Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0119(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0075/2009

Testi mressqa :

A7-0075/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2009 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0096

Testi adottati
PDF 198kWORD 33k
Il-Ħamis, 26 ta' Novembru 2009 - Strasburgu
Termini ta" Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija" (l-IPEEC) u tal-Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija *
P7_TA(2009)0096A7-0075/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, min-naħa tal-Komunità Ewropea, tat-"Termini ta" Referenza għas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija" (l-IPEEC) u tal-"Memorandum dwar l-ospitar tas-Segretarjat tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija" (COM(2009)0438 – C7-0219/2009 – 2009/0119(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0438),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 175(1), l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0219/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0075/2009),

1.  Japprova l-iffirmar tat-Termini ta' Referenza u tal-Memorandum;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.

Avviż legali - Politika tal-privatezza