Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0143(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0047/2009

Testi mressqa :

A6-0047/2009

Dibattiti :

PV 19/02/2009 - 3
CRE 19/02/2009 - 3

Votazzjonijiet :

PV 19/02/2009 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0072

Testi adottati
PDF 377kWORD 54k
Il-Ħamis, 19 ta' Frar 2009 - Brussell
Rati mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud *
P6_TA(2009)0072A6-0047/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-19 ta' Frar 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE , fir-rigward ta' rati mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2008)0428 – C6-0299/2008 – 2008/0143(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0428),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0299/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0047/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 6
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 4
(4)  F'dik il-Komunikazzjoni hawn fuq imsemmija, ġie konkluż li rati differenti tal-VAT applikati għal servizzi pprovduti lokalment ma huma ta' l-ebda detriment reali għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri kollha jingħataw il-possibilità biex japplikaw rati mnaqqsa ta" VAT għal servizzi, bħal servizzi li jirrikjedu ħafna ħaddiema koperti bid-dispożizzjonijiet temporanji applikabbli sa tmiem l-2010, servizzi relatati mas-settur tad-djar u mal-kura personali u servizzi tar-ristoranti. Dawn it-tibdiliet jagħmluha possibbli għall-Istati Membri biex japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT rates għal-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni u tiswija li jimmiraw għall-iffrankar fl-enerġija u għalleffiċjenza fl-enerġija.
(4)  F'dik il-Komunikazzjoni hawn fuq imsemmija, ġie konkluż li rati differenti tal-VAT applikati għal servizzi pprovduti lokalment ma huma ta' l-ebda riskju maġġuri għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jista' jkollhom effetti pożittivi fir-rigward tal-ħolqien tal-impjiegi u fil-ġlieda kontra l-ekonomija illegali. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri kollha jingħataw il-possibilità biex japplikaw rati mnaqqsa ta" VAT għal servizzi, bħal servizzi li jirrikjedu ħafna ħaddiema koperti bid-dispożizzjonijiet temporanji applikabbli sa tmiem l-2010, għal servizzi relatati mas-settur tad-djar u mal-kura personali u servizzi tar-ristoranti. Rati mnaqqsa tal-VAT f'dawn l-oqsma għandhom impatt pożittiv fit-tfassil mill-ġdid ta" għadd ta' setturi tas-servizzi peress li dawn inaqqsu l-livell tax-xogħol mhux dikjarat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu gwida ċara u aċċessibbli għall-intrapriżi dwar il-kamp ta" applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tal-VAT.
Emenda 7
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Fir-rigward tas-settur tad-djar, din id-Direttiva tagħmilha wkoll possibbli għall-Istati Membri li japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT għal xogħlijiet ta' rinnovazzjoni u tiswija li għandhom l-għan li jiffrankaw l-enerġija u jżidu l-effiċjenza fl-enerġija.
Emenda 2
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Anness - punt 5a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Anness III - punt 11
5a)  Il-punt 11) huwa sostitwit mit-test li ġej:
"11) il-forniment tal-oġġetti u l-għoti tas-servizzi ta' tip li normalment huwa maħsub għal użu fil-produzzjoni agrikola, inkluż il-makkinarju, minbarra oġġetti ta' tagħmir, bħal bini;''
Emenda 5
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Anness – punt 7
Direttiva 2006/112/KE
Anness III – punt 16
(16) forniment ta' servizzi ta' ta' funerali jew servizzi ta' ħruq u l-forniment ta' oġġetti relatati magħhom;
(16) forniment ta' servizzi ta' funerali jew servizzi ta' kremazzjoni u l-forniment ta' oġġetti relatati magħhom, bħall-monumenti u l-ġebel ta' fuq il-qabar u l-kura tagħhom;
Emenda 4
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Anness - punt 7a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Anness III - punt 18a (ġdid)
7a)  Il-punt 18a) li ġej għandu jiddaħħal:
"18a) ħwejjeġ u żraben għat-tfal;"
Avviż legali - Politika tal-privatezza