Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0006(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0204/2009

Testi mressqa :

A6-0204/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2009 - 6.7
CRE 22/04/2009 - 6.7

Testi adottati :

P6_TA(2009)0223

Testi adottati
PDF 286kWORD 37k
L-Erbgħa, 22 ta' April 2009 - Strasburgu
Koordinazzjoni tas-sistemi ta" sigurtà soċjali: Regolament ta' Implimentazzjoni ***II
P6_TA(2009)0223A6-0204/2009
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għall- implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-tas-sistemi ta" sigurtà soċjali (14516/4/2008 – C6-0006/2009 – 2006/0006(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (14516/4/2008 – C6-0006/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0016),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2008)0647),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0204/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi addottati, 9.7.2008, P6_TA(2008)0348.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta" sigurtà soċjali
P6_TC2-COD(2006)0006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 987/2009.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza