat bl-istess mod bħall-adulti;

130.  Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu rappreїentanza effettiva u indipendenti għat-tfal fil-proċessi kollha ġudizzjarji jew semiġudizzjarji li jikkonċernawhom, u biex jiїguraw li t-tfal kollha jiġu assenjati tutur ad litem jekk l-ebda membru tal-familja tagħhom ma jkun jista' jieħu ħsiebhom; jenfasizza li t-tfal kollha, anke dawk li jintbagħtu fil-faċilitajiet ta' kura ġudizzjarja, għandhom ikunu infurmati mill-awtoritajiet dwar l-eїistenza ta' mekkaniїmi ta' lment;

Assistenza għat-tfal

131.  Jitlob lill-Istati Membri sabiex jaġixxu b'tali mod li jiggarantixxu d-dritt tat-tfal li jkollhom familja, u li għalhekk jagħmlu li jistgħu biex isibu soluzzjonijiet effikaċi biex jiġu evitati l-firda bejn il-ġenituri u t-tfal u l-abbandun tat-tfal; jitlobhom biex ma jimxux mal-politika tal-istituzzjonijiet il-kbar u biex jirriformaw, jiїviluppaw u jsaħħu l-istrutturi edukattivi alternattivi effikaċi bbaїati fuq il-familja u fuq il-komunità; fil-kaї tat-tidħil fl-istituti, jitlob lill-Istati Membri għal mezzi li jippermettu lit-tfal li jmorru lura għand il-familji tagħhom;

132.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu l-miїuri meħtieġa biex jipprovdu strutturi ta' kura ta' kwalità għolja għat-tfal, ikluїi l-edukazzjoni vokazzjonali kontinwa, kundizzjonijiet tajba ta' xogħol u paga deċenti għall-professjonisti fil-kura tat-tfal; jenfasizza li strutturi bħal dawn u l-istaff tagħhom jagħtu lit-tfal strutturi solidi għall-ġejjieni tagħhom u huma wkoll ta' benefiċċju għall-ġenituri tagħhom, partikolarment għal dawk li għandhom ħafna xogħol jew li jkunu ġenituri waħedhom, u li jipprovdu wkoll alternattiva għat-tfal li l-istrutturi tal-familja tagħhom ikunu inadekwati jew non-eїistenti;

Parteċipazzjoni

133.  Ifakkar li t-tfal għandhom id-dritt li jesprimu l-opinjoni tagħhom, skont l-età u l-maturità tagħhom, u jeħtieġ li tingħatalhom il-possibilità li jagħmlu parti minn grupp ta' tfal jew minn assoċjazzjoni b'tali mod illi jiltaqgħu ma tfal oħra u jesprimu ruħhom f'dan il-kuntest; jitlob għalhekk lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali sabiex jiffavorixxu l-proġetti bil-għan li t-tfal jingħataw l-opportunità li jesprimu ruħhom b'dan il-mod, fil-kuntest ta' kunsilli u parlamenti lokali għat-tfal, filwaqt li jiġi їgurat li l-iktar tfal eskluїi jkunu involuti u li l-informazzjoni fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet tkun imxerrda ħafna fost it-tfal;

134.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni llanċjat forum li jgħaqqad ir-rappreїentanti tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal; iqis li l-parteċipazzjoni tat-tfal għandha tkun waħda mill-objettivi ewlenin tal-forum u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiїgura l-parteċipazzjoni tat-tfal fil-faїijiet kollha tal-forum;

135.  Iqis li huwa importanti li l-informazzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal taslilhom b'mod aċċessibbli u b'mezzi adegwati: jitlob lill-Kummissjoni biex tiїviluppa għodda ta' komunikazzjoni effikaċi, li ttejjeb l-għarfien li għandhom it-tfal tad-drittijiet tagħhom, is-sitwazzjoni tat-tfal fl-Istati Membri u l-attivitajiet tal-Unjoni f'dan il-qasam;

Drittijiet soċjali

136.  Iqis li l-faqar u l-eskluїjoni soċjali ma jistgħux jiġu miġġielda ħlief billi jiġu garantiti d-drittijiet fundamentali kollha, inkluїi d-drittijiet ekonomiċi u soċjali ta' kulħadd; japprova f'dan ir-rigward id-deċiїjoni li s-sena 2010 issir is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Eskluїjoni Soċjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu u biex jilħqu objettivi ambizzjuїi f'dan ir-rigward;

137.  Jinsisti dwar il-fatt li hemm numru ta' drittijiet fundamentali indiviїibbli u interdipendenti, u li għandu jiġi ggarantit li l-bnedmin kollha ikollhom aċċess ġenwin għalihom;

Faqar

138.  Jenfasizza li l-Artikolu 30 tal-Karta Soċjali Ewropea riveduta tistipula d-dtitt għall-ħarsien mill-faqar u mill-eskluїjoni soċjali, u jistieden lill-Istati Membri biex jirratifikawh;

139.  Jenfasizza li l-politiki ta' ''inkluїjoni attiva'' tal-iktar persuni mbegħda mis-suq tax-xogħol għandhom jingħataw dejjem iktar importanza;

140.  Jenfasizza li l-faqar estrem u l-eskluїjoni soċjali jikkonsistu fi ksur tad-drittijiet fundamentali b'mod ġenerali;

141.  Jixtieq li jkun hemm integrazzjoni reali tad-dimensjoni soċjali u tad-drittijiet fundamentali fil-politiki kollha tal-Unjoni;

142.  Jieħu impenn favur mudell ta' їvilupp soċjali u sostenibbli li jkun koerenti b'approċċ ibbaїat fuq id-drittijiet soċjali u li jkun prinċipalment immirat lejn їieda fil-koeїjoni soċjali;

143.  Ifakkar li l-Artikoli 34 u 36 tal-Karta jirrikonoxxu dritt għas-sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali, u aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali; jistieden lill-Istati Membri biex jiїguraw li ċ-ċittadini kollha, anke l-aktar vulnerabbli, ikollhom aċċess għal dawk id-drittijiet;

144.  Ifakkar li l-ġlieda kontra l-faqar għandha ssir fi sħubija mal-iktar popolazzjonijiet foqra, li huma l-iktar ikkonċernati u għalhekk l-iktar li jistgħu jagħtu xhieda tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta' aċċess għad-drittijiet, u kif għandha tissolva din il-problema; Jixtieq li tiġi stabbilita demokrazija parteċipattiva li tagħti attenzjoni speċjali lill-parteċipazzjoni tal-persuni li jgħixu l-faqar, l-eskluїjoni, id-diskriminazzjonijiet u l-inugwaljanzi huma nnifishom;

Nuqqas ta" Akkomodazzjoni

145.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiїviluppa definizzjoni Ewropea ta' qafas tal-problema ta' persuni bla djar, tiġbor dejta statistika kumparabbli u ta' min joqgħod fuqha u tipprovdi aġġornamenti annwali dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet u l-progress li jkun sar fl-Istati Membri tal-UE sabiex tintemm il-problema ta' persuni bla dar;

146.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu 'pjanijiet ta' emerġenza għax-xitwa' bħala parti minn strateġija usa' għall-problema ta' persuni bla djar;

Alloġġ

147.  Ifakkar li l-Artikolu 34(3) tal-Karta jirrikonoxxi għall-għajnuna soċjali u fir-rigward tal-alloġġ għal kull min m'għandux biїїejjed riїorsi sabiex jingħelbu l-eskluїjoni soċjali u l-faqar; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-aċċess għall-alloġġ deċenti;

148.  Ifakkar fl-osservazzjonijiet u l-prinċipji stipulati fir-rapport tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-alloġġ deċenti(20);

Saħħa

149.  Ifakkar li l-Artikolu 35 tal-Karta jagħti lil kulħadd id-dritt ta' aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u d-dritt li jibbenefikaw mit-trattament mediku; jistieden lill-Istati Membri biex jiїguraw l-aċċess għal kura tas-saħħa xierqa partikolarment għal dawk li għandhom pagi baxxi u għal dawk li s-saħħa tagħhom tirrikjedi kura intensiva fit-tul jew għalja;

150.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-UE biex jiїguraw li l-persuni li jabbuїaw minn sustanzi narkotiċi ikollhom aċċess sħiħ għal servizzi tas-saħħa speċjalizzati u għal trattamenti alternattivi, u biex jaċċertaw li dawn il-persuni ma jkunux ittrattati bħala kriminali sempliċiment minħabba l-uїu personali tagħhom ta" drogi illeċiti;

Ħaddiema

151.  Jinsisti dwar il-bїonn li tittejjeb it-trasparenza fis-suq tax-xogħol, b'tali mod illi kull tip ta' xogħol (temporanju, permanenti, full-time jew part-time, u x-xogħol imħallas fis-siegħa) ikun iddikjarat, imħallas deċentement u li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-ħaddiema;

152.  Jirrikonoxxi li mhux l-Istati Membri kollha għandhom leġiїlazzjoni nazzjonali li tistipula l-paga minima; jitlob li jitfasslu strumenti bil-għan li jiġi ggarantit l-aċċess għal kulħadd għal pagi deċenti sabiex ikun iggarantit li l-ħaddiema kollha fl-UE jingħataw salarju li permezz tiegħu jkunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituїa;

153.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-pajjiїi kandidati għall-isħubija biex jirratifikaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw lill-ILO fit-tisħiħ tas-sistema u tal-mekkaniїmi ta' sorveljanza tagħha;

154.  Jinkoraġġixxi lin-negozji biex jadottaw politiki responsabbli u mhux diskriminatorji ta' reklutaġġ u ta' їvilupp professjonali, sabiex jagħtu spinta lill-impjegar tan-nisa, taї-їgħaїagħ u ta' dawk їvantaġġjati;

155.  Ifakkar li d-diskriminazzjoni għandha titqies ukoll li tinterferixxi mal-erba" libertajiet fundamentali – b'mod partikulari l-moviment ħieles tal-persuni – u b'hekk tkun ta" ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrevedu d-dispoїizzjonijiet ta" tranїizzjoni tagħhom li jirregolaw l-aċċess għas-swieq tax-xogħol tagħhom sabiex jiġi eliminat d-divrenzjar bejn iċ-ċittadini Ewropej f'dan ir-rigward;

156.  Jitlob lil dawk l-Istati Membri biex jiїguraw li l-ħaddiema tas-sess, ikun xi jkun l-istatus legali tagħhom, ma jiġux sfruttati minn organizzazzjonijiet kriminali, li jkollhom id-drittijiet fundamentali tagħhom garantiti u li jkollhom aċċess xieraq għas-servizzi soċjali u għas-servizzi tas-saħħa;

157.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-inkluїjoni soċjali ta" persuni їvantaġġjati fis-suq tax-xogħol, u li jaffaċċjaw realment il-problema tal-''ħaddiema foqra''; iqis li strateġiji bħal dawn għandhom jilħqu bilanċ xieraq bejn il-kwistjonijiet rigward livell ġust ta' salarju, bilanċ korrett bejn il-ħajja professjonali u dik familjari, kundizzjonijiet ta' xogħol ta' kwalità, protezzjoni soċjali, il-kapaċità li ssib impjieg u sigurtà fl-impjieg;

Ħaddiema irregolari

158.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti(21), u jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-maġġorparti tal-ħaddiema, li jagħmlu xogħolijiet mingħajr dokumenti ta' immigrazzjoni adegwati, jagħmlu xogħol li huwa legali u indispensabbli għall-ekonomiji Ewropej, bħall-ġbir tal-frott, il-kostruzzjoni jew iї-їamma ta' bini, il-kura tal-morda, tal-anzjani u tat-tfal;

159.  Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieqfu jimpjegaw it-termini ''immigranti illegali'', li għandhom konnotazzjonijiet negattivi ferm, u minflokhom juїaw it-termini ''ħaddiema / migranti irregolari'' jew ''mingħajr dokumenti'';

160.  Jafferma mill-ġdid li l-liġi tal-impjieg teїisti biex tipproteġi lill-ħaddiema li jinsabu f'relazzjoni ta' impjieg fejn mhemmx ugwaljanza, u dan huwa preċiїament il-kaї għal ħaddiema mingħajr dokumenti, u jitlob lill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw id-dritt tal-ħaddiema li jorganizzaw ruħhom, inkluїi l-ħaddiema mingħajr dokumenti;

161.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti l-istess prijorità u għaġla, billi tittratahom bħala pakkett wieħed, lill-politika ta' immigrazzjoni li qed tiġi їviluppata u lis-''sanzjonijiet kontra persuni li jħaddmu ċittadini ta' pajjiїi terzi li qed jgħixu illegalment fil-pajjiї'' '';

162.  Jinsisti dwar il-fatt li l-ewwel kompitu tal-ispezzjoni tal-ħidma huwa li jiġu protetti l-ħaddiema, u jitlob għalhekk lill-Istati Membri biex:

   u jiїguraw li l-ħaddiema mingħajr dokumenti jkunu jistgħu jressqu ilment dwar impjegatur abbuїiv b'mod sikur bla ma jaffaċċjaw theddid ta' tkeċċija;
   jinvestu fit-taħriġ tal-ispetturi tax-xogħol u ta' dawk li jipproponu għajnuna lill-ħaddiema mingħajr dokumenti, dwar il-possibilitajiet li jintroduċu lment uffiċjali dwar il-ksur tal-leġiїlazzjoni dwar ix-xogħol;
   jistabbilixxu sistema ta' sanzjonijiet li ma tikkastigax lill-ħaddiema minflok lil min iħaddem;

Anzjani

163.  Huwa tal-opinjoni li l-fatt li l-popolazzjoni dejjem tikber jikkostitwixxi sfida u għandu jitqies bħala opportunità sabiex il-persuni b'esperjenza twila u ta' kwalità jiġu involuti iktar fis-soċjetà, billi jikkontribwixxu b'hekk għall-promozzjoni ta' xjuħija attiva; iqis li jeħtieġ isiru sforzi biex il-ħaddiema li qed jixjieħu jiġu inkorporati fis-suq tax-xogħol;

164.  Huwa tal-opinjoni li għandha tingħata attenzjoni partikolari lin-nisa anzjani li jgħixu waħedhom, li jikkostitwixxu grupp partikolarment vulnerabbli u li spiss huma fost tal-ewwel li jsiru foqra, meta l-ekonomija tkun batuta;

165.  Jinnota l-ħtieġa li tkun miġġielda d-diskriminazzjoni tan-nisa anzjani u li tingħata spinta lill-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol (i.e. permezz ta" programmi ta" tagħlim tul il-ħajja) meta jitqiesu l-vulnerabilità tagħhom u l-għadd dejjem jiїdied tagħhom fl-Unjoni;

166.  Ifakkar li l-Artikolu 25 tal-Karta jagħti d-dritt ta' ħajja dinjituїa u indipendenti għall-anzjani; jirrakkomanda għalhekk, skont l-Artikoli 34 u 35 tal-Karta, kura tas-saħħa preventiva u sigurtà soċjali għall-anzjani biex ikun їgurat li jkullhom ħajja dinjituїa;

167.  Jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma daħħlux leġiїlazzjoni dwar il-'living wills' biex jiїguraw li, kif jgħid l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta" Oviedo dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, "jitqiesu l-aħħar xewqat mistqarra dwar intervent mediku minn pazjent li, fil-mument tal-intervent, ma jkunx fi stat li jistqarr ix-xewqat tiegħu", u biex ikun їgurat id-dritt għad-dinjità fl-aħħar tal-ħajja;

o
o   o

168.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riїoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiїi kandidati, lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, lill-Kumitat tal-Ministri u lill-Assemblea parlamentari, kif ukoll lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-entitajiet korrispondenti tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u s-Sigurtà fl-Ewropa u tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.

(1) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(2) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(3) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(4) ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 229.
(5) Il-Kunsill tal-Ewropa - l-Unjoni Ewropea: ''Ambizzjoni waħda għall-kontinent Ewropew'', rapport ta' Jean-Claude Juncker, 11 ta' April 2006, p.4.
(6)1 ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 309.
(7) Rapport Annwali 2008 tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropa, ippubblikat fl-24 ta' Ġunju 2008.
(8) Protokoll Nru 12 mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmat fl-4 ta' Novembru 2000.
(9) Fil-Kaї C 267/06 Tadao Maruko v. Versorgungsanstalt der deutschen Bьhnen tal-1 ta' April 2008 l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rifjut li tingħata pensjoni tas-superstiti lis-sieħeb jew sieħba għall-ħajja jikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta minħabba orjentazzjoni sesswali, jekk il-konjuġi superstiti u s-sħab superstiti jkunu f'sitwazzjoni kumparabbli f'dik li hija pensjoni.
(10) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(11) ĠU C 297 E, 29.11.2008, p. 125.
(12) Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta" Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, adottat fil-15 ta' Ottubru 1999.
(13) Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, adottata fl-20 ta' Diċembru 1993.
(14) Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta" April 2004 dwar il-permess ta" residenza maħruġ lil ċittadini ta" pajjiї terz li huma vittmi ta" traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta" azzjoni għall-faċilitazzjoni ta" immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti( ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19), 2002/629/JHA: Deċiїjoni Qafas tal-Kunsill tad-19 ta" Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (ĠU L 203, 1.8.2002, p. 1).
(15) ĠU L 326, 13.12.2005, p.13.
(16) ĠU L 304, 30.9.2004, p.12.
(17) ĠU L 31, 6.2.2003, p.18.
(18) Rakkomandazzjoni Nru R (2000)7.
(19) D.H. et al. v. Repubblika Ċeka, dwar kaїijiet minn snin preċedenti.
(20) Fehma tal-Kummissarju tad-29 ta' Ottubru 2007 intitolata "Kulħadd għandu jkollu dar - l-alloġġ xieraq huwa dritt".
(21) Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familja Tagħhom, adottata bir-Riїoluzzjoni 45/158 tat-18 ta' Diċembru 1990 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza