Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0258(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0063/2009

Testi mressqa :

A7-0063/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2009 - 4.2
CRE 24/11/2009 - 4.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0069

Testi adottati
PDF 199kWORD 33k
It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2009 - Strasburgu
L-istatistika rigward il-pestiċidi ***III
P7_TA(2009)0069A7-0063/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika rigward il-pestiċidi (PE-CONS 3676/2009 – C7-0258/2009 – 2006/0258(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (PE-CONS 3676/2009 – C7-0258/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0778),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2009)0486),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0063/2009),

1.  Japprova t-test konġunt,

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 98.
(2) Testi adottati, 24.4.2009, P6_TA(2009)0318.
(3) ĠU C 38 E, 17.2.2009, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza